<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.0600514901.case.xml"><NO.CASE>C-231/06</NO.CASE><NO.CASE>C-233/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006J0231</NO.CELEX><NO.SEQ>0011.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>5172</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5188</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20070621">21.6.2007</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C-231/06 sa C-233/06</LEFT><RIGHT>JONKMAN <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20070621">21 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawżi magħquda C-231/06 sa C-233/06,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-cour du travail ta' Brussell (il-Belġju), permezz ta' deċiżjonijiet ta' l-<DATE ISO="20060510">10 ta Mejju 2006</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20060522">22 ta' Mejju 2006</DATE>, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Office national des pensions,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Emilienne Jonkman</HT> (C-231/06),</P><P><HT TYPE="BOLD">Hélène Vercheval</HT> (C-232/06),</P></DEFENDANTS><P>u</P><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Noëlle Permesaen</HT> (C-233/06),</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Office national des pensions,</P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-5173"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn P. Jann, President ta' l-Awla, R. Schintgen, A. Borg Barthet, M. Ilesiċ (Relatur) u E. Levits, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: C. Stromholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta ta' l-<DATE ISO="20070301">1 ta' Marzu 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal E. Jonkman, H. Vercheval u N. Permesaen, minn J. Heynderickx, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Office national des pensions, minn R. Dupont u M. Willemet, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn L M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn W. Ferrante, awocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn G. Rozet u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20070329">29 ta' Marzu 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-5174"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-<DATE ISO="19781219">19 ta' Diċembru 1978</DATE>, dwar l-implementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="006" DATE.PUB="1979" PAGE.FIRST="24">ĠU 1979, L 6, p. 24</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet ġew ippreżentati fil-kuntest ta' kawżi bejn E. Jonkman, H. Vercheval u N. Permesaen u l-Office national des pensions (aktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>ONP<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Wara li ħadmu bħala air hostesses mal-kumpannija ta' l-ajru Sabena SA (Société Anonyme Belge de Navigation Aerienne), E. Jonkman, H. Vercheval u N. Permesaen ippreżentaw talba għall-pensjoni ta' l-irtirar bħala ekwipaġġ ta' l-ajru ta' l-avjazzjoni ċivili. Huma ppreżentaw dawn it-talbiet, rispettivament, matul is-snin 1992, 1995 u 1996, sabiex jinvokaw id-drittijiet tagħhom għal pensjoni, rispettivament, mill-<DATE ISO="19930301">1 ta' Marzu 1993</DATE>, l-<DATE ISO="19930701">1 ta' Lulju 1996</DATE> u l-<DATE ISO="19970201">1 ta' Frar 1997</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-ONP tathom pensjoni. Madankollu, E. Jonkman, H. Vercheval u N. Permesaen ikkontestaw id-deċiżjoni ta' l-ONP quddiem it-tribunal du travail ta' Brussell, fir-<?PAGE NO="I-5175"?>rigward ta' E. Jonkman, u quddiem dak ta' Nivelles, fir-rigward ta' H. Vercheval u N. Permesaen, fejn qalu li l-kalkolu tal-pensjonijiet tagħhom kien ibbażat fuq dispożizzjonijiet diskriminatorji u li huma kellhom jirċievu pensjoni kkalkulata skond l-istess regoli bħal dawk użati għall-membri ta' l-ekwipaġġ tal-kabina ta' sess maskili.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>B'mod aktar preċiż, minn tqabbil bejn in-noti ta' kalkolu tal-pensjonijiet tal-persuni kkonċernati kien jirriżulta li l-ammont tal-paga kkunsidrat mill-ONP kien, għall-perjodu bejn l-<DATE ISO="19640101">1 ta' Jannar 1964</DATE> u l-<DATE ISO="19801231">31 ta' Diċembru 1980</DATE>, nettament anqas għall-air hostesses milli għall-istewards, minkejja l-fatt li r-remunerazzjoni bażika tagħhom kienet ugwali.