|
6.8.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 204/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 707/2009
tal-5 ta' Awwissu 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani, fir-rigward tal-aġġornament tar-rekwiżiti ta’ dejta
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistiċi tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani. |
|
(2) |
Minħabba l-bidliet ekonomiċi u l-iżviluppi tekniċi fil-qasam tal-bilanċ tal-pagamenti, jeħtieġ li jiġu aġġornati b’mod regolari ir-rekwiżiti tad-dejta u li jiġi adottat il-livell ta’ analiżi stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 184/2005 |
|
(3) |
L-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta Lulju 2005 dwar il-kompilazzjoni ta’ kontabilità mhux finanzjarja ta’ kull tliet xhur mis-settur istituzzjonali (2) rriżulta fi ħtieġa għall-bilanċ addizzjonali ta’ statistiċi ta’ pagamenti. |
|
(4) |
Sabiex titjieb il-preċiżjoni tal-aggregati għad-dħul u l-kont kurrenti fil-livell Komunitarju, biex tkun assigurata l-konsistenza bejn il-metodu ta’ aggregazzjoni għal Dħul minn Investiment tal-Portafoll (kont kurrenti) u flussi tal-Investiment tal-Portafoll (kont finanzjarju), u biex tkun assigurata konsistenza bejn il-kalkoli tal-Kummissjoni Ewropea (Eurostat) u dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), hu meħtieġ li jiġu introdotti ċerti emendi tar-rekwiżiti tad-dejta f’Tabella 1 “Indikaturi tal-euro tal-bilanċ ta’ pagamenti” u Tabella 2 “Statistika ta’ kull tliet xhur ta’ bilanċ ta’ pagamenti” tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005. |
|
(5) |
L-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea u l-adozzjoni tal-euro mis-Slovenja, Ċipru, Malta u s-Slovakkja jeħtieġu bidliet korrispondenti li jridu jsiru fit-Tabella 6 “Livelli ta’ analiżi Ġeografika” tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005. |
|
(6) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika fl-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (3), hu meħtieġ li jiġu adottati l-livelli ta’ analiżi tal-attività fit-Tabella 7 “Livelli ta’ analiżi tal-attività” tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament, huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Bilanċ tal-Pagamenti stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 184/2005, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Awwissu 2009.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Mill-ewwel perjodu ta’ referenza fl-2009, punt 1 hu mibdul b’dan li ġej: “1. Indikaturi tal-Euro tal-Bilanċ ta’ Pagamenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Mill-ewwel perjodu ta’ referenza fl-2009, il-punt 2 hu mibdul b’dan li ġej: “2. Statistiċi ta’ kull tliet xhur tal-bilanċ tal-pagamenti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. |
Il-punt 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
4. |
Bit-trażmissjoni annwali bħala l-bidu fl-2011 punt 7 ġie mibdul b’dan li ġej: “7. Livelli ta’ analiżi ta’ attività
|
|
t |
= |
perjodu ta’ referenza (kull sena jew kull tliet xhur).” |
(2) Id-Dinja, Intra-UE, fiż-Żona tal-Euro, Extra Żona tal-Euro, Istituzzjonijiet tal-UE”