<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-503/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0503</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:681">EU:C:2017:681</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170914">14.9.2017</DATE> – Kawża C 503/16</P><P>Delgado Mendes</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>Direttivi 72/166/KEE, 84/5/KEE, 90/232/KEE u 2009/103/KE</KEYWORD><KEYWORD>Serq ta’ vettura</KEYWORD><KEYWORD>Inċident tat-traffiku</KEYWORD><KEYWORD>Dannu fiżiku u materjali subit mill-assigurat li huwa proprjetarju tal-vettura, bħala persuna mixja fit-triq</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens</KEYWORD><KEYWORD>Kopertura mill-assigurazzjoni obbligatorja</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli ta’ esklużjoni</KEYWORD><KEYWORD>Leġizlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-assigurat li huwa proprjetarju tal-vettura minn kumpens mill-assigurazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kompatibbiltà ma’ dawk id-direttivi</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>terz li huwa vittma<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑503/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal da Relação de Évora (qorti tal-appell ta’ Évora, il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160616">16 ta’ Ġunju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160923">23 ta’ Settembru 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Luís Isidro Delgado Mendes</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, A. Arabadjiev (Relatur) u C. G. Fernlund, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais SA, minn V. Ferreira Pires, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Costa de Oliveira kif ukoll minn K.‑P. Wojcik u B. Rechena, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 12(3) u 13(1) tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 263, p. 11</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Luís Isidro Delgado Mendes u Crédito Agrícola Seguros – Companhia de Seguros de Ramos Reais SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>CA Seguros<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) fir-rigward tal-kumpens minn din tal-aħħar, skont ir-responsabilità ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, għad-dannu subit minn L. I. Delgado Mendes minħabba f’inċident tat-traffiku.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ewwel Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kull Stat Membru għandu […] jieħu l-miżuri kollha approprjati biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu ikun kopert minn assigurazzjoni. Il-limiti koperti tar-responsabbiltà u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta’ dawn il-miżuri.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-<DATE ISO="19831230">30 ta’ Diċembru 1983</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3), kif emendat bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 149, p. 14</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Tieni Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) [tal-Ewwel Direttiva] għandha tkopri b’obbligu kemm il-ħsara lill- proprjetà u kemm il-korrimenti personali.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li kull dispożizzjoni statutorja jew kull klawsola kontrattwali li tkun tinstab fil-polza ta’ l-assigurazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3(1) [tal-Ewwel Direttiva], li teskludi mill-assigurazzjoni l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi minn:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>persuni li ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni espressa jew implikata għal dan, jew</P></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 3(1) [tal-Ewwel Direttiva], titqies nulla fir-rigward ta’ pretensjonijiet minn partijiet terzi li kienu vittmi ta’ inċident.</P></ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>Madanakollu d-dispożizzjoni jew il-klawsola msemmija fl-ewwel inċiż tista’ tiġi invokata kontra persuni li minn jeddhom daħlu fil-vettura li kkaġunat il-ħsara jew il-korriment, meta l-assiguratur jista’ jipprova li dawn kienu jafu li l-vettura kienet misruqa.</ALINEA><ALINEA>Stati Membri għandu jkollhom l-għażla — fil-każ ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom — li ma japplikawx id-dispożizzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu jekk u sakemm il-vittma tkun tista’ takkwista kumpens għall-ħsara li saritilha minn korp ta’ sigurtà soċjali.