16.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/34


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu ċċekkjati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istat NU/KEE TRANS/WP.29/343 disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Ir-Regolament Nru 142 tan-NU — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom [2021/1366]

Li jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-serje ta’ emendi 01 — Data tad-dħul fis-seħħ: 30 ta’ Settembru 2021

Dan id-dokument huwa maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa ECE/TRANS/WP.29/2021/11.

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta’ Applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet

6.

Modifika tat-tip ta’ vettura u estensjoni tal-approvazzjoni

7.

Konformità tal-produzzjoni

8.

Penali għan-nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

9.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

10.

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

11.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1

Dokument ta’ informazzjoni

2

Komunikazzjoni

3

Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

1.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji M, N u O (1) fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħhom.

Ma japplikax għal vetturi li l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom huma inkompatibbli mal-karatteristiċi ta’ tajers tal-klassi C1, C2 jew C3 u għal vetturi fir-rigward tal-installazzjoni:

(a)

Ta’ stepni tagħhom għal użu temporanju; u/jew

(b)

Ta’ tajers run-flat u/jew sistema run-flat meta jitħaddmu fil-modalità tagħhom ta’ sewqan b’tajer imniżżel; u/jew

(c)

Ta’ tajers ta’ mobbiltà estiża meta jitħaddmu fil-modalità tagħhom ta’ sewqan b’tajer imniżżel; u/jew

(d)

Sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

2.1.

“Tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħha” tfisser vetturi li mhumiex differenti fir-rigward ta’ aspetti essenzjali bħat-tipi ta’ tajers, id-deżinjazzjonijiet tad-daqs minimu u massimu tat-tajers, id-dimensjonijiet tar-roti u l-offsets kif ukoll il-veloċità u l-kapaċitajiet tat-tagħbija xierqa għall-immuntar, u l-karatteristiċi tal-parafangi tar-roti;

2.2.

It-tipi ta’ tajers għandhom jiġu klassifikati kif ġej:

(a)

Tajers tal-Klassi C1 — Tajers li jkunu konformi mar-Regolament Nru 30 tan-NU;

(b)

Tajers tal-Klassi C2 — Tajers li jkunu konformi mar-Regolament Nru 54 tan-NU u identifikati permezz ta’ indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija f’formazzjoni waħda aktar baxx minn jew ugwali għal 121 u minn simbolu tal-kategorija tal-veloċità ogħla minn jew ugwali għal “N”;

(c)

Tajers tal-Klassi C3: Tajers li jkunu konformi mar-Regolament Nru 54 tan-NU u li jiġu identifikati permezz ta’:

(i)

Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija f’formazzjoni waħda ogħla minn jew ugwali għal 122; jew

(ii)

Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija f’formazzjoni waħda aktar baxx minn jew ugwali għal 121 u simbolu tal-kategorija tal-veloċità aktar baxx jew ugwali għal “M”.

2.2.1.

“Tip ta’ tajer” tfisser firxa ta’ tajers li mhumiex differenti f’dawn il-karatteristiċi essenzjali li ġejjin:

(a)

Il-klassi tat-tajer: C1, C2 jew C3 kif deskritt fir-Regolament Nru 30 tan-NU; kif ukoll

(b)

Fil-każ ta’ tajers tal-klassi C1, il-karatteristiċi ta’ tip ta’ tajer pnewmatiku kif definiti fir-Regolament Nru 30 tan-NU;

(c)

Fil-każ ta’ tajers tal-klassi C2 jew C3, il-karatteristiċi ta’ tip ta’ tajer pnewmatiku kif definiti fir-Regolament Nru 54 tan-NU.

2.3.

“Deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer” tfisser id-deżinjazzjoni kif definita fir-Regolament Nru 30 għal tajers tal-klassi C1 u fir-Regolament Nru 54 tan-NU għal tajers tal-klassi C2 u C3.

2.4.

“Offset tar-rota” tfisser id-distanza mill-wiċċ tal-appoġġ tal-buttun sal-linja taċ-ċentru tar-rimm.

2.5.

“Struttura ta’ tajer pnewmatiku” tfisser il-karatteristiċi tekniċi tal-karkassa tat-tajer.

2.6.

“Tajer normali” tfisser tajer jew tajer run-flat maħsub għal użu normali fit-toroq.

2.7.

“Tajer għall-borra” tfisser tajer li d-disinn tal-profil, il-kompożizzjoni tal-profil jew l-istruttura tal-profil tiegħu huma primarjament iddisinjati biex f’kundizzjonijiet ta’ borra jikseb prestazzjoni aħjar minn dik ta’ tajer normali fir-rigward tal-kapaċità tiegħu biex jibda jew iżomm is-sewqan tal-vettura.”

2.7.1.

“Tajer għall-borra għal użu f’kundizzjonijiet ta’ borra severi” tfisser tajer għall-borra li d-disinn tal-profil, il-kompożizzjoni tal-profil jew l-istruttura tal-profil tiegħu huma ddisinjati b’mod speċifiku biex jintużaw f’kundizzjonijiet ta’ borra severi, u li jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament Nru 117 tan-NU.

2.8.

“Tajer għal użu speċjali” tfisser tajer maħsub għal diversi użi, kemm fit-toroq kif ukoll off-road jew għal użu speċjali ieħor. Dawn it-tajers huma primarjament iddisinjati sabiex iqabbdu u jżommu l-vettura miexja f’kundizzjonijiet ta’ art imħarbta (off-road).”

