|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2596 |
23.11.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2596
tas-16 ta’ Novembru 2026
li tistabbilixxi l-ilħuq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet għall-pagament parzjali tad-disa’ pagament parzjali skont il-Pjan għall-Ukrajna tal-Faċilità għall-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Pilastru I tal-Faċilità għall-Ukrajna (“il-Faċilità”), stabbilit bir-Regolament (UE) 2024/792, jagħmel appoġġ finanzjarju sa EUR 46 873 049 093,86, kif stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 (2), u l-ekwivalenti f’EUR ta’ NOK 1 000 000 000, kif stabbilit f’dik id-Deċiżjoni (3), disponibbli għall-Ukrajna għall-perjodu 2024–2027. |
|
(2) |
L-appoġġ finanzjarju jieħu l-forma ta’ appoġġ u self mhux ripagabbli. |
|
(3) |
L-appoġġ finanzjarju taħt il-Pilastru I tal-Faċilità huwa allokat fil-biċċa l-kbira abbażi tal-Pjan għall-Ukrajna (il-“Pjan”) (4), li l-Kunsill approva bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447. Il-Pjan jistabbilixxi l-passi li l-Ukrajna trid tissodisfa sabiex tirċievi l-pagamenti parzjali trimestrali. |
|
(4) |
Sal-lum, ġew żborżati EUR 32 455 384 486,86 lill-Ukrajna taħt il-Pilastru I tal-Faċilità. Minn dak l-ammont, ġew żborżati EUR 4 431 301 973,86 fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u EUR 20 134 082 513 fil-forma ta’ self taħt l-ewwel tmien pagamenti parzjali tal-Pjan. Barra minn hekk, l-Ukrajna rċeviet EUR 6 000 000 000 bħala finanzjament tranżitorju eċċezzjonali u EUR 1 890 000 000 bħala prefinanzjament, skont l-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE) 2024/792. |
|
(5) |
F’konformità mal-ftehim ta’ self konkluż bejn l-Unjoni u l-Ukrajna skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2024/792, ammont ta’ EUR 1 455 253 522 minn dawk l-ewwel tmien pagamenti parzjali ntuża biex jiġi kklerjat il-prefinanzjament tas-self mill-Faċilità. |
|
(6) |
Fit-30 ta’ Settembru 2026, l-Ukrajna ppreżentat talba għall-pagament ta’ parti mir-raba’, is-seba’, it-tmien u d-disa’ pagament parzjali skont il-Pjan, li tammonta għal EUR 8 305 265 116. It-talba kopriet ukoll pass fl-għaxar pagament parzjali. |
|
(7) |
B’mod partikolari, it-talba kienet akkumpanjata minn dokumenti ppreżentati bħala evidenza li l-Ukrajna kienet laħqet pass wieħed fir-raba’ pagament parzjali, tliet passi fis-seba’ pagament parzjali, pass wieħed fit-tmien pagament parzjali, sbatax-il pass fid-disa’ pagament parzjali u pass wieħed fl-għaxar pagament parzjali. L-Ukrajna ppreżentat ukoll id-dokumenti meħtieġa skont il-ftehimiet konklużi skont l-Artikoli 9, 10 u 22 tar-Regolament (UE) 2024/792 (5). |
|
(8) |
Il-passi li jirfdu l-aħħar talba għall-pagament tal-Ukrajna huma relatati ma’ diversi riformi u investimenti stabbiliti fil-Pjan li ġeneralment jaqgħu taħt il-kapitoli dwar is-sistema ġudizzjarja; il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus; is-swieq finanzjarji; il-ġestjoni tal-assi pubbliċi; il-kapital uman; l-ambjent tan-negozju; id-deċentralizzazzjoni u l-politika reġjonali; is-settur tal-enerġija; it-trasport; is-settur agroalimentari; it-trasformazzjoni diġitali; u t-tranżizzjoni ekoloġika u l-protezzjoni tal-ambjent. |
|
(9) |
Kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni vvalutat it-talba tal-Ukrajna fid-dettall f’konformità mal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 2024/792. Ikkonkludiet li l-Ukrajna laħqet b’mod sodisfaċenti l-pass 4.3 taħt ir-raba’ pagament parzjali skont il-Pjan, il-passi 4.8, 6.7 u 10.3 taħt is-seba’ pagament parzjali, il-pass 15.8 taħt it-tmien pagament parzjali, u l-passi 3.10, 3.17, 4.20, 5.3, 5.5, 7.7, 7.12, 7.14, 7.18, 7.20, 8.12, 9.7, 10.19, 12.9, 14.4 u 15.11 taħt id-disa’ pagament parzjali. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni vvalutat li l-Ukrajna laħqet parzjalment il-pass 6.3 taħt id-disa’ pagament parzjali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni vvalutat li l-Ukrajna laħqet b’mod sodisfaċenti l-pass 10.21 taħt l-għaxar pagament parzjali. Għalhekk, f’konformità mal-metodoloġija għat-trattament tal-ilħuq parzjali tal-passi fil-Pjan stabbilita fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ April 2026 (6), il-Kummissjoni tipproponi li dan jitqies bħala fattur mitiganti. |
|
(11) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li l-Ukrajna għadha tissodisfa l-prekundizzjoni għall-appoġġ tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2024/792. B’mod partikolari, l-Ukrajna għadha żżomm u tirrispetta mekkaniżmi demokratiċi effettivi, inkluż sistema parlamentari b’diversi partiti u l-istat tad-dritt, u għadha tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. |
|
(12) |
Fit-talba tagħha għall-pagament, l-Ukrajna kkonfermat li ma reġġgħet lura l-ebda miżura relatata mal-passi li hija kienet laħqet preċedentement b’mod sodisfaċenti. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi li l-Ukrajna laħqet b’mod sodisfaċenti l-kundizzjonijiet rilevanti għall-pagament tar-raba’ pagament parzjali fir-rigward ta’ pass pendenti wieħed skont il-Pjan, tas-seba’ pagament parzjali fir-rigward ta’ tliet passi pendenti, tat-tmien pagament parzjali fir-rigward ta' pass pendenti wieħed u tad-disa’ pagament parzjali fir-rigward ta’ sittax-il pass. |
|
(14) |
Meta jitqiesu l-ħtiġijiet urġenti ta’ finanzjament tal-Ukrajna, huwa ta’ importanza kbira li l-fondi jiġu żborżati malajr kemm jista’ jkun. Bil-ħsieb li jitħaffef il-proċess, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. F’konformità mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni pprovduta skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/792, stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, il-Kunsill jistabbilixxi li l-Ukrajna laħqet b’mod sodisfaċenti l-kundizzjonijiet rilevanti għall-pagament parzjali skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447 tar-raba’, is-seba’, it-tmien u d-disa’ pagament parzjali tal-assistenza finanzjarja skont il-Pjan għall-Ukrajna. Tali assistenza għandha tammonta għal EUR 8 040 665 425 qabel ma jiġi kklerjat il-prefinanzjament, li minnhom EUR 298 747 120 jikkorrispondu għar-raba’ pagament parzjali, EUR 368 010 368 jikkorrispondu għas-seba’ pagament parzjali, EUR 95 530 669 jikkorrispondu għat-tmien pagament parzjali, u EUR 7 278 377 268 jikkorrispondu għad-disa’ pagament parzjali.
2. Filwaqt li jitqies l-ilħuq sodisfaċenti ta’ pass wieħed taħt l-għaxar pagament parzjali u l-ilħuq parzjali ta’ pass wieħed taħt id-disa’ pagament parzjali, l-importanza tal-passi li ma ġewx milħuqa, ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ lħuq tagħhom, u l-importanza tal-pass li ntlaħaq kmieni, jiġi applikat fattur mitiganti li jammonta għal EUR 529 397 883, u b’hekk jitnaqqas il-valur tas-sospensjoni li jikkorrispondi għall-passi li ma ntlaħqux taħt id-disa’ pagament parzjali.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/1447, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1447/oj).
(3) F’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447, in-Norveġja se tipprovdi NOK 1 000 000 000 bħala kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali għall-Pilastru I tal-Faċilità fil-forma ta’ appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ ftehim ta’ trasferiment bejn in-Norveġja u l-Kummissjoni u t-trasferiment tal-kontribuzzjoni finanzjarja relatata.
(4) L-appoġġ finanzjarju taħt il-Pilastru I tal-Faċilità jinkludi finanzjament tranżitorju eċċezzjonali kif stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2024/792 flimkien mal-appoġġ disponibbli taħt il-Pjan.
(5) Il-ftehimiet rispettivi jinkludu: il-ftehim qafas konkluż skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2024/792, il-ftehim ta’ finanzjament konkluż skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2024/792, u l-ftehim ta’ self konkluż skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2024/792.
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-metodoloġija għat-trattament tal-ilħuq parzjali tal-passi fil-Pjan għall-Ukrajna skont ir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Ukrajna u li tissostitwixxi l-Komunikazzjoni C(2025)1725 (ĠU C, C/2026/2328, 17.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2328/oj).
ANNESS
SOMMARJU EŻEKUTTIV
Fit-30 ta’ Settembru 2026, l-Ukrajna ressqet talba għall-pagament ta’ parti mill-erba’, is-seba’, it-tmien u d-disa’ pagament parzjali tal-Pjan għall-Ukrajna, f’konformità mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2024/792 tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (1). Biex tappoġġa t-talba għall-pagament, l-Ukrajna pprovdiet ġustifikazzjoni għall-ilħuq sodisfaċenti ta’ pass wieħed fir-raba’ pagament parzjali, tliet passi fis-seba’ pagament parzjali, pass wieħed fit-tmien pagament parzjali u 17-il pass fid-disa’ pagament parzjali, stipulati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna (2), kif sussegwentement emendata (“l-Anness tas-CID”). L-Ukrajna pprovdiet ukoll evidenza għal pass wieħed fl-għaxar pagament parzjali.
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Ukrajna, 16-il pass tad-disa’ pagament parzjali huma meqjusa li ntlaħqu b’mod sodisfaċenti.
|
— |
Pass 3.10, li jikkonċerna s-sistema tal-IT aġġornata għall-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali. |
|
— |
Pass 3.17, li jikkonċerna l-adozzjoni tad-Digriet Presidenzjali li japprova l-Istrateġija għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
|
— |
Pass 4.20, li jikkonċerna l-adozzjoni tal-Programm tal-Istat għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin sal-2030. |
|
— |
Pass 5.3, li jikkonċerna l-adozzjoni tal-istrateġija għat-tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju. |
|
— |
Pass 5.5, li jikkonċerna d-dħul fis-seħħ ta’ atti legali biex tittejjeb ir-riżoluzzjoni ta’ self li ma jrendix. |
|
— |
Pass 7.7, li jikkonċerna l-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Impjiegi tal-Popolazzjoni. |
|
— |
Pass 7.12, li jikkonċerna l-investimenti ta’ mill-inqas EUR 300 miljun fl-edukazzjoni. |
|
— |
Pass 7.14, li jikkonċerna l-investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun fil-kura tas-saħħa. |
|
— |
Pass 7.18, li jikkonċerna l-investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għal veterani b’diżabilità tal-gruppi I–II, membri tal-familja ta’ veterani mejta u persuni spostati internament. |
|
— |
Pass 7.20, li jikkonċerna l-approvazzjoni mill-Kabinett tal-Ministri tal-Pjan Operazzjonali ta’ Miżuri għall-implimentazzjoni fl-2026–2028 tal-Istrateġija Nazzjonali biex tingħeleb id-Differenza bejn il-Pagi tal-Irġiel u n-Nisa għall-perjodu sal-2030. |
|
— |
Pass 8.12, li jikkonċerna l-adozzjoni tal-emendi għar-riżoluzzjoni dwar id-deżinjazzjoni tal-istitut nazzjonali uniku tal-metroloġija. |
|
— |
Pass 9.7, li jikkonċerna l-allokazzjoni tal-ekwivalenti ta’ mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju ġenerali mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali. |
|
— |
Pass 10.19, li jikkonċerna t-tħejjija tat-Termini ta’ Referenza għal parti terza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet rigward l-integrità u r-robustezza tal-proċessi finanzjarji u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha. |
|
— |
Pass 12.9, li jikkonċerna l-investimenti ta’ mill-inqas EUR 30 miljun fit-tneħħija tal-mini fl-art agrikola. |
|
— |
Pass 14.4, li jikkonċerna d-dħul fis-seħħ tal-funzjonament tas-Sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika, f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183. |
|
— |
Pass 15.11, li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ emendi għall-Proċedura għall-Monitoraġġ tal-Ilma mill-Istat. |
Il-Kummissjoni vvalutat li l-evidenza pprovduta għal tnejn mill-passi meħtieġa għad-disa’ pagament parzjali ma hijiex suffiċjenti biex tikkonkludi li dawn intlaħqu b’mod sodisfaċenti (Pass 6.3 li jikkonċerna l-ħatra ta’ bordijiet superviżorji ta’ intrapriżi tal-Istat b’maġġoranza ta’ membri indipendenti u Pass 10.9 li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni gradwali tas-swieq tal-gass u tal-elettriku li għandu jiġi implimentat wara l-iskadenza tal-liġi marzjali).
F’konformità mal-metodoloġija għall-immaniġġar tal-ilħuq parzjali tal-passi skont il-Pjan għall-Ukrajna (“il-metodoloġija”), il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-Pass kwantitattiv 6.3 ġie propost bħala fattur mitiganti:
|
— |
Pass 6.3, li jikkonċerna l-ħatra ta’ bordijiet superviżorji ta’ intrapriżi tal-Istat b’maġġoranza ta’ membri indipendenti. |
Barra minn hekk, u f’konformità mal-metodoloġija, il-pass li ġej skedat għall-għaxar pagament parzjali ġie ddikjarat mill-Ukrajna bħala milħuq u ġie propost ukoll bħala fattur mitiganti potenzjali:
|
— |
Pass 10.21, li jikkonċerna t-talba għal missjoni ta’ servizz integrat għall-analiżi tar-regolamentazzjoni fl-Ispettorat Regolatorju Nukleari tal-Istat tal-Ukrajna (SNRIU) mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika. |
Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta mill-Ukrajna turi li pass wieħed mir-raba’ pagament parzjali, tliet passi mis-seba’ pagament parzjali u pass wieħed mit-tmien pagament parzjali ntlaħqu b’mod sodisfaċenti.
|
— |
Pass 4.3, li jikkonċerna ż-żieda fil-manodopera għall-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni. |
|
— |
Pass 4.8, li jikkonċerna t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss. |
|
— |
Pass 6.7, li jikkonċerna d-dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP. |
|
— |
Pass 10.3, li jikkonċerna d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex jittejbu l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli. |
|
— |
Pass 15.8, li jikkonċerna l-adozzjoni tal-Istrateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha. |
Bħala parti mill-Kapitolu 3 dwar is-sistema ġudizzjarja, sistema aġġornata tal-IT għall-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti saret operazzjonali; u ġie adottat id-Digriet Presidenzjali li japprova l-Istrateġija għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem.
Bħala parti mill-Kapitolu 4 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, żdiedet il-manodopera għall-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni, twettqet il-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss u ġie adottat il-Programm tal-Istat għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin sal-2030.
Bħala parti mill-Kapitolu 5 dwar is-swieq finanzjarji, ġiet adottata l-istrateġija għat-tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-Istat fis-settur bankarju; u daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni biex tittejjeb ir-riżoluzzjoni ta’ self li ma jrendix.
Bħala parti mill-Kapitolu 6 dwar il-ġestjoni tal-assi pubbliċi, daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP.
