European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2678

11.10.2024

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2024/2678

tal-10 ta’ Ottubru 2024

li jemenda r-Regolament (UE) 2024/257 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 u l-2024 dawn l-opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 (1) jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd jenħtieġ li jiġu emendati biex titqies il-pubblikazzjoni tal-parir xjentifiku.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2024/257, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1856 (2), jistabbilixxi qabda totali permissibbli (TAC) proviżorja għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Settembru 2024 fil-livell ta’ 4 997 tunnellata, sakemm il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES, International Council for the Exploration of the Sea) jippubblika l-parir xjentifiku tiegħu għall-inċova fid-diviżjoni 9a tal-ICES għal dak il-perjodu, u ppermetta li s-sajd ikompli. Wara l-pubblikazzjoni ta’ dak il-parir fil-21 ta’ Ġunju 2024, jenħtieġ li t-TAC definittiva għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni ta’ CECAF 34.1.1 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025 tiġi stabbilita fil-livell rakkomandat mill-ICES għall-popolazzjonijiet tal-Punent u tan-Nofsinhar li jinsabu f’dik iż-żona. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi stabbilita kundizzjoni speċjali li skontha l-qabdiet fil-parti tan-Nofsinhar taż-żona tat-TAC ma għandhomx jaqbżu d-969 tunnellata, f’konformità mal-parir tal-ICES għall-popolazzjoni li sseħħ f’dik iż-żona. Barra minn hekk, biex jitqies li l-qabdiet setgħu diġà seħħew taħt it-TAC proviżorja, jenħtieġ li jkunu permessi qabdiet tal-inċova fil-parti tan-Nofsinhar taż-żona tat-TAC matul il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Settembru 2024 flimkien mal-kundizzjoni speċjali ta’ 969 tunnellata, dment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet oħra.

(3)

Fid-29 ta’ Lulju 2024, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF, Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries) ippubblika l-parir tiegħu dwar l-impatt soċjoekonomiku taż-żamma tat-TACs għall-pollakkju (Pollachius pollachius) fid-diviżjoni 8c tal-ICES u fis-subżoni 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 ta’ CECAF għall-2024, għal-livell irrakkomandat mill-ICES. Dak il-parir tal-STECF jindika l-livell ta’ dawk it-TACs meħtieġa biex jiġi evitat il-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwota limitanti”, jiġifieri speċijiet b’nuqqas ta’ kwota li jista’ jwassal biex bastiment tas-sajd wieħed jew aktar jieqfu jistadu anke jekk ikun għad għandhom kwota għal speċijiet oħra. Għalhekk, jenħtieġ li jiżdiedu t-TACs għall-2024 stabbiliti bir-Regolament (UE) 2024/257. Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jenħtieġ li dawk it-TACs jiġu stabbiliti f’livell ta’ 108 tunnellati fid-diviżjoni 8c tal-ICES, u 132 tunnellata fis-subżoni 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 ta’ CECAF li, skont il-parir tal-STECF, ser jippermettu lill-flotot ikomplu joperaw sat-18 ta’ Settembru 2024 u sat-8 ta’ Diċembru 2024 rispettivament, u għalhekk inaqqsu l-fenomenu ta’ “speċijiet bi kwota limitanti” u l-għeluq qabel il-waqt tas-sajd rilevanti li jirriżulta, kif ukoll l-impatti soċjoekonomiċi assoċjati fuq is-settur tas-sajd.

(4)

Għal ċerti stokkijiet addizzjonali, jenħtieġ li jiġu emendati kemm il-kwoti tal-Unjoni kif ukoll il-kwoti tal-Istati Membri għall-2024, biex jitqies it-tnaqqis meħtieġ li jirriżulta mill-eżenzjonijiet mill-obbligu tal-ħatt l-art.

(5)