2.9.

“Tajer run-flat” tfisser tajer kif definit fir-Regolament Nru 30 tan-NU.

2.10

“Tajer ta’ mobbiltà estiża” tfisser tajer kif definit fir-Regolament Nru 30 tan-NU.

2.11.

“Stepni għal użu temporanju” tfisser tajer differenti minn tajer maħsub biex jitwaħħal fuq kwalunkwe vettura għal kundizzjonijiet ta’ sewqan normali, iżda maħsub biss għal użu temporanju f’kundizzjonijiet ta’ sewqan ristretti.

2.12.

“Rota” tfisser rota kompleta li tikkonsisti minn rimm u diska tar-rota.

2.13.

“Stepni għal użu temporanju” tfisser rota differenti minn waħda mir-roti normali fuq it-tip ta’ vettura, iżda maħsuba biss għal użu temporanju f’kundizzjonijiet ta’ sewqan ristretti.

2.14.

“Unità” tfisser assemblaġġ ta’ rota u tajer.

2.15.

“Stepni standard” tfisser stepni li jista’ jitwaħħal mal-vettura għal tħaddim normali.

2.16.

“Stepni” tfisser unità maħsuba biex tiġi mibdula ma’ unità standard f’każ li din tal-aħħar ma taħdimx sew u tista’ tkun waħda minn dawn iż-żewġ tipi li ġejjin.

2.17.

“Stepni standard” tfisser assemblaġġ ta’ rota u tajer identiku, f’dawk li huma d-deżinjazzjoni tad-daqs tar-rota u t-tajer, l-offset tar-rota u l-istruttura tat-tajer, għal dak immuntat fuq l-istess pożizzjoni tal-fus u għall-varjant u l-verżjoni ta’ vettura partikolari għal tħaddim normali, inklużi r-roti prodotti minn materjal differenti u li jistgħu jużaw disinni ta’ skorfini jew boltijiet tal-immuntar tar-rota differenti, iżda li mill-aspetti l-oħra kollha huwa identiku għar-rota maħsuba għal tħaddim normali.

2.18.

“Stepni għal użu temporanju” tfisser assemblaġġ ta’ kwalunkwe rota u tajer li ma jaqax fi ħdan id-definizzjoni ta’ unità żejda standard u li jaqa’ fi ħdan xi waħda mid-deskrizzjonijiet ta’ tipi ta’ stepni għal użu temporanju kif definit fir-Regolament Nru 64 tan-NU.

2.19.

“Simbolu tal-kategorija tal-veloċità” tfisser is-simbolu kif definit fir-Regolament Nru 30 tan-NU għal tajers tal-klassi C1 u fir-Regolament Nru 54 tan-NU għall-klassi C2.

2.20.

“Indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija” tfisser numru assoċjat mal-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima tat-tajer b’rabta mad-definizzjoni fir-Regolament Nru 30 tan-NU għal tajers tal-klassi C1 u fir-Regolament Nru 54 tan-NU għal tajers tal-klassi C2.

2.21.

“Klassifikazzjoni tat-tagħbija massima” tfisser il-massa li tajer jista’ jġorr meta mħaddem b’mod konformi mar-rekwiżiti li jirregolaw l-utilizzazzjoni speċifikata mill-manifattur tat-tajer.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni tat-tajers tiegħu għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

3.2.

Għandu jkollha magħha d-dokumenti msemmija hawn taħt fi tliet kopji kif ukoll id-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-elementi msemmija fil-paragrafu 5.

3.3.

Vettura li tkun rappreżentattiva tat-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata, jew għodda ta’ simulazzjoni li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandha tiġi approvata, għandha titressaq quddiem is-Servizz Tekniku li jwettaq it-testijiet tal-approvazzjoni.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk it-tip ta’ vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta’ vettura.

4.2.

Għandu jingħata numru ta’ approvazzjoni għal kull tip ta’ vettura approvat; l-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 01 għar-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 01) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li tinkorpora l-aktar emendi tekniċi ewlenin riċenti li saru għar-regolament meta nħarġet l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tiegħu.

4.3.

Għandha tintbagħat notifika ta’ approvazzjoni jew ta’ ċaħda ta’ approvazzjoni skont dan ir-Regolament lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 u ritratti u/jew disinji mressqa mill-applikant f’format mhux ikbar minn A4 (210 × 297 mm) jew mitwi f’dak il-format u fuq skala xierqa.

4.4.

Ma’ kull vettura li tikkonforma ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandha titwaħħal, b’mod li jidher u f’post li huwa faċilment aċċessibbli li jiġi speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tikkonforma mal-mudell li hemm spjegata fl-Anness 3 u li tikkonsisti minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra "E" segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni; (2)

4.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.

Jekk il-vettura tkun konformi ma’ tip ta’ vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f’dan il-każ, ir-regolament u n-numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali għandhom jitqiegħdu f’kolonni wieqfa fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu li hemm preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq il-pjanċa tad-data tal-vettura inkella qrib tagħha.

4.8.

L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju ta’ marki tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.

Rekwiżiti ġenerali

5.1.1.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.2.4.4., kull tajer immuntat fuq vettura, inkluż, meta applikabbli, kwalunkwe stepni, għandu jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

5.1.2.

Kull tajer immuntat fuq vettura, inkluż, meta applikabbli, kwalunkwe stepni, għandu jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi u jirrispetta d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali tar-Regolamenti Nru 30, 54 u 117 tan-NU kif applikabbli.