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Dan kien jirriżulta minn differenza fit-trattament bejn, minn naħa, l-air hostesses u, min-naħa l-oħra, il-membri l-oħra ta' l-ekwipaġġ tal-kabina matul il-perjodu msemmi. Fil-fatt, permezz ta' Digriet Irjali ta' l-<DATE ISO="19640110">10 ta' Jannar 1964</DATE> li jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet intiżi għall-finanzjament ta' skema ta' pensjoni ta' l-irtirar u għas-superstiti ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajru ta' l-avjazzjoni ċivili, kif ukoll il-metodi tal-ħlas tagħhom <HT TYPE="ITALIC">(Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="19640117">17 ta' Jannar 1964</DATE>, p. 464), li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19640101">1 ta' Jannar 1964</DATE>, ġiet stabbilita skema speċjali ta' pensjoni ta' l-irtirar favur l-ekwipaġġ ta l-ajru ta' l-avjazzjoni ċivili, minn liema madankollu kienu esklużi l-air hostesses. Dawn baqgħu suġġetti għall-iskema ġenerali ta' pensjoni ta' l-irtirar ta' l-impjegati, li kienet ikkaratterizzata mit-teħid in kunsiderazzjoni, għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet u l-kalkolu tal-pensjoni, ta' ammont ta' remunerazzjoni iżgħar minn dak li kien iservi bħala bażi ta' kalkolu fl-iskema speċjali ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajru ta' l-awjazzjoni ċivili.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-raġuni għall-esklużjoni ta' l-air hostesses mill-benefiċċju ta' din l-skema speċjali ta' pensjoni ta' l-irtirar kienet tinsab fl-impossibbiltà ta' dawn, f'dak iż-żmien, li jkomplu l-karriera tagħhom bħala membri ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajru wara li jilħqu l-età ta' 40 sena. Għaldaqstant, dawn ma setgħux jilħqu karriera kompleta. Minħabba f'hekk, ir-Renju tal-Belġju ddeċieda li ma jinkludihomx fl-iskema speċjali li ġiet stabbilita.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5176"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-problema tal-karriera ma' Sabena SA u ta' l-iskema tal-pensjoni ta' l-air hostesses kienet is-suġġett ta' diversi kawżi quddiem il-qrati Belġjani, li xi wħud minnhom ġew deċiżi abbażi ta' sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq talba għal deċiżjoni preliminari (sentenzi tal-<DATE ISO="19710525">25 ta' Mejju 1971</DATE>, Defrenne, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="80/70" YEAR="1971" PAGE.ECR="445">80/70, Ġabra p. 445</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="19760408">8 ta April 1976</DATE>, Defrenne, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="43/75" YEAR="1976" PAGE.ECR="455">43/75, Ġabra p. 455</REF.DOC.ECR>, u tal-<DATE ISO="19780615">15 ta' Ġunju 1978</DATE>, Defrenne, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="149/77" YEAR="1978" PAGE.ECR="1365">149/77, Ġabra p. 1365</REF.DOC.ECR>). Permezz tad-Digriet Irjali tas-<DATE ISO="19800627">27 ta' Ġunju 1980</DATE> li jemenda d-Digriet Irjali tat-<DATE ISO="19691103">3 ta' Novembru 1969</DATE>, li jistabbilixxi għall-ekwipaġġ ta' l-ajru ta' lawjazzjoni ċivili r-regoli speċjali għall-kisba tad-dritt għal pensjoni u l-metodi speċjali ta' l-applikazzjoni tad-Digriet Irjali Nru 50 ta' l-<DATE ISO="19671024">24 ta' Ottubru 1967</DATE> dwar il-pensjoni ta' l-irtirar u għas-superstiti ta' l-impjegati <HT TYPE="ITALIC">(Moniteur belge</HT> tat-<DATE ISO="19800823">23 ta' Awwissu 1980</DATE>, p. 9700), li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19810101">1 ta' Jannar 1981</DATE>, l-air hostesses ġew finalment integrati fl-iskema speċjali ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajru ta' l-avjazzjoni ċivili. Sussegwentement, il-leġiżlatur Belġjan, permezz tad-Digriet Irjali tat-<DATE ISO="19840328">28 ta' Marzu 1984</DATE> bl-istess titolu bħal dak ta' qabel <HT TYPE="ITALIC">(Moniteur belge</HT> tat-<DATE ISO="19840403">3 ta' April 1984</DATE>, p. 4100), stabbilixxa regolarizzazzjoni favur l-air hostesses għall-perjodu ta' bejn l-<DATE ISO="19640101">1 ta' Jannar 1964</DATE> u l-<DATE ISO="19801231">31 ta' Diċembru 1980</DATE>. Peress li dan id-Digriet Irjali ġie annullat permezz tad-Digriet tal-Conseil d'Etat (Kunsill ta' l-Istat) tas-<DATE ISO="19870907">7 ta' Settembru 1987</DATE>, Digriet Irjali ġdid li wkoll kellu l-istess titolu ġie adottat, fil-<DATE ISO="19970625">25 ta' Ġunju 1997</DATE> <HT TYPE="ITALIC">(Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="19970731">31 ta' Lulju 1997</DATE> p. 19635, aktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19970625">25 ta Ġunju 1997</DATE><QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>), sabiex jirrimedja għad-differenza fit-trattament bejn l-air hostesses u l-istewards matul il-perjodu bejn l-<DATE ISO="19640101">1 ta' Jannar 1964</DATE> u l-<DATE ISO="19801231">31 ta' Diċembru 1980</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skond id-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19970625">25 ta' Ġunju 1997</DATE>, l-air hostesses li matul il-perjodu bejn l-<DATE ISO="19640101">1 ta' Jannar 1964</DATE> u l-<DATE ISO="19801231">31 ta' Diċembru 1980</DATE> eżerċitaw dan l-impjieg kellhom, minn issa 1 quddiem, dritt għal pensjoni ta' l-irtirar ikkalkulata skond l-istess metodi bħal dawk użati fil-konfront ta' l-istewards, bil-kundizzjoni li jħallsu f'daqqa kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni miżjuda bl-interessi b'rata ta' 10% fis-sena. IIkontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni msemmija essenzjalment jikkonsistu fiddifferenza bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-air hostesses matul il-perjodu bejn l-<DATE ISO="19640101">1 ta' Jannar 1964</DATE> u l-<DATE ISO="19801231">31 ta' Diċembru 1980</DATE> u l-kontribuzzjonijiet ogħla mħallsa mill-istewards matul l-istess perjodu.