<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.0700744901.case.xml"><NO.CASE>C-354/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009J0354</NO.CELEX><NO.SEQ>0023.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-7451</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-7465</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20100715">15.7.2010</DATE> — KAWŻA C-354/09</LEFT><RIGHT>GASTON SCHUL</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20100715">15 ta’ Lulju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-354/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjizi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20090814">14 ta’ Awwissu 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gaston Schul BV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Staatssecretaris van Financiën,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn C. Toader, President tal-Awla (Relatur), P. Kūris u L. Bay Larsen, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-7452"?><P>Avukat Ġenerali: J. Mazák,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u B. Koopman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u W. Roels, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></P></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-7453"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Gaston Schul BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Gaston Schul<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-iStaatssecretaris van Financiën rigward att ta’ rkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> ta’ dejn doganali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 29(1) tal-Kodiċi Doganali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-valur doganali ta’ merkanzija importata għandu jkun il-valur tat-transazzjoni, jiġifieri, il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija meta tinbiegħ għall-esportazzjoni lit-territorju doganali tal-Komunità, aġġustat, fejn ikun meħtieġ, skond l-Artikoli 32 u 33, […].</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-7454"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 tal-Kodiċi Doganali huwa miktub kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Sakemm jintwerew separatament mill-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas, is-segwenti m’għandhomx jiġu inklużi fil-valur doganali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>spejjeż tat-trasport tal-merkanzija wara l-wasla tagħha fil-post ta’ l-introduzzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>spejjeż ta’ kostruzzjoni, bini, immuntar, manutenzjoni jew assistenza teknika, assunta wara l-importazzjoni t’oġġetti impurtati bħal impjant industrijali, makkinarju jew apparat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>spejjeż ta’ imgħax taħt arranġament ta’ finanzjament konkluż mix-xerrej u li jkollu x’jaqsam max-xiri ta’ merkanzija importata, mingħajr ma jittieħed każ ta’ jekk il-finanzjament ikunx provdut mill-bejjiegħ jew xi persuna oħra, sakemm dak l-arranġament ta’ finanzjament ikun sar bil-miktub u fejn meħtieġ, ix-xerrej jista’ juri li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>dik il-merkanzija effettivament inbiegħet bil-prezz dikjarat bħala l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas,</P><P>u</P></ITEM><?PAGE NO="I-7455"?><ITEM><P>ir-rata ta’ imgħax ikklejmjata ma teċċedix il-livell għal tali transazzjonijiet li jipprevalu fil-pajjiż fejn, u fiż-żmien meta, il-finanzjament kien ingħata;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ħlasijiet għad-dritt tar-riproduzzjoni ta’ merkanzija impurtata fil-Komunità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>kummissjonijiet tax-xiri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>dazji fuq l-importazzjoni jew ħlasijiet oħra li għandhom jitħallsu fil-Komunità minħabba l-importazzjoni jew bejgħ tal-merkanzija.