5.2.

Rekwiżiti tal-prestazzjoni

5.2.1.

Immuntar tat-tajers

5.2.1.1.

It-tajers li normalment jiġu mmuntati fuq il-vettura, jiġifieri għajr dawk użati bħala stepnis għal użu temporanju, għandu jkollhom l-istess struttura.

5.2.1.2.

It-tajers kollha li normalment jiġu mmuntati fuq fus wieħed għandhom ikunu tal-istess tip.

5.2.1.3.

L-ispazju li fih iddur ir-rota għandu jkun tali mod li jippermetti moviment bla trażżin meta jintuża d-daqs permissibbli massimu ta’ tajers u wesgħat tar-rimm, b’qies tal-offsets tar-rota minimi u massimi, fi ħdan il-limiti tal-istering u s-saspenxin minimi u massimi kif iddikjarati mill-manifattur tal-vettura. Dan għandu jiġi vverifikat permezz ta’ kontrolli bl-ikbar u l-usa’ tajers, filwaqt li jitqiesu t-tolleranzi dimensjonali applikabbli (jiġifieri l-enveloppar massimu) relatati mad-deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajers kif speċifikat fir-Regolament rilevanti tan-NU.

5.2.1.4.

Is-Servizz Tekniku u/jew l-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip jistgħu jaqblu li ssir proċedura ta’ ttestjar alternattiva (eż. ittestjar virtwali) biex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 5.2.1.3. tal-Anness jiġu ssodisfati.

5.2.2.

Kapaċità għat-tagħbija

5.2.2.1.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.2.4. ta’ dan ir-Regolament, il-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima ta’ kull tajer immuntat fuq il-vettura, kif iddeterminata fil-paragrafu 5.2.2.2. ta’ dan ir-Regolament, inkluż stepni standard (jekk ipprovdut), għandha tkun:

5.2.2.1.1.

Fil-każ ta’ vettura mmuntata b’tajers tal-istess tip f’formazzjoni singola: tal-inqas ugwali għal nofs il-massa massima teknikament permissibbli għall-fus li l-aktar jitgħabba, kif iddikjarat mill-manifattur tal-vettura.

5.2.2.1.2.

Fil-każ ta’ vettura mmuntata b’tajers ta’ iktar minn tip wieħed, f’formazzjoni singola: tal-inqas ugwali għal nofs il-massa massima teknikament permissibbli għall-fus kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura, fir-rigward tal-fus rilevanti.

5.2.2.1.3.

Fil-każ ta’ vettura mmuntata b’tajers tal-klassi C1 f’formazzjoni doppja (twin): tal-inqas ugwali għal 0,27 drabi tal-massa massima teknikament permissibbli għall-fus, kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura, fir-rigward tal-fus rilevanti.

5.2.2.1.4.

Fil-każ ta’ fusien immuntati b’tajers tal-klassijiet C2 jew C3 f’formazzjoni doppja (twin): tal-inqas ugwali għal 0,25 drabi, b’referenza għall-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija għal applikazzjoni doppja, tal-massa massima teknikament permissibbli għall-fus, kif iddikjarata mill-manifattur tal-vettura, fir-rigward tal-fus rilevanti.

5.2.2.2.

Il-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima ta’ tajer hija ddeterminata kif ġej:

5.2.2.2.1.

Fil-każ ta’ tajers tal-klassi C1, titqies il-“klassifikazzjoni tat-tagħbija massima” kif imsemmi fir-Regolament Nru 30 tan-NU.

5.2.2.2.2.

Fil-każ ta’ tajers tal-klassi C2 jew C3, titqies "it-tabella tal-varjazzjoni tal-kapaċità għat-tagħbija skont il-veloċità" kif imsemmija fir-Regolament Nru 54 tan-NU, li bħala funzjoni tal-indiċijiet tal-kapaċità tat-tagħbija u s-simboli tal-kategorija ta’ veloċità nominali, turi l-varjazzjonijiet tat-tagħbija li jista’ jiflaħ għaliha tajer pnewmatiku filwaqt li titqies il-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura.

5.2.2.3.

Fil-manwal ta’ sid il-vettura, jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni fil-vettura, il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar tajers ta’ rikambju xierqa b’kapaċità għat-tagħbija adattata.

5.2.3.

Kapaċità ta’ veloċità

5.2.3.1.

Kull tajer li normalment jiġi mmuntat fuq il-vettura għandu juri simbolu tal-kategorija tal-veloċità.

5.2.3.1.1.

Fil-każ ta’ tajer tal-klassi C1, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità għandu jkun kompatibbli mal-veloċità massima tad-disinn tal-vettura u għandu jqis, fil-każ ta’ tajers tal-kategoriji ta’ veloċità V, W u Y, il-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima kif deskritt fir-Regolament Nru 30 tan-NU.

5.2.3.1.2.

Fil-każ ta’ tajer tal-klassi C2 jew C3, is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità għandu jkun kompatibbli mal-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura u l-kombinament applikabbli ta’ tagħbija/veloċità derivat mit-“tabella tal-varjazzjoni tal-kapaċità għat-tagħbija skont il-veloċità” kif deskritt fir-Regolament Nru 54 tan-NU.

5.2.3.2.

Ir-rekwiżiti tal-paragrafi 5.2.3.1.1. u 5.2.3.1.2. m’għandhomx japplikaw għas-sitwazzjonijiet li ġejjin:

5.2.3.2.1.