Bħala parti mill-Kapitolu 7 dwar il-kapital uman, ġiet adottata l-Istrateġija għall-Impjiegi tal-Popolazzjoni, kien hemm investimenti ta’ mill-inqas EUR 300 miljun fl-edukazzjoni u investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għal veterani b’diżabilità tal-gruppi I–II, membri tal-familja ta’ veterani mejtin u persuni spostati internament. Fl-istess ħin, ġie approvat il-pjan operazzjonali ta’ miżuri għall-implimentazzjoni fl-2026–2028 tal-Istrateġija Nazzjonali biex Tingħeleb id-Differenza bejn il-Pagi tal-Irġiel u n-Nisa għall-perjodu sal-2030.
Bħala parti mill-Kapitolu 8 dwar l-ambjent tan-negozju, ġew adottati emendi għar-riżoluzzjoni dwar id-deżinjazzjoni tal-istitut nazzjonali uniku tal-metroloġija.
Bħala parti mill-Kapitolu 9 dwar id-deċentralizzazzjoni u l-politika reġjonali, intlaħqet l-allokazzjoni tal-ekwivalenti ta’ mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju ġenerali mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-entitajiet sottonazzjonali.
Bħala parti mill-Kapitolu 10 dwar is-settur tal-enerġija, daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar it-tqassir tal-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli; it-Termini ta’ Referenza għal awditu minn parti terza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet fir-rigward tal-integrità u r-robustezza tal-proċessi finanzjarji u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha tħejjew u ġiet sottomessa t-talba għal missjoni ta’ servizz integrat għall-analiżi tar-regolamentazzjoni fl-SNRIU mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika.
Bħala parti mill-Kapitolu 14, dwar it-trasformazzjoni diġitali, ġiet adottata u daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni dwar il-funzjonament tas-Sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika, f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1183.
Bħala parti mill-Kapitolu 15 dwar it-tranżizzjoni ekoloġika u l-ħarsien tal-ambjent, ġew adottati l-Istrateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha u l-leġiżlazzjoni li temenda l-Proċedura għall-Monitoraġġ tal-Ilma mill-Istat.
Għall-valutazzjoni tal-Passi ta’ investiment 7.12, 7.14, 7.18, 9.7 u 12.9, l-ispejjeż irrapportati f’hryvnia Ukrena (UAH) ġew ikkonvertiti f’euro (EUR) bl-użu tal-medja tar-rati tal-kambju UAH/EUR ta’ kull xahar għas-sena baġitarja rilevanti. Għan-nefqa rrapportata fl-2026, ir-rata tal-kambju medja ta’ kull xahar ġiet ikkalkolata bl-aktar data reċenti disponibbli sa Ottubru 2026.
PASS 3.10
|
Isem il-pass: Sistema tal-IT aġġornata għall-infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti hija operazzjonali |
||||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 2. Riformi tal-insolvenza u infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti |
||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 3.10 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Is-sistema tal-IT aġġornata għall-iffaċilitar tal-proċess ta’ infurzar, it-traċċar tal-assi tad-debitur, l-iffriżar tal-kontijiet bankarji u l-irkupru tad-dejn hija operazzjonali.” Il-pass 3.10 huwa wieħed mill-ħames passi taħt ir-Riforma 2 tal-Kapitolu 3 (sistema ġudizzjarja u drittijiet tal-bniedem). Dan huwa l-aħħar pass fir-Riforma 2 minbarra l-Pass 3.7 dovut sal-ewwel trimestru tal-2026 li għadu ma ntlaħaqx mit-tmien pagament. |
||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi tal-pass 3.10. Ir-riforma 2 għandha l-objettiv li ttejjeb il-proċeduri ta’ insolvenza u infurzar billi tallinja l-leġiżlazzjoni rilevanti mal-acquis tal-UE u jinbnew kapaċitajiet istituzzjonali u oħrajn biex tiġi applikata sew. Għal dan il-għan, l-Ukrajna aġġornat diversi funzjonalitajiet tas-Sistema Awtomatizzata tal-Proċedimenti ta’ Infurzar (ASEP). Sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ infurzar, fil-15 ta’ Mejju 2024 tnediet l-għażla li jintbagħtu dokumenti marbuta mal-proċedimenti ta’ infurzar permezz tal-ASEP lill-partijiet irreġistrati fis-Sistema Unifikata ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni Ġudizzjarja (UJICS). Wara dan l-aġġornament, l-individwi u l-entitajiet ġuridiċi li għandhom kabinetti elettroniċi fl-UJICS ser jirċievu d-dokumenti tal-proċedimenti ta’ infurzar (digrieti, atti, eċċ.) direttament fil-kabinett elettroniku tagħhom. L-ASEP fiha mudelli aġġornati ta’ dokumenti għal għadd ta’ azzjonijiet proċedurali tipiċi, bħal rapporti dwar mandati ta’ perkwiżizzjoni mibgħuta lill-Pulizija Nazzjonali. Barra minn hekk, fl-2025, ġiet implimentata sensiela ta’ titjib bil-għan li tiġi diġitalizzata ż-żamma tar-rekords għall-bailiffs pubbliċi u privati. L-aġġornamenti jtejbu wkoll it-traċċar tal-assi billi juru u jaħżnu informazzjoni dwar l-assi tad-debituri. Fit-8 ta’ Jannar 2024, is-sistema ġiet riveduta biex tiffaċilita l-ħidma tal-uffiċjali tal-infurzar bl-assi tad-debituri. Wara l-aġġornamenti, l-informazzjoni kollha li tasal matul il-proċedimenti ta’ infurzar tinħażen ċentralment. Is-sistema aġġornata ttejjeb il-kapaċità tal-uffiċjali tal-infurzar li jittraċċaw informazzjoni dwar il-proprjetà ta’ debitur, bħal karozzi jew appartamenti. Skambju ta’ informazzjoni mal-Ministeru għall-Politika Soċjali, il-Familja u l-Għaqda tal-Ukrajna introdott fl-2025 ser iżid l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-persuni fiżiċi. Barra minn hekk, l-ASEP ġiet aġġornata biex tinkludi l-wiri ċentralizzat ta’ data dwar il-kontijiet bankarji tad-debituri, u b’hekk tipprovdi lill-uffiċjali tal-infurzar aċċess aktar mgħaġġel u aktar faċli għall-informazzjoni dwar il-kontijiet tad-debituri. Biex jiġi ffaċilitat l-iffriżar tal-kontijiet bankarji, b’kollox 30 fornitur ta’ servizzi ta’ pagament issieħbu fis-sistema sal-2024, u dan jippermetti skambju awtomatiku ta’ informazzjoni fil-proċedura għas-sekwestru ta’ fondi, u jikkontribwixxi għall-irkupru tad-dejn. Biex jiġi ffaċilitat l-irkupru tad-dejn, l-ASEP tippermetti wkoll li d-dokumenti eżekuttivi jintbagħtu f’format elettroniku. It-trażmissjoni awtomatizzata ta’ deċiżjonijiet dwar multi amministrattivi u materjali addizzjonali fil-forma ta’ dokumenti elettroniċi ġiet estiża għal atturi ġodda fl-2024, b’mod partikolari għall-Kunsill tal-Belt ta’ Kiev u għall-Kunsill tal-Belt ta’ Lutsk. Mill-2026 ‘il quddiem, is-sistema ppermettiet li l-ordnijiet biex jiġi rkuprat l-introjtu ta’ debitur jiġu kkonsenjati lill-impjegatur(i) tad-debitur, u b’hekk tiżdied l-effettività tal-irkupru tad-dejn. |
||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 3.17
|
Isem il-pass: L-adozzjoni tad-Digriet Presidenzjali li japprova l-Istrateġija għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem |
||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 5. Tisħiħ tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali |
||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 3.17 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Adozzjoni tad-Digriet Presidenzjali li japprova l-Istrateġija għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-Pass 3.17 huwa l-uniku pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 5 fil-Kapitolu 3 (sistema ġudizzjarja u drittijiet tal-bniedem). |
||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-pass 3.17. L-objettiv tar-Riforma 5 huwa li tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet ta’ persuni li jirrisjedu fit-territorju tal-Ukrajna okkupat temporanjament mill-Federazzjoni Russa u li jittejjeb l-aċċess għas-servizzi għal persuni vulnerabbli. Għal dan il-għan, l-Istrateġija Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem għall-perjodu sal-2035 ġiet adottata bid-Digriet tal-President tal-Ukrajna Nru 1038/2026 “Kwistjonijiet tal-Istrateġija Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem” fit-12 ta’ Ottubru 2026. Skont id-Dispożizzjonijiet Ġenerali, l-Istrateġija Nazzjonali għad-Drittijiet tal-Bniedem (“l-Istrateġija”) hija dokument ta’ politika ta’ qafas fit-tul dwar id-drittijiet tal-bniedem li jistabbilixxi l-objettivi strateġiċi, il-prijoritajiet u l-prinċipji biex jiġu żgurati u protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem fl-Ukrajna sal-2035. L-Istrateġija hija maħsuba biex tikkomplementa l-impenji eżistenti tal-Ukrajna fil-kuntest tal-integrazzjoni Ewropea. L-implimentazzjoni tagħha ser tkun appoġġata minn pjanijiet ta’ azzjoni li għandhom jiġu żviluppati kull tliet snin. L-Istrateġija tqis l-isfidi speċifiċi għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżultaw mil-liġi marzjali, bħar-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għad-dokumenti u fuq il-libertà ta’ għaqda paċifika. Hija tirrikonoxxi sfidi li huma partikolarment rilevanti għall-irkupru ta’ wara l-gwerra tal-Ukrajna, bħad-disponibbiltà ta’ programmi ta’ riabilitazzjoni medika, psikoloġika u soċjali speċjalizzati għall-veterani tal-gwerra u r-riintegrazzjoni u r-ritorn ta’ persuni spostati internament u s-servizzi għalihom. Hija tinkludi objettiv li tittejjeb il-leġiżlazzjoni elettorali u jiġi żgurat l-eżerċizzju tad-drittijiet elettorali fil-perjodu ta’ wara l-gwerra. Qiegħda tingħata attenzjoni speċjali lid-drittijiet tal-persuni li jgħixu f’territorji tal-Ukrajna temporanjament okkupati mill-Federazzjoni Russa, f’żoni qrib il-front u tal-persuni spostati internament. L-Istrateġija tistabbilixxi l-objettiv li tiġi żviluppata u implimentata l-politika tal-Istat dwar id-diżokkupazzjoni u r-riintegrazzjoni tat-territorju temporanjament okkupat tal-Ukrajna, kif ukoll mekkaniżmi għar-restawr tad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiż-żoni temporanjament okkupati. Hija tinkludi wkoll impenn biex jiġi ddokumentat il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorju temporanjament okkupat tal-Ukrajna għall-finijiet tal-ġustizzja internazzjonali, ir-responsabbiltà u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-vittmi. L-Istrateġija tirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ protezzjoni legali għall-persuni li jkunu sofrew minn vjolenza abbażi tal-ġeneru. Din tinkludi l-objettiv li l-leġiżlazzjoni Ukrena tiġi allinjata mal-obbligi internazzjonali u mal-atti legali tal-UE fil-qasam tal-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika. Hija timpenja ruħha wkoll li tiżgura l-aċċessibbiltà tal-assistenza lil persuni li sofrew minn vjolenza domestika u/jew minn vjolenza abbażi tal-ġeneru jew minn vjolenza sesswali relatata mal-aggressjoni armata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp u l-monitoraġġ tal-funzjonament tas-sistema nazzjonali ta’ appoġġ għas-superstiti f’konformità mal-istandards Ewropej. Hija mogħtija attenzjoni partikolari lid-drittijiet tat-tfal f’kunflitti armati, inkluż l-iżgurar tal-protezzjoni legali fir-rigward tar-ritorn lejn l-Ukrajna ta’ tfal li ġew spostati temporanjament (evakwati) barra mill-Ukrajna bħala riżultat tal-aggressjoni armata tal-Federazzjoni Russa u fir-rigward tar-riintegrazzjoni tagħhom. Hija tistabbilixxi objettiv li tiġi żgurata dokumentazzjoni sistematika ta’ ksur tad-drittijiet tat-tfal matul id-deportazzjoni u l-ispostament furzat tagħhom, kif ukoll tal-fatti ta’ deportazzjoni u spostament furzat bħala riżultat tal-aggressjoni armata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. L-Istrateġija għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għas-servizzi għal persuni vulnerabbli, bħat-tfal, l-anzjani u l-persuni b’diżabilità. Hija tistabbilixxi objettivi konkreti biex jittejjeb l-aċċess ta’ dawn il-gruppi għas-servizzi mediċi, għall-akkomodazzjoni, għall-għajnuna legali kif ukoll għas-servizzi edukattivi u kulturali. |
||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 4.3
|
Isem il-pass: Żieda fil-manodopera għall-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni |
||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 1. Żvilupp tal-kapaċità istituzzjonali tal-qafas kontra l-korruzzjoni |
||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: appoġġ mhux ripagabbli |
||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 4.3 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “In-numru tal-persunal ta’ mħallfin tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni (HACC) jiżdied b’60 %, u n-numru tal-apparat tal-HACC jiżdied b’40 %.” Il-Pass 4.3 huwa t-tielet mit-tliet passi skont ir-Riforma 1 tal-Kapitolu 4 (il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus). Dan kien preċedut mill-Pass 4.2 dwar il-ħatra ta’ kap ġdid tal-Aġenzija Nazzjonali għall-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Pass 4.1 dwar iż-żieda fil-manodopera għall-Uffiċċju Speċjalizzat tal-Prosekutur Kontra l-Korruzzjoni. |