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>E. Jonkman, H. Vercheval u N. Permesaen iqisu li r-regolarizzazzjoni stabbilita mid-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19970625">25 ta' Ġunju 1997</DATE> ma tippermettix li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni kollha bejn l-air hostesses u l-istewards.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5177"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta' deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="19971117">17 ta' Novembru 1997</DATE> u d-<DATE ISO="19980109">9 ta' Jannar 1998</DATE>, mogħtija rispettivament mit-Tribunal du travail ta' Brussell u minn dak ta' Nivelles, intlaqgħu r-rikosi ta' E. Jonkman u H. Vercheval, minħabba li l-mod ta' kalkolu tal-pensjonijiet tagħhom huwa diskriminatorju.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-każ ta' N. Permesaen, it-Tribunal du travail ta' Nivelles, permezz ta' deċiżjoni tas-<DATE ISO="20031226">26 ta' Diċembru 2003</DATE>, laqa' parzjalment l-argumenti ta' l-ONP. Huwa qal li l-għoti ta' pensjoni identika għal dik tal-ħaddiema rġiel suġġett għall-kundizzjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoniiet li kellhom jitħallsu li kieku l-impjegata kienet taqa' taħt din liskema matul il-karriera professjonali tagħha ma jikkostitwix diskriminazzjoni. Min-naħa l-oħra, huwa qies bħala diskriminatorji l-interessi b'rata annwali ta' 10 %.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ONP appella mid-deċiżjonijiet tas-<DATE ISO="19971117">17 ta' Novembru 1997</DATE> u tad-<DATE ISO="19980109">9 ta' Jannar 1998</DATE> quddiem il-Cour du travail ta' Brussell. Appell mid-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20031226">26 ta' Diċembru 2003</DATE> ġie ppreżentat minn N. Permesaen quddiem din l-istess qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Cour du travail ta' Brussell tqis li l-metodi prattiċi tas-sistema ta' regolarizzazzjoni introdotta mid-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19970625">25 ta' Ġunju 1997</DATE> huma kapaċi li jkunu diskriminatorji. F'dan ir-rigward, din tosserva li l-ħlas f'daqqa ta' kapital elevat ħafna jirrappreżenta ostaklu mhux żgħir għal pensjonant Il-Cour du travail issemmi wkoll l-aspett fiskali ta' din is-sistema ta' regolarizzazzjoni, fis-sens li dak iż-żmien, il-kontribuzzjonijiet setgħu jitnaqqsu għall-finijiet tat-taxxa għall-istewards, liema ħaġa ma kinitx tgħodd għall-air hostesses. Fl-aħħar, hija tosserva li r-rata ta' l-interessi applikata hija ogħla mir-rata legali ta' l-interessi moratorji u kumpensatorji, kif ukoll mir-rata bankarja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5178"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Cour du travail ta' Brussell tqis li s-soluzzjoni tal-kawżi prinċipali tiddependi millinterpretazzjoni tad-Direttiva 79/7. B'hekk, hija ddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 79/7 għandha tiġi interpretata fis-sens li tawtorizza lil Stat Membru jadotta liġi li għandha l-iskop li tippermetti lil kategorija ta' persuni ta' sess iddeterminat, oriġinarjament suġġetta għal diskriminazzjoni, li tibbenifika minn skema ta' pensjoni applikabbli għall-kategorija ta' persuni tas-sess l-ieħor, bil-ħlas retroattiv tal-kontribuzzjonijiet (ħlas f'daqqa ta' kapital elevat ħafna) li, bis-saħħa tal-liġi applikabbli f'dan l-Istat, huma preskritti favur din l-aħħar kategorija ta' persuni?</TXT><P>Jekk dan huwa l-każ, id-Direttiva 79/7 għandha tiġi interpretata fis-sens li tirrikjedi li Stat Membru jemenda l-liġi li tikser din id-dispożizzjoni, meta sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ikkonstatat dan ilkunflitt ta' liġijiet u, mill-inqas, fit-terminu ta' preskrizzjoni li japplika għad-debitu ta' kontribuzzjonijiet li nħoloq mill-adozzjoni ta' din il-liġi?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 79/7 għandha tiġi interpretata bħala li tawtorizza lil Stat Membru jadotta liġi li għandha l-iskop li tippermetti lil kategorija ta' persuni ta' sess iddeterminat, oriġinarjament suġġetta għal diskriminazzjoni, li tibbenifika minn skema ta' pensjoni applikabbli għall-kategorija ta' persuni tas-sess l-ieħor, bil-ħlas ta' interessi għoljin għad-dewmien fil-ħlas li, bis-saħħa tal-liġi applikabbli f'dan l-Istat, huma preskritti favur din l-aħħar kategorija ta' persuni?