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-<DATE ISO="19900514">14 ta’ Mejju 1990</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249), kif emendata bid-Direttiva 2005/14, (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Tielet Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), jipprevedi b’mod partikolari li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>l-assigurazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) [tal-Ewwel Direttiva] għandha tkopri r-responsabbiltà għal korrimenti fuq il-persuna tal-passiġġieri, apparti minn għax-xufier, li joriġinaw mill-użu ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) [tal-Ewwel Direttiva] għandha tkopri danni personali u ħsara lill-proprjetà mġarrba minn dawk li jkunu mexjin, ċiklisti u dawk li jużaw it-triq mingħajr mutur li, bħala konsegwenza ta’ inċident fejn vettura b’mutur tkun involuta, huma intitolati għal kumpens skond il-liġi ċivili nazzjonali. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju kemm għar-responsabbiltà ċivili kif ukoll għall-ammont ta’ danni.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2009/103 kkodifikat id-direttivi li kienu jeżistu qabel fil-qasam tal-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u, konsegwentement, abrogathom b’effett mis-<DATE ISO="20091027">27 ta’ Ottubru 2009</DATE>. Skont it-tabella ta’ korrispondenza li tidher fl-Anness II ta’ din id-direttiva, l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva jikkorrispondi mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2009/103 u l-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva jikkorrispondi mal-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2009/103.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Portugiż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tad-decreto‑lei n<HT TYPE="SUP">o</HT> 291/2007, que aprova o regime do sistema do seguro obrigatório de responsabilidade civil automóvel e transpõe parcialmente para a ordem jurídica interna a Directiva n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2005/14/CE, do Parlamento Europeu e do Conselho, de 11 de Maio, que altera as Directivas n<HT TYPE="SUP">os</HT> 72/166/CEE, 84/5/CEE, 88/357/CEE e 90/232/CEE, do Conselho, e a Directiva n<HT TYPE="SUP">o</HT> 2000/26/CE, relativas ao seguro de responsabilidade civil resultante da circulação de veículos automóveis (Digriet‑Liġi Nru 291/2007 li japprova l-iskema ta’ assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili tal-karozzi u jittrasponi parzjalment id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur), tal-<DATE ISO="20070821">21 ta’ Awwissu 2007</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Diáro da República</HT>, serje 1, Nru 160, tal-<DATE ISO="20070821">21 ta’ Awwissu 2007</DATE>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kull persuna li tista’ tkun responsabbli ċivilment tal-kumpens għad-dannu fiżiku jew materjali lil terz permezz ta’ vettura tal-art bil-mutur jew mill-irmonk tagħha, li s-sewqan tagħha jiddependi mill-pussess ta’ titolu speċifiku, li normalment ikunu stazzjonati fit-territorju Portugiż, għandha, sabiex din il-vettura tkun tista’ tiċċirkula, tkun koperta minn assigurazzjoni li tiggarantixxi din ir-responsabbiltà, skont dan id-digriet‑liġi.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(2) tad-Digriet‑Liġi Nru 291/2007 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-assigurazzjoni ta’ responsabbiltà ċivili prevista fl-Artikolu 4 tkopri d-danni subiti mill-persuna mixja fit-triq, miċ-ċiklisti u mill-persuni l-oħra li jagħmlu użu mit-toroq mingħajr vettura bil-mutur fil-każijiet u skont il-livell li għalih il-liġi applikabbli għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta minn inċidenti tat-traffiku tiffissa l-kumpens għal dawn id-danni.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(2)(b) ta’ dan id-digriet‑liġi jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Huma wkoll esklużi mill-garanzija tal-assigurazzjoni d-danni materjali kollha kkawżati mill-persuni li ġejjin: […] detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(3) ta’ dan id-digriet‑liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Fil-każijiet ta’ serq aggravat, ta’ serq sempliċi, jew ta’ reat minħabba fl-użu illegali ta’ vetturi bil-mutur u ta’ inċidenti tat-traffiku kkawżati intenzjonalment, l-assigurazzjoni ma tiggarantixxix il-kumpens dovut mill-awturi u mill-kompliċi rispettivi fir-rigward tal-proprjetarju […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20090426">26 ta’ April 2009</DATE>, L. I. Delgado Mendes u martu kienu f’razzett li jappartjeni lilhom, fi Chamusca (il-Portugall), u fil-bitħa ta’ dan kienu pparkjati żewġ karozzi, waħda ta’ L. I. Delgado Mendes u l-oħra ta’ martu. Lejn is-18.00, il-persuni kkonċernati kkonstataw li