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 220(1) tal-Kodiċi Doganali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Fejn l-ammont ta’ dazju li jirrizulta minn dejn doganali ma jkunx iddaħħal fil-kontijiet skond l-Artikoli 218 u 219 jew iddaħħal fil-kontijiet f’livell anqas mill-ammont legalment dovut, l-ammont ta’ dazju li għandu jiġi rkuprat jew li jibqa’ biex jiġi rkuprat għandu jiddaħħal fil-kontijiet fi żmien jumejn mid-data li fiha l-awtoritajiet doganali jsiru jafu bis-sitwazzjoni u jkunu f’pożizzjoni li jikkalkolaw l-ammont legalment dovut u jistabbilixxu d-debitur (daħla sussegwenti fil-kontijiet). Dak it-terminu ta’ żmien jista’ jiġi estiż skond l-Artikolu 219.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7456"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Bħala aġent doganali, mis-sena 1998 sas-sena 2000, Gaston Schul ippreżentat diversi dikjarazzjonijiet għal rilaxx għal moviment liberu għal prodotti tal-ħut quddiem l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-imsemmija kumpannija fformulat dawn id-dikjarazzjonijiet f’isimha u għan-nom tagħha, fuq ordni ta’ trasportatur Islandiż li kien qed jaġixxi, min-naħa tiegħu, fuq ordni ta’ esportatur Islandiż.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Flimkien mal-imsemmija dikjarazzjonijiet saru talbiet għal preferenza tariffarja ta’ 0 %, minħabba li l-prodotti inkwistjoni kienu ġejjin miż-ŻEE. Gaston Schul annettiet il-kopji tal-fatturi maħruġa mill-esportatur Islandiż li kienu jsemmu DDP (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Delivery Duty Paid<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) bħala kundizzjoni għall-kunsinna u kienu jindikaw li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[l]-esportatur tal-prodotti koperti minn dan id-dokument […] jiddikjara li, ħlief fil-każ ta’ indikazzjoni ċara fis-sens kuntrarju, il-prodotti għandhom l-oriġini preferenzjali ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Il-kundizzjoni għall-kunsinna DDP ġiet imsemmija wkoll fuq id-dikjarazzjonijiet doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Investigazzjoni fuq l-oriġini tal-prodotti kkonċernati żvelat sussegwentement li fil-fatt dawn kienu ġejjin minn pajjiż terz u li, għaldaqstant, it-taxxa preferenzjali ġiet applikata b’mod żbaljat.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Għaldaqstant is-Staatssecretaris van Financiën mexa bl-irkupru <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tad-dazji doganali u, permezz ta’ avviż tat-taxxa tas-7, tal-11 u tat-<DATE ISO="20010628">28 ta’ Ġunju 2001</DATE>, talab lil Gaston Schul tħallas l-imsemmija dazji.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7457"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-imsemmija amministrazzjoni kkalkolat l-ammont tad-dazji li kellhom jiġu rkuprati billi ħadet bħal valur doganali l-prezz tat-tranżazzjoni, kif kien jinsab fuq id-dikjarazzjonijiet ta’ importazzjoni, mingħajr ma naqqset l-ammont tad-dazji doganali li kellhom jiġu rkuprati.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Sussegwentment is-Staatssecretaris van Financiën ċaħad l-ilment li permezz tiegħu Gaston Schul kellha l-intenzjoni li tnaqqas l-obbligu tagħha billi talbet li l-ammont tad-dazji doganali kkalkolat <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> jitnaqqas mill-prezz kuntrattwali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-Rechtbank te Haarlem iddeċidiet li r-rikors ippreżentat kontra ċ-ċaħda ta’ dan l-ilment kien infondat. Peress li d-deċiżjoni ta’ din il-qorti ġiet ikkonfermata f’appell, Gaston Schul ressqet appell ulterjuri quddiem il-Hoge Raad der Nederlanden.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva, b’mod preliminari, li fil-kawża prinċipali l-bejjiegħ u x-xerrej kienu qablu li d-dazji doganali kienu fuq il-bejjiegħ. Madankollu, fil-konklużjoni tal-kuntratt, dawn kellhom idea żbaljata dwar l-oriġini tal-prodotti u, għaldaqstant, dwar l-ammont tad-dazji doganali legalment dovuti.