</TXT><P>Jekk dan huwa l-każ, id-Direttiva 79/7 għandha tiġi interpretata fis-sens li tirrikjedi li Stat Membru jemenda l-liġi li tikser din id-dispożizzjoni, meta sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej ikkonstatat dan ilkunflitt ta' liġijiet u, mill-inqas, fit-terminu ta' preskrizzjoni li japplika għall-interessi għad-dewmien fil-ħlas li nħolqu mill-adozzjoni ta' din il-liġi?<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5179"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Kunsiderazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Qabel kollox għandu jiġi kkonstatat li mhuwiex ikkontestat mill-partijiet fil-kawżi prinċipali li l-esklużjoni inizjali ta' l-air hostesses mill-iskema speċjali ta' pensjoni ta' l-ekwipaġġ ta' l-ajru ta' l-avjazzjoni ċivili, kienet diskriminatorja.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Preliminarjament ukoll, għandu jingħad li l-Artikolu 141(1) u (2) KE dwar il-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili ma japplikax f'dan il-każ, peress li l-artikolu msemmi japplika biss għall-iskemi ta' pensjoni professjonali u mhux għall-iskemi statutorji ta' pensjoni (sentenzi tal-<DATE ISO="19710525">25 ta' Mejju 1971</DATE>, Defrenne, iċċitata aktar 'il fuq, punti 10 sa 13; tas-<DATE ISO="19931006">6 ta' Ottubru 1993</DATE>, Ten Oever, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-109/91" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-4879">C-109/91, Ġabra p. I-4879, punt 9</REF.DOC.ECR>, u tal-<DATE ISO="20050721">21 ta' Lulju 2005</DATE>, Vergani, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-207/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-7453">C-207/04, Ġabra p. I-7453, punti 22 u 23</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-qorti tar-rinviju għamlet sew meta għamlet id-domandi tagħha firrigward tad-Direttiva 79/7, li tapplika għall-iskemi statutorji ta' sigurtà soċjali, inklużi fosthom l-iskemi statutorji ta' pensjoni (sentenza ta' l-<DATE ISO="19930701">1 ta' Lulju 1993</DATE>, van Cant, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-154/92" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-3811">C-154/92, Ġabra p. I-3811, punti 10 u 11</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) ta' din id-direttiva jipprojbixxi <QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>[kull] diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess [...] speċjalment b'riferenza [għal] [...] l-għan ta' l-iskemi u l-kundizzjonijiet ta' l-aċċess għalihom [...], l-obbligu li wieħed jikkontribwixxi u l-kalkolu talkontribuzzjonijiet [kif ukoll] il-kalkolu tal-benefiċċji<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>. Din id-dispożizzjoni tista' tiġi invokata mill-individwi quddiem il-qrati nazzjonali sabiex iwasslu lil dawn biex jiċħdu kull liġi nazzjonali li ma tkunx konformi (sentenza tat-<DATE ISO="19891213">13 ta' Diċembru 1989</DATE>, Ruzius-Wilbrink, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-102/88" YEAR="1989" PAGE.ECR="4311">C-102/88, Ġabra p. 4311, punt 19</REF.DOC.ECR>, u tas-<DATE ISO="19931027">27 ta' Ottubru 1993</DATE>, van Gemert-Derks, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-337/91" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-5435">C-337/91, Ġabra p. I-5435, punt 31</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5180"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-htieġa ta' ħlas ta' kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta' l-ewwel parti tad-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 79/7 topponix li Stat Membru, meta jadotta liġi li jkollha liskop li tippermetti lil persuni ta' sess iddeterminat, oriġinarjament suġġetti għal diskriminazzjoni, li jibbenifikaw minn skema ta' pensjoni li tapplika għall-persuni tas-sess l-ieħor, tagħmel dan il-ħlas ta' affiljazzjoni, f'daqqa u bl-interessi bir-rata ta' 10% fis-sena, dipendenti fuq il-ħlas ta' kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni li jikkonsistu fid-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni li oriġi-narjament kienu suġġetti għal diskriminazzjoni matul il-perjodu li fih id-diskriminazzjoni kienet teżisti, u l-kontribuzzjonijiet ogħla mħallsa mill-kategorija l-oħra ta' persuni matul l-istess perjodu.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Mill-osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li lpartijiet fil-kawżi prinċipali, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Gvern Taljan huma kollha tal-fehma li l-kundizzjoni prinċipali li huma suġġetti għaliha l-air hostesses mid-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19970625">25 ta' Ġunju 1997</DATE> sabiex l-attività professjonali tagħhom matul il-perjodu mill-<DATE ISO="19640101">1 ta' Jannar 1964</DATE> u l-<DATE ISO="19801231">31 ta' Diċembru 1980</DATE> tkun ikkunsidrata bl-istess mod bħal dik ta' l-istewards, jiġifieri l-ħlas ta' somma li tirrappreżenta d-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa minnhom matul il-perjodu msemmi u l-kontribuzzjonijiet ogħla mħallsa mill-istewards matul l-istess perjodu, mhijiex fiha nnifisha diskriminatorja.