mal-istering tal-vettura ta’ L. I. Delgado Mendes kien hemm raġel li huma ma kinux jafu u li kien startja din il-vettura. L. I. Delgado Mendes u martu immedjatament daħħlu fil-vettura l-oħra u bdew l-insegwiment ta’ din il-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Meta waslu f’salib it-toroq, il-vettura ta’ L. I. Delgado Mendes waqqfet. L. I. Delgado Mendes waqaf ukoll, madwar 20 metru bogħod minn din il-vettura, u ħareġ mill-vettura ta’ martu u mexa lejn il-vettura tiegħu stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Is-sewwieq tal-vettura ta’ L. I. Delgado Mendes irriversja, sabiex hekk din il-vettura laqtet kemm il-lemin tal-karozza tal-mara ta’ L. I. Delgado Mendes kif ukoll lil dan tal-aħħar, li waqa’ mal-art. Sussegwentement, dan is-sewwieq reġa’ saq ’il quddiem u mbagħad, f’daqqa waħda u malajr, reġa’ irriversja fuq L. I. Delgado Mendes li kien qiegħed iqum minn mal-art u saq fuqu, sabiex hekk kaxkru permezz tal-vettura tiegħu stess għal distanza ta’ madwar 8 metri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Bħala riżultat dirett ta’ dan l-inċident, L. I. Delgado Mendes sofra fratturi multipli u trawma. Huwa kien segwit klinikalment sat-<DATE ISO="20110208">8 ta’ Frar 2011</DATE> u tqiegħed fuq leave tal-mard għal 654 jum u kien għadu qed isofri minn numru ta’ effetti li dan l-inċident ħalla warajh.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fid-data ta’ dan l-inċident, ir-responsabbiltà ċivili għad-danni kkawżati lil terz mill-vettura ta’ L. I. Delgado Mendes kien assigurat minn CA Seguros, taħt polza tal-assigurazzjoni li ssemmi lill-persuna kkonċernata bħala d-detentriċi ta’ polza tal-assigurazzjoni u s-sewwieqa regolari ta’ din il-vettura. Din il-polza tal-assigurazzjoni b’mod partikolari kienet tispeċifika kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>hija ddefinita bħala terz kull <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>persuna li, minħabba f’inċident kopert mill-kuntratt, issofri dannu li jista’ jiġi rreperat jew kkumpensat skont id-dritt ċivili jew din il-polza tal-assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> [klawżola 1(e)];</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>dan il-kuntratt huwa intiż sabiex jissodisfa l-obbligu ta’ assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-karozzi, previst mid-Digriet‑Liġi [Nru 291/2007]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> (punt 1 tal-klawżola 2);</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>“dan il-kuntratt jiggarantixxi, fil-limiti u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ir-responsabbiltà ċivili tad-detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni, proprjetarju tal-vettura […] kif ukoll dik ta’ dawk li jkunu fil-pussess jew qed isuqu leġittimament din il-vettura, għad-danni fiżiċi u materjali, ikkawżati lil terzi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-kumpens dovut mill-awturi ta’ serq sempliċi, ta’ serq aggravat, ta’ reat minħabba fl-użu illegali ta’ vetturi bil-mutur jew ta’ inċidenti tat-traffiku kkawżati intenzjonalment” (punt 2 tal-klawżola 2);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>dan il-kuntratt jinkludi […] għal dak li jikkonċerna l-inċidenti fit-territorju tal-Portugall, l-obbligu ta’ kumpens stabbilit mid-dritt ċivili<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> [punt 1(a) tal-klawżola 4];</P></ITEM><ITEM><P>huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>esklużi mill-garanzija obbligatorja tal-assigurazzjoni d-danni materjali kollha kkawżati [mid-]detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> [punt 2(b) tal-klawżola 5];</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[f]il-każijiet ta’ serq aggravat […] u ta’ inċidenti tat-traffiku kkawżati intenzjonalment, l-assigurazzjoni ma tiggarantixxix il-kumpens dovut mill-awturi u mill-kompliċi rispettivi fir-rigward tal-proprjetarju […]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> (punt 5 tal-klawżola 5).