||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi tal-pass 4.3. L-objettiv tar-Riforma 1 tal-Kapitolu 4 (il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus) huwa li, permezz ta’ investigazzjoni attiva u effiċjenti, tiżdied il-kapaċità ġenerali tal-infrastruttura kontra l-korruzzjoni biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, inkluż f’livell għoli. Il-pass għandu l-għan li jgħin fl-operazzjonalizzazzjoni tal-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni (HACC) billi jżid l-għadd ta’ mħallfin b’60 % u l-għadd tal-persunal b’40 %. Il-linja bażi użata għall-kalkolu taż-żieda nominali kienet ta’ 38 imħallef u 270 membru tal-persunal awżiljarju, li rriżultat fi 22 imħallef addizzjonali u f’108 membri tal-persunal awżiljarju. Il-Kunsill Għoli tal-Ġustizzja (HCJ) u l-Kummissjoni Għolja ta’ Kwalifika tal-Imħallfin tal-Ukrajna (HQCJ) huma l-korpi awtonomi ġudizzjarji għall-għażla tal-imħallfin, inkluż għall-HACC. L-HQCJ hija appoġġata minn korp sussidjarju temporanju magħruf bħala l-Kunsill Pubbliku tal-Esperti Internazzjonali (PCIE) li jikkonsisti minn esperti legali internazzjonali li jassistu lill-HQCJ fil-valutazzjoni ta’ jekk il-kandidati jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ integrità u kompetenza. L-HQCJ tħabbar u torganizza kompetizzjonijiet u tiddetermina, bl-appoġġ tal-PCIE, il-kandidati li jintgħażlu minn dawk il-kompetizzjonijiet. L-HCJ jirrieżamina r-rakkomandazzjonijiet tal-HQCJ u jissottometti l-kandidati lill-President għall-ħatra abbażi ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet. Il-President jaħtar formalment l-imħallfin sottomessi mill-HCJ. F’konformità mal-kostituzzjoni, l-imħallfin tal-HACC jinħatru mill-President wara s-sottomissjoni tal-HCJ. Fis-26 ta’ Settembru 2023, l-HCJ adotta d-Deċiżjoni Nru 930/0/15-23, li tistabbilixxi li l-HACC għandha tkun magħmula minn 63 imħallef, li 21 minnhom ikunu mħallfin tal-Awla tal-Appelli (qorti tat-tieni istanza). Iż-żieda fl-għadd ta’ mħallfin kienet iġġustifikata mill-ħtieġa li jiġu ttrattati l-għadd ogħla u l-kumplessità tal-proċedimenti kriminali fl-HACC. Għal dan il-għan, fit-23 ta’ Novembru 2023, l-HQCJ ħabbret kompetizzjoni għal 25 post vakanti għall-imħallfin tal-HACC: 15-il post vakanti għall-qorti tal-prim’istanza u 10 postijiet vakanti għall-qorti tat-tieni istanza. Madankollu, fil-31 ta’ Marzu 2025, l-HQCJ ħabbret li żewġ kandidati biss kienu għaddew b’suċċess mill-istadji kollha tal-għażla kompetittiva u rrakkomandat il-ħatra tagħhom. Fl-20 ta’ Mejju 2025, l-HCJ irrakkomanda dawk iż-żewġ imħallfin lill-President għall-ħatra. Fit-3 ta’ Mejju 2025, il-President ħatar uffiċjalment lil dawk iż-żewġ kandidati bħala mħallfin tal-HACC. Biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ persunal li kien għad fadal, fit-3 ta’ Ġunju 2025, l-HQCJ ħabbret kompetizzjoni għal 13-il post vakanti għall-qorti tal-prim’istanza u 10 postijiet vakanti għall-qorti tat-tieni istanza. Fl-istess ħin, l-Ukrajna ħadet passi biex ittejjeb ulterjorment il-qafas tal-għażla ġudizzjarja (dettaljat hawn taħt). B’riżultat tal-fatt li l-proċedura tal-għażla ma pproduċietx l-għadd meħtieġ ta’ mħallfin ġodda, il-Pass 4.3 ġie vvalutat b’mod negattiv bħala parti mir-raba’ talba għall-pagament fit-30 ta’ Ġunju 2025. Fit-2 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Ukrajna bid-deċiżjoni tagħha, fejn qalet li l-Ukrajna kellha 12-il xahar min-notifika tal-valutazzjoni negattiva inizjali biex tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura l-ilħuq sodisfaċenti tal-pass pendenti. Fis-17 ta’ Lulju 2026, wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu ta’ 12-il xahar fit-2 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni stiednet lill-Ukrajna biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha fi żmien xahrejn. Wara l-kompetizzjoni, imħabbra fit-3 ta’ Ġunju 2025, fit-22 ta’ Ġunju 2026, qabel tmiem il-perjodu ta’ 12-il xahar, l-HQCJ irrakkomandat total ta’ 17-il imħallef għall-ħatra. Bejn it-2 ta’ Lulju u t-13 ta’ Awwissu 2026, l-HCJ irrakkomanda dawk is-17-il imħallef lill-President għall-ħatra. Fil-21 ta’ Awwissu 2026, il-President ħatar is-17-il imħallef, inklużi 12-il kandidat bħala mħallfin tal-HACC u ħames kandidati bħala mħallfin tal-awla tal-appell tal-HACC. Barra minn hekk, bejn is-7 ta’ April 2025 u l-1 ta’ Lulju 2026, l-HACC żiedet l-għadd ta’ persunal amministrattiv b’56 post qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ 12-il xahar u b’56 post ulterjuri bejn is-7 ta’ Lulju 2026 u l-10 ta’ Settembru 2026. Dan irrifletta l-fatt li r-reklutaġġ tal-persunal amministrattiv kien jiddependi fuq il-ħatra tal-imħallfin, peress li tal-ewwel kienu maħsuba biex jappoġġaw lil tal-aħħar. B’mod ġenerali, l-awtoritajiet Ukreni żiedu l-għadd ta’ mħallfin bi 19 meta mqabbel mal-mira ta’ 22 u l-għadd ta’ persunal amministrattiv b’112, li minnhom 108 postijiet huma meħtieġa biex jintlaħaq dan il-pass. Dan jikkorrispondi għal żieda totali ta’ 131 post kontra mira ta’ 130 post. Barra minn hekk, in-nuqqas fil-ħatriet ġudizzjarji meta mqabbel mal-mira huwa spjegat mill-għadd limitat ta’ kandidati li jissodisfaw l-istandards meħtieġa, inklużi l-kompetenza legali ġenerali, l-ispeċjalizzazzjoni kontra l-korruzzjoni u l-kapaċitajiet konjittivi. Il-Liġi tal-Ukrajna dwar il-Baġit tal-Istat għall-2025 u l-Liġi tal-Ukrajna dwar il-Baġit tal-Istat għall-2026 allokaw finanzjament biex jappoġġa żieda fl-għadd ta’ mħallfin u persunal tal-HACC. Dan l-appoġġ baġitarju jirrifletti r-rikonoxximent mill-awtoritajiet tal-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u operazzjonali tal-HACC. Bl-istess mod, l-abbozzi tal-annessi tal-Liġi tal-Ukrajna dwar il-Baġit tal-Istat għall-2027 huma mistennija li jikkonfermaw l-allokazzjoni ta’ finanzjament addizzjonali għaż-żieda fl-għadd ta’ mħallfin u persunal tal-HACC. L-awtoritajiet Ukreni responsabbli, inklużi l-HQCJ, l-HCJ, il-President tal-Ukrajna u l-HACC, ħadu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-ilħuq ta’ dan il-pass minkejja ċirkostanzi oġġettivi li kkawżaw dewmien. Dawn l-isforzi jistgħu jitqiesu fil-valutazzjoni ta’ dan il-pass u b’mod partikolari biex jiġġustifikaw id-diskrepanza bejn l-għadd ta’ mħallfin maħtura u l-mira bażi. B’mod partikolari, wara r-rata għolja ta’ falliment osservata fil-kompetizzjoni tal-2023, l-HQCJ ftit wara nediet kompetizzjoni ġdida biex tindirizza l-ħtiġijiet ta’ persunal li kien għad fadal. Barra minn hekk, fl-14 ta’ Mejju 2025, il-Verkhovna Rada adotta l-Liġi tal-Ukrajna “Dwar l-emendi għal-Liġi tal-Ukrajna ‘dwar il-ġudikatura u l-istatus tal-imħallfin’ biex jiġu ċċarati l-proċeduri għall-kompetizzjoni għall-kariga ta’ mħallef u l-issekondar ta’ mħallef” bil-ħsieb li jittejbu ċerti proċeduri li jirregolaw l-għażla kompetittiva tal-imħallfin. Il-bidliet magħmula b’dawn l-emendi indirizzaw direttament xi wħud min-nuqqasijiet tal-kompetizzjoni preċedenti u ser itejbu l-kompetizzjonijiet futuri lil hinn mir-rekwiżiti ta’ dan il-pass. Il-bidliet jinkludu b’mod partikolari l-indirizzar tal-limiti riġidi żżejjed għal xi wħud mit-testijiet bikrija fil-proċedura, perkors ta’ applikazzjoni unifikat kemm għall-qorti tal-prim’istanza kif ukoll għall-Awla tal-Appelli biex titnaqqas id-duplikazzjoni u simplifikazzjoni tal-proċess biex jitnaqqas iż-żmien meħtieġ biex titlesta l-kompetizzjoni. Fl-istess ħin, inżammu standards professjonali u etiċi għoljin. Saru wkoll sforzi komparabbli mill-HACC innifisha, li għażlet għadd ta’ persunal amministrattiv li jaqbeż il-mira stabbilita taħt dan il-pass. L-awtoritajiet Ukreni ħadu wkoll il-miżuri meħtieġa fil-perjodu ta’ 12-il xahar li ntemm fit-2 ta’ Lulju 2026 biex jiżguraw l-ilħuq tal-pass. B’mod partikolari, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, l-HQCJ kienet lestiet il-kompetizzjoni u, fit-22 ta’ Ġunju 2026, irrakkomandat 17-il imħallef għall-ħatra, inkluża l-valutazzjoni ta’ jekk il-kandidati jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ integrità u kompetenza. L-HACC kienet żiedet ukoll l-għadd ta’ persunal amministrattiv b’56 post sal-1 ta’ Lulju 2026. Dawn il-miżuri kienu jikkostitwixxu l-azzjonijiet essenzjali meħtieġa mill-awtoritajiet Ukreni biex tiġi avvanzata ż-żieda fl-għadd ta’ mħallfin u persunal tal-HACC. Id-deċiżjonijiet sussegwenti tal-HCJ, il-ħatriet presidenzjali u ż-żieda ulterjuri fil-persunal amministrattiv wara t-2 ta’ Lulju 2026 segwew direttament mill-miżuri meħuda fil-perjodu rilevanti u kkonfermaw ir-riżultati konkreti tagħhom. Fl-aħħar nett, f’konformità mal-premessi 10 u 13 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna u mal-premessa 35 tar-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna, l-eżiti pożittivi tal-implimentazzjoni ta’ dan il-pass imorru lil hinn mill-għażla tal-imħallfin u l-persunal amministrattiv tal-HACC. Fil-fatt, l-implimentazzjoni ta’ dan il-pass tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt fl-Ukrajna u, b’mod aktar speċifiku, għat-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u tal-qafas legali għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni billi tiżgura li waħda mill-istituzzjonijiet ewlenin tagħha, il-Qorti Għolja Kontra l-Korruzzjoni, tkun tista’ tiffunzjona b’livell xieraq ta’ persunal u li l-kompetizzjonijiet futuri għar-reklutaġġ jiġu ssimplifikati. Abbażi tal-evidenza pprovduta mill-Ukrajna matul il-perjodu ta’ osservazzjoni, kif ukoll tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti hawn fuq rigward il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ukreni, iċ-ċirkostanzi oġġettivi li wasslu għall-ilħuq tardiv ta’ dan il-pass u d-diskrepanza bejn l-għadd ta’ mħallfin maħtura u l-mira bażi, u tal-objettivi tal-Faċilità għall-Ukrajna fir-rigward tal-istat tad-dritt, il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ukreni żguraw l-ilħuq sodisfaċenti tal-pass. |
||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 4.8
|
Isem il-pass: Twettiq tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss |
||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 3. Miżuri kontra l-ħasil tal-flus |
||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 4.8 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Tħejjija u implimentazzjoni tal-Valutazzjoni tar-Riskju Nazzjonali li jmiss f’konformità mal-Metodoloġija aġġornata għall-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu fl-Ukrajna” Il-Pass 4.8 huwa l-ewwel mis-seba’ passi fl-implimentazzjoni tar-Riforma 3 tal-Kapitolu 4 (il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus). Dan huwa segwit mill-Pass 4.9 dwar id-dħul fis-seħħ sitt xhur wara l-pubblikazzjoni fil-Gazzetta Uffiċjali tal-leġiżlazzjoni biex issaħħaħ ulterjorment is-sistema kontra l-ħasil tal-flus, inkluż għall-fini tal-applikazzjoni tal-Ukrajna biex tissieħeb fl-ambitu ġeografiku tal-iskema taż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro, il-Pass 4.16 dwar id-dħul fis-seħħ tal-emendi leġiżlattivi dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u ċerti kriptoassi; u l-Pass 4.18 dwar id-dħul fis-seħħ ta’ emendi mmirati lejn l-istabbiliment ta’ responsabbiltà kriminali għal azzjonijiet illegali b’kards ta’ pagament jew strumenti oħra ta’ pagament fl-interess ta’ partijiet terzi (il-passi kollha dovuti sat-tielet trimestru tal-2026). |
||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi tal-pass 4.8. L-objettiv tar-Riforma 3 tal-Kapitolu 4 (il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus) huwa li l-qafas ġuridiku tal-Ukrajna jiġi allinjat ulterjorment mal-acquis tal-UE u mal-istandards tal-FATF u li tinħoloq sistema effettiva kontra l-ħasil tal-flus fl-Ukrajna biex tiġi indirizzata aħjar il-kriminalità ekonomika u tittejjeb il-klima kummerċjali ġenerali fl-Ukrajna. Għal dan il-għan, il-Kunsill dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Legalizzazzjoni (Ħasil) tar-Rikavati mill-Kriminalità, il-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Finanzjament tal-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva approva r-Rapport Nazzjonali tal-2025 dwar il-Valutazzjoni tar-Riskju dwar il-Ħasil tal-Flus, il-Finanzjament tat-Terroriżmu u l-Finanzjament tal-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva fl-Ukrajna (minn hawn ‘il quddiem “ir-Rapport NRA tal-2025”) fil-31 ta’ Awwissu 2026. Ir-Rapport NRA tal-2025 ġie kkompilat abbażi tal-Metodoloġija għat-twettiq ta’ Valutazzjoni Nazzjonali tar-Riskju dwar il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-finanzjament tal-proliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva fl-Ukrajna (aġġornat fl-2024). Id-dokument jistabbilixxi identifikazzjoni komprensiva u strutturata tar-riskji fis-setturi u fl-oqsma ta’ theddid rilevanti, b’total ta’ 30 riskju identifikati. Id-distribuzzjoni ta’ dawn ir-riskji skont il-livell — 7 ta’ livell għoli, 21 ta’ livell medju u 2 ta’ livell baxx — tindika li l-eżerċizzju twettaq abbażi ta’ metodoloġija differenzjata u bbażata fuq ir-riskju. Din id-diżaggregazzjoni tissuġġerixxi grad suffiċjenti ta’ granularità biex jiġi distint it-theddid l-aktar sinifikanti minn dak li, filwaqt li xorta huwa rilevanti, jidher komparattivament aktar maniġġevoli, u b’hekk tipprovdi bażi kredibbli għall-prijoritizzazzjoni u għat-tfassil ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni mmirati. Minkejja xi nuqqasijiet metodoloġiċi f’termini ta’ ġbir u interpretazzjoni tad-data, kif ukoll il-livell eteroġenu ta’ profondità analitika fil-fatturi ta’ riskju, ir-Rapport NRA tal-2025 jissuġġerixxi li l-valutazzjoni tikkostitwixxi eżerċizzju metodoloġikament robust li kapaċi jappoġġa segwitu ta’ politika u superviżorju u operazzjonali effettiv. L-identifikazzjoni u l-klassifikazzjoni tar-riskji jipprovdu bażi biex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet, jiġu allokati r-riżorsi u jissaħħu l-miżuri preventivi fl-oqsma tal-akbar tħassib, filwaqt li tiġi żgurata attenzjoni kontinwa għar-riskji ta’ livell medju u aktar baxx. Meħuda flimkien, il-valutazzjoni tirrifletti fehim żviluppat sew tal-ambjent tar-riskju u tipprovdi bażi soda għal azzjoni proporzjonata, immirata u bbażata fuq l-evidenza. |
||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 4.20
|
Isem il-pass: Adozzjoni tal-programm tal-istat għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin sal-2030 |
||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 4. Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin |
||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 4.20 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Żvilupp u l-approvazzjoni tal-Programm tal-Istat għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin sal-2030 f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011, kif emendata bid-Direttiva 2024/1712 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024, l-Istrateġija tal-UE dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin (GRETA).” Il-pass 4.20 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 4 tal-Kapitolu 4 (Il-Ġlieda Kontra l-Korruzzjoni u l-Ħasil tal-Flus). |
