<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-17/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0017</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1038">EU:C:2018:1038</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20181219">19.12.2018</DATE> – Kawża C‑17/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Mailat</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20181219">19 ta’ Diċembru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 19 u 29 kif ukoll Artikolu 135(1)(l)</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni tal-kiri ta’ proprjetajiet immobbli</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli li sservi għal użu kummerċjali u tal-oġġetti mobbli neċessarji għal dan l-użu</KEYWORD><KEYWORD>Provvisti relatati mal-proprjetà immobbli li taw lok għat-tnaqqis tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Aġġustament</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑17/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunalul Mureș (il-Qorti tal-Kontea ta’ Mureș, ir-Rumanija), b’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20180109">9 ta’ Jannar 2018</DATE>, fil-proċedura kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Virgil Mailat,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Delia Elena Mailat,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Apcom Select SA,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen (Relatur), President tal-Awla, li qed jaġixxi bħala President tal-Għaxar Awla, E. Levits, u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal V. Mailat, minn L. Chiriac u O. D. Crăciun, avocaţi,</P></ITEM><ITEM><P>għal D. E. Mailat, minn S. Bogdan u D.-S. Chertes, avocaţi,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, inizjalment minn R.-H. Radu, sussegwentement minn C.-R. Canţăr, O. C. M. Florescu u E. Gane, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Armenia u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 19 u 29, kif ukoll tal-Artikolu 135(1)(l) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mibdija kontra Virgil Mailat u Delia Elena Mailat kif ukoll kontra l-kumpannija kummerċjali li huma kienu l-amministraturi tagħha, Apcom Select SA, għal evażjoni fiskali, minħabba li, wara t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imħallsa fuq l-input għal xogħlijiet imwettqa fi proprjetà immobbli li sservi għall-attività kummerċjali tagħhom, huma ma aġġustawx l-imsemmija VAT fil-mument meta krew il-proprjetà immobbli inkwistjoni kif ukoll l-oġġetti mobbli neċessarji għat-tkomplija ta’ din l-attività.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>F’każ ta’ trasferiment, bi ħlas jew mingħajr jew bħala kontribuzzjoni lil kumpannija, ta’ l-assi kollha jew parti minnhom, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li ma tkunx saret provvista ta’ merkanzija u li l-persuna li lilha tkun ġiet ittrasferita l-merkanzija għandha tkun trattata bħala s-suċċessur ta’ min jagħmel it-trasferiment.</ALINEA><ALINEA>F’każijiet fejn id-destinatarju ma jkunx kompletament soġġett għat-taxxa, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Dawn jistgħu jadottaw ukoll kwalunkwe miżura meħtieġa biex jimpedixxu l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa permezz ta’ l-użu ta’ dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-Artikolu 19 għandu japplika fl-istess mod għall-provvista ta’ servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 135(1)(l) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(l)</NO.P><TXT>[leasing u] il-kiri ta’ proprjetà immobbli.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 149 tal-Legea nr. 571/2003 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 571/2003 dwar il-Kodiċi Fiskali), tat-<DATE ISO="20031223">23 ta’ Diċembru 2003</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial al României</HT>, Taqsima I, Nru 927 tat-<DATE ISO="20031223">23 ta’ Diċembru 2003</DATE>), fil-verżjoni tagħha fis-seħħ f’Diċembru 2007, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="149.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ dan l-artikolu:</P><P>[…]</P><P><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>it-taxxa mnaqqsa relatata mal-beni kapitali hija t-taxxa mħallsa jew dovuta relatata ma kull tranżazzjoni marbuta max-xiri, mal-manifattura, mal-kostruzzjoni, mat-trasformazzjoni jew mal-modernizzazzjoni ta’ dawn il-beni, bl-esklużjoni tat-taxxa mħallsa jew dovuta għat-tiswija jew għall-manutenzjoni tal-imsemmija beni jew tat-taxxa relatata max-xiri tal-ispare parts intiżi għat-tiswija jew għall-manutenzjoni tal-beni kapitali.</TXT></NP></P></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="149.001"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-aġġustament tat-taxxa mnaqqsa msemmija fil-paragrafu 1(d) jitwettaq:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta l-beni kapitali jintuża mill-persuna taxxabbli:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>kollha jew parti minnha, għal għanijiet oħra minbarra l-attivitajiet ekonomiċi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>għal tranżazzjonijiet li ma jagħtux dritt għal tnaqqis tat-taxxa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>għal tranżazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis tat-taxxa differenti mit-tnaqqis inizjalment imwettaq;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Apcom Select, amministrata minn V. u D. E. Mailat, għamlet, matul ix-xahar ta’ Mejju 2007, xogħlijiet ta’ investiment li twettqu matul il-perijodu 2006–2007 f’bini li fih hija kienet topera ristorant. L-imsemmija kumpannija bbenefikat mit-tnaqqis tal-VAT għal dawn ix-xogħlijiet kif ukoll għall-assi fissi u l-beni relatati mal-operat tal-imsemmi ristorant.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Diċembru 2007, din l-istess kumpannija kkonkludiet, fil-kuntest ta’ skema ta’ eżenzjoni mill-ħlas tal-VAT, kuntratt ta’ kiri ma’ kumpannija kummerċjali oħra, fir-rigward tal-proprjetà immobbli inkwistjoni kif ukoll l-assi fissi u l-beni relatati mal-operat tar-ristorant. Il-persuna li tikri kompliet l-operat kummerċjali tar-ristorant taħt l-istess isem tad-ditta. Waqt il-konklużjoni tal-imsemmi kuntratt, V. u D. E. Mailat ma wettqux l-aġġustament tal-VAT abbażi tal-VAT imnaqqsa għax-xogħol imwettaq kif ukoll għall-assi fissi u l-beni relatati mal-operat tar-ristorant, filwaqt li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, huma kellhom l-obbligu li jagħmlu dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li V. u D. E. Mailat, kif ukoll Apcom Select, huma suġġetti għal proċedimenti kriminali quddiem il-qorti tar-rinviju, fuq l-inizjattiva tad-Direttorat Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni, għal evażjoni fiskali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’dan il-każ, V. u D. E. Mailat isostnu li l-kiri, permezz ta’ Apcom Select, tal-bini li fih huma joperaw ristorant, bit-tagħmir u bl-assi marbuta mal-operat tar-ristorant, lil kumpannija kummerċjali oħra, jikkostitwixxi trasferiment ta’ impriża, fis-sens tal-Artikoli 19 u 29 tad-Direttiva dwar il-VAT, u li, għaldaqstant, Apcom Select kellha d-dritt li tnaqqas il-VAT relatata max-xogħlijiet ta’ modernizzazzjoni mwettqa matul il-perijodu 2006–2007, mingħajr il-ħtieġa ta’ aġġustament tal-VAT favur l-Istat fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kiri.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunalul Mureș (il-Qorti tal-Kontea ta’ Mureș, ir-Rumanija), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1)</NO.P><TXT>Il-konklużjoni ta’ ftehim li permezz tiegħu kumpannija tikri bini lil kumpannija oħra li fih kienu jitwettqu attivitajiet speċifiċi ta’ għoti ta’ alimentazzjoni lill-pubbliku f’ristorant, flimkien mat-tagħmir u mal-beni tal-inventarju kollha, u l-kumpannija kerrejja tkompli twettaq l-istess attivitajiet ta’ għoti ta’ alimentazzjoni lill-pubbliku f’ristorant bl-istess isem bħal dak użat preċedentement, tikkostitwixxi trasferiment ta’ attività fis-sens tal-Artikolu 19 u tal-Artikolu 29 tad-Direttiva [dwar il-VAT]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-operazzjoni deskritta tirrappreżenta provvista ta’ servizzi li tista’ titqies bħala kiri ta’ proprjetà immobbli fis-sens tal-Artikolu 135(1)(l) tad-Direttiva tal-VAT jew bħala provvista ta’ servizzi kumplessi li ma tistax titqies bħala [<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>]kiri ta’ proprjetà immobbli[<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>] u li hija taxxabbli skont il-liġi?<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, fis-sens tal-Artikolu 19 tad-Direttiva [dwar il-VAT], għandux jiġi interpretat fis-sens li jkopri t-tranżazzjoni li biha bini li kien iservi għal użu kummerċjali jinkera, bit-tagħmir kollu tiegħu kif ukoll bil-prodotti għall-konsum intiżi għal dan l-użu, meta min jikri jkompli dan l-operat taħt l-istess isem tad-ditta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi rrilevat li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT huwa redatt f’termini identiċi għal dawk tal-Artikolu 5(8) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), u li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar din l-aħħar dispożizzjoni tista’ tiġi trasposta, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT. Skont din