Fit-13 ta’ Marzu 2024, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2024/897 (4) li jimplimenta fil-liġi tal-Unjoni ċerti miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT, International Commission for the Conversation of Atlantic Tunas). Dak ir-Regolament żied dispożizzjonijiet ġodda fl-Artikoli 9 u 12, tar-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Sabiex jiġu evitati dispożizzjonijiet simili dwar l-istess suġġett, jenħtieġ li l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2024/257 jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Ir-Regolament (UE) 2023/194 stabbilixxa TAC għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fis-subżona 9 tal-ICES għall-2024 fil-livell ta’ 114-il tunnellata. L-ICES ippubblika l-parir tiegħu għal dak l-istokk għall-2025 u l-2026 fis-16 ta’ Awwissu 2024. Għall-2025 u l-2026, l-ICES ipprovda għall-ewwel darba parir għal żewġ popolazzjonijiet differenti ta’ paġella ħamra f’dik iż-żona. L-ICES spjega li dan huwa minħabba li, l-ewwel nett, żewġ popolazzjonijiet ta’ paġella ħamra jinsabu fis-subżona 9 tal-ICES: il-paġella ħamra distribwita fis-subżona 9 tal-ICES ħlief għall-parti tal-Atlantiku tal-Istrett ta’ Ġibiltà (jiġifieri l-kosta tal-Galicia u tal-Portugall); minn naħa waħda, u l-paġella ħamra distribwita fil-parti tal-Atlantiku tal-Istrett ta’ Ġibiltà u fil-Punent tal-Mediterran fuq in-naħa l-oħra.. It-tieni, l-ICES spjega li l-parir tal-Kumitat Xjentifiku Konsultattiv dwar is-Sajd (SAC, Scientific Advisory Committee on Fisheries) tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM, General Fisheries Commission for the Mediterranean) għall-paġella ħamra fis-subżoni ġeografiċi 1 u 3 tal-GFCM (il-Punent tal-Mediterran) ikopri l-popolazzjoni tal-paġella ħamra distribwita fil-Punent tal-Mediterran u fil-parti tal-Atlantiku tal-Istrett ta’ Ġibiltà. Barra minn hekk, skont l-aħħar abbozz ta’ parir tal-SAC għal dak l-istokk għall-2025: (i) il-bijomassa ilha taħt il-Blim (jiġifieri l-punt ta’ referenza tal-bijomassa riproduttiva tal-istokk li taħtu jista’ jkun hemm kapaċità riproduttiva mnaqqsa) mill-2011; (ii) il-bijomassa tal-istokk fl-2024 hija ta’ 30 % tal-Blim; (iii) il-bijomassa ser tibqa’ taħt il-Blim anke mingħajr sajd fl-2025; u (iv) il-mortalità mis-sajd bħalissa hija ta’ 204 % tal-indikatur tal-FMSY fejn “FMSY” hija stmata bħala mortalità mis-sajd li b’mudell tas-sajd partikolari u taħt il-kundizzjonijiet ambjentali medji attwali tagħti l-MSY fit-tul.. Barra minn hekk, l-ICES ta parir li jiġu minimizzati l-qabdiet tal-paġella ħamra fil-parti tal-Atlantiku tal-Istrett ta’ Ġibiltà għall-2025 u l-2026..

(7)

Għaldaqstant, is-sajd għall-paġella ħamra fil-parti tal-Atlantiku tal-Istrett ta’ Ġibiltà fil-bqija tal-2024, skont it-TAC għall-paġella ħamra fis-subżona 9 tal-ICES għall-2024, jista’ jkun ta’ theddida serja għal dak l-istokk. Dik it-theddida serja jenħtieġ li tiġi indirizzata b’mod urġenti. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 4(7) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2019/472, jenħtieġ li s-sajd għall-paġella ħamra fil-parti tal-Atlantiku tal-Istrett ta’ Ġibiltà jiġi sospiż.

(8)

Għalhekk, ir-Regolamenti (UE) 2024/257 u (UE) 2023/194 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq.

(9)

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jemendaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2024/257 rigward l-ICCAT u rigward il-pollakkju fid-diviżjoni 8c tal-ICES u fis-subżoni 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 ta’ CECAF, ħlief għall-projbizzjoni tas-sajd dirett, jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024, f’konformità mal-perjodu ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet emendati. It-TAC għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 ta’ CECAF jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Lulju 2024, għal darba oħra f’konformità mal-perjodu ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni emendata. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, peress li l-livelli tal-opportunitajiet tas-sajd jinżammu jew jiżdiedu.

(10)

Minħabba l-urġenza li jiġu evitati interruzzjonijiet fl-attivitajiet tas-sajd, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2024/257

Ir-Regolament (UE) 2024/257 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 12a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 12a

Miżuri dwar il-pollakkju fid-diviżjonijiet 8a sa 8e tal-ICES, fis-subżoni 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni ta’ CECAF 34.1.1

Daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni ta’ 42 cm għandu japplika għal:

(a)

il-qabdiet tal-pollakkju fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES; u

(b)

il-qabdiet tal-pollakkju fid-diviżjoni 8c tal-ICES, fis-subżoni 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni ta’ CECAF 34.1.1.”

;

(2)

L-Artikolu 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 28

FADs għat-tonn tropikali

1.   Għandu jkun ipprojbit l-użu tal-FADs fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT mill-1 ta’ Jannar 2024 sat-12 ta’ Marzu 2024.