||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 4.20. L-objettiv tar-Riforma 4 tal-Kapitolu 4 (il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus) huwa li jiġi żgurat l-approċċ strateġiku għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, jittejbu l-arranġamenti organizzazzjonali u tissaħħaħ il-kapaċità tal-Ukrajna f’dan il-qasam f’konformità mal-prinċipji tal-UE. Għal dan il-għan, il-Kabinett tal-Ministri adotta l-Ordni Nru 875-r tat-3 ta’ Settembru 2026“dwar l-Approvazzjoni tal-Programm Soċjali fil-Mira tal-Istat għall-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin għall-perjodu sal-2030” (minn hawn ‘il quddiem “il-programm”). Il-programm huwa mehmuż mal-Ordni approvata Nru 875-r. Il-programm jistabbilixxi qafas ta’ politika komprensiv biex jiġi indirizzat it-traffikar tal-bnedmin fl-Ukrajna għall-perjodu sal-2030. Dan ikopri l-oqsma ewlenin ta’ azzjoni, inklużi l-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-assistenza għall-vittmi, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-awturi u l-koordinazzjoni interistituzzjonali, f’qafas strateġiku uniku u koerenti. L-approċċ huwa allinjat b’mod wiesa’ mal-istandards internazzjonali rilevanti u mal-acquis tal-UE, kif meħtieġ mid-deskrizzjoni tal-pass. Il-programm jagħti attenzjoni partikolari lill-persuni f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà, inklużi t-tfal, il-persuni spostati internament, ir-refuġjati, il-persuni b’diżabilità u l-persuni affettwati mill-konsegwenzi tal-aggressjoni armata tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna. Dan jirreferi għall-appoġġ li jqis it-trawma, in-nondiskriminazzjoni, l-aċċess għall-assistenza u l-prevenzjoni ta’ vittimizzazzjoni sekondarja, u b’hekk jirrifletti approċċ ibbażat fuq id-drittijiet u ċċentrat fuq il-vittmi. Il-programm jinkludi wkoll għadd ta’ komponenti operazzjonali. Huwa jistabbilixxi l-kompiti, l-indikaturi, l-iskedi ta’ żmien għall-implimentazzjoni għall-perjodu 2026–2030, l-awtoritajiet responsabbli u r-riżultati mistennija, inklużi miżuri relatati mas-sensibilizzazzjoni pubblika, l-identifikazzjoni tal-vittmi u l-assistenza għalihom, l-investigazzjonijiet u l-bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali. Huwa jirreferi ulterjorment għall-użu ta’ għodod diġitali, it-taħriġ professjonali, il-kooperazzjoni transfruntiera u l-approssimazzjoni leġiżlattiva. B’mod ġenerali, il-programm jipprovdi bażi strutturata għal azzjoni ta’ politika fil-qasam tat-traffikar tal-bnedmin u jindika l-intenzjoni tal-awtoritajiet li jindirizzaw il-kwistjoni permezz ta’ approċċ koordinat u komprensiv matul il-perjodu kopert. |
||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 5.3
|
Isem il-pass: Adozzjoni tal-istrateġija għat-tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-istat fis-settur bankarju |
||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 2. Adozzjoni tal-istrateġija għat-tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-istat fis-settur bankarju |
||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 5.3 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Gvern jew ta’ xi att legali ieħor tal-Gvern li jadotta l-istrateġija ta’ riforma għall-SOBs, li tistabbilixxi tnaqqis gradwali fis-sjieda tal-istat fis-settur bankarju. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-Pass 5.3 huwa wieħed miż-żewġ passi tar-Riforma 2 fil-Kapitolu 5 (swieq finanzjarji). Dan kien preċedut mill-Pass 5.2 dwar id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni aġġornata dwar il-bejgħ ta’ banek tal-Istat. |
||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-pass 5.3. L-objettiv tar-Riforma 2 huwa li jiġu stabbiliti l-prinċipji għall-bejgħ tal-banek tal-Istat u l-istrateġija għat-tnaqqis gradwali tas-sjieda tal-istat fis-settur bankarju. L-istrateġija tiffoka fuq iż-żieda fil-profittabbiltà tal-banek, il-ġestjoni ta’ assi li ma jrendux, il-minimizzazzjoni tar-riskji fiskali, it-titjib tal-governanza korporattiva u t-tnaqqis gradwali tas-sehem tal-Istat fis-settur bankarju. L-objettivi strateġiċi jinkludu l-iżgurar tal-appoġġ tal-banek tal-Istat għas-setturi prijoritarji tal-ekonomija bħall-infrastruttura kritika, l-industrija tad-difiża, ir-reżiljenza tal-enerġija u l-iżvilupp tar-reġjuni fuq il-front, kif ukoll il-parteċipazzjoni fi programmi tal-Istat bħala parti mill-mudelli kummerċjali tal-banek. Huwa previst li l-banek tal-Istat għandhom jiżviluppaw jew jaġġornaw l-istrateġiji tagħhom stess sa tmiem l-2026, kif ukoll jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-bordijiet superviżorji u jwettqu valutazzjonijiet annwali tal-attivitajiet tagħhom. Hija mogħtija attenzjoni partikolari biex il-livell ta’ assi li ma jrendux jitnaqqas għal mhux aktar minn 15 %, inkluż permezz tal-bejgħ ta’ assi mhux ewlenin u l-ħidma bl-akbar self li ma jrendix. L-istrateġija tipprevedi wkoll tnaqqis gradwali fis-sehem tal-Istat permezz tal-bejgħ ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji f’ċerti banek lil investituri strateġiċi, b’kont meħud tal-liġi marzjali u l-kundizzjonijiet tas-suq. |
||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 5.5
|
Isem il-pass: Dħul fis-seħħ ta’ atti legali biex tittejjeb ir-riżoluzzjoni ta’ self li ma jrendix |
||||||||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 3. Riżoluzzjoni mtejba ta’ self li ma jrendix |
||||||||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: appoġġ mhux ripagabbli |
||||||||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 5.5 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Dħul fis-seħħ tal-atti legali li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-istrateġija għar-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix li jtejbu s-sistema tar-riżoluzzjoni tal-NPLs. B’mod partikolari, dawn l-atti legali għandhom l-għan li:
Il-Pass 5.5 huwa wieħed miż-żewġ passi tar-Riforma 3 fil-Kapitolu 5 (swieq finanzjarji). |
||||||||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-pass 5.5. L-objettiv tar-riforma 3 huwa li jtejjeb ir-riżoluzzjoni ta’ self li ma jrendix. L-awtoritajiet Ukreni daħħlu fis-seħħ l-atti legali li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-istrateġija għar-riżoluzzjoni tas-self li ma jrendix li jtejbu s-sistema tar-riżoluzzjoni tal-NPL, kif deskritt hawn isfel. It-titjib tad-definizzjoni tal-NPLs f’konformità mal-prinċipji tal-acquis tal-UE ġie implimentat permezz ta’ emendi għall-qafas regolatorju tal-NBU. B’mod partikolari, ir-Riżoluzzjoni Nru 12 tal-NBU tas-7 ta’ Frar 2025 emendat ir-“Regolament dwar l-Organizzazzjoni tal-Proċess ta’ Ġestjoni tal-Assi Problematiċi fil-Banek tal-Ukrajna”, filwaqt li l-qafas applikabbli tar-riskju ta’ kreditu jibni fuq ir-rekwiżiti stabbiliti skont ir-Riżoluzzjoni Nru 351 tal-NBU tat-30 ta’ Ġunju 2016. Il-kategorija ta’ assi li ma jrendux ġiet estiża biex tinkludi assi li mhumiex inadempjenti iżda li huma indeboliti f’konformità mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS), inklużi assi li kienu indeboliti mar-rikonoxximent inizjali (Krediti Indeboliti fuq ix-Xiri jew Oriġinati - POCI, Purchased or Originated Credit-Impaired). Ir-rekwiżiti biex l-assi ma jibqgħux jiġu kklassifikati bħala li ma jrendux ġew iċċarati. B’mod speċifiku, il-perjodu għall-monitoraġġ ta’ assi li ma jrendux qabel bidla fl-istatus ġie estiż, u r-rekwiżiti għall-kontroll tal-kwalità tal-assi ġew issikkati. L-introduzzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ssaħħaħ il-qafas għall-monitoraġġ u r-riżoluzzjoni ta’ assi li ma jrendux. L-introduzzjoni mill-ġdid tar-rekwiżit għall-banek li jaġġornaw u jissottomettu pjanijiet u strateġiji biex jittrattaw l-NPLs u jipprovdu rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ir-riżultati tal-analiżi tagħhom ġiet implimentata permezz ta’ emendi għar-Regolament tal-NBU “dwar l-Organizzazzjoni tal-Proċess ta’ Ġestjoni tal-Assi Problematiċi fil-Banek tal-Ukrajna”, approvati mir-Riżoluzzjoni tal-NBU Nru 97 tat-18 ta’ Lulju 2019. L-emendi rilevanti ġew adottati bir-Riżoluzzjoni tal-NBU Nru 12 tas-7 ta’ Frar 2025 u daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2026. Skont ir-Regolament emendat, il-banek iridu jaġġornaw l-istrateġiji tagħhom għas-self li ma jrendix u l-pjanijiet ta’ bejgħ tagħhom u mbagħad jaġġornawhom kull sena. Il-liġi Nru 3985-IX introduċiet l-emendi rilevanti għall-Kodiċi tal-Ukrajna dwar il-Proċeduri ta’ Falliment, inkluż il-qafas għar-ristrutturar preventiv u r-riformi relatati tal-proċedura ta’ falliment. Il-bidliet huma riflessi f’artikoli li jkopru r-rekwiżiti għall-maniġer tal-arbitraġġ, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-maniġer tal-arbitraġġ, il-kontroll fuq l-attivitajiet tal-maniġers tal-arbitraġġ, il-penali dixxiplinari, il-ħatra u t-tneħħija tal-maniġer tal-arbitraġġ u s-sospensjoni temporanja tad-dritt li jitwettqu l-attivitajiet tal-maniġer tal-arbitraġġ. Dawn il-bidliet isaħħu r-responsabbiltà tal-maniġer tal-arbitraġġ għat-twettiq ta’ dmirijietu, jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq il-maniġers tal-arbitraġġ u jirregolaw id-drittijiet u l-miżuri ta’ infurzar tagħhom f’każ ta’ ksur. Il-proċeduri dettaljati tal-irkant elettroniku ġew sussegwentement allinjati mal-Kodiċi emendat permezz tar-Riżoluzzjoni tas-CMU Nru 1566 tat-3 ta’ Diċembru 2025, li daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Diċembru 2025. Il-miżuri identifikati fl-Istrateġija tal-NPL dwar it-titjib tal-proċedura u l-aċċess għall-proċeduri ta’ falliment u ristrutturar għall-individwi, għall-intrapriżi mikro u żgħar ġew implimentati permezz tal-Liġi Nru 3985-IX tad-19 ta’ Settembru 2024 u l-emendi ta’ implimentazzjoni sussegwenti għall-qafas tal-irkant elettroniku introdotti bir-Riżoluzzjoni tas-CMU Nru 1566 tat-3 ta’ Diċembru 2025. Dawn il-bidliet jintroduċu regoli aktar flessibbli u prevedibbli għall-bejgħ ta’ assi fi proċedimenti ta’ falliment. Huma jiċċaraw it-twettiq u l-eżitu tal-irkantijiet, inkluż it-trattament tat-tariffi ta’ garanzija, l-obbligi tal-offerent rebbieħ u l-proċedura li għandha tiġi segwita meta r-rebbieħ jirrifjuta li jlesti x-xiri. F’każijiet bħal dawn, is-sistema ta’ negozjar elettroniku tidentifika awtomatikament l-offerent li joffri l-ogħla prezz li jmiss, filwaqt li l-irkantijiet li ma jirnexxux ikunu soġġetti għal proċedura definita għad-determinazzjoni tal-eżitu tagħhom. L-emendi jipprevedu wkoll li s-sekwestri jew restrizzjonijiet oħra fuq proprjetà falluta, meta jiġu ddivulgati kif xieraq fl-avviż tal-irkant, ma jipprevjenux l-irkant jew it-tlestija tal-bejgħ. Barra minn hekk, ir-Riżoluzzjoni tas-CMU Nru 865 tat-2 ta’ Ottubru 2019, “Kwistjonijiet tal-Funzjonament tas-Sistema Elettronika tan-Negozjar għall-Bejgħ tal-Proprjetà tad-Debituri fi Proċedimenti ta’ Falliment”, inġiebet f’konformità mal-Kodiċi aġġornat tal-Ukrajna dwar il-Proċeduri ta’ Falliment. L-emendi rispettivi ġew introdotti bir-Riżoluzzjoni tas-CMU Nru 1566 tat-3 ta’ Diċembru 2025. B’mod aktar speċifiku, ġabu l-proċedura tal-irkant elettroniku skont ir-Riżoluzzjoni tas-CMU Nru 865 f’konformità mal-Kodiċi aġġornat tal-Ukrajna dwar il-Proċeduri ta’ Falliment billi estendew l-applikazzjoni tagħha għal proċedimenti ta’ ristrutturar preventiv u introduċew ir-rwol korrispondenti tal-amministratur tar-ristrutturar preventiv. Ir-regoli li jirregolaw it-tariffi ta’ garanzija, il-konsegwenzi tar-rifjut ta’ xiri min-naħa tar-rebbieħ, u t-trasferiment tal-istatus tar-rebbieħ lill-parteċipant li joffri l-ogħla prezz li jmiss ġew allinjati mad-dispożizzjonijiet riveduti tal-Kodiċi, inkluża l-ġenerazzjoni awtomatika ta’ protokoll ġdid tar-riżultati tal-irkant. L-emendi aġġornaw ukoll ir-rekwiżiti proċedurali għall-avviżi tal-irkant, l-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni, l-iffirmar u l-pubblikazzjoni tal-protokolli tar-riżultati tal-irkant, u l-bejgħ ta’ proprjetà maqbuda jew gravata. Flimkien ma’ dan, ġew introdotti salvagwardji fil-Kodiċi tal-Ukrajna dwar il-Proċeduri ta’ Falliment biex tipprevjeni azzjonijiet frodulenti tal-parteċipanti u tillimita l-influwenza ta’ partijiet relatati tad-debitur fuq il-proċedimenti ta’ falliment. Dan twettaq permezz ta’ emendi fl-Artikoli 45 u 47 tal-Kodiċi tal-Ukrajna dwar il-Proċeduri ta’ Falliment introdotti bil-Liġi Nru 3985-IX tad-19 ta’ Settembru 2024. Dawn l-emendi jsaħħu s-salvagwardji kontra l-kunflitti ta’ interess fi proċedimenti ta’ falliment billi jirrikjedu li l-kredituri jiddivulgaw kwalunkwe interess fid-debitur jew relazzjoni miegħu meta jippreżentaw pretensjonijiet kontra d-debitur. Jipprevedi wkoll li l-kredituri b’interess fil-proprjetà tad-debitur ma jkollhomx vot deċiżiv fil-laqgħat tal-kredituri jew fil-kumitat tal-kredituri, u b’hekk jillimita l-influwenza tagħhom fuq id-deċiżjonijiet fil-proċedimenti. Ittejbet ukoll il-leġiżlazzjoni dwar il-ġbir tad-dejn u t-trattament tad-dejn. Jiġifieri, il-Liġi tal-Ukrajna Nru 2923-IX “dwar il-Kumpens għall-Ħsara u l-Qerda ta’ Ċerti Kategoriji ta’ Proprjetà Immobbli bħala Riżultat tal-Ostilitajiet” datata t-23 ta’ Frar 2023, li daħlet fis-seħħ fit-22 ta’ Mejju 2023, tipprovdi qafas għall-kumpens fir-rigward ta’ ċerta proprjetà immobbli danneġġata jew meqruda u b’hekk tappoġġa t-trattament ta’ kollateral affettwat mill-gwerra u skoperturi tad-dejn relatati. Il-liġi tal-Ukrajna Nru 4340-IX “dwar l-Emendi tad-Dispożizzjonijiet Finali u Tranżizzjonali tal-Kodiċi Ċivili tal-Ukrajna Rigward l-Ispeċifikazzjonijiet tas-Self u tal-Lokazzjoni Finanzjarja Matul il-Perjodu tal-Liġi Marzjali” datata s-27 ta’ Marzu 2025, li daħlet fis-seħħ fl-10 ta’ Awwissu 2025, tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ moratorju temporanju għall-mutwatarji kwalifikanti affettwati mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inklużi ċerti negozji li l-assi u l-attività tagħhom huma affettwati. Il-liġi tal-Ukrajna Nru 4833 - IX “dwar l-Emendi għal Ċerti Atti Leġiżlattivi tal-Ukrajna dwar it-Titjib tal-Proċedura għall-Infurzar tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti, id-Deċiżjonijiet ta’ Korpi Oħra u d-Diġitalizzazzjoni ta’ Ċerti Stadji ta’ Proċedimenti ta’ Infurzar” ġiet adottata fil-Verkhovna Rada fis-7 ta’ April 2026 b’ċerti dispożizzjonijiet jidħlu fis-seħħ qabel, fl-24 ta’ April 2026 u fit-23 ta’ Mejju 2026. Dan ser ikun kompletament fis-seħħ mit-23 ta’ Ottubru 2026. Flimkien, dawn il-miżuri jsaħħu l-qafas għat-trattament u l-irkupru tad-dejn billi ġew indirizzati l-konsegwenzi tal-qerda relatata mal-gwerra u t-telf ta’ assi produttivi, filwaqt li ġew ipprovduti regoli aktar ċari għall-mutwatarji u l-kredituri affettwati minn tali ċirkostanzi. Meħuda flimkien, il-miżuri jindirizzaw l-elementi tal-ġbir u tat-trattament tad-dejn identifikati fl-istrateġija tal-NPL. Fl-aħħar nett, ġew introdotti kundizzjonijiet regolatorji li jiffavorixxu l-iżvilupp u l-operat tas-suq tal-NPL. Dan ġie implimentat permezz tal-Liġi tal-Ukrajna Nru 4466 - IX tat-3 ta’ Ġunju 2025 “dwar il-Fatturament”, li daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Lulju 2025 u daħlet fis-seħħ mit-30 ta’ Lulju 2026, wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi tal-Ukrajna Nru 4863 tad-29 ta’ April 2026 “dwar l-Emendar tad-Dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili tal-Ukrajna dwar ir-Relazzjonijiet fin-Negozju tal-Fatturament”. L-ewwel liġi tistabbilixxi qafas legali ġdid għall-fatturament u tiċċara l-qafas legali għaċ-ċessjoni u l-infurzar ta’ pretensjonijiet monetarji, filwaqt li l-emendi tagħha għal-leġiżlazzjoni bankarja u dwar il-kreditu għall-konsumatur jistabbilixxu regoli li jirregolaw it-trasferiment ta’ ċerti pretensjonijiet ta’ kreditu lil kredituri ġodda eliġibbli. It-tieni liġi tallinja d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Ċivili ma’ dan il-qafas il-ġdid, u toħloq ċarezza legali u prevedibbiltà akbar għall-parteċipanti fis-suq. Dawn il-miżuri huma maħsuba biex jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-operat tas-suq tal-fatturament u joħolqu qafas legali aktar ċar għall-parteċipanti fis-suq. Bħala parti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2230 tal-24 ta’ Settembru 2026 li tistabbilixxi l-ilħuq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet għall-pagament parzjali tat-tmien pagament parzjali skont il-Pjan għall-Ukrajna tal-Faċilità għall-Ukrajna, dan il-pass tqies bħala fattur ta’ mitigazzjoni, f’konformità mal-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-ilħuq parzjali tal-passi skont il-Pjan għall-Ukrajna, unikament għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-valutazzjoni ta’ dan il-pass ma nbidlitx mill-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. |
||||||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 6.7
|
Isem il-pass: Dħul fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP |
||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 3. Separazzjoni tal-kontijiet bejn l-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP f’obbligi ta’ servizz pubbliku |
||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 6.7 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni identifikata fil-Pjan Direzzjonali adottat taħt l-istadju 6.6 biex tallinja mad-Direttiva 2006/111 tal-Kummissjoni Ewropea, li ser tiżgura li s-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-kontijiet bejn l-attivitajiet tal-OSP u dawk mhux ta’ OSP tiġi definita u implimentata fl-SOEs ewlenin kollha approvati mid-deċiżjoni dwar il-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri li huma involuti f’OSP.” Il-Pass 6.7 huwa t-tieni mit-tliet passi fl-implimentazzjoni tar-Riforma 3 tal-Kapitolu 6 (ġestjoni tal-assi pubbliċi). Dan kien preċedut mill-Pass 6.6 dwar l-adozzjoni ta’ pjan direzzjonali dwar is-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP. Dan huwa segwit mill-Pass 6.8 (dovut sat-tielet trimestru tal-2027), li jinvolvi s-sottomissjoni ta’ rapport tal-awditjar li jikkonferma s-separazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP. |
||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 6.7. L-objettiv tar-Riforma 3 tal-Kapitolu 6 (ġestjoni tal-assi pubbliċi) huwa li jissaħħu l-kundizzjonijiet ekwi mas-settur privat, kif ukoll li jkun hemm konverġenza ulterjuri mal-acquis tal-UE permezz ta’ kont ta’ separazzjoni bejn l-attivitajiet marbuta ma’ Obbligi ta’ Servizz Pubbliku (OSP) u l-attivitajiet mhux ta’ OSP. Il-Pass 6.7 huwa t-tieni element tar-Riforma 3 u jibni fuq il-Pass 6.6 billi jimplimenta l-leġiżlazzjoni identifikata fil-pjan direzzjonali li jiddefinixxi l-passi għas-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-attivitajiet ta’ OSP u mhux ta’ OSP għall-SOEs kollha involuti f’OSP, li ġie adottat u ppubblikat taħt il-Pass 6.6. Il-leġiżlazzjoni adottata daħlet fis-seħħ u tipprovdi l-bażi legali għall-implimentazzjoni tas-separazzjoni tal-kontijiet fl-SOEs kollha involuti f’OSP iżda tagħti attenzjoni partikolari lil dawk deskritti fid-deċiżjoni dwar il-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri bħala SOEs ewlenin maġġuri. B’hekk tippermetti lill-SOEs strateġiċi — f’setturi bħal, iżda mhux limitati għal, l-enerġija u t-trasport — ikomplu jonoraw l-impenji tagħhom għall-forniment ta’ servizz pubbliku, filwaqt li jinvolvu ruħhom ukoll f’attivitajiet kummerċjali b’mod trasparenti u b’kundizzjonijiet ekwi ma’ parteċipanti oħra fis-suq. Il-liġi tiddefinixxi, fost affarijiet oħra, l-OSP, id-drittijiet speċjali u d-drittijiet esklużivi, u tistabbilixxi kontabilità separata obbligatorja għat-tranżazzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi rilevanti. Hija tirrikjedi wkoll id-divulgazzjoni tar-relazzjonijiet finanzjarji mal-awtoritajiet pubbliċi, ir-rapportar dwar il-forniment u l-użu reali tal-fondi pubbliċi u ż-żamma ta’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, u b’hekk issaħħaħ it-trasparenza finanzjarja u tgħin biex jiġi evitat is-sussidjar reċiproku bejn l-attivitajiet ta’ servizz pubbliku u dawk kummerċjali. Dik il-Liġi, b’mod partikolari, fiha dispożizzjonijiet li:
Dawn id-dispożizzjonijiet jistabbilixxu l-bażi legali għas-separazzjoni strutturali obbligatorja tal-kontijiet bejn l-attivitajiet ta’ OSP u dawk mhux ta’ OSP, f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE. |
||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 7.7
|
Isem il-pass: Adozzjoni tal-Istrateġija għall-Impjiegi tal-Popolazzjoni |
||||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 6. Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol |
||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 7.7 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Adozzjoni tal-Ordni tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna dwar l-approvazzjoni tal-Istrateġija għall-Impjiegi tal-Popolazzjoni. L-istrateġija tiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-pass 7.7 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 6 tal-Kapitolu 7 (kapital uman). Il-Pass 7.6 dwar l-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Demografiku għall-perjodu sal-2040 ġie vvalutat b’mod pożittiv bħala parti mit-tieni pagament parzjali (it-tielet trimestru tal-2024). Dan ser jiġi segwit mill-Pass 7.20 dwar l-adozzjoni tal-Pjan Operazzjonali ta’ Miżuri għall-implimentazzjoni fl-2026–2028 tal-Istrateġija Nazzjonali biex Tingħeleb id-Differenza bejn il-Pagi tal-Irġiel u n-Nisa għall-perjodu sal-2030 (dovut sat-tieni trimestru tal-2026) u l-Pass 7.21 dwar id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (dovut sar-raba’ trimestru tal-2026). |
||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-pass 7.7. L-objettiv tar-Riforma 6 tal-Kapitolu 7 (kapital uman) huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq tax-xogħol. Għal dan il-għan, il-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna adotta l-Ordni Nru 92-r tas-7 ta’ Jannar 2026 “Dwar l-Approvazzjoni tal-Istrateġija għall-Impjiegi tal-Popolazzjoni tal-Ukrajna għall-Perjodu sal-2030 u l-approvazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni operazzjonali għall-implimentazzjoni tiegħu fl-2026–2028” (minn issa ‘l quddiem l-“istrateġija”). L-istrateġija hija mehmuża mal-Ordni approvata Nru 92-r u hija akkumpanjata mill-pjan operazzjonali għall-2026–2028. L-istrateġija għandha l-għan li tissimplifika l-aċċess għas-suq tax-xogħol filwaqt li tħarreġ mill-ġdid u ttejjeb il-ħiliet ta’ segmenti ewlenin tal-popolazzjoni. Biex jinkiseb dan, hija tintroduċi pakkett ta’ riforma integrat imfassal biex: jimminimizza l-lakuni fl-informazzjoni bejn dawk li qed ifittxu impjieg u l-impjegaturi; iħaffef it-tqabbil tal-impjiegi; u jagħmel il-perkorsi tal-impjiegi aktar ċari, aktar rapidi u aktar inklużivi. Komponent ċentrali ta’ dan l-approċċ huwa l-introduzzjoni ta’ Obrii, Sistema Unifikata ta’ Informazzjoni u Analitika li sservi bħala portal diġitali uniku għaċ-ċittadini u n-negozji. Din il-pjattaforma ser tikkonsolida l-pożizzjonijiet vakanti u s-CVs, tippermetti tqabbil ibbażat fuq il-kompetenzi u tipprovdi servizzi ta’ reklutaġġ elettroniku. Barra minn hekk, l-istrateġija tfittex li tippromwovi l-intraprenditorija bħala rotta ewlenija għall-impjieg, b’enfasi partikolari fuq l-appoġġ għan-nisa fin-negozju. Kemm l-istrateġija globali kif ukoll il-pjan operazzjonali tagħha għandhom l-għan li jsaħħu l-intraprenditorija tan-nisa permezz ta’ miżuri bħal: it-tnaqqis tal-ostakli amministrattivi u regolatorji biex tibda u biex tmexxi negozju, b’mod partikolari għall-intrapriżi mmexxija min-nisa; l-espansjoni tal-appoġġ finanzjarju u l-aċċess għall-kapital biex jitrawwem it-tkabbir tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs); l-evalwazzjoni tal-impatt tal-politiki tal-gvern fuq l-intraprenditorija tan-nisa u l-għoti ta’ rakkomandazzjonijiet biex jissaħħaħ l-appoġġ immirat u jitneħħew l-ostakli sistemiċi. L-istrateġija tinkludi wkoll l-iżvilupp ta’ Pjan Direzzjonali ddedikat għas-Servizz tal-Impjiegi tal-Istat (2026–2030), li jiddeskrivi fil-qosor approċċ gradwali għar-riformi istituzzjonali u l-modernizzazzjoni tas-servizzi. Fost l-inizjattivi ewlenin hemm: l-adozzjoni ta’ qafas ibbażat fuq il-kompetenzi għall-ġestjoni tar-riżorsi umani fost l-aġenziji tal-impjiegi biex jittejjeb it-traċċar tal-prestazzjoni u jiġi żgurat li t-timijiet jilħqu l-miri tal-effettività tas-servizzi; l-aġġornament tal-programmi ta’ taħriġ biex jittejbu b’mod sistematiku l-ħiliet tal-maniġers u tal-persunal f’konformità mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol li qed jevolvu; it-tisħiħ tal-kollaborazzjoni bejn l-aġenziji, immexxija miċ-Ċentru tal-Impjiegi tal-Istat, biex tittejjeb il-koordinazzjoni ma’ korpi governattivi oħra u ma’ professjonisti tal-ewwel linja. Biex is-suq tax-xogħol jibqa’ validu fil-futur, l-istrateġija tipproponi riformi fit-tbassir tad-domanda għax-xogħol u l-attrazzjoni ta’ talent internazzjonali, inklużi intraprendituri barranin, ħaddiema tas-sengħa, u studenti. Dan jinvolvi: l-istabbiliment ta’ sistema robusta għall-analiżi u t-tbassir tad-domanda għall-ħaddiema, bl-użu ta’ ġbir ta’ data, analitika u indikaturi standardizzati – imqassma skont l-età, il-ġeneru u l-lokalità; l-introduzzjoni ta’ mudell ta’ tbassir ekonomiku bi prospettiva ta’ 5-10 snin, li jqis ix-xejriet makroekonomiċi, il-bidliet demografiċi, u l-bidliet settorjali. Fl-aħħar nett, l-istrateġija ser tuża taħlita ta’ għodod promozzjonali, regolatorji u diġitali, inkluż: kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati; il-promozzjoni internazzjonali tal-edukazzjoni u r-riċerka tal-Ukrajna biex tiġbed lejha studenti u akkademiċi barranin; studji analitiċi u pjan direzzjonali dwar il-migrazzjoni tax-xogħol ġestita, flimkien ma’ rieżamijiet regolari tal-lista ta’ professjonijiet u kwalifiki eliġibbli għall-immigrazzjoni – inklużi perkorsi għar-residenza permanenti. Bħala parti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1204 tat-28 ta’ Mejju 2026 li tistabbilixxi l-ilħuq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet għall-pagament parzjali tas-seba’ pagament parzjali skont il-Pjan għall-Ukrajna tal-Faċilità għall-Ukrajna u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447, dan il-pass tqies bħala fattur ta’ mitigazzjoni, f’konformità mal-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-ilħuq parzjali tal-passi skont il-Pjan għall-Ukrajna, unikament għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-valutazzjoni ta’ dan il-pass ma nbidlitx mill-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. |
||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 7.12
|
Isem il-pass: Investimenti ta’ mill-inqas EUR 300 miljun fl-edukazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Investiment 1. Investimenti fl-edukazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 7.12 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Rapport interim tal-gvern (jew ir-rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġit tal-Istat għall-2024 u l-2025 il-gvern estiż ibbaġitja b’mod partikolari, għal-livelli reġjonali u lokali (bħala parti mill-istadju 9.7), mill-inqas EUR 300 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni sikura u ta’ kwalità, inkluż l-edukazzjoni preprimarja f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar l-edukazzjoni preprimarja, fost l-oħrajn għal dan li ġej:
Il-Pass 7.12 huwa l-ewwel minn żewġ passi fl-implimentazzjoni tal-Investiment 1 tal-Kapitolu 7 (kapital uman). Dan huwa segwit mill-Pass 7.13 (dovut fit-tielet trimestru tal-2027) dwar investimenti ta’ mill-inqas EUR 650 miljun fl-edukazzjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 7.12. L-objettiv tal-Investiment 1 tal-Kapitolu 7 (kapital uman) huwa li jtejjeb l-aċċess għal edukazzjoni pubblika sikura u ta’ kwalità. Għal dan il-għan, il-Baġits tal-Istat tal-Ukrajna għall-2024 u għall-2025 allokaw u implimentaw sett ta’ programmi baġitarji ddedikati li jimmiraw speċifikament investimenti f’edukazzjoni sikura, aċċessibbli u ta’ kwalità fil-livell reġjonali u lokali. Dawn il-programmi koprew, fost l-oħrajn, l-iżvilupp ta’ xelters u miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien f’istituzzjonijiet edukattivi, ix-xiri ta’ xarabanks tal-iskola, il-modernizzazzjoni tal-canteens, il-forniment ta’ materjali u tagħmir għat-tagħlim u l-apprendiment taħt ir-riforma “L-Iskola l-Ġdida tal-Ukrajna” u t-titjib tal-workshops u tal-laboratorji f’istituzzjonijiet tal-edukazzjoni vokazzjonali, inklużi miżuri relatati mal-effiċjenza enerġetika, is-sikurezza u l-inklużività. B’mod ġenerali, il-volum totali tan-nefqa rrapportat skont dawn il-programmi baġitarji ddedikati kien jammonta għal UAH 4,64 biljun (EUR 107 miljun) fl-2024 u UAH 11,42 biljun (EUR 244 miljun) fl-2025, li jikkorrispondi għal investiment kombinat ta’ madwar UAH 16,06 biljun (EUR 351 miljun) fuq is-sentejn li jaqbeż il-mira minima ta’ EUR 300 miljun stabbilita taħt il-Pass 7.12. Għandu jiġi nnotat li peress li l-Ukrajna rrapportat biss in-nefqa vverifikata u l-verifika għadha għaddejja, dan l-ammont jista’ jiżdied għal madwar UAH 17,38 biljun (EUR 380 miljun). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 7.14