il-ġurisprudenza, l-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li jiffaċilita t-trasferimenti ta’ impriżi, billi jissimplifikahom u billi jevita li r-riżorsi tal-benefiċjarju jiġu suġġetti għal piż fiskali sinjifikattiv li huwa kien, fi kwalunkwe każ, jirkupra iktar ’il quddiem permezz ta’ tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Zita Modes,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑497/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:644">EU:C:2003:644</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan il-kunċett għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri t-trasferiment tal-avvjament jew ta’ parti awtonoma ta’ impriża li tinkludi elementi korporali u, jekk ikun il-każ, inkorporali li, flimkien, jikkostitwixxu impriża jew parti minn impriża li tista’ teżerċita attività ekonomika awtonoma, iżda ma jkoprix is-sempliċi trasferiment ta’ assi, bħall-bejgħ ta’ stokk ta’ prodotti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Zita Modes,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-497/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:644">EU:C:2003:644</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Minn din l-istess ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li, sabiex ikun hemm trasferiment tal-avvjament jew ta’ parti awtonoma ta’ impriża, hemm bżonn li l-elementi kollha ttrasferiti jkunu suffiċjenti sabiex jippermettu t-tkomplija ta’ attività ekonomika awtonoma u li l-kwistjoni dwar jekk dawn l-elementi kollha għandhomx jew le jinkludu proprjetajiet immobbli kif<?PAGE NO="5"?> ukoll oġġetti mobbli għandha tiġi evalwata fid-dawl tan-natura tal-attività ekonomika inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja, barra minn hekk, iddeċidiet li għandha tingħata importanza partikolari għan-natura tal-attività ekonomika li t-tkomplija tagħha hija prevista fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali tal-fatti li għandha titwettaq sabiex jiġi ddeterminat jekk it-tranżazzjoni inkwistjoni taqax taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>trasferiment tal-assi kollha<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fis-sens tad-Direttiva dwar il-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għalhekk, fil-każ fejn attività ekonomika ma teħtieġx l-użu ta’ bini partikolari jew ta’ tagħmir b’installazzjonijiet fissi indispensabbli għat-tkomplija tal-attività ekonomika, jista’ jkun hemm trasferiment tal-assi kollha, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT, anki mingħajr it-trasferiment tad-dritt għall-proprjetà fuq proprjetà immobbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi li jikkonsistu fl-operat ta’ grupp indisassoċjabbli ta’ oġġetti mobbli u immobbli, il-Qorti tal-Ġustizzja, barra minn hekk, ikkunsidrat li ma hemmx trasferiment tal-assi kollha, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT, meta ċ-ċessjonarju ma jkunx fil-pussess tal-bini. B’mod partikolari, jekk il-bini kummerċjali huwa mgħammar b’installazzjonijiet fissi meħtieġa għat-tkomplija tal-attività ekonomika, din il-proprjetà immobbli għandha tkun tifforma parti mill-elementi ttrasferiti sabiex ikun jista’ jiġi kkunsidrat bħala trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom fis-sens tad-Direttiva dwar il-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-attività inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-operat ta’ ristorant, għandu jiġi kkonstatat li din hija attività li, bħala prinċipju, ma tistax tiġi eżerċitata mingħajr bini kummerċjali. Fil-fatt, minbarra s-servizz tar-ristorazzjoni ambulanti, l-attività ta’ ristorazzjoni timplika li l-operatur għandu bini li jista’ jintuża bħala kċina, li fih jista’ jżomm t-tagħmir, il-materjal u l-materja prima meħtieġa għat-tħejjija tal-platti. Issa, il-kawża prinċipali ma tikkonċernax attività ta’ ristorazzjoni ambulanti, iżda l-operat ta’ stabbiliment f’indirizz fiss, li għandu kemm kċina kif ukoll kamra tal-ikel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, għalkemm tikkonsisti f’attività ekonomika li ma tistax tiġi eżerċitata mingħajr il-pussess ta’ bini kummerċjali, ma huwiex neċessarju, sabiex tiġi żgurata t-tkomplija ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi ttrasferiti, li l-proprjetarju tal-avvjament ikun ukoll il-proprjetarju tal-proprjetà immobbli li fih jinsab in-negozju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta t-tkomplija tal-attività ekonomika inkwistjoni tkun teżiġi li x-xerrej juża l-istess bini bħal dak li kellu l-bejjiegħ, xejn ma jipprekludi, bħala prinċipju, li dan il-pussess jiġi ttrasferit permezz tal-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ kiri (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi speċifikat li l-kawża li waslet għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fil-kuntest tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja għamlet dawn il-kunsiderazzjonijiet, kienet tikkonċerna t-trasferiment, għall-benefiċċju ta’ operatur ġdid tal-attività kummerċjali inkwistjoni f’din il-kawża, tal-proprjetà tal-istokk tal-merkanzija u tat-tagħmir użat għal din l-attività, li kienu meqjusa li jikkostitwixxu sett ta’ oġġetti mobbli suffiċjenti sabiex tiġi żgurata t-tkomplija tal-imsemmija attività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, f’dan il-każ, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-elementi kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-attività ekonomika inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienu biss is-suġġett ta’ kiri u li ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ drittijiet għall-proprjetà relatati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, tali tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ dawn l-elementi kollha ma tikkostitwixxix trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandu madankollu jiġi rrilevat li, mill-osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li għadd ta’ oġġetti mobbli, kienu mhux mikrija, iżda mibjugħa liċ-ċessjonarju. Hija l-qorti nazzjonali li finalment għandha tiddetermina jekk dawn l-oġġetti kinux jippermettu, waħedhom, liċ-ċessjonarju jkompli l-attività ekonomika inkwistjoni b’mod awtonomu, jew jekk il-proprjetà immobbli li hija s-suġġett tal-kuntratt ta’ kiri inkwistjoni fil-kawża prinċipali kinitx mgħammra b’installazzjonijiet neċessarji għat-tkomplija ta’ din l-attività ekonomika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad ukoll, minn naħa, li sabiex jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT, huwa neċessarju li ċ-ċessjonarju kellu l-intenzjoni li juża l-avvjament jew il-parti ta’ impriża ttrasferita u mhux sempliċement li jillikwida immedjatament l-attività kkonċernata kif ukoll, jekk ikun il-każ, li jbiegħ l-istokk (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Zita Modes,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-497/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:644">EU:C:2003:644</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, l-intenzjonijiet tax-xerrej jistgħu jew, f’ċerti każijiet, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matul evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi ta’ operazzjoni, sakemm dawn ikunu sostnuti minn elementi oġġettivi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Issa, għalkemm huwa minnu li, fil-kawża prinċipali, huwa paċifiku li l-persuna li tikri kompliet matul iktar minn sentejn l-attività ekonomika awtonoma eżerċitata preċedentement minn sid il-kera u li, kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, ħadet l-impjegati, żammet l-istess fornituri u onorat l-impenji kummerċjali li diġà ttieħdu minn sid il-kera fil-konfront tal-klijenti ta’ dan tal-aħħar, xorta jibqa’ l-fatt li din il-persuna li tikri qatt ma kienet f’pożizzjoni li, bħala tali, tillikwida l-attività kkonċernata, sa fejn, peress li ma saritx proprjetarja ta’ parti kbira mill-elementi neċessarji għall-operat tal-imsemmija attività, hija ma kellhiex il-kapaċità li tiddisponi minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għalkemm huwa minnu li elementi bħalma huma t-tul permess tal-kirja u l-modalitajiet miftiehma għat-tmiem tagħha għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni waqt l-evalwazzjoni globali tal-operazzjoni ta’ trasferiment ta’ assi, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT, xorta jibqa’ l-fatt li la t-tul tal-kirja u lanqas il-possibbiltà ta’ xoljiment ta’ din tal-aħħar permezz ta’ preavviż qasir ma huma, fihom innifishom, determinanti sabiex jiġi konkluż li ċ-ċessjonarju kellu l-intenzjoni li jillikwida immedjatament l-avvjament jew il-parti ta’ impriża ttrasferita (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, peress li, f’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punt preċedenti, min jikri mingħand Apcom Select bl-ebda mod ma seta jipproċedi bil-likwidazzjoni tal-attività ekonomika kkonċernata, il-fatt li l-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT ma tistax tiġi rrifjutata biss abbażi ta’ wieħed minn dawn il-motivi biss (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Schriever,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-444/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:724">EU:C:2011:724</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) huwa