02007R0226 — MT — 05.01.2017 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 226/2007 ta' l-1 ta’ Marzu 2007 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf (ĠU L 064 2.3.2007, p. 26) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1018/2012 tal-5 ta’ Novembru 2012 |
L 307 |
56 |
7.11.2012 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2260 tal-15 ta' Diċembru 2016 |
L 342 |
14 |
16.12.2016 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 226/2007
ta' l-1 ta’ Marzu 2007
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li jinsabu fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem id-detentur l-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|
CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||
|
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana. |
|||||||||
|
4b1711 |
►M2 Danstar Ferment AG rappreżentata minn Lallemand SAS ◄ |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20, Levucell SC10 ME) |
Kompożizzjoni ta’ l-addittiv: Fil-forma solida: Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta' ċelloli vijabbli nixfin b'konċentrazzjoni minima garantita ta' 2 × 1010 CFU/g. Fil-forma miksija: Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 ta' ċelloli vijabbli niexfin b'konċentrazzjoni minima garantita ta' 1 × 1010 CFU/g Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Saccharomyces cerevisiae (CNCM Sc-1077) 80 % ta' ċelloli vijabbli niexfin u 14 % ta' ċelloli mhux vijabbli. Metodu analitiku (1) Metodu għas-sustanzi dilwiti suċċessivi (pure plate method) u identifikazzjoni tal-molekolari (PCR). |
Mogħoż tal-ħalib |
— |
5 × 108 |
►M1 3 × 109 ◄ |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u lt-taħlita ta' qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, kemm jista’ jdum fil-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting. 2. Fl-għalf kumplimentarju, taqbiżx 50° C bi Levucell SC20 u 80 °C ma' Levucell SC10ME. 3. Fil-forma miksija, għall-inklużjoni permezz ta' għalf pelleted biss. 4. Doża rakkomandata għall-mogħoż u n-nagħaġ tal-ħalib: 4 × 109 CFU/ras/jum. 5. Jekk il-prodott ikun ittrattat jew imħallat f'ambjent magħluq, huwa rakkomandat li biex jitħallat jintużaw nuċċalijiet tas-sigurtà u maskri tan-nifs, dejjem jekk il-mixers ma jkunux mgħammra b'sistemi ta' l-exhaust. |
22 ta’ Marzu 2017 |
|
Nagħaġ għall-ġalib |
|
1,2 × 109 |
►M1 1,2 × 109 ◄ |
||||||
|
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/ |
|||||||||