2.   Mis-17 ta’ Diċembru 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tagħhom ma jużawx l-FADs.”

;

(3)

fl-Artikolu 59, it-tielet subparagrafu:

(a)

il-punt (aa) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(aa)

L-Artikolu 12a, il-punt (a), għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 jew sad-data li fiha jsir applikabbli att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2019/1241 u li jemenda l-Anness VII, il-Parti A, ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tad-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni tal-pollakkju fid-diviżjonijiet 8a, 8b, 8d u 8e tal-ICES, skont liema tiġi l-ewwel;”

;

(b)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (aa):

“(ab)

L-Artikolu 12a, il-punt (b), għandu japplika mill-1 ta’ Ottubru 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024 jew sad-data li fiha jsir applikabbli att delegat adottat f’konformità mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2019/1241 u li jemenda l-Anness VII, il-Parti A, ta’ dak ir-Regolament fir-rigward tad-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni tal-pollakkju fid-diviżjoni 8c tal-ICES, fis-subżoni 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 ta’ CECAF, skont liema tiġi l-ewwel;”

;

(c)

il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (i):

“(ia)

Fl-Anness IA, il-Parti A, it-Tabelli 18 u 19, in-nota f’qiegħ il-paġna 1 għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024;”

;

(4)

L-Anness IA, huwa emendat f’konformità mal-Anness I, ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2023/194

Ir-Regolament (UE) 2023/194 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 59, it-tieni subparagrafu, il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt (h):

“(ha)

fl-Anness IA, il-Parti E, it-tabella għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 9 tal-ICES, in-nota 1 f’qiegħ il-paġna għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024;

(hb)

fl-Anness IA, il-Parti E, it-tabella għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 9 tal-ICES, in-nota 2 f’qiegħ il-paġna għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2024;”

;

(2)

L-Anness IA huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

PINTÉR S.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/257 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/194 (ĠU L, 2024/257, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/257/oj).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1856 tat-28 ta’ Ġunju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2024/257 li jistabbilixxi għall-2024, l-2025 u l-2026 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u r-Regolament (UE) 2023/194 li jistabbilixxi għall-2023 dawn l-opportunitajiet tas-sajd (ĠU L, 2024/1856, 1.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1856/oj).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (ĠU L 83, 25.3.2019, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) 2024/897 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2107 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u r-Regolament (UE) 2023/2053 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (ĠU L, 2024/897, 19.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/897/oj).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/2107 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll applikabbli fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001, (KE) Nru 1984/2003 u (KE) Nru 520/2007 (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 1).


ANNESS I

I.

L-Anness IA, il-Parti A, tar-Regolament (UE) 2024/257 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Tabella 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 2

“Speċi:

Inċova

Żona:

9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

Engraulis encrasicolus

(ANE/9/3411)

Spanja

4 519

 (1)  (3)

TAC analitika”

Il-Portugall

4 930

 (1)  (3)

L-Unjoni

9 449

 (1)  (2)  (3)

TAC

9 449

 (1)  (2)  (3)

(2)

It-Tabelli 18 u 19 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Tabella 18

“Speċi:

Pollakkju

Żona:

8c

Pollachius pollachius

(POL/08C.)

Spanja

97

 (4)

TAC analitika

Franza

11

 (4)

L-Unjoni

108

 (4)

TAC

108

 (4)


Tabella 19

Speċi:

Pollakkju

Żona:

9 u 10; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1

Pollachius pollachius

(POL/9/3411)

Spanja

128

 (5)  (6)

TAC analitika”

Il-Portugall

4

 (5)  (6)  (7)

L-Unjoni

132

 (5)  (6)

TAC

132

 (5)  (6)

II.

L-Anness IA, il-Parti B, tar-Regolament (UE) 2024/257 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Tabella 33 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 33

“Speċi:

Megrims

Żona:

8a, 8b, 8d u 8e

Lepidorhombus spp.

(LEZ/8ABDE.)

Spanja

1 154

 

TAC analitika

Franza

931

 

Japplika l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament”

L-Unjoni

2 085

 

TAC

2 175

 

(2)

It-Tabella 38 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 38

“Speċi:

Petriċi

Żona:

8a, 8b, 8d u 8e

Lophiidae

(ANF/8ABDE.)

Spanja

1 872

 

TAC analitika

Franza

10 419

 

Japplika l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament”

L-Unjoni

12 291

 

TAC

12 906

 

(3)

It-Tabella 56 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 56

“Speċi:

Merluzz

Żona:

8a, 8b, 8d u 8e

Merluccius merluccius

(HKE/8ABDE.)