irrilevanti għall-klassifikazzjoni tat-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-fatt li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprevedi li l-benefiċjarju għandu jitqies bħala s-suċċessur taċ-ċedent, ma jagħmilx il-kontinwazzjoni ta’ din il-persuna kundizzjoni għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031127">27 ta’ Novembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Zita Modes,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-497/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:644">EU:C:2003:644</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, il-fatt li, f’dan il-każ, il-benefiċjarju kompla bl-operat tal-attività taħt l-istess isem tad-ditta bħaċ-ċedent, huwa wkoll irrilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk it-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqax jew le taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fis-sens tal-Artikolu 19 tad-Direttiva dwar il-VAT, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jkoprix it-tranżazzjoni li permezz tagħha proprjetà immobbli<?PAGE NO="7"?> li kienet isservi għal użu kummerċjali tinkera, bit-tagħmir kollu tagħha kif ukoll bil-prodotti għall-konsum meħtieġa għal dan l-użu, minkejja li min jikri jkompli l-attività ta’ sid il-kera taħt l-istess isem tad-ditta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 135(1)(l) tad-Direttiva dwar il-VAT għandux jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli li kienet isservi għal użu kummerċjali kif ukoll tat-tagħmir kollu tagħha u tal-prodotti għall-konsum meħtieġa għal dan l-użu jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>kiri ta’ proprjetajiet immobbli<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jew jekk tali kuntratt għandux jitqies bħala provvista ta’ servizz kumpless.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, f’ċerti ċirkustanzi, diversi provvisti formalment distinti, li jistgħu jiġu pprovduti separatament u għalhekk jagħtu lok, separatament, għal tassazzjoni jew għal eżenzjoni, għandhom jitqiesu li huma tranżazzjoni unika meta ma jkunux indipendenti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>RR Donnelley Global Turnkey Solutions Poland,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-155/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:434">EU:C:2013:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li provvista għandha tiġi kkunsidrata bħala unika meta żewġ elementi jew atti, jew iktar, ipprovduti mill-persuna taxxabbli jkunu tant marbuta mill-qrib li jifformaw, oġġettivament, provvista ekonomika waħda u indiviżibbli li d-diviżjoni tagħha tkun ta’ natura artifiċjali (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>RR Donnelley Global Turnkey Solutions Poland,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-155/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:434">EU:C:2013:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Dan huwa wkoll il-każ meta provvista waħda jew iktar jikkostitwixxu provvista prinċipali u l-provvista jew il-provvisti l-oħra jikkostitwixxu provvista anċillari waħda jew iktar li għalihom tapplika l-istess sistema fiskali li hija applikabbli għall-provvista prinċipali. B’mod partikolari, provvista għandha titqies li hija anċillari għal provvista prinċipali meta ma tkunx tikkostitwixxi għan fiha nnifisha għall-klijenti, iżda mezz sabiex jitgawda aħjar is-servizz prinċipali pprovdut mill-fornitur (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>RR Donnelley Global Turnkey Solutions Poland,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-155/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:434">EU:C:2013:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina jekk il-persuna taxxabbli tipprovdix provvista waħda f’sitwazzjoni partikolari u li għandha tevalwa l-fatti kollha definittivi f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, madankollu, tipprovdilha l-elementi kollha utli ta’ interpretazzjoni sabiex tiġi deċiża t-tilwima (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>RR Donnelley Global Turnkey Solutions Poland,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-155/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:434">EU:C:2013:434</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>leasing<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>kiri<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> li jinsabu fl-Artikolu 135(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, għandu jitfakkar li, fl-assenza ta’ definizzjoni ta’ dawn il-kunċetti fl-imsemmija dispożizzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ddefinixxiet il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>kiri ta’ proprjetajiet immobbli<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bħala l-għoti mis-sid ta’ proprjetà immobbli lil min jikri, bi ħlas u għal perijodu miftiehem, tad-dritt li jokkupa din il-proprjetà immobbli u li jeskludi kull persuna oħra mit-tgawdija ta’ tali dritt (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011004">4 ta’ Ottubru 2001</DATE>, <NAME.CASE><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Goed Wonen<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-326/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:506">EU:C:2001:506</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071206">6 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Walderdorff,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-451/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:761">EU:C:2007:761</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kliem użat sabiex jiġu indikati l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 135(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, inklużi l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>leasing<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>kiri ta’ proprjetajiet immobbli<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, għandu jiġi interpretat b’mod strett, peress li dawn l-eżenzjonijiet jikkostitwixxu derogi mill-prinċipju ġenerali li l-VAT tinġabar fuq kull provvista ta’ servizzi li ssir bi ħlas minn persuna taxxabbli (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071206">6 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Walderdorff,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-451/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:761">EU:C:2007:761</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu għalhekk jiġi eżaminat jekk it-tranżazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-kiri ta’ proprjetà immobbli li kienet isservi għal użu kummerċjali fl-istess ħin bħall-kiri tat-tagħmir u tal-prodotti għall-konsum intiżi għal dan l-użu, għandhiex tiġi kkunsidrata bħala provvista waħda jew bħala diversi provvisti distinti u indipendenti li għandhom jiġu evalwati separatament fir-rigward tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-kiri tal-oġġetti mobbli li huma s-suġġett tal-kuntratt ta’ kiri ma jidhrux li jistgħu jiġu separati mill-kiri tal-proprjetà immobbli inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Barra minn hekk, ma huwiex ikkontestat li uħud minn dawn il-oġġetti mobbli, bħat-tagħmir u l-apparat tat-tisjir, huma inkorporati f’din il-proprjetà immobbli u għandhom, f’dan l-istadju, jitqiesu bħala li jifformaw parti integrali minnu. Sa fejn il-prodotti għall-konsum li nkrew, jew, għal xi wħud minnhom, li ġew ittrasferiti, fl-istess ħin bħall-proprjetà immobbli kienu jintużaw ukoll għall-operat tar-ristorant, bl-istess mod kif dan l-aħħar beni, dan il-kiri/il-bejgħ ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li għandu għan speċifiku, iżda għandu jitqies bħala mezz sabiex jitgawda aħjar is-servizz prinċipali li jikkostitwixxi l-kiri tal-proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kiri tal-proprjetà immobbli għandu jiġi kkunsidrat bħala li jikkostitwixxi l-provvista prinċipali li fir-rigward tagħha l-provvisti l-oħra, jiġifieri l-kiri tat-tagħmir u tal-prodotti għall-konsum, huma biss anċillari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 135(1)(l) tad-Direttiva dwar il-VAT għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli li kienet isservi għal użu kummerċjali kif ukoll tat-tagħmir kollu tagħha u tal-prodotti għall-konsum meħtieġa għal dan l-użu jikkostitwixxi provvista waħda fejn il-kiri tal-proprjetà immobbli hija l-provvista prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>trasferiment tal-assi kollha jew parti minnhom<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 19 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jkoprix it-tranżazzjoni li permezz tagħha proprjetà immobbli li kienet isservi għal użu kummerċjali tinkera, bit-tagħmir kollu tagħha kif ukoll bil-prodotti għall-konsum meħtieġa għal dan l-użu, minkejja li min jikri jkompli l-attività ta’ sid il-kera taħt l-istess isem tad-ditta.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 135(1)(l) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ kiri ta’ proprjetà immobbli li kienet isservi għal użu kummerċjali kif ukoll tat-tagħmir kollu tagħha u tal-prodotti għall-konsum meħtieġa għal dan l-użu jikkostitwixxi provvista waħda fejn il-kiri tal-proprjetà immobbli hija l-provvista prinċipali.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>