|
13.9.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 323/17 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11191 — QIA / OIA / ASAAL INTERNATIONAL INVESTMENT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 323/10)
1.
Fis-6 ta’ Settembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Qatar Investment Authority (“QIA”, il-Qatar), |
|
— |
Oman Investment Authority (“OIA”, l-Oman), |
|
— |
Aasaal International Investment SAOC (“Entità fil-Mira”, l-Oman). |
QIA u OIA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Entità fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Il-QIA hija l-fond ta’ investimenti sovrani tal-Istat tal-Qatar. |
|
— |
OIA hija l-fond ta’ investiment sovran tas-Saltna tal-Oman. |
|
— |
L-Entità fil-Mira hija kumpanija b’ishma bi sħab magħluqa stabbilita għall-finijiet ta’ investiment, sjieda, stabbiliment, sorveljanza, u ġestjoni ta’ lukandi, resorts u motels esklużivament fl-Oman. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11191 — QIA / OIA / ASAAL INTERNATIONAL INVESTMENT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).