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Din l-opinjoni hija korretta. Kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta' kawżi dwar l-iskemi ta' pensjoni professjonali, il-fatt, għal persuna impjegata, li tkun tista titlob l-inklużjoni retroattiva f'tali skema ma jippermettilhiex li tevita l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet relatati mal-perjodu ta' affiljazzjoni in kwistjoni (sentenzi tat-<DATE ISO="19940928">28 ta Settembru 1994</DATE>, Fisscher, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-128/93" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-4583">C-128/93, Ġabra p. I-4583, punt 37</REF.DOC.ECR>; ta' l-<DATE ISO="19961024">24 ta' Ottubru 1996</DATE>, Dietz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-435/93" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-5223">C-435/93, Ġabra p. I-5223, punt 34</REF.DOC.ECR>, u tas-<DATE ISO="20000516">16 ta' Mejju 2000</DATE>, Preston <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-78/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-3201">C-78/98, Ġabra p. I-3201, punt 39</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5181"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-każ fejn ġiet subita diskriminazzjoni, l-istabbiliment mill-ġdid ta' l-ugwaljanza fit-trattament għandhu jpoġġi lill-impjegat iddiskriminat fl-istess sitwazzjoni bħal dik ta' l-impjegati tas-sess l-ieħor. Konsegwentement, l-impjegat imsemmi ma jistax jippretendi, partikolarment fuq il-livell finanzjarju, trattament aktar favorevoli minn dak li kien ikollu li kieku kien affiljat b'mod regolari (sentenzi ċċitati aktar 'il fuq Fisscher, punti 35 u 36, kif ukoll Preston <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jingħad li din il-ġurisprudenza tapplika b'analoġija ma' każijiet ta' affiljazzjoni ma' skema statutorja ta' pensjoni. Isegwi li Stat Membru, meta jadotta liġi li jkollha l-iskop li tippermetti lil persuni ta' sess iddeterminat, oriġinarjament suġġetti għal diskriminazzjoni, li jibbenifikaw minn skema ta' pensjoni applikabbli għall-persuni tas-sess l-ieħor, jista jagħżel li jistabbilixxi mill-ġdid l-ugwaljanza fit-trattament billi jirrikjedi l-ħlas ta' somma li tirrappreżenta d-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni li oriġinarjament kienu suġġetti għal diskriminazzjoni matul il-perjodu li fih seħħet id-diskriminazzjoni, u l-kontribuzzjonijiet ogħla mħallsa mill-kategorija l-oħra ta' persuni matul l-istess perjodu. Il-fatt li din l-aħħar kategorija ta' persuni tgawdi fil-frattemp mill-preskrizzjoni ta' l-azzjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħha, ma jistax jimpedixxi r-regolarizzazzjoni kif deskritta aktar 'il fuq, madankollu bil-kundizzjoni, kif qalet l-Avukat Ġenerali fil-punt 70 tal-konklużjonijiet tagħha, li terminu simili ta' preskrizzjoni jkun stabbilit għall-persuni affiljati l-ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sabiex tiġi evitata kull diskriminazzjoni bil-maqlub, il-kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni jistgħu jiżdiedu bl-interessi bil-għan li tiġi kkumpensata l-iżvalutazzjoni monetarja. Fil-fatt, kif qalet l-Avukat Ġenerali fil-punt 38 tal-konklużjonijiet tagħha, u mingħajr preġudizzju għall-punt 39 ta' dawn, din iż-żieda tiggarantixxi li l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni affiljati l-ġodda ma jkunux fir-realtà inqas għoljin minn dawk imħallsa mill-impjegati affiljati minn meta ġiet stabbilita l-iskema ta' pensjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet imsemmija mill-Avukat Ġenerali fil-punti 64 u 65 tal-konklużjonijiet tagħha, il-kunsiderazzjonijiet preċedenti jillimitaw ruħhom għall każ fejn irregolarizzazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni tipproduċi l-effetti tagħha mid-data tal-bidu tat-tgawdija tal-pensjoni. Fil-fatt, regolarizzazzjoni offruta lil persuni li<?PAGE NO="I-5182"?