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L. I. Delgado Mendes ippreżenta rikors quddiem it-Tribunal de Comarca de Santarém (qorti tad-distrett ta’ Santarém, il-Portugall), intiż għall-kundanna ta’ CA Seguros sabiex iħallsuh kumpens li jammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">210641.00</FT>, bħala danni patrimonjali u mhux patrimonjali subiti, flimkien mal-interessi bir-rata legali min-notifika ta’ dan ir-rikors. Għal diversi raġunijiet, CA Seguros talbet għaċ-ċaħda ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Din il-qorti ċaħdet ir-rikors ta’ L. I. Delgado Mendes bħala infondat għar-raġunijiet, b’mod partikolari, li skont l-Artikolu 15(3) tad-Digriet‑Liġi Nru 291/2007, il-proprjetarju tal-vettura kien eskluż miċ-ċirku ta’ benefiċjarji potenzjali tal-assigurazzjoni ffirmata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L. I. Delgado Mendes appella din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunal da Relação de Évora (qorti tal-appell ta’ Évora, il-Portugall). Huwa b’mod partikolari jsostni li għandha tingħata interpretazzjoni restrittiva lil dan l-Artikolu 15(3) fis-sens li jeskludi biss il-kumpens tad-danni materjali subiti mill-proprjetarju tal-vettura. Fil-fatt, permezz ta’ dan it-test, il-leġiżlatur ma kienx qed jinkludi inċidenti, bħal dawk li L. I. Delgado Mendes kien vittma tagħhom. L-għan ewlieni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet il-protezzjoni tal-vittmi ta’ danni fiżiċi, permezz tal-kumpens għal kulħadd, ħlief għas-sewwieq innifsu, peress li l-kumpens għad-danni fiżiċi subiti minn L. I. Delgado Mendes, f’dan il-każ, jaqgħu taħt l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>terz li huwa vittma<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>CA Seguros topponi din l-interpretazzjoni restrittiva u b’mod partikolari ssostni li din tikser l-Artikolu 9 tal-Código civil (kodiċi ċivili), peress li l-assigurazzjoni kkonċernata hija intiża sabiex tiggarantixxi r-responsabbiltà ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>kull persuna li tista’ tkun responsabbli ċivilment tal-kumpens għad-dannu kkawżat lil terz permezz ta’ vettura tal-art bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Issa, ma jistax jiġi aċċettat li l-persuna responsabbli għar-riskju li jirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ karozza tkun hija nnifisha protetta taħt ir-responsabbiltà ċivili, daqs li kieku hija kellha l-kwalità ta’ terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-għan tar-rikors huwa limitat għad-determinazzjoni tar-rabta eżistenti bejn, minn naħa, il-fatt li jikkawża r-responsabbiltà u l-obbligu ta’ kumpens tal-vittma li jirriżulta minn dan, kif ukoll, min-naħa l-oħra, il-limiti u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>It-Tribunal da Relação de Évora (qorti tal-appell ta’ Évora) tindika li tikkonferma kemm ir-responsabbiltà tas-sewwieq tal-vettura ta’ L. I. Delgado Mendes, assigurata minn CA Seguros, fil-każ ta’ inċident, kif ukoll l-obbligu fuq is-sewwieq biex jikkumpensa għad-danni li jkun ikkawża. Din il-qorti tippreċiża li, skont il-kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż bejn L. I. Delgado Mendes u CA Seguros, dan tal-aħħar huwa, f’sitwazzjoni preżenti fejn fiha l-vittma hija terz meta mqabbla<?PAGE NO="6"?> mar-relazzjoni ta’ assigurazzjoni eżistenti bejn il-proprjetarju tal-vettura u l-kumpannija tal-assigurazzjoni tiegħu, li hija responsabbli b’mod ċar mill-kumpens għad-danni li jirriżultaw mit-tort esklużiv ta’ dan is-sewwieq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Iżda l-kawża prinċipali għandha żewġ karatteristiċi partikolari, il-fatt li l-inċident kien ġie kkawżat intenzjonalment mis-sewwieq tal-vettura ta’ L. I. Delgado Mendes u li l-vittma, rikorrent fil-kawża, kienet id-detentriċi tal-polza tal-assigurazzjoni relatata ma’ din il-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel fost dawn il-karatteristiċi, il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-obbligu, għall-assiguratur, li jikkumpensa għad-danni li jirriżultaw minn inċidenti tat-traffiku kkawżati intenzjonalment hija stabbilita, mis-sena 2007, permezz ta’ ġurisprudenza stabbilita tas-Supremo Tribunal de Justiça (qorti suprema, il-Portugall).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward, madankollu, tat-tieni karatteristika, kemm l-Artikolu 15(3) tad-Digriet‑Liġi Nru 291/2007 kif ukoll il-kuntratt ta’ assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali jipprevedu espressament li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[f]il-każijiet ta’ serq […] u ta’ inċidenti tat-traffiku kkawżati intenzjonalment, l-assigurazzjoni ma tiggarantixxix il-kumpens dovut mill-awturi u mill-kompliċi rispettivi fir-rigward tal-proprjetarju<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Issa, iċ-ċirkustanzi tal-kawża jikkorrispondu għal dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet. Barra minn hekk, l-Artikolu 14(2)(b) ta’ dan id-digriet jeskludi wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>mill-garanzija tal-assigurazzjoni d-danni materjali kollha kkawżati […] mid-detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>It-Tribunal da Relação de Évora (qorti tal-appell ta’ Évora) u CA Seguros jikkunsidraw, barra minn hekk, li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(3) tad-Digriet‑Liġi Nru 291/2007 propost minn L. I. Delgado Mendes ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti, f’dan ir-rigward, fl-Artikolu 9 tal-kodiċi ċivili.