2012R0837 — MT — 14.11.2016 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 837/2012

tat-18 ta’ Settembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-fitażi (nru tal-KE 3.1.3.26) prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 22594) bħala addittiv fl-ikel tat-tjur, tal-ħnienes miftuma, tal-ħnieżer għat-tismin u tal-ħnieżer nisa (id-dententur tal-awtorizzazzjoni huwa DSM Nutritional Products)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 252 19.9.2012, p. 7)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1265/2012 tas-17 ta’ Diċembru 2012

  L 356

61

22.12.2012

►M2

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1881 tal-24 ta' Ottubru 2016

  L 289

15

25.10.2016




▼B

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 837/2012

tat-18 ta’ Settembru 2012

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ 6-fitażi (nru tal-KE 3.1.3.26) prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 22594) bħala addittiv fl-ikel tat-tjur, tal-ħnienes miftuma, tal-ħnieżer għat-tismin u tal-ħnieżer nisa (id-dententur tal-awtorizzazzjoni huwa DSM Nutritional Products)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali, dejjem skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M2




ANNESS



In-numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

L-addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formula kimika, id-deskrizzjoni, il-metodu analitiku

L-ispeċi jew il-kategorija tal-annimal

L-età massima

Il-kontenut minimu

Il-kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

L-unitajiet ta' attività/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: Is-sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà.

4a18

DSM Nutritional Products Ltd

Is-6-fitażi

(EC 3.1.3.26)

Il-kompożizzjoni tal-addittivPreparazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 22594) b'attività minima ta':
10 000 FYT (1)/g f'għamla solida
20 000 FYT/g f'għamla likwida Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attivaIs-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 22594)Il-Metodu analitiku (2)Għal kwantifikazzjoni tas-6-fitażi fl-għalf:Metodu kolorimetriku li jkejjel il-fosfat inorganiku rilaxxat bis-6-fitażi mill-fitat (ISO 30024:2009)

It-tjur

Il-ħnieżer għat-tismin

Il-ħnienes (miftuma)

—

500 FYT

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, iż-żmien tal-ħażna u l-istabbiltà waqt il-proċess ta' tgerbib.

2.  Doża rakkomandata għall kull kilogramma ta' għalf sħiħ:

— it-tjur, il-ħnienes (miftuma) u l-ħnieżer għas-simna: 500-4 000  FYT;

— il-ħnieżer nisa: 500-4 000 FYT.

3.  Għall-użu f'għalf li fih aktar minn 0,23 % ta' fosforu marbut mal-fitin.

4.  Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet imħejjija minn qabel, l-operaturi ta' negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operattivi u l-miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji li jistgħu jinqalgħu mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kważi għal kollox bi proċeduri u miżuri normali, għandu jintuża t-tagħmir ta' protezzjoni personali adattat.

5.  Għall-użu fil-każ ta' ħnienes miftuma b'piż ta' mhux aktar minn 35 kg

Id-9 ta' Ottubru 2022

Il-ħnieżer nisa

500 FYT

(1)   1 FYT huwa l-ammont ta' enżim li jirrilaxxa 1 μmol kull minuta ta' fosfat mhux organiku mill-fitat f'kundizzjonijiet ta' reazzjoni b'konċentrazzjoni ta' fitat ta' 5,0 mM b'pH ta' 5,5 u 37 °C.

(2)   Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx