23.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta’ Ottubru 2010

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit bil-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

(2010/699/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(2)(b), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 70 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), jipprevedi li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta dispożizzjonijiet biex jimplimenta l-prinċipji dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali kif stabbiliti fl-Artikolu 68 tal-Ftehim qabel it-tmiem tal-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

(2)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru (22) dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, annessa għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(3)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhumiex marbutin biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 70 tal-Ftehim għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. MILQUET


(1)  ĠU L 265, 10.10.2005, p. 2.