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 14(2)(b) u tal-Artikolu 15(3) tad-Digriet‑Liġi Nru 291/2007 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>leġiżlazzjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) mad-dritt tal-Unjoni. Hija tosserva, f’dan ir-rigward, li t-Tieni Direttiva ssostitwit ir-relazzjoni bejn il-proprjetarju u l-assiguratur, tipika tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni, bir-relazzjoni bejn l-assiguratur u l-persuna responsabbli mill-inċident u li t-Tielet Direttiva kkonfermat li r-relazzjoni determinanti, għal dak li jikkonċerna kwalunkwe disposizzjoni jew klawżola kuntrattwali li teskludi l-assigurazzjoni, kienet ir-relazzjoni bejn l-assiguratur u s-sewwieq u mhux ir-relazzjoni bejn l-assiguratur u l-proprjetarju, b’dan l-approċċ ikun ikkonfermat, matul is-sena 2008, mis-Supremo Tribunal de Justiça (qorti suprema).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tqis li l-esklużjoni ta’ persuni koperti mil-leġiżlazzjoni kkontestata hija ddefinita fuq il-bażi ta’ kriterji ġenerali u astratti, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li huma kuntrarju għad-direttivi kkonċernati. Hija wkoll tistaqsi dwar il-konformità ta’ dawn l-esklużjonijiet, ibbażati biss fuq il-kwalità tal-proprjetarju tal-vettura li kienet is-suġġett tal-inċident, mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li t-Tribunal da Relação de Évora (qorti tal-appell ta’ Évora) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Fil-każ ta’ inċident tat-triq li minnu jirriżultaw danni fiżiċi u materjali fir-rigward ta’ persuna li ttajret intenzjonalment mill-vettura bil-mutur li tagħha kienet proprjetarja, li kienet qed tiġi misjuqa mill-persuna li serqitha, id-dritt [tal-Unjoni], b’mod speċifiku l-Artikoli 12(3) u 13(1) tad-Direttiva 2009/103/KE […], jipprekludi l-esklużjoni mid-dritt nazzjonali ta’ forma ta’ kumpens għall-imsemmija persuna li ttajret minħabba l-fatt li l-istess persuna għandha l-kwalità ta’ proprjetarja tal-vettura kif ukoll ta’ persuna koperta mill-assigurazzjoni tagħha?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>L-ewwel nett, qabel kollox għandu jiġi rrilevat li d-Direttiva 2009/103 ma hijiex applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża prinċipali. Fil-fatt, minħabba fid-data tal-inċident li huwa għall-oriġini ta’ dan, huma b’mod partikolari, l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva u l-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva li huma, f’dan il-każ, applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Sussegwentement, sabiex tingħata risposta utli għad-domanda magħmula, minbarra d-dispożizzjonijiet espressament imsemmija fid-domanda preliminari, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva u l-Artikolu 1(1) tat-Tieni Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress li l-qorti tar-rinviju ppreċiżat li l-obbligu, tal-assiguratur, li jikkumpensa l-inċidenti tat-traffiku kkawżati intenzjonalment huwa stabbilit, mill-2007, minn ġurisprudenza stabbilita tas-Supremo Tribunal de Justiça (qorti suprema), jidher li d-domanda hawn magħmula, fir-realtà, ma tirrigwardax il-kwistjoni jekk l-Ewwel sat-Tielet Direttiva jimponu jew le kopertura minn assigurazzjoni obbligatorja għad-danni kkawżati minn inċidenti tat-traffiku kkawżati intenzjonalment, iżda speċifikament dwar il-kompatibbiltà ma’ dawn id-direttivi tal-esklużjoni ta’ tali kopertura ta’ persuna, mixja fit-triq għas-sempliċi raġuni li din il-persuna kienet id-detentriċi tal-assigurazzjoni u l-proprjetarja tal-vettura li kkawżat id-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva, l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva u l-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-kopertura u għalhekk il-kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur tad-danni fiżiċi u materjali subiti minn persuna mixja fit-triq vittma ta’ inċident tat-traffiku, minħabba biss il-fatt li din il-persuna kienet id-detentriċi ta’ polza tal-assigurazzjoni u l-proprjetarja tal-vettura li kkawżat id-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, f’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi bil-mutur hija intiża li tiżgura l-moviment liberu kemm ta’ vetturi normalment stazzjonati fit-territorju tal-Unjoni kif ukoll ta’ persuni li jivvjaġġaw f’tali vetturi kif ukoll li tiggarantixxi li l-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn dawn il-vetturi jibbenefikaw minn trattament paragunabbli, indipendentement mit-territorju