> huma diġà rtirati, u li tirrikjedi l-ħlas ta' somma li tirrappreżenta d-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa minnhom matul il-perjodu li fih kienu suġġetti għal diskriminazzjoni u l-kontribuzzjonijiet ogħla mħallsa mill-kategorija l-oħra ta persuni matul l-istess perjodu, ma ttemmx it-trattament mhux ugwali ħlief jekk twassal għall-istess kalkolu tad-drittijiet għal pensjoni għat-tul kollu ta' l-irtirar ta' kull waħda mill-persuni kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal, jirriżulta li d-Direttiva 79/7 ma tipprekludix Stat Membru, meta jadotta liġi li jkollha l-iskop li tippermetti lil persuni ta' sess iddeterminat, oriġinarjament suġġetti għal diskriminazzjoni, li jibbenifikaw għat-tul kollu ta' l-irtirar tagħhom mill-iskema ta' pensjoni applikabbli għall-persuni tas-sess l-ieħor, milli jissuġġetta din l-affiljazzjoni għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni li jikkonsistu fid-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni oriġinarjament suġġetti għal diskriminazzjoni matul il-perjodu li fih kien hemm iddiskriminazzjoni u l-kontribuzzjonijiet ogħla mħallsa mill-kategorija l-oħra ta persuni matul l-istess perjodu, miżjuda bl-interessi biex tiġi kkumpensata l-iżvalutazzjoni monetarja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-metodi ta' ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Sa fejn il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk l-Istat Membru jistax jeħtieġ li l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni jsir f'daqqa u li jkun miżjud bl-interessi bir-rata ta' 10% fis-sena, għandu jingħad li kull miżura meħuda minn Stat Membru sabiex jikkonforma ruħu mar-regoli tad-dritt Komunitarju, bħall-prinċipju ta ugwaljanza tat-trattament bejn l-irġiel u n-nisa, għandha tkun effettiva (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi Fisscher, iċċitata aktar 'il fuq, punt 31; Preston <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata aktar 'il fuq, punti 40 sa 42; ta' l-<DATE ISO="20030320">20 ta' Marzu 2003</DATE>, Kutz-Bauer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-187/00" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-2741">C-187/00, Ġabra p. I-2741, punt 57</REF.DOC.ECR>, u ta' l-<DATE ISO="20060704">4 ta' Lulju 2006</DATE>, Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-6057">C-212/04, Ġabra p. I-6057, punt 95</REF.DOC.ECR>). Konsegwentement, huwa l-leġiżlatur Belġjan li meta adotta d-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19970625">25 ta' Ġunju 1997</DATE> sabiex ipoġġi lill-air hostesses fl-istess sitwazzjoni bħal dik ta' l-istewards, kellu jistabbilixxi l-metodi tar-regolarizzazzjoni b'mod li dawn ma jkunux impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5183"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, fid-dawl tat-tul estiż tal-perjodu ta' diskriminazzjoni, li kien jeżisti bejn l-<DATE ISO="19640101">1 ta' Jannar 1964</DATE> u l-<DATE ISO="19801231">31 ta' Diċembru 1980</DATE>, u tan-numru sostanzjali ta' snin li għaddew minn meta ntemm dan il-perjodu u l-adozzjoni tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19970625">25 ta' Ġunju 1997</DATE> li stabbilixxa r-regolarizzazzjoni (1981 sa 1997), il-kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni jirrappreżentaw somma partikolarment għolja. Kif qalet l-Avukat Ġenerali fil-punt 49 tal-konklużjonijiet tagħha, is-somma msemmija tista wkoll taqbeż il-pensjoni annwali tal-persuni li għalihom hija proposta r-regolarizzazzjoni. B'hekk, kif qalu E. Jonkman, H. Vercheval u N Permesaen, mingħajr kontestazzjoni fuq dan il-punt min-naħa ta' l-ONP, il-ħlas, f'daqqa, ta' somma bħal din jista ma jkunx possibbli, jew ikun jitlob self mingħand organu finanzjarju li min-naħa tiegħu jkun jeżiġi l-ħlas ta' interessi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Bl-istess mod, mid-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19970625">25 ta' Ġunju 1997</DATE> jirriżulta li f'każijiet eċċezzjonali, li ma japplikawx f'dan il-każ, dan jipprovdi għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni f'rati, taħt forma ta' ħlasijiet fis-sena.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi msemmija aktar 'il fuq, għandu jingħad li l-obbligu impost fuq il-persuni interessati li jħallsu l-kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni f'daqqa kellu l-effett li jagħmel ir-regolarizzazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni ta' l-air hostesses eċċessivament diffiċli.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward ta' l-interessi bir-rata ta' 10 % fis-sena, il-partijiet fil-kawżi prinċipali, il-Kummissjoni u l-Gvern Taljan iddikjaraw jew ammettew li din ir-rata hija eċċezzjonalment għolja. Mistoqsi dwar dan waqt is-seduta, l-ONP ma kienx jaf jgħid ir-raġuni għalfejn id-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19970625">25 ta' Ġunju 1997</DATE> stabbilixxa rata ta interessi ogħla mir-rata ta' l-inflazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>F'kull każ, huwa kostanti li l-istabbiliment ta' rata ta' interessi li teċċedi dak li huwa neċessarju sabiex tiġi kkumpensata l-iżvalutazzjoni monetarja għandu l-effett li l-<?PAGE NO="I-5184"?>kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni l-ġodda li ġew affiljati jkunu fir-realtà ogħla minn dawk imħallsa mill-ħaddiema li kienu affiljati sa mill-bidu ta' l-iskema ta' pensjoni. Għaldaqstant, minflok ma jpoġġi lill-air hostesses fl-istess sitwazzjoni bħal dik ta' l-istewards, din ir-rata ta' l-interessi kkontribwixxiet għat-tkomplija tattrattament mhux ugwali ta' l-air hostesses.