Fil-każ ta’ stepnis għal użu temporanju li japplika għalihom il-paragrafu 5.2.5. ta’ dan ir-Regolament.

5.2.3.2.2.

Fil-każ ta’ vetturi li normalment ikunu mgħammra b’tajers ordinarji u li xi kultant jiġu mmuntati fuqhom tajers għall-borra għal użu f’kundizzjonijiet ta’ borra severi (jiġifieri bil-markatura tas-simbolu tal-borra fuq muntanja bi tliet quċċati jew dak alpin), fejn f’tali każijiet is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità tat-tajers għall-borra għal użu f’kundizzjonijiet ta’ borra severi għandu jikkorrispondi għal veloċità li jew tkun ogħla mill-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura jew inkella ma tkunx ta’ inqas minn 160 km/h (jew it-tnejn). Madankollu, jekk il-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura tkun ogħla mill-veloċità korrispondenti għas-simbolu tal-inqas kategorija tal-veloċità tat-tajers għall-borra għal użu f’kundizzjonijiet ta’ borra severi mmuntati, fuq ġewwa tal-vettura, f’pożizzjoni prominenti u fejn tidher faċilment u tkun viżibbli għax-xufier b’mod permanenti, għandha titwaħħal tikketta ta’ twissija dwar il-kapaċità tal-veloċità massima li tispeċifika l-inqas valur tal-kapaċità għall-veloċità massima tat-tajers għall-borra għal użu f’kundizzjonijiet ta’ borra severi mmuntati. Tipi oħra ta’ tajers b’forza tat-trazzjoni mtejba fuq il-borra (jiġifieri bil-markatura M+S, iżda mingħajr il-markatura tas-simbolu tal-borra fuq muntanja bi tliet quċċati jew dak alpin) għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-paragrafi 5.2.3.1.1. u 5.2.3.1.2. ta’ dan ir-Regolament.

5.2.3.2.3.

Fil-każ ta’ vetturi mgħammra b’tajers għal użu speċjali. Madankollu, jekk il-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura tkun ogħla mill-veloċità korrispondenti għas-simbolu tal-inqas kategorija tal-veloċità tat-tajers għal użu speċjali mmuntati, fuq ġewwa tal-vettura, f’pożizzjoni prominenti u fejn tidher faċilment u tkun viżibbli għax-xufier b’mod permanenti, għandha titwaħħal tikketta ta’ twissija dwar il-veloċità massima li tispeċifika l-inqas valur tal-kapaċità tal-veloċità massima tat-tajers għal użu speċjali mmuntati.

5.2.3.2.4.

Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 jew N3 mgħammra b’regolatur tal-veloċità eċċessiva (SLD) approvat skont ir-Regolament Nru 89 tan-NU fejn f’tali każ is-simbolu tal-veloċità tat-tajers għandu jkun kompatibbli mal-veloċità skont liema hija stabbilita l-limitazzjoni. Madankollu, jekk il-manifattur tal-vettura jkun ippreveda li l-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura hija ogħla mill-veloċità korrispondenti għas-simbolu tal-inqas kategorija tal-veloċità tat-tajers immuntati, fuq ġewwa tal-vettura, f’pożizzjoni prominenti u fejn tidher faċilment u tkun viżibbli għax-xufier b’mod permanenti, għandha titwaħħal tikketta dwar il-veloċità massima li tispeċifika l-kapaċità tal-veloċità massima tat-tajers.

5.2.3.2.5.

Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M1 jew N1 mgħammra b’sistema abbord li twettaq funzjoni ta’ regolatur tal-veloċità eċċessiva fejn f’tali każ is-simbolu tal-veloċità tat-tajers għandu jkun kompatibbli mal-veloċità skont liema hija stabbilita l-limitazzjoni.

Madankollu, jekk il-manifattur tal-vettura jkun ippreveda li l-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura hija ogħla mill-veloċità korrispondenti għas-simbolu tal-inqas kategorija tal-veloċità tat-tajers immuntati, fuq ġewwa tal-vettura, f’pożizzjoni prominenti u fejn tidher faċilment u tkun viżibbli għax-xufier b’mod permanenti, għandha titwaħħal tikketta dwar il-veloċità massima li tispeċifika l-kapaċità tal-veloċità massima tat-tajers.

5.2.3.3.

Il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa dwar tajers ta’ rikambju xierqa b’kapaċità ta’ veloċità adattata fil-manwal ta’ sid il-vettura jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni fil-vettura.

5.2.4.

Każijiet speċjali

5.2.4.1.

Fil-każ ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1, li huma ddisinjati biex ikunu kapaċi jirmunkaw trejler, it-tagħbija addizzjonali imposta fuq l-mekkaniżmu tat-tqabbid tat-trejler tista’ twassal biex il-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima tat-tajer ta’ wara tinqabeż fil-każ ta’ tajers tal-klassi C1, iżda b’mhux aktar minn 15 fil-mija. F’każ hekk, il-manwal ta’ sid il-vettura, jew il-mezz ieħor ta’ komunikazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.2.3.3., għandu jkun fih informazzjoni u pariri ċari dwar il-veloċità massima permissibbli tal-vettura meta din tkun qed tirmonka trejler, li f’kull każ m’għandha qatt tisboq il-100 km/h, u dwar il-pressjoni tat-tajer ta’ wara, li tkun tal-inqas 20 kPa (0,2 bar) iktar mill-pressjoni(jiet) tat-tajer kif rakkomandat għal użu normali (jiġifieri bla trejler irmunkat).