tal-Unjoni fejn seħħ l-inċident (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Ewwel Direttiva, kif iċċarata u kkompletata mit-Tieni u mit-Tielet Direttiva, timponi fuq l-Istati Membri li jiggarantixxu li r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur normalment stazzjonati fit-territorju tagħhom tkun koperta minn assigurazzjoni u tippreċiża, b’mod partikolari, it-tipi ta’ danni u t-terzi li huma vittmi li din l-assigurazzjoni għandha tkopri (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marques Almeida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:656">EU:C:2012:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrilevat li l-għan tal-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva, tal-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva u tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva jikkonsisti f’li tiġi ggarantita l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi bil-mutur li tippermetti lill-passiġġieri vittma ta’ inċident ikkawżat minn vettura li jiġu kkumpensati għad-dannu subit minnhom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni obbligatorja turi li dan l-għan ta’ protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi ġie mfittex u msaħħaħ b’mod kostanti mil-leġiżlatur tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>B’mod partikolari, id-Direttiva 2005/14/KE wessgħat, bl-introduzzjoni tal-Artikolu 1a fit-Tielet Direttiva, il-kopertura ta’ assigurazzjoni prevista fl-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva għad-danni fiżiċi u materjali subiti mill-persuni mixja fit-triq, miċ-ċiklisti u dawk kollha li jużaw it-triq mingħajr vettura bil-mutur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li fil-mument tal-inċident inkwistjoni L. I. Delgado Mendes kellu l-kwalità ta’ persuna mixja fit-triq, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva jirrikjedi li d-danni fiżiċi u materjali li huwa sofra b’riżultat ta’ dan l-inċident u li għalihom persuna mixja fit-triq hija intitolata tibbenefika minn kumpens konformement mad-dritt ċivili nazzjonali, ikunu koperti mill-assigurazzjoni obbligatorja relatata mal-vettura tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku għal dak li jirrigwarda l-kwalità ta’ vittma ta’ inċident tat-traffiku ta’ detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni u ta’ proprjetarju tal-vettura involuta fl-inċident, għandu jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-għan ta’ protezzjoni tal-vittmi mfittex mill-Ewwel sat-Tielet Direttiva jeħtieġ li s-sitwazzjoni legali tal-proprjetarju tal-vettura, li kien abbord ta’ din tal-aħħar fil-mument ta’ dan l-inċident bħala passiġġier, tiġi assimilata ma’ dik ta’ kwalunkwe vittma oħra li tkun passiġġier f’dak l-istess inċident (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Bl-istess mod, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan l-għan jipprekludi wkoll li leġiżlazzjoni nazzjonali tillimita indebitament l-kunċett ta’ passiġġier kopert mill-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi bil-mutur, billi teskludi minn dan il-kunċett il-persuni li kienu f’parti minn vettura li la kienet intiża għat-trasport tagħhom u lanqas kienet mgħammra għal dan il-għan (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet li dan l-għan ta’ protezzjoni tal-vittmi jeħtieġ ukoll li s-sitwazzjoni ġuridika tal-persuna li kienet assigurata sabiex issuq il-vettura, iżda li kienet passiġġiera ta’ din il-vettura fil-mument tal-inċident, tiġi assimilata ma’ dik ta’ kwalunkwe vittma oħra li tkun passiġġier f’dak l-istess inċident u li, għalhekk, il-fatt li persuna kellha assigurazzjoni sabiex tkun tista’ ssuq il-vettura li kkawżat dan l-inċident ma jippermettix li din il-persuna tiġi eskluża mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>terz li huwa vittma<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva, peress li kienet passiġġiera u mhux sewwieqa ta’ din il-vettura. (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’analoġija għal dan, għandu jiġi kkunsidrat li l-fatt li persuna mixja fit-triq ittajret matul inċident tat-traffiku kienet id-detentriċi ta’ polza tal-assigurazzjoni u l-proprjetarja tal-vettura li kkawżat dan l-inċident ma jippermettix li din il-persuna tiġi eskluża mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>terz li huwa vittma<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva u tal-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif irrilevat il-qorti tar-rinviju u kif sostniet korrettament il-Kummissjoni, il-fatt li l-proprjetarju tal-vettura kkonċernata u d-detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni ma kienx abbord tal-vettura matul