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju, li hija biss għandha għarfien komplut tad-dritt nazzjonali, li tiddetermina sa fejn ir-rata ta' l-interessi ta' 10% fissena stabbilita fid-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="19970625">25 ta' Ġunju 1997</DATE> jista' jkollha perċentwali ta' interessi bl-iskop li tikkumpensa l-iżvalutazzjoni monetarja.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha li d-Direttiva 79/7 tipprekludi Stat Membru, meta jadotta liġi li jkollha l-għan li tippermetti lil persuni ta' sess determinat, li jibbenifikaw minn skema ta' pensjoni applikabbli għall-persuni tassess l-ieħor, milli jeżiġi li l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni jkun miżjud b'interessi oħrajn milli dawk li huma intiżi li jikkumpensaw l-iżvalutazzjoni monetarja. Din id-direttiva tipprekludi wkoll li jkun meħtieġ li l-imsemmi ħlas isir f'daqqa, meta din il-kundizzjoni tagħmel ir-regolarizzazzjoni msemmija impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli. B'mod partikolari, dan huwa l-każ meta ssomma li trid titħallas taqbeż il-pensjoni annwali tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-obbligi ta' Stat Membru derivanti minn deċiżjoni preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tad-domandi tagħha, moqrija fil-kuntest tal-kawżi prinċipali, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk Stat Membru għandux l-obbligu li jemenda l-liġi tiegħu wara li tingħata deċiżjoni preliminari mill-Qorti tal-Ġustizzja minn liema jirriżulta nuqqas ta' kompatibbiltà tal-liġi msemmija mad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-5185"?><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, bis-saħħa tal-prinċipju ta' kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 10 KE, l-Istati Membri huma marbuta li jħassru lkonsegwenzi illegali ta' ksur tad-dritt Komunitarju (sentenza tas-<DATE ISO="20040107">7 ta' Jannar 2004</DATE>, Wells, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-201/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-723">C-201/02, Ġabra p. I-723, punt 64</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, wara li tingħata deċiżjoni preliminari li minnha jirriżulta nuqqas ta' kompatibbiltà ta' liġi nazzjonali mad-dritt Komunitarju, ikun l-obbligu ta' l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru kkonċernat li jieħdu l-miżuri ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jassiguraw l-osservanza tad-dritt Komunitarju fuq it-territorju tagħhom (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi Wells, iċċitata aktar 'il fuq, punti 64 u 65 kif ukoll tal-<DATE ISO="20040325">25 ta' Marzu 2004</DATE>, Azienda Agricola Giorgio, Giovanni u Luciano Visentin <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-495/00" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-2993">C-495/00, Ġabra p. I-2993, punt 39</REF.DOC.ECR>). Filwaqt li jkollhom l-għażla tal-miżuri li għandhom jittieħdu, l-awtoritajiet imsemmija għandhom b'mod partikolari jassiguraw li, fl-inqas żmien possibbli, id-dritt nazzjonali jsir konformi mad-dritt Komunitarju u li d-drittijiet ta' l-individwi taħt id-dritt Komunitarju jkunu jistgħu jiġu invokati.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif qalet kemm-il darba l-Qorti tal-Ġustizzja f'każijiet ta' diskriminazzjonijiet kuntrarji għad-dritt Komunitarju, u sakemm ma jkunux ġew adottati miżuri li jerġgħu jistabbilixxu t-trattament ugwali, l-osservanza tal-prinċipju ta' l-ugwaljanza jista jiġi assigurat biss bl-għoti lill-persuni tal-kategorija żvantaġġata ta' l-istess vantaġġi li jibbenefikaw minnhom il-persuni tal-kategorija privileġġata. Fsitwazzjoni bħal din, il-qorti nazzjonali hija obbligata li ma tapplikax kull dispożizzjoni nazzjonali diskriminatorja, mingħajr ma jkollha għalfejn titlob jew tistenna t-tħassir minn qabel tagħha mil-leġiżlatur, u li tapplika għall-membri talgrupp żvantaġġat l-istess skema li tibbenefika minnha l-kategorija l-oħra (sentenzi tat-<DATE ISO="19940928">28 ta' Settembru 1994</DATE>, Avdel Systems, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-408/92" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-4435">C-408/92, Ġabra p. I-4435, punti 16 u 17</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20021212">12 ta' Diċembru 2002</DATE>, Rodriguez Caballero, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-442/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-11915">C-442/00, Ġabra p. I-11915, punti 42 u 43</REF.DOC.ECR>, u tas-<DATE ISO="20060907">7 ta' Settembru 2006</DATE>, Cordero Alonso, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-81/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-7569">C-81/05, Ġabra