|
Isem il-pass: Investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun fil-kura tas-saħħa |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Investiment 2. Investimenti fil-kura tas-saħħa |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 7.14 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Rapport interim tal-gvern (jew rapport tat-Teżor) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024 u għall-2025, li parti minnhom ser tiġi bbaġitjata fil-livell reġjonali (bħala parti mill-pass 9.7), il-gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 200 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tisħiħ tal-kura tas-saħħa, fost l-oħrajn għal dan li ġej:
Il-Pass 7.14 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tal-Investiment 2 taħt il-Kapitolu 7 (kapital uman). Dan ser ikun segwit mill-Pass 7.15 (dovut fit-tielet trimestru tal-2027) dwar investimenti ta’ mill-inqas EUR 400 miljun fil-kura tas-saħħa. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 7.14. L-objettiv tal-Investiment 2 taħt il-Kapitolu 7 (kapital uman) huwa li jtejjeb is-sistema tal-kura tas-saħħa pubblika tal-Ukrajna. Għal dan il-għan, il-Baġits tal-Istat tal-Ukrajna għall-2024 u għall-2025 allokaw u implimentaw sett ta’ programmi baġitarji ddedikati li koprew, fost oqsma oħra, is-sikurezza tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u l-installazzjoni ta’ strutturi protettivi; ir-restawr, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura medika; l-iżvilupp ta’ kura ta’ riabilitazzjoni u kura medika speċjalizzata, inklużi l-kura pedjatrika, il-kardjoloġija, l-onkoloġija, l-edukazzjoni medika u x-xjenza; appoġġ għall-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa fil-livell reġjonali u lokali; il-forniment ta’ tagħmir mediku modern; u t-tisħiħ tal-kapaċità tas-sistema tal-kura tas-saħħa u l-kontinwità tal-kura. L-awtoritajiet Ukreni rrapportaw nefqa eliġibbli skont dawn il-programmi baġitarji li kienet tammonta għal UAH 4,33 biljun (EUR 100 miljun) fl-2024 u UAH 4,10 biljun (EUR 87 miljun) fl-2025, li tikkorrispondi għal total ta’ madwar UAH 8,43 biljun (EUR 187 miljun) fuq il-perjodu ta’ sentejn. L-implimentazzjoni tal-programmi baġitarji msemmija hawn fuq kompliet fl-2026 kif meħtieġ mill-Pass 7.15, li jirrikjedi investiment ta’ mill-inqas EUR 400 miljun fil-kura tas-saħħa. F’dan ir-rigward, il-Baġit tal-Istat tal-Ukrajna għall-2026 implimenta programmi baġitarji ddedikati dwar l-infrastruttura u l-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa għal UAH 4,12 biljun (madwar EUR 81 miljun). L-informazzjoni dwar il-proġetti u l-akkwisti relatati tinġabar fuq bażi trimestrali, u n-nefqa totali rrapportata għall-ewwel sitt xhur tal-2026 li għalihom tista’ tiġi pprovduta din l-informazzjoni kienet tammonta għal UAH 597 miljun (madwar EUR 12-il miljun). Għaldaqstant, għall-fini tal-valutazzjoni pożittiva, il-Kummissjoni tqis bħala valida biss in-nefqa li tammonta għal EUR 12-il miljun, li tikkorrispondi għal total ta’ madwar UAH 9 biljun (EUR 199 miljun). Filwaqt li hemm devjazzjoni minima mir-riżorsi finanzjarji rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Pass 7.14, l-evidenza sottomessa turi implimentazzjoni kontinwa tal-investiment rilevanti fil-kura tas-saħħa matul il-perjodu sussegwenti u tikkonferma l-kisba sostantiva tal-objettiv ta’ politika segwit mill-pass. Fuq dik il-bażi, il-Pass 7.14 jista’ jitqies bħala milħuq b’mod sodisfaċenti. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 7.18
|
Isem il-pass: Investimenti ta’ mill-inqas EUR 200 miljun għall-provvista ta’ akkomodazzjoni għal veterani b’diżabilità tal-gruppi I-II, membri tal-familja ta’ veterani mejta u persuni spostati internament |
||||||||||||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Investiment 5. Investiment fil-provvista ta’ akkomodazzjoni għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 7.18 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Rapport interim tal-gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024 u l-2025 il-Gvern estiż ibbaġitja mill-inqas EUR 200 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) biex jipprovdi akkomodazzjoni għal:
Il-Pass 7.18 huwa l-ewwel miż-żewġ passi fl-implimentazzjoni tal-Investiment 5 tal-Kapitolu 7 (kapital uman). Dan huwa segwit mill-Pass 7.16 (dovut fit-tielet trimestru tal-2027) dwar investimenti ta’ mill-inqas EUR 350 miljun fl-infrastruttura soċjali. |
||||||||||||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 7.18. L-objettiv tal-Investiment 5 tal-Kapitolu 7 (kapital uman) huwa li jtejjeb l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u li jtejjeb il-kwalità u l-aċċessibbiltà tal-akkomodazzjoni b’enfasi partikolari fuq il-veterani b’diżabilità, il-membri tal-familji tagħhom u l-persuni spostati internament. Għal dan il-għan, il-Baġit tal-Istat tal-Ukrajna għall-2024 u għall-2025 alloka u implimenta sett ta’ programmi baġitarji ddedikati li jimmiraw speċifikament gruppi vulnerabbli, jiġifieri: persuni b’diżabilitajiet tal-grupp I jew II li ddefendew lill-Ukrajna; membri tal-familja ta’ difensuri li nqatlu fil-ġlied jew mietu; u veterani spostati internament li ddefendew lill-Ukrajna, soġġetti għar-rekwiżiti rilevanti tal-eliġibbiltà legali u tar-reġistrazzjoni tal-akkomodazzjoni. B’mod ġenerali, il-volum totali tan-nefqa kien jammonta għal UAH 9,82 biljun (EUR 226 miljun) fl-2024 u UAH 6,48 biljun (EUR 138 miljun) fl-2025, li jikkorrispondi għal total ta’ madwar UAH 16,3 biljun (EUR 364 miljun) fuq is-sentejn, u jaqbeż il-mira minima ta’ EUR 200 miljun stabbilita taħt il-Pass 7.18. |
||||||||||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 7.20
|
Isem il-pass: Adozzjoni tal-Pjan Operazzjonali ta’ Miżuri għall-implimentazzjoni fl-2026-2028 tal-Istrateġija Nazzjonali biex tingħeleb id-Differenza bejn il-Pagi tal-Irġiel u n-Nisa għall-perjodu sal-2030 |
||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 6. Funzjonament imtejjeb tas-suq tax-xogħol |
||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 7.20 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Adozzjoni u pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-Kabinett tal-Ministri tal-Pjan Operazzjonali ta’ Miżuri għall-implimentazzjoni fl-2026–2028 tal-Istrateġija Nazzjonali biex tingħeleb id-Differenza bejn il-Pagi tal-Irġiel u n-Nisa għall-perjodu sal-2030”. Il-pass 7.20 huwa t-tielet pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 6 tal-Kapitolu 7 (Kapital Uman) li jikkonċerna l-adozzjoni tal-Pjan Operazzjonali ta’ Miżuri għall-implimentazzjoni fl-2026-2028 tal-Istrateġija Nazzjonali biex tingħeleb id-Differenza bejn il-Pagi tal-Irġiel u n-Nisa għall-perjodu sal-2030. Dan kien preċedut mill-Pass 7.6 (l-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Iżvilupp Demografiku għall-perjodu sal-2040) li ġiet ivvalutata b’mod pożittiv fi Q3 2024, u mill-Pass 7.7 (l-adozzjoni tal-Istrateġija għall-Impjiegi tal-Popolazzjoni) li ġiet ivvalutata b’mod pożittiv fi Q2 2026. Dan ser ikun segwit mill-Pass 7.21 dwar id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. |
||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 7.20. L-objettiv tar-Riforma 6 tal-Kapitolu 7 (kapital uman) huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tas-suq tax-xogħol. Għal dan il-għan, il-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna adotta Ordni Nru 504-p tas-27 ta’ Mejju 2026 “dwar l-approvazzjoni tal-Pjan Operazzjonali ta’ Miżuri għall-implimentazzjoni fl-2026-2028 tal-Istrateġija Nazzjonali biex tingħeleb id-Differenza bejn il-Pagi tal-Irġiel u n-Nisa għall-perjodu sal-2030” (minn issa ‘l quddiem “il-pjan operazzjonali”). Il-pjan operazzjonali huwa mehmuż mal-Ordni approvata Nru 504-p. Il-pjan operazzjonali għall-perjodu 2026–2028 jistabbilixxi qafas strutturat u rilevanti għall-politika mmirat lejn l-avvanz tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’enfasi partikolari fuq il-paga ugwali, il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-inklużjoni edukattiva u l-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal. Il-miżuri ppjanati jikkorrispondu mal-impenji internazzjonali u Ewropej rilevanti fl-oqsma kkonċernati. Bħala parti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2230 tal-24 ta’ Settembru 2026 li tistabbilixxi l-ilħuq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet għall-pagament parzjali tat-tmien pagament parzjali skont il-Pjan għall-Ukrajna tal-Faċilità għall-Ukrajna, dan il-pass tqies bħala fattur ta’ mitigazzjoni, f’konformità mal-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-ilħuq parzjali tal-passi skont il-Pjan għall-Ukrajna, unikament għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-valutazzjoni ta’ dan il-pass ma nbidlitx mill-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. |
||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 8.12
|
Isem il-pass: Adozzjoni tal-emendi għar-riżoluzzjoni dwar id-deżinjazzjoni tal-istitut nazzjonali uniku tal-metroloġija |
||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 5. Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-istandards mal-UE |
||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 8.12 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Adozzjoni tal-emendi għar-riżoluzzjoni tal-Kabinett tal-Ministri Nru 330 tas-27 ta’ Mejju 2015 dwar il-ħatra ta’ istitut nazzjonali uniku tal-metroloġija - Intrapriża tal-Istat ‘Ċentru Xjentifiku u tal-Produzzjoni tal-Istat tal-Ukrajna kollha għall-Istandardizzazzjoni, il-Metroloġija, iċ-Ċertifikazzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur’ (SE ‘Ukrmetrteststandard’, Kiev).” Il-Pass 8.12 huwa t-tielet u l-aħħar pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 5 tal-Kapitolu 8 (ambjent tan-negozju). Dan kien preċedut mill-Pass 8.7 li jikkonċerna l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni għall-bidu mill-ġdid tal-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti mhux tal-ikel (ir-raba’ trimestru tal-2024) u l-Pass 8.8 relatat mal-adozzjoni ta’ standards armonizzati għal tliet gruppi ta’ prodotti industrijali (it-tielet trimestru tal-2025). |
||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 8.12. L-objettiv tar-Riforma 5 tal-Kapitolu 8 (ambjent tan-negozju) huwa li jerġgħu jibdew il-miżuri ta’ sorveljanza tas-suq u li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni ta’ normi u standards tal-Unjoni fl-Ukrajna, b’mod partikolari fl-oqsma tal-prodotti industrijali. Bl-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 1055, l-istatus tal-istitut nazzjonali tal-metroloġija jingħata esklużivament lill-Intrapriża tal-Istat “Ċentru Xjentifiku u tal-Produzzjoni tal-Istat tal-Ukrajna kollha għall-Istandardizzazzjoni, il-Metroloġija, iċ-Ċertifikazzjoni u l-Protezzjoni tal-Konsumatur”. |
||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 9.7
|
Isem il-pass: Allokazzjoni tal-ekwivalenti ta’ mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju ġenerali mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali |
||||||
|
Riforma/investiment relatat: Investiment 1. Investimenti għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna |
||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 9.7 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Rapport interim li juri li mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli ġie allokat għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari l-awtonomija lokali.” Il-Pass 9.7 huwa l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tal-Investiment 1 tal-Kapitolu 9. Dan huwa segwit mill-Pass 9.8, li jirrikjedi allokazzjoni ta’ mill-inqas 20 % tal-appoġġ finanzjarju ġenerali mhux ripagabbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali (dovut sat-tielet trimestru tal-2027). |