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Sabiex tiddeċiedi dwar il-kawża quddiemha, il-qorti tar-rinviju tqis li huwa essenzjali tkun taf jekk, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ir-rekwiżiti tal-Artikolu 33 tal-Kodiċi Doganali humiex sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Hoge Raad der Nederlanden tirreferi, minn naħa, għall-opinjoni konsultattiva 3.1, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Tifsira tal-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>bil-kundizzjoni li huma jkunu distinti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> fin-nota interpretattiva tal-Artikolu 1 tal-ftehim: dazji u taxxi tal-pajjiż ta’ importazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, tal-kumitat tekniku tal-evalwazzjoni doganali tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali u, min-naħa l-oħra, għall-kummentarju Nru 5 tal-kumitat tal-Kodiċi Doganali, is-sezzjoni dwar il-valur doganali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kummentarju Nru 5<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7458"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-eżami tiegħu jekk, meta l-prezz imħallas jew li għandu jitħallas jinkludi ammont li jikkorrispondi għad-dazji u għat-taxxi tal-pajjiż ta’ importazzjoni, dawn id-dazji u taxxi għandhomx jiġu dedotti meta ma jkunux indikati b’mod separat fil-fattura u meta l-importatur ma talabx, barra minn hekk, tnaqqis abbażi ta’ dan, l-imsemmi kumitat tekniku kkunsidra li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[…] [p]eress li, min-natura tagħhom, huwa possibbli li ssir distinzjoni bejn id-dazji u t-taxxi tal-pajjiż ta’ importazzjoni u l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas, dawn id-dazji u taxxi ma jagħmlux parti mill-valur doganali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kummentarju Nru 5 isemmi, fil-punti 8 sa 10 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>8.</NO.P><TXT>Indikazzjonijiet dwar it-tifsira tat-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>distinti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> fil-każ partikolari tad-dazji doganali u taxxi oħra li għandhom jitħallsu minħabba l-importazzjoni jew il-bejgħ tal-merkanzija ġew ipprovduti f’opinjoni konsultattiva tal-kumitat tekniku tal-evalwazzjoni doganali. Din l-opinjoni konsultattiva 3.1 tipprovdi li d-dazji u t-taxxi ta’ pajjiż ta’ importazzjoni ma jagħmlux parti mill-valur doganali sa fejn, min-natura tagħhom, huwa possibbli li ssir distinzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas. Id-dazji u taxxi huma s-suġġett, fil-fatt, ta’ dokumenti ppubblikati.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, it-terminu <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>distinti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> jfisser effettivament li tista’ ssir distinzjoni. Skont il-fatti li fuqhom tibbaża ruħha l-opinjoni, id-dazji u t-taxxi ma kinux indikati b’mod separat fil-fattura, iżda huwa ċar li għandu jiġi preżunt fil-kuntest tal-opinjoni konsultattiva li teżisti indikazzjoni ċara, fil-fattura jew fuq dokument ieħor li jiġi magħha, li l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas jinkludi dawn id-dazji u taxxi.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-7459"?><ITEM><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 4 hawn fuq, l-ammont li għandu jiġi eskluż mill-valur doganali għandu jiġi speċifikat fid-dikjarazzjoni DV 1.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li d-dokumenti msemmija fil-punt 16 ta’ din is-sentenza ma humiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 33 tal-Kodiċi Doganali huma sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Jista’ jissemma, favur l-esklużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni mill-valur doganali, il-fatt li, skont il-punt 9 tal-kummentarju Nru 5, il-Kodiċi Doganali ma jitlobx li l-ammont tal-imsemmija dazji jissemma b’mod espliċitu fil-fattura. Ikun biżżejjed li l-fattura jew dokument ieħor li jiġi magħha jindika biċ-ċar li dawn id-dazji huma inklużi fil-prezz.