5.2.4.2.

Fil-każ ta’ trejlers tal-kategoriji O1 u O2 b’veloċità massima skont id-disinn tal-vettura ta’ 100 km/h jew inqas u li huma mgħammra b’tajers tal-klassi C1 f’formazzjoni singola, il-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima għal kull tajer għandha tkun tal-anqas ta’ 0,45 drabi tal-massa massima teknikament permissibbli għall-fus fil-każ tal-aktar fus mgħobbi, kif iddikjarata mill-manifattur tat-trejler. Fil-każ ta’ tajers f’formazzjoni doppja (twin) dan il-fattur għandu jkun ta’ mill-inqas 0,24. F’każijiet hekk, tikketta ta’ twissija dwar il-veloċità operattiva massima, li tispeċifika l-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura, għandha titwaħħal b’mod permanenti u dejjiema ħdejn il-mekkaniżmu tat-tqabbid ta’ quddiem tat-trejler.

5.2.4.3.

Fil-każ ta’ xi vetturi speċjali, kif elenkati hawn taħt, immuntati b’tajers tal-klassi C2 jew C3, it-"tabella tal-varjazzjoni tal-kapaċità għat-tagħbija skont il-veloċità" kif deskritta fil-paragrafu 5.2.2.2.2. ta’ dan l-Anness ma għandhiex tapplika. F’tali każ, il-klassifikazzjoni tat-tagħbija massima tat-tajer li għandha tiġi ċċekkjata kontra l-massa massima teknikament permissibbli tal-fus (ara l-paragrafi minn 5.2.2.1.2. sa 5.2.2.1.4.) għandha tiġi ddeterminata billi t-tagħbija li tikkorrispondi mal-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija tiġi mmultiplikata b’koeffiċjent xieraq li huwa relatat mat-tip ta’ vettura u l-użu tagħha, minflok mal-veloċità skont id-disinn tal-vettura, u r-rekwiżiti tal-paragrafi 5.2.3.1.1. u 5.2.3.1.2. ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw.

Il-koeffiċjenti xierqa għandhom ikunu dawn li ġejjin:

5.2.4.3.1.

1,15 fil-każ ta’ vettura tal-Klassi I jew Klassi A (M2 jew M3), skont ir-Regolament Nru 107 tan-NU.

5.2.4.3.2.

1,10 fil-każ ta’ vetturi tal-kategorija N li huma ddisinjati speċifikament biex jintużaw għal distanzi qosra f’applikazzjonijiet urbani u suburbani, bħal vetturi li jikinsu t-toroq jew li jiġbru l-iskart, sakemm il-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura ma tkunx taqbeż is-60 km/h.

5.2.4.4.

F’każijiet eċċezzjonali, fejn vetturi jkunu ddisinjati għal kundizzjonijiet ta’ użu li mhumiex kompatibbli mal-karatteristiċi tat-tajers tal-klassi C1, C2 jew C3 u għalhekk ikun meħtieġ li jiġu mmuntati tajers b’karatteristiċi differenti, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.1.1. ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

5.2.4.4.1.

it-tajers għandhom jiġu approvati skont ir-Regolament Nru 75 tan-NU jew skont ir-Regolament Nru 106 tan-NU; u

5.2.4.4.2.

l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u s-servizzi tekniċi għandhom ikunu sodisfatti li t-tajers immuntati jkunu xierqa għall-kundizzjonijiet operattivi tal-vettura. In-natura tal-eżenzjoni u r-raġunament tal-aċċettazzjoni għandhom jiġu ddikjarati fir-rapport tat-test kif ukoll fil-formola ta’ komunikazzjoni tal-Anness 2.

5.2.5.

Stepnis u roti żejda

5.2.5.1.

F’każijiet fejn vettura tkun ipprovduta bi stepni, dan għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

5.2.5.1.1.

Stepni standard tal-istess daqs tat-tajers li jkunu mmuntati fuq il-vettura.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b’tajers ta’ diversi daqsijiet, id-daqs tal-istepni għandu jkun jaqbel ma’ wieħed mid-daqsijiet tat-tajers. Dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fil-manwal ta’ sid il-vettura jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni fil-vettura.

5.2.5.1.2.

Stepni għal użu temporanju ta’ tip adattat għall-użu fuq il-vettura; madankollu, vetturi ta’ kategoriji għajr M1, N1, M2, M3 (massa massima mgħobbija ≤ 7 500 kg) jew N2 (massa massima mgħobbija ≤ 7 500 kg) ma għandhomx jiġu mgħammra bi stepni għal użu temporanju, u lanqas ma għandu jiġi mmuntat fuqhom stepni għal użu temporanju.

5.2.5.2.

Kull vettura fornuta bi stepni għal użu temporanju jew b’tajers run-flat għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tekniċi u tranżizzjonali tar-Regolament Nru 64 tan-NU fir-rigward tar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-istallazzjoni ta’ stepnis għal użu temporanju u tajers run-flat fuq il-vetturi.