l-inċident, iżda ttajjar minn din il-vettura, bħala persuna mixja fit-triq, ma tistax tiġġustifika trattament differenti, fid-dawl tal-istess għan ta’ protezzjoni mfittex mill-Ewwel sat-Tielet Direttiva, kif imsemmi fil-punt 41 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tad-drittijiet rikonoxxuti lil terzi li huma vittmi, għandu jitfakkar li l-obbligu ta’ kopertura mill-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili ta’ danni kkawżati lil terzi minn vetturi bil-mutur huwa distint mill-portata tal-kumpens ta’ dawn id-danni, ibbażat fuq ir-responsabbiltà ċivili tal-assigurat. Fil-fatt, filwaqt li l-ewwel wieħed huwa ddefinit u ggarantit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, it-tieni wieħed huwa rregolat, essenzjalment, mid-dritt nazzjonali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marques Almeida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:656">EU:C:2012:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li jirriżulta mill-għan tal-Ewwel sat‑Tielet Direttiva, kif ukoll mill-kliem tagħhom, li huma ma humiex intiżi li jarmonizzaw is-sistemi ta’ responsabbiltà ċivili tal-Istati Membri u li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, dawn tal-aħħar jibqgħu liberi li jiddeterminaw is‑sistema ta’ responsabbiltà ċivili applikabbli għall-inċidenti li jirriżultaw miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marques Almeida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:656">EU:C:2012:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f’dan il-qasam filwaqt li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni u li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-kumpens ta’ inċidenti li jirriżultaw miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur ma jistgħux iċaħħdu l-Ewwel sat-Tielet Direttiva mill-effett utli tagħhom (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marques Almeida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:656">EU:C:2012:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Hekk kif ippreċiżat ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja, dawn id-direttivi jiġu mċaħħda minn tali effett jekk, fuq il-bażi tal-kontribut tal-vittma għall-okkorrenza tad-dannu, leġiżlazzjoni nazzjonali, definita fuq il-bażi ta’ kriterji ġenerali u astratti, jew iċċaħħad lill-vittma d-dritt li tiġi kkumpensata mill-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward taċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, jew tillimita tali dritt b’mod sproporzjonat. Għaldaqstant, huwa biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali li, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni individwali, dan id-dritt jista’ jiġi limitat (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marques Almeida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:656">EU:C:2012:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għalhekk jirriżulta mill-ġurisprudenza li dawn id-direttivi jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, li tippermetti li jiġi rrifjutat jew limitat b’mod sproporzjonat, fuq is-sempliċi bażi tal-kontribut ta’ passiġġier għat-twettiq tad-dannu subit minnu, id-dritt tal-imsemmi passiġġier li jiġi kkumpensat mill-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marques Almeida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑300/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:656">EU:C:2012:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa dan huwa l-istess fil-każ ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġizlazzjoni kkontestata, li tippermetti li persuna mixja fit-triq tiġi rrifjutata, fuq il-bażi biss tal-kwalità tagħha ta’ detentur ta’ polza tal-assigurazzjoni u ta’ proprjetà tal-vettura li kkawżatilha danni fiżiċi u materjali, id-dritt li tiġi kkumpensata mill-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva jipprekludi li l-assiguratur tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi bil-mutur jista’ jinvoka d-dispożizzjonijiet legali jew klawżoli kuntrattwali sabiex jirrifjuta li jikkumpensa lill-vittmi ta’ inċident ikkawżat minn vettura assigurata (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva sempliċement ifakkar dan l-obbligu fir-rigward tad-dispożizzjonijiet jew tal-klawżoli ta’ polza tal-assigurazzjoni msemmija fl-imsemmi artikolu, li jeskludu mill-kopertura tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tal-vetturi bil-mutur id-dannu kkawżat lil terzi li huma vittmi minħabba l-użu jew is-sewqan tal-vettura assigurata minn persuni li ma humiex awtorizzati jsuqu din il-vettura, minn persuni li ma għandhomx liċenzja tas-sewqan jew minn persuni<?PAGE NO="10"?