||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 9.7. L-objettiv tal-Investiment 1 tal-Kapitolu 9 (deċentralizzazzjoni u politika reġjonali) huwa li jappoġġa l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna, b’mod partikolari tal-awtonomija lokali. Il-Pass 9.7 jirrikjedi rapport interim li juri li l-ekwivalenti ta’ mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Pilastru I ġie allokat għal dawn il-finijiet għall-2024 u l-2025. Abbażi tal-EUR 5,27 biljun f’appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Pilastru I, l-ammont minimu li jikkorrispondi għar-rekwiżit ta’ 5 % huwa EUR 263,5 miljun. L-evidenza sottomessa mill-awtoritajiet Ukreni turi li, matul l-2024–2025, il-finanzjament li jikkontribwixxi għall-Pass 9.7 ġie pprovdut permezz ta’ tliet mekkaniżmi. L-ewwel, it-trasferimenti interbaġitarji mill-baġit tal-Istat għall-baġits reġjonali u lokali ffinanzjaw investimenti fl-infrastruttura tal-edukazzjoni u tal-kura tas-saħħa. Dawn koprew, fost affarijiet oħra, l-Iskola l-Ġdida tal-Ukrajna, ix-xarabanks tal-iskola, is-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nirien, l-istrutturi tal-protezzjoni ċivili u x-xelters, il-modernizzazzjoni tal-canteens tal-iskejjel, l-infrastruttura tal-edukazzjoni vokazzjonali, il-kundizzjonijiet sikuri fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u proġetti ta’ investiment pubbliku fis-settur tal-kura tas-saħħa. Il-finanzjament reali permezz ta’ dan il-mekkaniżmu kien jammonta għal UAH 5,39 biljun (EUR 124 miljun) fl-2024 u UAH 13,16 biljun (EUR 281 miljun) fl-2025, li b’kollox jikkorrispondi għal UAH 18,55 biljun (EUR 405,1 miljun). It-tieni, il-finanzjament ġie pprovdut direttament għal proġetti ta’ investiment pubbliku implimentati fil-livell reġjonali u lokali, inklużi proġetti ta’ infrastruttura tar-riabilitazzjoni u tal-kura tas-saħħa u investimenti fir-reżiljenza ta’ Ċentri reġjonali għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard, bħal tiswijiet, infrastruttura tal-provvista tal-ilma u sistemi awtonomi tat-tisħin. Il-finanzjament taħt dan il-mekkaniżmu kien jammonta għal UAH 117,42 miljun (EUR 2,70 miljun) fl-2024 u UAH 358,35 miljun (EUR 7,66 miljun) fl-2025, li b’kollox jikkorrispondi għal UAH 475,77 miljun (EUR 10,4 miljun). It-tielet, it-tagħmir mediku ġie akkwistat ċentralment u sussegwentement tqassam lill-istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa fir-reġjuni abbażi tal-ħtiġijiet u t-talbiet identifikati. Il-valur tat-tagħmir iffinanzjat taħt dan il-mekkaniżmu kien jammonta għal UAH 896,50 miljun (EUR 20,63 miljun) fl-2024 u UAH 711,07 miljun (EUR 15,2 miljun) fl-2025, li b’kollox jikkorrispondi għal UAH 1,61 biljun (EUR 35,8 miljun). Għalkemm l-akkwist twettaq b’mod ċentrali, it-tagħmir ġie dirett lejn l-infrastruttura tal-kura tas-saħħa fir-reġjuni u indirizza l-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni sottonazzjonali identifikati. Għalhekk dan jista’ jiġi kkunsidrat għall-finijiet tal-Pass 9.7. Meħudin flimkien, it-tliet mekkaniżmi rriżultaw f’finanzjament ta’ UAH 6,40 biljun (EUR 147 miljun) fl-2024 u ta’ UAH 14,22 biljun (EUR 304,4 miljun) fl-2025. Għalhekk, il-finanzjament totali li kkontribwixxa għall-ħtiġijiet ta’ rkupru, rikostruzzjoni u modernizzazzjoni tal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Ukrajna fl-2024–2025 kien jammonta għal madwar UAH 20,63 biljun (EUR 451 miljun). L-evidenza ta’ sostenn tidentifika l-programmi baġitarji, l-oqsma ta’ investiment, il-proġetti u l-benefiċjarji rilevanti. Din turi li l-finanzjament ġie dirett lejn investimenti li jaqdu l-ħtiġijiet reġjonali u lokali, inkluż l-awtonomija lokali. Il-Kummissjoni tqis li n-nefqa koperta mit-tliet mekkaniżmi taqa’ fl-ambitu tal-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni għall-finijiet tal-Pass 9.7, peress li tappoġġa l-kostruzzjoni, ir-rikostruzzjoni, ir-riabilitazzjoni, il-modernizzazzjoni, it-tagħmir u r-reżiljenza tal-infrastruttura u tas-servizzi pubbliċi fil-livell sottonazzjonali. L-evidenza tikkonċerna l-finanzjament reali u l-eżekuzzjoni tal-baġit pjuttost milli l-allokazzjonijiet baġitarji waħedhom u għalhekk turi li l-allokazzjoni minima meħtieġa taħt il-Pass 9.7 immaterjalizzat. L-EUR 451 miljun irrapportati skont it-tliet mekkaniżmi jikkorrispondu għal madwar 8,6 % tal-EUR 5,27 biljun f’appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Pilastru I. Dan għalhekk jaqbeż ir-rekwiżit ta’ 5 %, li jikkorrispondi għal EUR 263,5 miljun, b’madwar EUR 187,8 miljun, jew 3,6 punti perċentwali. Abbażi tal-evidenza pprovduta, il-Kummissjoni tqis li r-rekwiżit tal-Pass 9.7 intlaħaq b’mod sodisfaċenti. L-allokazzjonijiet dokumentati jammontaw għal EUR 451 miljun, li jikkorrispondu għal madwar 8,6 % tal-EUR 5,27 biljun f’appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli taħt il-Pilastru I u għalhekk jaqbżu l-limitu meħtieġ ta’ 5 % ta’ EUR 263,5 miljun. |
||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 10.3
|
Isem il-pass: Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni biex jittejbu l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-investimenti fl-enerġija rinnovabbli |
||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 2. Qafas regolatorju mtejjeb għaż-żieda tal-enerġija rinnovabbli u l-iżgurar ta’ tħaddim stabbli tas-sistema tal-enerġija |
||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 10.3 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar it-tqassir tal-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għall-investimenti rinnovabbli f’konformità mar-regoli tal-UE trasposti fil-Komunità tal-Enerġija bħala r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ministerjali 2024/1/MC-EnC tal-11 ta’ Diċembru 2024 dwar l-aċċellerazzjoni tal-użu ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli u l-implimentazzjoni tal-prinċipju l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel (‘Rakkomandazzjoni 2024/1/MC-EnC’).” Il-Pass 10.3 huwa t-tielet u l-aħħar pass tar-Riforma 2. Dan kien preċedut mill-Pass 10.2 li jirrikjedi l-introduzzjoni ta’ qafas għall-enerġija rinnovabbli bbażat fuq is-suq f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u mill-Pass 10.4 li jikkonċerna l-approvazzjoni ta’ pjan direzzjonali għas-separazzjoni tal-ħlas addizzjonali fuq l-enerġija rinnovabbli mit-tariffa tat-trażmissjoni. |
||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-pass 10.3. L-objettiv ġenerali ta’ din ir-riforma huwa li jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tal-Ukrajna billi jiġu ssimplifikati u mqassra l-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli. Biex jintlaħaq dan il-pass, fit-2 ta’ Settembru 2026 ġiet adottata l-Liġi Nru 4963-IX. Il-Liġi Nru 4963-IX/2026 tissimplifika u tqassar il-proċeduri għall-ħruġ tal-permessi għal proġetti tal-enerġija rinnovabbli, f’konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ministerjali tal-Komunità tal-Enerġija 2024/1/MC-EnC tal-11 ta’ Diċembru 2024, li tirrakkomanda lill-Ukrajna tħejji l-prekundizzjonijiet legali u istituzzjonali għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 15b, 15c, 15d, 15e, 16, 16a, 16b, 16c, 16d, 16e u 16f tad-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “id-Direttiva RED”), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2023/2413. Il-Liġi Nru 4963-IX tat-2 ta’ Settembru 2026 tittrasponi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali d-dispożizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq, billi temenda l-Liġi Nru 555-IV tal-24 ta’ Marzu 2003 “dwar Sorsi Alternattivi tal-Enerġija”. B’mod speċjali:
Il-Liġi Nru 4963-IX tat-2 ta’ Settembru 2026 daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2026, jiġifieri l-jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 190 tat-30 ta’ Settembru 2026. |
||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 10.19
|
Isem il-pass: Tħejjija tat-Termini ta’ Referenza għal awditu minn parti terza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet rigward l-integrità u r-robustezza tal-proċessi finanzjarji u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha |
||||||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 5. Żgurar tal-indipendenza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet |
||||||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-pass 10.19 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Tħejjija tat-Termini ta’ Referenza għal awditu minn parti terza tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet rigward l-integrità u r-robustezza tal-proċessi finanzjarji, ta’ governanza u tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha, inkluż fid-dawl tat-tħassib reċenti dwar l-integrità u l-iżviluppi fis-settur tal-enerġija. It-termini ta’ Referenza għandhom jiffukaw fuq:
It-termini ta’ referenza għandhom jiddeterminaw il-modalitajiet dettaljati, iż-żmien u l-ispiża ta’ tali verifika. Abbozz tat-termini ta’ referenza għandu jkun ġie kondiviż ma’ lista ta’ fornituri potenzjali tas-servizzi. L-awditu għandu jkun ta’ natura istituzzjonali u orjentat lejn is-sistemi u ma għandux jidduplika jew jinterferixxi ma’ investigazzjonijiet jew kompetenzi li jkunu għaddejjin tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.” Il-pass 10.19 huwa t-tielet pass tar-riforma 5. Dan kien preċedut mill-Pass 10.10, li kien jirrikjedi l-eżenzjoni tad-deċiżjonijiet regolatorji tal-Kummissjoni Regolatorja Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Utilitajiet (NEURC) mir-reġistrazzjoni tal-Istat u mill-Pass 10.11, li jipprevedi l-ispeċifikazzjoni tal-istatus speċjali tal-NEURC. Dan huwa segwit mill-Pass 10.20, li jirrikjedi t-tlestija ta’ awditu minn parti terza tal-NEURC. Il-Pass 10.11 għadu ma ntlaħaqx mit-tieni trimestru tal-2026. |
||||||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 10.19 L-objettiv ġenerali ta’ din ir-riforma huwa li tissaħħaħ l-indipendenza tar-regolatur tal-enerġija u li jiġu żgurati l-funzjonament u l-iżvilupp effettivi tas-swieq fis-setturi tal-enerġija u tal-utilitajiet. Biex jintlaħaq il-pass, l-NEURC ħejjiet it-termini ta’ referenza (ToR) għall-awditu minn parti terza, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BERŻ. It-ToR finali adottati ġew inklużi fis-sejħa għall-offerti Nru 020828 imnedija mill-BERŻ fl-10 ta’ Awwissu 2026 għall-għażla tal-konsulent. It-ToR huma allinjati mal-kundizzjonalitajiet tas-CID. B’mod partikolari, it-ToR:
|
||||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 12.9
|
Isem il-pass: Investimenti ta’ mill-inqas EUR 30 miljun fit-tneħħija tal-mini fl-art agrikola |
||||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Investiment 1. Investimenti fit-tneħħija tal-mini |
||||||||||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 12.9 deskritt fl-anness tas-CID huwa: “Rapport interim tal-Gvern (jew rapport tat-Teżor tal-Istat) li juri li fil-Baġits tal-Istat għall-2024 u l-2025 il-Gvern ġenerali bbaġitja mill-inqas EUR 30 miljun (f’ekwivalenti ta’ UAH) għat-tneħħija tal-mini tal-art agrikola.” Il-Pass 12.9 huwa l-ewwel miż-żewġ passi fl-implimentazzjoni tal-Investiment 1 tal-Kapitolu 12 (settur agroalimentari). Dan huwa segwit mill-Pass 12.10 (dovut fit-tielet trimestru tal-2027) dwar investimenti ta’ mill-inqas EUR 100 miljun fit-tneħħija tal-mini fl-art agrikola. |
||||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni sostantiva ta’ evidenza ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 12.9. L-objettiv kumplessiv ta’ dan l-investiment huwa li jappoġġa lil sidien jew lil utenti tal-art agrikola jwettqu sforzi għat-tneħħija tal-mini. L-evidenza pprovduta turi li l-Baġits tal-Istat għall-2024 u għall-2025 kienu jinkludu l-programm baġitarju 1201420 “Kumpens għall-ispejjeż għat-tneħħija tal-mini fl-art agrikola għal skopijiet umanitarji”. Ir-Riżoluzzjoni 284 tat-12 ta’ Marzu 2024 stabbiliet il-proċeduri amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-programm, inklużi l-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni u tillimita l-appoġġ għat-tneħħija tal-mini fl-art agrikola. Fl-2025 u fl-2026 saru emendi għar-Riżoluzzjoni biex tiżdied l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm. L-awtoritajiet Ukreni rrapportaw nefqa totali ta’ UAH 1 583 miljun (EUR 34,4 miljun) skont il-programm fl-2024 u fl-2025, li ġiet allokata bejn 120 kuntratt. Iċ-ċifra tinkludi:
Minn dawn il-101 kuntratt, b’nefqa ta’ UAH 1 182 miljun (EUR 25,8 miljun), tlestew fiż-żmien tar-rapportar, filwaqt li 19-il kuntratt li jammontaw għal UAH 401 miljun (EUR 8,6 miljun) għadhom qed jiġu implimentati. Meħudin flimkien, il-kuntratti kompluti u l-kuntratti li qed jiġu implimentati tal-2024 u tal-2025 jirrappreżentaw ammont ta’ EUR 34,4 miljun impenjat biex jintnefaq fuq it-tneħħija tal-mini fl-art agrikola. Dan jaqbeż il-mira minima ta’ EUR 30 miljun u jikkorrispondi għal madwar 115 % tal-mira. Għalhekk, ir-rekwiżit kwantitattiv tal-pass intlaħaq. Il-programm jappoġġa l-attivitajiet tal-bdiewa għat-tneħħija tal-mini fl-art agrikola. L-awtoritajiet Ukreni rrapportaw total ta’ 120 kuntratt u 87 benefiċjarju uniku (sidien u utenti ta’ art agrikola). Il-kuntratti jkopru t-tneħħija tal-mini minn total ta’ 20 789,7 ettaru ta’ art agrikola, li minnhom 17 338 ettaru kienu diġà tneħħewlhom il-mini b’suċċess sal-ħin tar-rapportar. Fuq din il-bażi, l-evidenza pprovduta turi li r-rekwiżiti tal-Pass 12.9 intlaħqu. |
||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 14.4
|
Isem il-pass: Dħul fis-seħħ tal-att legali dwar il-funzjonament tas-Sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika, f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183 |
||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 2. Diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi |
||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 14.4 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Dħul fis-seħħ ta’ att legali dwar il-funzjonament tas-Sistema Integrata ta’ Identifikazzjoni Elettronika fl-Ukrajna bħala komponent ewlieni tal-infrastruttura nazzjonali tal-identità elettronika, f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183. L-att legali jiffoka fuq dawn l-oqsma ewlenin:
Il-pass 14.4 huwa t-tieni pass fl-implimentazzjoni tar-riforma 2 tal-kapitolu 14 (trasformazzjoni diġitali). Il-pass 14.3 dwar l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sal-2026 ġie vvalutat b’mod pożittiv bħala parti mir-raba’ pagament parzjali (l-ewwel trimestru tal-2025). |