Jekk għandhom jittieħdu prekawzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-immuntar mal-vettura ta’ stepni għal użu temporanju (eż. l-istepni għal użu temporanju għandu jiġi mmuntat biss fuq il-fus ta’ quddiem u għaldaqstant stepni standard ta’ quddiem għandu qabelxejn jiġi mmuntat fuq il-fus ta’ wara biex tiġi indirizzata problema bi stepni standard ta’ wara) dan għandu jiġi ddikjarat b’mod ċar fil-manwal ta’ sid il-vettura jew permezz ta’ kwalunkwe mezz ieħor ta’ komunikazzjoni fil-vettura, filwaqt li għandha tiġi vverifikata l-konformità mal-aspetti relevanti tal-paragrafu 5.2.1.3. ta’ dan ir-Regolament.

6.   MODIFIKA TAT-TIP TA’ VETTURA U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

6.1.

Kull modifika għal tip ta’ vettura eżistenti għandha tiġi notifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip ta’ vettura. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad għandha jew:

(a)

Tiddeċiedi, f’konsultazzjoni mal-manifattur, li għandha tinħareġ approvazzjoni tat-tip ġdida; jew

(b)

Tapplika l-proċedura li tinsab fil-paragrafu 6.1.1. (Reviżjoni) u, jekk applikabbli, il-proċedura li tinsab fil-paragrafu 6.1.2. (Estensjoni).

6.1.1.

Reviżjoni

Meta d-dettalji rreġistrati fid-dokumenti ta’ informazzjoni tal-Anness 1 ikunu nbidlu u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip tikkunsidra li l-modifiki li jkunu saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers sinifikattiv u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura għadha tikkonforma mar-rekwiżiti, il-modifiki għandhom jissemmew “reviżjoni”;

F’dan il-każ, l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha toħroġ il-paġni riveduti tad-dokumenti ta’ informazzjoni tal-Anness 1 kif meħtieġ, u timmarka kull paġna riveduta biex turi b’mod ċar in-natura tal-modifika u d-data tal-ħruġ mill-ġdid. Verżjoni konsolidata u aġġornata tad-dokumenti ta’ informazzjoni tal-Anness 1, flimkien ma’ deskrizzjoni dettaljata tal-modifika, għandha titqies li tissodisfa dan ir-rekwiżit.

6.1.2.

Estensjoni

Il-modifika għandha tiġi ddeżinjata bħala “estensjoni” jekk, minbarra l-bidla fid-dettalji rreġistrata fid-dokumenti ta’ informazzjoni tal-Anness 1,

(a)

Ikunu meħtieġa aktar spezzjonijiet jew testijiet; jew

(b)

Tkun inbidlet xi informazzjoni fid-dokument ta’ komunikazzjoni (bl-eċċezzjoni ta’ partijiet mehmuża miegħu); jew

(c)

L-approvazzjoni għal serje ta’ emendi aktar tard tintalab wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

6.2.

Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3. ta’ hawn fuq. Barra minn hekk, l-indiċi tad-dokumenti ta’ informazzjoni u tar-rapporti tat-test, mehmuż mad-dokument ta’ komunikazzjoni tal-Anness 1, għandu jiġi emendat kif meħtieġ biex jindika d-data tar-reviżjoni jew l-estensjoni l-aktar reċenti.

6.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta’ komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.

7.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

7.1.

Il-proċeduri li jikkonċernaw il-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ġenerali definiti fl-Artikolu 2 u fl-Iskeda 1 tal-Ftehim (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

7.2.

Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b’mod li tikkonforma mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.;

7.3.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-metodi ta’ kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ dawn il-verifiki għandha tkun ta’ darba kull sentejn.

8.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.

L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ma jiġux rispettati r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 7.

8.2.

Jekk Parti Kontraenti tirtira l-approvazzjoni li kienet tat qabel, għandha minnufih tavża b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur ta’ approvazzjoni jieqaf b’mod permanenti mill-manifattura ta’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni, li min-naħa tagħha għandha tinnotifika minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra għall-Ftehim li qegħdin japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament.

10.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

10.1.

Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti jew tirrifjuta li taċċetta approvazzjonijiet tat-tip skont dan ir-Regolament kif emendat bis-serje ta’ emendi 01.

10.2.

Mis-6 ta’ Lulju 2022, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip għas-serje preċedenti ta’ emendi, maħruġa għall-ewwel darba wara s-6 ta’ Lulju 2022.

10.3.

Sas-6 ta’ Lulju 2022, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip skont is-serje ta’ emendi preċedenti li jkunu nħarġu għall-ewwel darba qabel is-6 ta’ Lulju 2022.

10.4.

Mis-6 ta’ Lulju 2022, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip li jkunu nħarġu skont is-serje ta’ emendi preċedenti għal dan ir-Regolament.

10.5.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali ta’ hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li jibdew japplikaw dan ir-Regolament wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta’ emendi l-iktar reċenti mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip li jkunu ngħataw f’konformità ma’ xi waħda mis-serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament u huma obbligati biss li jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip mogħtija f’konformità mas-serje ta’ emendi 01.

10.6.

Minkejja l-paragrafu 10.4, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettaw approvazzjonijiet tat-tip tan-NU maħruġa skont is-serje ta’ emendi preċedenti għal dan ir-Regolament, għal vetturi/sistemi ta’ vetturi li mhumiex affettwati mill-bidliet introdotti bis-serje ta’ emendi 01.

10.7.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament (3).

10.8.

Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jagħtu estensjonijiet ta’ approvazzjonijiet eżistenti skont kwalunkwe serje preċedenti ta’ emendi għal dan ir-Regolament3.

11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tagħti l-approvazzjoni u li lilha għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni.