> li ma jikkonfermawx mal-obbligi legali previsti fil-liġi dwar l-istat u s-sigurtà tal-imsemmija vettura (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Huwa minnu li, permezz ta’ deroga minn dan l-obbligu, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva jipprevedi li ċerti vittmi jistgħu ma jiġux ikkumpensati mill-assiguratur, fid-dawl tas-sitwazzjoni li ħolqu huma stess, jiġiferi l-persuni li minn jeddhom rikbu fil-vettura li kkawżat id-dannu, meta l-assiguratur stess jista’ jipprova li l-vettura kienet misruqa. Madankollu, u hekk kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tista’ biss issir f’dan il-każ partikolari (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111201">1 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Churchill Insurance Company Limited u Evans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑442/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:799">EU:C:2011:799</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kawża prinċipali, huwa stabbilit li dan ma huwiex il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlazzjoni kkontestata ddgħajjef il-garanzija, prevista mid-dritt tal-Unjoni, li r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, kif iddeterminat mid-dritt nazzjonali applikabbli, għandu jkun kopert minn assigurazzjoni konforma mal-Ewwel sat-Tielet Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva kif ukoll l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-assiguratur tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur jista’ jibbenefika minn leġiżlazzjoni nazzjonali bħal-leġiżlazzjoni kkontestata sabiex jirrifjuta li jikkumpensa lil terz li huwa vittma ta’ danni fiżiċi u materjali subiti matul inċident ikkawżat minn vettura assigurata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi rrilevat li din il-konstatazzjoni ma hijiex invalidata mill-argument ta’ CA Seguros li s-sistema ta’ responsabilità ċivili hija effettwata serjament jekk din ir-responsabbiltà tista’ tiġi mġarrba fir-rigward tal-istess persuna assigurata, ħaġa li t-talba għal kumpens stess fil-kawża prinċipali qed timplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-qorti tar-rinviju ppreċiżat li l-għan tar-rikors fil-kawża prinċipali huwa limitat, f’dan l-istadju tal-proċedura, għall-portata tal-kopertura mill-kuntratt ta’ assigurazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tar-responsabbiltà ċivili diġà kkonstatata. Fil-fatt, din il-qorti affermat li kienet diġà ammettiet li s-sewwieq tal-vettura assigurata kien responsabbli għall-kumpens għad-danni li kien ikkawża u hija indikat li, skont il-kuntratt ta’ assigurazzjoni konkluż bejn L. I. Delgado Mendes u CA Seguros, din tal-aħħar, fl-assenza tal-leġiżlazzjoni kkontestata, kienet responsabbli sabiex tikkumpensa għad-danni li jirriżultaw esklużivament mit-tort tas-sewwieq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument ta’ CA Seguros ma għandu l-ebda bażi fattwali, peress li l-qorti tar-rinviju ma kkonstatatx l-impenn tar-responsabbiltà ċivili ta’ L. I. Delgado Mendes fir-rigward tiegħu nnifsu, iżda l-impenn, fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, tar-responsabbiltà tas-sewwieq tal-vettura involuta fl-inċident inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, hemm lok li tingħata r-risposta li ġejja għad-domanda magħmula, li l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva, l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva kif ukoll l-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-kopertura u għalhekk il-kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur għad-danni fiżiċi u materjali subiti minn persuna mixja fit-triq vittma ta’ inċident tat-traffiku, minħabba biss il-fatt li din il-persuna kienet id-detentriċi ta’ polza tal-assigurazzjoni u l-proprjetarja tal-vettura li kkawżat id-danni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-<DATE ISO="19831230">30 ta’ Diċembru 1983</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendat bid-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, kif ukoll l-Artikolu 1a tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-<DATE ISO="19900514">14 ta’ Mejju 1990</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, kif emendata bid-Direttiva 2005/14, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi l-kopertura u għalhekk il-kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur għad-danni fiżiċi u materjali subiti minn persuna mixja fit-triq vittma ta’ inċident tat-traffiku, minħabba biss il-fatt li din il-persuna kienet id-detentriċi ta’ polza tal-assigurazzjoni u l-proprjetarja tal-vettura li kkawżat id-danni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>