p. I-7569, punti 45 u 46</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-5186"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Stat Membru huwa marbut li jikkumpensa d-danni kkawżati lil individwi mill-ksur tad-dritt Komunitarju. Fil-każ fejn il-kundizzjonijiet ta' dan lobbligu jiġu sodisfatti, tkun il-qorti nazzjonali li jkollha tiddeċiedi l-konsegwenzi ta' dan il-prinċipju (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19970422">22 ta' April 1997</DATE>, Sutton, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-66/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-2163">C-66/95, Ġabra p. I-2163, punt 35</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20030930">30 ta' Settembru 2003</DATE>, Kobler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-224/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-10239">C-224/01, Ġabra p. I-10239, punti 51 u 52</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li ntqal aktar 'il fuq, ir-risposta għat-tieni parti tad-domandi preliminari hija li, wara li tingħata deċiżjoni preliminari li minnha jirriżulta nuqqas ta' kompatibbiltà ta' liġi nazzjonali mad-dritt Komunitarju, l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru in kwistjoni għandhom jadottaw il-miżuri ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jassiguraw l-osservanza tad-dritt Komunitarju, billi b'mod partikolari jassiguraw ruħhom li, fl-inqas żmien possibbli, id-dritt nazzjonali jsir konformi mad-dritt Komunitarju u li d-drittijiet ta' l-individwi taħt id-dritt Komunitarju jkunu jistgħu jiġu invokati. Meta tiġi kkonstatata diskriminazzjoni li tmur kontra d-dritt Komunitarju, sakemm ma jkunux ġew adottati miżuri li jerġgħu jistabbilixxu ttrattament ugwali, il-qorti nazzjonali hija obbligata li ma tapplikax kull dispożizzjoni nazzjonali diskriminatorja, mingħajr ma jkollha għalfejn titlob jew tistenna t-tħassir minn qabel tagħha mil-leġiżlatur, u li tapplika għall-membri tal-grupp żvantaġġat listess skema li tibbenefika minnha l-kategorija l-oħra.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-5187"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-<DATE ISO="19781219">19 ta' Diċembru 1978</DATE>, dwar limplementazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali, meta Stat Membru jadotta liġi li jkollha l-iskop li tippermetti lil persuni ta' sess determinat, oriġinarjament suġġetti għal diskriminazzjoni, li jibbenifikaw għat-tul kollu ta' l-irtirar tagħhom mill-iskema ta' pensjoni applikabbli għall-persuni tas-sess l-ieħor,</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ma tipprekludix l-imsemmi Stat Membru milli jissuġġetta din laffiljazzjoni għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni li jikkonsistu fid-differenza bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni oriġinarjament suġġetti għal diskriminazzjoni matul il-perijodu li fih kien hemm id-diskriminazzjoni u l-kontribuzzjonijiet ogħla mħallsa mill-kategorija l-oħra ta' persuni matul l-istess perijodu, miżjuda bl-interessi biex tiġi kkumpensata l-iżvalutazzjoni monetarja,</P></ITEM><ITEM><P>tipprekludi, min-naħa l-oħra, lill-imsemmi Stat Membru milli jeżiġi li l-imsemmi ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta' regolarizzazzjoni jkun miżjud b'interessi oħrajn milli dawk li huma intiżi li jikkumpensaw l-iżvalutazzjoni monetarja,</P></ITEM><ITEM><P>tipprekludi wkoll li jkun meħtieġ li l-imsemmi ħlas isir f 'daqqa, meta din il-kundizzjoni tagħmel ir-regolarizzazzjoni msemmija impossibbli fil-prattika jew eċċessivament diffiċli. B'mod partikolari, dan huwa l-każ meta s-somma li trid titħallas taqbeż il-pensjoni annwali talpersuna kkonċernata.</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="I-5188"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Wara li tingħata deċiżjoni preliminari li minnha jirriżulta nuqqas ta' kumpatibbiltà ta' liġi nazzjonali mad-dritt Komunitarju, l-awtoritajiet ta' l-Istat Membru in kwistjoni għandhom jadottaw il-miżuri ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jassiguraw l-osservanza tad-dritt Komunitarju, billi b'mod partikolari jassiguraw ruħhom li, fl-inqas żmien possibbli, id-dritt nazzjonali jsir konformi mad-dritt Komunitarju u li d-drittijiet ta' lindividwi taħt id-dritt Komunitarju jkunu jistgħu jiġu invokati.</TXT><P>Meta tiġi kkonstatata diskriminazzjoni li tmur kontra d-dritt Komunitarju, sakemm ma jkunux ġew adottati miżuri li jerġgħu jistabbilixxu ttrattament ugwali, il-qorti nazzjonali hija obbligata li ma tapplikax kull dispożizzjoni nazzjonali diskriminatorja, mingħajr ma jkollha għalfejn titlob jew tistenna t-tħassir minn qabel tagħha mil-leġiżlatur, u li tapplika għall-membri tal-grupp żvantaġġat l-istess skema li tibbenefika minnha lkategorija l-oħra,</P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>