(1)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, Anness 3 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(3)  Nota mis-segretarjat: il-kliem ġie aġġustat f’konformità mad-deċiżjoni tad-WP.29 fis-sessjoni tiegħu ta’ Novembru 2020 (ECE/TRANS/WP.29/1155, il-paragrafi 92 u 93, u d-dokument informali WP.29-182-11).


ANNESS 1

(Format massimu: A4 (210 mm × 297 mm))

Dokument ta’ informazzjoni

f’konformità mar-Regolament tan-NU dwar l-installazzjoni tat-tajers

1.   

Ġenerali

1.1.   

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   

It-tip: …

1.2.1.   

Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli: …

1.3.   

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: (1) …

1.3.1.   

Fejn tinsab dik il-markatura: …

1.4.   

Kategorija tal-vettura: (2) …

1.5.   

Isem u indirizz tal-manifattur: …

1.6.   

L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

1.7.   

L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

2.   

Karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

2.1.   

Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva: …

2.2.   

Għadd ta’ fusien u roti: …

2.2.1.   

L-għadd u l-pożizzjoni tal-fusien mat-tajers f’formazzjoni doppja (twin): …

2.2.2.   

Numru u pożizzjoni tal-fusien manuvrabbli: …

2.2.3.   

Fusien motorizzati (in-numru, il-pożizzjoni, l-interkonnessjoni): …

3.   

Mases u dimensjonijiet (3) (4)

3.1.   

Trekk(ijiet) u wisa’/wisgħat tal-fus

3.1.1.   

Trekk ta’ kull fus manuvrabbli: (5) …

3.1.2.   

Trekk tal-fusien l-oħra kollha (5) …

3.1.3.   

Wisa’ tal-fus l-aktar wiesgħa ta’ wara: …

3.1.4.   

Wisa’ tal-fus ta’ quddiem nett (imkejjel fil-parti ta’ barra nett tat-tajers għajr il-biċċa mqabbża ’il barra tat-tajers viċin l-art): …

3.2.   

Il-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ddikjarata mill-manifattur: (6), (7) …

3.3.   

Massa massima teknikament permissibbli fuq kull fus: …

3.4.   

Il-vettura hija/mhijiex (8) xierqa għall-irmunkar ta’ tagħbijiet

3.5.   

Il-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura (f’km/h): (9) …

4.   

Sospensjoni

4.1.   

Tajers u roti

4.1.1.   

Kombinament(i) ta’ tajer/rota (10)

(a)

għat-tajers indika:

☐

klassi tat-tajer (C1/ C2/ C3) (8)

☐

id-deżinjazzjoni(jiet) tad-daqs …

☐

indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija (7) …

☐

simbolu tal-kategorija tal-veloċità (7) …

(b)

għar-roti indika d-daqs(ijiet) tar-rimmijiet u tal-offset(s). …

4.1.2.   

Fusien

4.1.2.1.   

Fus 1:

4.1.2.2.   

Fus 2:

eċċ.

4.1.3.   

Il-pressjoni(jiet) tat-tajers kif irrakkomandat(i) mill-manifattur tal-vettura (kPa), skont it-tagħbija tal-vettura: …

4.1.4.   

Deskrizzjoni tal-kombinament(i) tal-apparat(i) għat-trazzjoni fuq il-borra u tat-tajer/rota fuq il-fus(ien) ta’ quddiem u/jew ta’ wara xieraq/xierqa għat-tip ta’ vettura, kif rakkomandat mill-manifattur: …

4.1.5.   

Deskrizzjoni qasira tal-istepni għal użu temporanju (jekk ikun hemm): …

4.1.6.   

Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ monitoraġġ ta’ pressjoni tat-tajers (TPMS) (jekk immuntati fuq il-vettura): …

5.   

Karozzerija

5.1.   

Parafangi tar-roti

5.1.1.   

Deskrizzjoni qasira tal-vettura fir-rigward tal-parafangi tar-roti tagħha: …

6.   

Mixxellanji

6.1.   

Regolaturi tal-veloċità eċċessiva

6.1.1.   

Manifattur(i): …

6.1.2.   

Tip(i): …

6.1.3.   

Numru/i tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli: …

6.1.4.   

Veloċità jew firxa ta’ veloċitajiet li fiha/fihom tista’ tiġi stabbilita r-regolazzjoni tal-veloċità: km/siegħa …


(1)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, il-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(2)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, paragrafu 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(3)  Meta jkun hemm verżjoni waħda b’kabina normali u oħra b’kabina tal-irqad, għandhom jiġu ddikjarati ż-żewġ settijiet ta’ mases u dimensjonijiet.

(4)  Standard ISO 612: 1978 - Vetturi tat-Triq - Dimensjonijiet tal-vetturi motorizzati u tal-vetturi rmunkati - termini u definizzjonijiet.

(5)  Standard ISO 612-1978, Terminu Nru 6.5.

(6)  Għal trejlers jew semitrejlers, u għal vetturi mqabbda ma’ trejler jew semitrejler, li jpoġġu tagħbija vertikali sinifikanti fuq il-mekkaniżmu tat-tqabbid jew in-nagħla, din it-tagħbija, diviża bl-aċċellerazzjoni standard tal-gravità, hija inkluża fil-massa massima teknikament permissibbli.

(7)  Jekk jogħġbok niżżel hawnhekk l-ogħla u l-inqas valuri għal kull varjant.

(8)  Ħassar fejn mhux applikabbli.