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki jekk jingħad li l-bejjiegħ u x-xerrej iqisu li d-dazji doganali huma dovuti għal ċerta importazzjoni, jista’ jkun diffiċli għalihom li jkunu jafu minn qabel l-ammont eżatt ta’ dawn id-dazji, b’mod partikolari fil-każ ta’ dubju dwar il-klassifikazzjoni tariffarji tal-merkanzija kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-inklużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni fil-valur doganali twassal, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, għall-ġbir ta’ dazji fuq l-importazzjoni mhux biss fuq il-valur ekonomiku reali tal-merkanzija, iżda wkoll fuq dazji fuq l-importazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra jista’ jissemma, kontra l-esklużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni tal-valur doganali, il-fatt li, fid-dawl tal-istess punt 9 tal-kummentarju Nru 5, jidher importanti li l-partijiet fil-kuntratt juru li huma kienu jafu li l-prezz kien<?PAGE NO="I-7460"?> effettivament intiż sabiex ikopri dawn id-dazji. Issa, f’dan il-każ, peress li l-imsemmija partijiet kellhom impressjoni żbaljata tar-realtà, xejn ma jippermetti l-għarfien tal-prezz li l-bejjiegħ kien jaqbel għalih fil-mument tal-bejgħ li kieku kien jaf bl-oriġini tal-prodotti.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden iddeċiediet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Fil-każ ta’ daħla sussegwenti fil-kontijiet, fis-sens tal-Artikolu 220 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jitqies li l-kundizzjoni stabbilita mill-Artikolu 33 [tal-imsemmi kodiċi] sabiex ma jiġux inklużi fil-valur doganali d-dazji fuq l-importazzjoni hija sodisfatta meta l-bejjiegħ u x-xerrej tal-merkanzija kkonċernata qablu fuq il-kundizzjoni ta’ kunsinna <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>delivered [duty] paid<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> u indikaw din il-klawżola fid-dikjarazzjoni doganali anki jekk, fl-iffissar tal-prezz tat-tranżazzjoni, huma qiesu — b’mod żbaljat — li l-ebda dazju doganali ma huwa dovut fuq l-importazzjoni tal-merkanzija fil-Komunità u, għaldaqstant, l-ebda ammont ta’ dazji doganali ma ġie msemmi fil-fattura u fid-dikjarazzjoni jew meta saret din id-dikjarazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 33 tal-Kodiċi Doganali, li tipprovdi li d-dazji doganali għandhom jiġu murija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>separatament<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> mill-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata, hijiex sodisfatta meta l-partijiet fil-kuntratt qablu li l-kunsinna ta’ din il-merkanzija ser issir DDP (Delivered Duty Paid) u indikaw dan fid-dikjarazzjoni doganali iżda, minħabba żball dwar l-oriġini preferenzjali tal-imsemmija merkanzija, ma indikaw l-ebda ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7461"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandha tiġi eżaminata l-portata tal-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 33 tal-Kodiċi Doganali, li tipprovdi li d-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiġu murija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>separatament<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> mill-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-partijiet fil-kuntratt f’każ bħal dak fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi mfakkar li, skont ġurisprudenza kostanti, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-evalwazzjoni doganali hija intiża sabiex tistabbilixxi sistema ekwa, uniformi u newtrali li teskludi l-użu ta’ valuri doganali arbitrarji jew fittizji (ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20090319">19 ta’ Marzu 2009</DATE>, Mitsui &amp; Co. Deutschland, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-256/07" PAGE.ECR="I-1951" YEAR="2009">C-256/07, Ġabra p. I-1951</REF.DOC.ECR>, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 29(1) tal-Kodiċi Doganali, il-valur doganali tal-merkanzija importata huwa, b’mod ġenerali, il-valur ta’ tranżazzjoni tagħha, jiġifieri l-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija meta tiġi mibjugħa għall-esportazzjoni b’destinazzjoni tat-territorju doganali tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan il-valur għandu jirrifletti l-valur ekonomiku reali ta’ merkanzija importata u jieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha ta’ din il-merkanzija li għandhom valur ekonomiku (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="20061116">16 ta’ Novembru 2006</DATE>, Compaq Computer International Corporation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-306/04" PAGE.ECR="I-10991" YEAR="2006">C-306/04, Ġabra p. I-10991</REF.DOC.ECR>, punt 30, kif ukoll Mitsui &amp; Co. Deutschland, iċċitata iktar ’il fuq, punt 20).