Il-Belġju

12

 (8)

TAC analitika

Spanja

8 359

 

Japplika l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament”

Franza

18 771

 

In-Netherlands

24

 (8)

L-Unjoni

27 166

 

TAC

27 532

 

Kundizzjoni speċjali: fil-limiti ta’ dawn il-kwoti, ma jistgħux jinqabdu kwantitajiet akbar minn dawk mogħtija hawn taħt fiż-żoni li ġejjin:

6 u 7; l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk internazzjonali ta’ 5b; l-ilmijiet internazzjonali ta’ 12 u ta’ 14 (HKE/*57-14)

Il-Belġju

2

 

 

Spanja

2 454

Franza

4 418

In-Netherlands

7

L-Unjoni

6 881

(4)

It-Tabella 121 hija sostitwita b’dan li ġej:

Tabella 121

“Speċi:

Sawrell

Żona:

8c

Trachurus spp.

(JAX/08C.)

Spanja

1 788

 (9)  (10)

TAC analitika

Franza

31

 (9)

L-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma għandux japplika

Il-Portugall

177

 (9)  (10)

Ma għandux japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96”

L-Unjoni

1 996

 (9)

TAC

2 097

 


(1)  Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Ġunju 2025.

(2)  Kundizzjoni speċjali: li minnhom jistgħu jinqabdu sa 969 tunnellata fiż-żona kkonfinata mill-koordinati li ġejjin u mill-kosta (ANE/*09AW):

Punt

Latitudni

Lonġitudni

1

36o00′00″N

5o36′00″W

2

36o00′00″N

11o00′00″W

3

37o01′20″N

8o59′47″W

(3)  Kundizzjoni speċjali: li minnhom il-kwantitajiet li ġejjin, flimkien mal-kwantità msemmija fin-nota 2 f’qiegħ il-paġna u wara li dik il-kwantità tintuża bis-sħiħ, jistgħu jittieħdu fiż-żona msemmija fin-nota 2 f’qiegħ il-paġna fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2024 sat-30 ta’ Settembru 2024 (ANE/*09AW2).

Spanja

1 926

Il-Portugall

2 102

L-Unjoni

4 028

(4)  Mill-1 ta’ Ottubru 2024, għal qabdiet aċċessorji biss, u l-ebda sajd dirett mhu permess fil-kuntest ta’ din il-kwota (POL/*08C-BC).

(5)  Mill-1 ta’ Ottubru 2024, għal qabdiet aċċessorji biss, u l-ebda sajd dirett mhu permess fil-kuntest ta’ din il-kwota (POL/*9/3411-BC).

(6)  Kundizzjoni speċjali: sa 100 % minn din il-kwota jista’ jinqabad fiż-żona 8c (POL/*08C.).

(7)  Minbarra din it-TAC, il-Portugall jista’ jaqbad kwantitajiet tal-pollakkju li ma jaqbżux it-98 tunnellata (POL/93411P).* Mill-1 ta’ Ottubru 2024, din il-kwota addizzjonali tapplika biss għal qabdiet aċċessorji, u mhu permess l-ebda sajd dirett fil-kuntest ta’ din il-kwota (POL/*93411P-BC).

(8)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta’ din il-kwota lejn l-ilmijiet tar-Renju Unit u dawk tal-Unjoni ta’ 2a u 4. Madankollu, il-Kummissjoni u r-Renju Unit għandhom ikunu mgħarrfa minn qabel dwar tali trasferimenti.

(9)  Għall-qabdiet aċċessorji biss. Mhu permess l-ebda sajd dirett għas-sawrell fil-kuntest ta’ din il-kwota.

(10)  Kundizzjoni speċjali: sa 10 % minn din il-kwota jista’ jinqabad f’9 (JAX/*09.).


ANNESS II

Fl-Anness IA, il-Parti E, tar-Regolament (UE) 2023/194, it-tabella għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona 9 tal-ICES hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Paġella ħamra

Żona:

l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona 9

Pagellus bogaraveo

(SBR/09-)

Sena

2023

 

2024

 

TAC prekawzjonarja

Spanja

88

 

88

 (2)

Ma għandux japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 (1)”

Il-Portugall

24

 

24

 (2)

L-Unjoni

112

 

112

 (2)

TAC

114

 

114

 (2)


(1)  Għandha tapplika biss fl-2024.

(2)  Mill-1 ta’ Ottubru 2024, il-qabdiet tal-paġella ħamra ma għandhomx jinqabdu fiż-żona kkonfinata mill-koordinati li ġejjin u mill-kosta:

Punt

Latitudni

Lonġitudni

1

36o10′00″N

11o00′00″W

2

36o10′00″N

5o53′17″W

3

36o00′00″N

5o36′00″W

4

36o00′00″N

11o00′00″W


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2678/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)