(9)  Fir-rigward tal-vetturi motorizzati, jekk il-manifattur tal-vettura jippermetti li ċerti funzjonijiet ta’ kontrollur jiġu modifikati (eż. permezz ta’ softwer, ħardwer, aġġornar, selezzjoni, abilitazzjoni, diżabilitazzjoni) qabel jew wara ma l-vettura tkun iddaħħlet fis-servizz, bir-riżultat li l-vettura jkollha veloċità massima miżjuda, il-veloċità massima li possibbilment tinkiseb permezz tal-aġġustament ta’ dawn il-funzjonijiet ta’ kontrollur tiġi ddikjarata. Fir-rigward ta’ trejlers, il-veloċità massima permessa mill-manifattur tal-vettura tiġi ddikjarata.

(10)  Fil-każ ta’ tajers bl-iskrizzjoni ZR qabel il-kodiċi tad-dijametru tar-rimm, maħsuba biex jiġu mmuntati fuq vetturi li l-veloċità massima skont id-disinn tagħhom taqbeż it-300 km/h, għandha tiġi pprovduta informazzjoni ekwivalenti.


ANNESS 2

Komunikazzjoni

(format massimu: A4 (210 × 297 mm))

Image 1

 (1)

Maħruġ minn: (Isem l-amministrazzjoni)

…………………………

…………………………


dwar (2):

Approvazzjoni mogħtija

 

Approvazzjoni estiża

Approvazzjoni rrifjutata

Approvazzjoni rtirata

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħha

Nru. tal-Approvazzjoni: …Nru. tal-Estensjoni: …

Taqsima I

1.

Il-marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): …

2.

It-tip: …

2.1.

Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli: …

3.

Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura (3): …

3.1.

Fejn tinsab dik il-markatura: …

4.

Kategorija tal-vettura (4):…

5.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

6.

L-isem/ismijiet u l-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

7.

L-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk ikun hemm): …

Taqsima II

1.

Informazzjoni addizzjonali: ara l-Addendum

2.

Is-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet: …

3.

Id-data tar-rapport tat-test: …

4.

In-numru tar-rapport tat-test: …

5.

Rimarki (jekk hemm): ara l-Addendum

6.

Post: …

7.

Data: …

8.

Firma: …

9.

Pakkett ta’ informazzjoni (fejn rilevanti) …

Addendum tal-formola ta’ komunikazzjoni Nru. …….

dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istallazzjoni tat-tajers tagħha

1.

Informazzjoni addizzjonali

1.1.

Deskrizzjoni qasira tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha: …

1.2.

Kombinament(i) ta’ tajer (C1/ C2/ C3)2/rota (inkluż id-daqs tat-tajer, id-daqs tar-rimm u l-offset tar-rota): …

1.3.

Is-simbolu tal-kategorija tal-veloċità minima kompatibbli mal-veloċità massima skont id-disinn tal-vettura (ta’ kull varjant) (għal tajers immarkati bl-iskrizzjoni ZR qabel il-kodiċi tad-dijametru tar-rimm, maħsuba biex jiġu mmuntati fuq vetturi li l-veloċità massima tagħhom skont id-disinn taqbeż it-300 km/h, għandha tiġi pprovduta informazzjoni ekwivalenti): …

1.4.

L-indiċi tal-kapaċità għat-tagħbija minima kompatibbli mal-massa massima teknikament permissibbli fuq kull fus (ta’ kull varjant) (jekk applikabbli aġġustata skont il-paragrafu 5.2.2.2. ta’ dan ir-Regolament): …

1.5.

Kombinament(i) ta’ tajer (C1/ C2/ C3)2/rota (inkluż id-daqs tat-tajer, id-daqs tar-rimm u l-offset tar-rota) li jridu jintużaw mal-apparat(i) għat-trazzjoni fuq il-borra: …

2.

Vettura tal-kategorija M1 hija/mhijiex2 xierqa għall-irmunkar ta’ tagħbijiet u l-klassifikazzjoni tat-tagħbija tat-tajers ta’ wara nqabżet bi …. fil-mija

3.

Il-vettura hi/mhijiex2 approvata skont ir-Regolament(i) Nru 64 u/jew Nru 1412 tan-NU fir-rigward tal-istepni tagħha għal użu temporanju tat-tip 1/2/3/4/5.2

4.

Il-vettura hi/mhijiex2 approvata skont ir-Regolament(i) Nru 64 u/jew Nru 1412 tan-NU fir-rigward tas-sistema tagħha tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (TPMS)

4.1.

Deskrizzjoni qasira tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (TPMS) (jekk immuntati): …

(1)  In-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta, estenda, irrifjuta jew irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet tal-approvazzjoni fir-Regolament).

(2)  Aqta’ barra dak li ma japplikax.

(3)  Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip fih karattri mhux rilevanti sabiex jiġu deskritti t-tipi tal-vettura, il-komponent jew it-tipi tal-unità teknika separata koperti minn dan id-dokument ta’ informazzjoni, tali karattri għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).

(4)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2 - www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 3

Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

(ara l-paragrafi 4.4. sa 4.4.2. ta’ dan ir-Regolament)

Image 2

a = 8 mm min

Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq li titwaħħal ma’ vettura turi li t-tip ta’ vettura kkonċernat ġie approvat fil-Belġju (E 6) fir-rigward tal-installazzjoni tat-tajers, skont ir-Regolament Nru 142 tan-NU. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 142 tan-NU kif emendat bis-serje ta’ emendi 01.