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 33(f) tal-Kodiċi Doganali jippermetti li ma jiġux inklużi fil-valur doganali d-dazji fuq l-importazzjoni applikabbli fl-Unjoni Ewropea, iżda jissuġġetta din l-esklużjoni għall-osservanza tal-kundizzjoni li l-ammonti tal-imsemmija dazji għandhom jiġu murija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>separatament<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> mill-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7462"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż iqis li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, din il-kundizzjoni ma hijiex sodisfatta għaliex, fid-dawl tal-elementi disponibbli, l-awtoritajiet doganali ma setgħux jiddistingwu d-drittijiet fuq l-importazzjoni mill-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, fis-sentenzi tagħha tat-<DATE ISO="19910418">18 ta’ April 1991</DATE>, Brown Boveri (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-79/89" PAGE.ECR="I-1853" YEAR="1991">C-79/89, Ġabra p. I-1853</REF.DOC.ECR>); tal-<DATE ISO="20021205">5 ta’ Diċembru 2002</DATE>, Overland Footwear (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-379/00" PAGE.ECR="I-11133" YEAR="2002">C-379/00, Ġabra p. I-11133</REF.DOC.ECR>), u tal-<DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Overland Footwear (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-468/03" PAGE.ECR="I-8937" YEAR="2005">C-468/03, Ġabra p. I-8937</REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li spejjeż bħal kummissjonijiet ta’ xiri u spejjeż ta’ xogħol għall-armar jistgħu jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>separati<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> biss meta huma indikati fid-dikjarazzjoni ta’ importazzjoni separatament mill-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata. Tali ġurisprudenza hija, skont l-imsemmi gvern, applikabbli fis-sħiħ meta l-każ jirreferi għall-esklużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni mill-valur doganali ta’ din il-merkanzija.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Olandiż, ladarba l-partijiet fil-kuntratt ma indikawx fil-fatturi jew fid-dikjarazzjonijiet tagħhom l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni minħabba żball dwar l-oriġini preferenzjali tal-merkanzija importata, il-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 33 tal-Kodiċi Doganali ma hijiex sodisfatta.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat, fl-ewwel lok, li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, fil-kawża prinċipali, anki jekk il-partijiet fil-kuntratt ikkunsidraw b’mod żbaljat li l-ebda dazju fuq l-importazzjoni ma huwa dovut, il-ftehim bejn il-bejjiegħ u x-xerrej għandu jiġi interpretat fis-sens li, b’mod konformi mal-klawżola DDP, id-dazji doganali huma l-piż tal-bejjiegħ u li, għaldaqstant, id-dazji fuq l-importazzjoni li eventwalment ikunu dovuti huma inklużi fil-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7463"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija sostnuta mill-fatt li, kif ġie enfasizzat kemm mill-Gvern Olandiż kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea, il-klawżola DDP timponi fuq il-bejjiegħ obbligu massimu skont liema l-imsemmi bejjiegħ jobbliga ruħu li jkopri l-ispejjeż u r-riskji kollha marbuta mal-kunsinna tal-merkanzija fl-Istat ta’ importazzjoni. Għalhekk, il-bejjiegħ ibati, fost l-oħrajn, l-ispejjeż marbutin mal-ħelsien mid-dwana, u jħallas kull eventwali differenza bejn, minn naħa, l-ammont tad-dazji doganali li huwa kien stima fil-konklużjoni tal-kuntratt bħala legalment dovut u, min-naħa l-oħra, dak ikkalkolat mill-awtoritajiet doganali, mingħajr ma jkun jista’ jitlob mix-xerrej, fil-każ ta’ differenza, żieda fil-prezz jew ħlas kumpensatorju.