31997R0142



Official Journal L 025 , 28/01/1997 P. 0011 - 0012


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 142/97

tas-27 ta' jannar 1997

dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar ċerti sustanzi eżistenti kif previsti permezz tar-regolament tal-kunsill (KEE) nru 793/93

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta' Marzu 1993 dwar l-evalwazzjoni u l-konroll tar-riskji ta' sustanzi eżistenti [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 12 [2] tiegħu,

Billi l-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni rilevanti dwar ċerti sustanzi biex tagħti bidu għall-proċedura ta' reviżjoni permezz ta' l-Artikoli 69, 84 u 112 tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' dispożizzjonijiet li s'issa għadhom mhux applikabbli fl-Istati Membri l-ġodda, billi din l-informazzjoni trid tkun disponibbli qabel ma tkun disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa bl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93;

Billi l-Artikolu 12 jipprevedi li għal ċerti sustanzi li huma suspettati li jippreżentaw riskji serji lill-bniedem jew lill-ambjent, il-manifatturi u l-importaturi jistgħu jkunu obbligati li jipprovdu l-informazzjoni disponibbli;

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1488/94 (2) jispjega l-prinċipji għall-istima tar-riskji għall-bniedem u għall-ambjent ta' sustanzi eżistenti skond ir-Regolament (KEE) Nru 793/93;

Billi d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 15 tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-manifattur(i) u l-importatur(i) tas-sustanzi elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha relevanti u disponibbli dwar l-espożizzjoni għall-bniedem u għall-ambjent ta' dawn is-sustanzi lill-Kummissjoni fi żmien erba' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-informazzjoni relevanti għall-esposizzjoni ta' l-informazzjoni tikkonċerna l-emissjoni ta' jew l-esposizzjoni lejn, is-sustanza kimika għall-popolazzjonijiet umani jew sferi ambjentali f'fażijiet varji matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza skond l-Artikolu 3(3) u l-Anness 1A tar-Regolament (KE) Nru 1488/94 meta:

- il-popolazzjonijiet umani jkunu ħaddiema, konsumaturi, u nies esporti permezz ta' l-ambjent;

- l-isferi ambjentali jkunu akwatiċi, fuq l-art u atmosferiċi, kif ukoll informazzjoni li jkollha x'taqsam mad-destin tas-sustanza kimika f'impjanti ta' trattament tad-drenaġġ u l-akkumulazzjoni tagħha fil-katina ta' l-ikel;

- iċ-ċiklu tal-ħajja ta' sustanza jkun jidher bħala manifattura, trasport, ħażna, formulazzjoni fi preparazzjoni jew proċessar ieħor, l-użu jew it-tneħħija jew irkupru.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Jannar 1997.

Għall-Kummissjoni

Ritt Bjerregaard

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 84, tal-5.4.1993, p. 1.

[2] ĠU L 161, tad-29.6.1994, p. 3

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Nru Einecs | Nru Cas | Isem tas-sustanza |

| |

1 | 200–268–0 | 56–35–9 | Ossidu tal-bis(tributilin) |

2 | 215–147–8 | 1306–23–6 | Sulfid tal-kadmju |

3 | 215–717–6 | 1345–09–1 | Sulfid tal-merkurju tal-kadmju |

4 | 218–743–6 | 2223–93–0 | Distearate tal-kadmju |

5 | 220–017–9 | 2605–44–9 | Dilawrat tal-kadmju |

6 | 231–901–9 | 7778–39–4 | Aċidu arseniku |

7 | 232–466–8 | 8048–07–5 | Sulfid taż-żingu tal-kadmju isfar |

8 | 235–758–3 | 12656–57–4 | Sulfoselenid tal-kadmju oranġju |

9 | 261–218–1 | 58339–34–7 | Sulfoselenid tal-kadmju aħmar |

--------------------------------------------------