||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-pass 14.4. L-objettiv tar-riforma 2 huwa li tissimplifika l-interazzjoni bejn l-istat u ċ-ċittadini permezz tad-diġitalizzazzjoni. Diversi Riżoluzzjonijiet tal-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna (CMU) jikkostitwixxu l-qafas legali għat-twettiq ta’ dan il-pass. Ir-riżoluzzjoni Nru 1150 tas-CMU hija l-att legali fundamentali li jistabbilixxi infrastruttura moderna tal-identifikazzjoni elettronika fl-Ukrajna. Ir-riżoluzzjoni tas-CMU Nru 689 u r-Riżoluzzjoni tas-CMU Nru 1400 huma l-atti legali rilevanti u huma konformi mal-prinċipji tar-Regolament (UE) 2024/1183. Ir-riżoluzzjoni tas-CMU Nru 689 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet funzjonali, tekniċi u teknoloġiċi għall-ħruġ ta’ kartieri tal-identità diġitali, filwaqt li r-Riżoluzzjoni tas-CMU Nru 1400 tappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tas-sistema permezz ta’ proġett sperimentali u l-Applikazzjoni Diia Mobile. Barra minn hekk, l-atti legali jiffukaw fuq l-iżgurar tal-interoperabbiltà (kompatibbiltà teknoloġika) tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika, tan-nodi intermedji ta’ identifikazzjoni elettronika (hubs) u tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika billi jirrikjedu li l-kartieri jappoġġaw protokolli u interfaċċi komuni għall-formazzjoni, l-iskambju u l-preżentazzjoni tad-data tal-identità. Aktar importanti minn hekk, ir-riżoluzzjonijiet jiffukaw fuq ir-rikonoxximent tal-kartieri Ewropej tal-identità diġitali u ċerti ċertifikati elettroniċi għall-użu transfruntier. Fl-aħħar nett, ir-riżoluzzjonijiet jiffukaw fuq il-protezzjoni tar-riżorsi tal-informazzjoni pproċessati fis-sistema billi jestendu ċerti salvagwardji għall-kartieri tal-identità diġitali, b’mod partikolari permezz ta’ rekwiżiti dwar is-separazzjoni u l-irtirar tad-data personali f’każ ta’ ksur tas-sigurtà. Dawn is-salvagwardji jinkludu l-kontroll tal-aċċess, il-monitoraġġ tas-sigurtà, il-protezzjoni u l-kunfidenzjalità tan-network, l-integrità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni. Bħala parti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1204 tat-28 ta’ Mejju 2026 li tistabbilixxi l-ilħuq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet għall-pagament parzjali tas-seba’ pagament parzjali skont il-Pjan għall-Ukrajna tal-Faċilità għall-Ukrajna u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1447, dan il-pass tqies bħala fattur ta’ mitigazzjoni, f’konformità mal-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-ilħuq parzjali tal-passi skont il-Pjan għall-Ukrajna, unikament għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-valutazzjoni ta’ dan il-pass ma nbidlitx mill-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. |
||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 15.8
|
Isem il-pass: Adozzjoni tal-Istrateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha |
||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 5. Żieda fl-ekonomija ċirkolari |
||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 15.8 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Adozzjoni tal-istrateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u ta’ pjan ta’ azzjoni għall-implimentazzjoni tagħha mill-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna. L-istrateġija tidentifika l-opportunitajiet u l-impatti potenzjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari fl-Ukrajna għas-setturi prijoritarji u l-ktajjen tal-valur magħżula minn qabel għall-5-10, bħall-iskart, it-tessuti, il-plastik, il-batteriji, l-elettronika, l-agrikoltura, il-kostruzzjoni u t-tiswija, u l-metalli u l-minerali.” Il-Pass 15.8 huwa t-tieni pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 5 fil-Kapitolu 15 (tranżizzjoni ekoloġika u protezzjoni ambjentali). Dan kien preċedut mill-Pass 15.9 dwar l-adozzjoni tal-Istrateġija għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha. |
||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-pass 15.8. L-objettiv tar-Riforma 5 huwa li jiġu implimentati l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-ġestjoni tal-iskart. L-Istrateġija tidentifika seba’ setturi ta’ prijorità għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari: agrikoltura; produzzjoni u distribuzzjoni tal-ikel; fil-kostruzzjoni; it-tessuti; tagħmir elettriku u elettroniku; estrazzjoni minerarja u xogħol fil-barrieri; u metallurġija. Hija tindirizza wkoll ktajjen tal-valur trażversali, b’mod partikolari l-plastik, l-imballaġġ u l-batteriji, fejn l-użu tar-riżorsi, il-ġenerazzjoni tal-iskart u l-potenzjal għall-użu mill-ġdid, l-irkupru u r-riċiklaġġ huma partikolarment sinifikanti. L-objettiv ġenerali huwa li jiġi stabbilit mudell ekonomiku ċirkolari u effiċjenti fir-riżorsi fl-Ukrajna sal-2035, li jnaqqas l-użu tar-riżorsi primarji u l-ġenerazzjoni tal-iskart filwaqt li jippromwovi l-użu mill-ġdid, it-tiswija, l-irkupru u r-riċiklaġġ. L-Istrateġija tfittex li tikkontribwixxi għar-rikostruzzjoni sostenibbli tal-Ukrajna u l-integrazzjoni fis-suq intern tal-UE permezz ta’ allinjament mal-leġiżlazzjoni u l-istandards tal-UE. L-eżitu maħsub huwa l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ negozju ċirkolari sostenibbli, swieq tal-materja prima sekondarja u ktajjen tal-valur f’ċirkwit magħluq, sostnuti minn qafas regolatorju u istituzzjonali effettiv allinjat mal-UE. |
||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
PASS 15.11
|
Isem il-pass: Adozzjoni ta’ emendi għall-Proċedura għall-Monitoraġġ tal-Ilma mill-Istat |
||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 4. Restawr u konservazzjoni tar-riżorsi naturali |
||||||||
|
Iffinanzjat minn: self |
||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 15.11 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Adozzjoni tal-emendi għar-Riżoluzzjoni tad-19 ta’ Settembru 2018 Nru 758 dwar il-Proċedura għall-Monitoraġġ tal-Ilma mill-Istat f’konformità mal-prinċipji tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma u d-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.” Il-Pass 15.11 huwa l-ewwel minn żewġ passi fl-implimentazzjoni tar-Riforma 4 fil-Kapitolu 15 (tranżizzjoni ekoloġika u protezzjoni ambjentali). Dan huwa segwit mill-Pass 15.7 dwar id-dħul fis-seħħ tal-Liġi dwar it-tnaqqis tad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti (dovut sar-raba’ trimestru tal-2026). |
||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-pass 15.11. L-objettiv tar-riforma 4 huwa li jitnaqqsu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti. Fl-10 ta’ Ġunju, il-Gvern adotta r-Riżoluzzjoni N 754 li temenda l-Proċedura dwar il-monitoraġġ tal-ilma tal-istat (https://www.kmu.gov.ua/npas/pro-vnesennia-zmin-do-poriadku-zdiisnennia-derzhavnoho-monitorynhu-s754100626), u allinjaha mar-rekwiżiti fid-deskrizzjoni tal-istadju. Ir-Riżoluzzjoni adottata fiha l-parametri tal-lista ta’ sorveljanza li jaqblu mal-parametri tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/439 tat-28 ta’ Frar 2025 li tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati fl-Unjoni kollha fil-qasam tal-politika tal-ilma skont id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-Riżoluzzjoni ser tidħol fis-seħħ fl-2029 peress li din id-deċiżjoni hija marbuta maċ-ċiklu ta’ ppjanar għat-tieni Pjanijiet ta’ Mmaniġġjar tal-Baċini tax-Xmajjar (RBMPs). Il-RBMPs joperaw fuq ċiklu ta’ ppjanar kontinwu ta’ sitt snin b’mandat mid-Direttiva Qafas Ewropea dwar l-Ilma. Fl-Ukrajna, l-RBPMs li jkopru l-ewwel ċiklu ta’ ppjanar tal-2025-2030 ġew adottati fi tmiem l-2024 u issa qed jiġu implimentati. Ir-Riżoluzzjoni tal-Gvern Nru 754 hija wieħed mill-passi biex issir tħejjija għal allinjament ulterjuri tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-ilma fl-Ukrajna mar-rekwiżiti tal-UE biex jiġi żgurat li din tibda tapplika mit-tieni ċiklu ta’ ppjanar tal-RBMPs. Bħala parti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2230 tal-24 ta’ Settembru 2026 li tistabbilixxi l-ilħuq sodisfaċenti tal-kundizzjonijiet għall-pagament parzjali tat-tmien pagament parzjali skont il-Pjan għall-Ukrajna tal-Faċilità għall-Ukrajna, dan il-pass tqies bħala fattur ta’ mitigazzjoni, f’konformità mal-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-ilħuq parzjali tal-passi skont il-Pjan għall-Ukrajna, unikament għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-valutazzjoni ta’ dan il-pass ma nbidlitx mill-adozzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. |
||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Valutazzjoni tal-ilħuq sodisfaċenti ta’ pass wieħed fl-għaxar pagament parzjali propost bħala fattur ta’ mitigazzjoni f’konformità mal-metodoloġija għall-immaniġġar tal-ilħuq parzjali tal-passi fil-Pjan għall-Ukrajna, u biss għall-fini tal-applikazzjoni tagħha
PASS 10.21
|
Isem il-pass: Talba għal missjoni ta’ servizz integrat għall-analiżi tar-regolamentazzjoni fl-SNRIU mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika |
||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 8. Riforma tal-Ispettorat Regolatorju Nukleari tal-Istat |
||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 10.21 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “L-Ispettorat Regolatorju Nukleari tal-Istat ressaq talba għal missjoni ta’ servizz integrat għall-analiżi tar-regolamentazzjoni mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika biex tibda fl-ewwel nofs tal-2027.” Il-Pass 10.21 huwa l-uniku pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 8 tal-Kapitolu 10 (l-enerġija). |
||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-pass 10.21. L-objettiv tar-Riforma 8 huwa li jitnieda l-proċess ta’ rieżami internazzjonali indipendenti bejn il-pari tal-effettività, l-indipendenza, il-governanza u l-funzjonijiet regolatorji tal-qafas regolatorju nazzjonali għas-sikurezza nukleari u tar-radjazzjoni skont l-istandards tas-sikurezza tal-IAEA. Biex jintlaħaq il-pass, fit-23 ta’ Lulju 2026, il-Missjoni Permanenti tal-Ukrajna għall-Organizzazzjonijiet Internazzjonali fi Vjenna, f’isem l-SNRIU, bagħtet talba lill-IAEA biex twettaq missjoni tal-IRRS f’konformità mal-linji gwida għas-servizz tal-IRRS tal-2018. Fid-29 ta’ Settembru 2026, l-SNRIU ssottometta wkoll email ta’ segwitu li fiha talab lill-IAEA tikkunsidra li tibda l-missjoni tal-IRRS diġà fl-ewwel nofs tal-2027, f’konformità mas-CID. |
||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: ksib sodisfaċenti |
Valutazzjoni tal-ilħuq parzjali ta’ pass kwantitattiv wieħed fid-disa’ pagament parzjali propost bħala fattur ta’ mitigazzjoni f’konformità mal-metodoloġija għall-immaniġġar tal-ilħuq parzjali tal-passi fil-Pjan għall-Ukrajna, u biss għall-fini tal-applikazzjoni tagħha
PASS 6.3
|
Isem il-pass: Ħatra ta’ bordijiet Superviżorji ta’ intrapriżi tal-istat b’maġġoranza ta’ membri indipendenti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Riforma/investiment relatat: Riforma 2. Governanza u ġestjoni mtejba tal-intrapriżi tal-istat |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kuntest Ir-rekwiżit għall-Pass 6.3 deskritt fl-Anness tas-CID huwa: “Biex jintlaħaq il-pass, l-awtoritajiet Ukreni jridu jiżguraw li l-bordijiet superviżorji b’maġġoranza ta’ membri indipendenti jinħatru fil-każ ta’ mill-inqas 15-il SOE mil-lista tal-SOEs ewlenin maġġuri, approvata bid-deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri. In-nomina tal-membri tal-Bord Superviżorju għandha ssir bi proċess ta’ għażla kompetittiv, abbażi ta’ proċeduri miftiehma u fis-seħħ fil-mument tal-bidu tal-għażla.” Il-Pass 6.3 huwa t-tieni pass fl-implimentazzjoni tar-Riforma 2 tal-Kapitolu 6 (ġestjoni tal-assi pubbliċi). Dan kien preċedut mill-Pass 6.1 li jikkonċerna d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni dwar il-governanza korporattiva tal-SOEs. Dan ser ikun segwit mill-Pass 6.4 (mistenni fit-tielet trimestru tal-2026) dwar il-korporatizzazzjoni ta’ intrapriżi ewlenin tal-Istat u l-Pass 6.5 (mistenni fit-tielet trimestru tal-2027) dwar is-sottomissjoni ta’ rapport li juri li l-prinċipji tal-governanza korporattiva huma segwiti kif xieraq. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Evidenza pprovduta
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Analiżi Il-ġustifikazzjoni u l-evidenza sostantiva ppreżentati mill-awtoritajiet Ukreni jkopru l-elementi kostituttivi kollha tal-Pass 6.3. L-objettiv tar-Riforma 2 huwa li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mill-forma ġuridika tal-intrapriża unitarja tal-Istat għal forom aktar orjentati lejn il-kummerċ, biex jitrawwem qafas ta’ governanza aktar effiċjenti u trasparenti għall-intrapriżi tal-Istat (SOEs) billi jissaħħu l-istandards tal-governanza korporattiva u jiġu implimentati fl-SOEs ewlenin. Biex jintlaħaq il-pass, l-awtoritajiet Ukreni jridu jiżguraw li l-bordijiet superviżorji b’maġġoranza ta’ membri indipendenti jinħatru fil-każ ta’ mill-inqas 15-il SOE mil-lista tal-SOEs ewlenin maġġuri, approvata bid-deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri. In-nomina tal-membri tal-Bord Superviżorju għandha ssir bi proċess ta’ għażla kompetittiv, abbażi ta’ proċeduri miftiehma u fis-seħħ fil-mument tal-bidu tal-għażla. Biex jilħaq dan il-pass, il-Kabinett tal-Ministri tal-Ukrajna adotta serje ta’ ordnijiet li jaħtru membri indipendenti u rappreżentanti tal-Istat fil-Bordijiet Superviżorji tal-SOEs ewlenin maġġuri, wara li sar proċess ta’ għażla kompetittiv, f’konformità mal-proċeduri tal-Kumitat tan-Nomini. L-għaxar SOEs fejn inħatru l-Bordijiet Superviżorji huma l-JSC “Linji Ferrovjarji Ukreni”, il-JSC “Kumpanija Nazzjonali li Tiġġenera l-Enerġija Nukleari ‘Energoatom’”, l-NJSC “Naftogaz tal-Ukrajna”, l-LLC “Operatur tas-Sistema ta’ Trażmissjoni tal-Gass tal-Ukrajna” (GTSOU), l-NPC “Ukrenergo”, l-Intrapriża tal-Istat “Foresti tal-Ukrajna”, il-PJSC “Kumpanija Ukrena tat-Tbaħħir fid-Danubju”, il-JSC “Kumpanija tal-Enerġija tal-Ukrajna”, l-Intrapriża tal-Istat “Impjant tal-Istampar ‘Ukrajna’ għall-Produzzjoni ta’ Dokumenti ta’ Sigurtà” u l-PJSC “Centrenergo”. Il-membri indipendenti jikkostitwixxu maġġoranzi fil-Bordijiet Superviżorji kollha tal-SOEs imsemmija hawn fuq. Dan jirrappreżenta lħuq ta’ 66,7 % tar-rekwiżiti tal-pass. L-awtoritajiet Ukreni beħsiebhom jemendaw ulterjorment id-deċiżjoni tal-protokoll tal-Kabinett tal-Ministri u jinkorporaw entitajiet addizzjonali fil-lista tal-SOEs ewlenin maġġuri, kif miftiehem f’diskussjonijiet mal-Kummissjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-Kummissjoni: intlaħaq parzjalment |
(1) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj).
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1447 tal-14 ta’ Mejju 2024 dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-Pjan għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/1447, 24.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1447/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2596/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)