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi osservat li, skont, b’mod partikolari, l-Artikoli 217 u 220 tal-Kodiċi Doganali, huma l-awtoritajiet tal-Istat ta’ importazzjoni li huma responsabbli għall-kalkolu tad-dazji fuq l-importazzjoni. Ladarba l-valur tat-tranżazzjoni huwa indikat korrettament fid-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni u ladarba r-rata tad-dazji doganali applikabbli tista’ tiġi stabbilita fid-dawl tal-oriġini tal-merkanzija, għandu jiġi kkonstatat li l-imsemmija awtoritajiet jistgħu jikkalkolaw l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni legalment dovut u, għaldaqstant, jisseparaw il-valur ta’ dawn id-dazji mill-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif issostni l-Kummissjoni, b’mod differenti mill-ispejjeż l-oħra msemmija fl-Artikolu 33 tal-Kodiċi Doganali bħall-kummissjonijiet għax-xiri jew l-ispejjeż marbuta max-xogħol għall-armar, li l-eżistenza u l-ammont tagħhom huma bbażati esklużivament fuq il-volontà tal-partijiet fil-kuntratt u jistgħu jkunu magħrufa mill-awtoritajiet doganali biss sa fejn huma jirriżultaw b’mod espliċitu mid-dikjarazzjonijiet ta’ importazzjoni u mid-dokumenti marbuta magħhom, id-dazji fuq l-importazzjoni huma rregolati b’mod mandatorju mit-tariffa doganali tal-Unjoni. Għaldaqstant, ir-riskju li jiġu ppreżentati spejjeż fittizji jew stmati żżejjed sabiex jitnaqqas b’mod frawdolenti l-valur doganali tal-merkanzija importata huwa, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, eskluż.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7464"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li għalkemm, f’tali sitwazzjoni, it-tnaqqis tad-dazji fuq l-importazzjoni li huma ogħla minn dawk stmati inizjalment mill-bejjiegħ, stabbiliti waqt kontroll <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT>, iwassal għal tnaqqis tal-valur doganali tal-merkanzija importata, dan il-valur ma jistax, madankollu, jitqies bħala arbitrarju jew fittizju, iżda għandu, bil-kontra, jitqies li jirrifletti l-valur ekonomiku reali ta’ din il-merkanzija fid-dawl tas-sitwazzjoni ġuridika konkreta tal-partijiet fil-kuntratt.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Anki jekk jingħad, kif isostni l-Gvern Olandiż, li l-bejjiegħ li kien jaf mal-konklużjoni tal-kuntratt l-ammont korrett tad-dazji fuq l-importazzjoni jkun għażel li jżid il-prezz tal-merkanzija pjuttost milli jnaqqas il-profitti tiegħu, dan ma jipprekludix il-fatt li, f’każ bħal dak fil-kawża prinċipali, il-bejjiegħ intrabat li jbati b’mod sħiħ l-ispejjeż tal-ħelsien mid-dwana kif ukoll il-konsegwenzi tal-eventwali żbalji ta’ fatt jew ta’ liġi li jkun wettaq fl-istima tad-dazji fuq l-importazzjoni, mingħajr ma jkun jista’ jitlob mix-xerrej żieda fil-prezz jew kwalunkwe ħlas kumpensatorju ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 33 tal-Kodiċi Doganali, li tipprovdi li d-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiġu murija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>separatament<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> mill-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata, hija sodisfatta meta l-partijiet fil-kuntratt jkunu qablu li l-kunsinna ta’ din il-merkanzija ser issir DDP u indikaw dan fid-dikjarazzjoni doganali iżda, minħabba żball dwar l-oriġini preferenzjali tal-imsemmija merkanzija, ma indikawx l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7465"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kundizzjoni msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, li tipprovdi li d-dazji fuq l-importazzjoni għandhom jiġu murija</HT> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/><HT TYPE="BOLD">separatament</HT><QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> <HT TYPE="BOLD">mill-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-merkanzija importata, hija sodisfatta meta l-partijiet fil-kuntratt jkunu qablu li l-kunsinna ta’ din il-merkanzija ser issir DDP (</HT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/><HT TYPE="BOLD">Delivered Duty Paid</HT><QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><HT TYPE="BOLD">) u indikaw dan fid-dikjarazzjoni doganali iżda, minħabba żball dwar l-oriġini preferenzjali tal-imsemmija merkanzija, ma indikawx l-ammont tad-dazji fuq l-importazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>