26.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 90/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 305/2014

tal-25 ta’ Marzu 2014

dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief ir-ruminanti, il-majjali u t-tjur

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi”, il-grupp funzjonali “addittivi tal-ħżin f’sajlo”. L-applikazzjoni tinkludi wkoll użi oħra tal-istess sustanzi li għalihom s’issa għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni. L-addittiv ġie awtorizzat għal għaxar snin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2013 (2) għar-ruminanti, il-majjali u t-tjur.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-16 ta’ Novembru 2011 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet ta’ użu proposti, l-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li s-sustanzi jtejbu l-istabbiltà aerobika ta’ materjali faċli biex jinħażnu f’sajlos. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi kkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-ħżin f’sajlo”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1222/2013 tad-29 ta’ Novembru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu propjoniku, il-propjonat tas-sodju u l-propjonat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf għar-ruminanti, il-majjali u t-tjur (ĠU L 320, 30.11.2013, p. 16).

(3)   The EFSA Journal 2011; 9(12):2446.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

L-età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplut b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tal-ħżin f’sajlo

1k280

—

Aċidu propjoniku

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċidu propjoniku ≥ 99,5 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċidu propjoniku ≥ 99,5 %

C3H6O2 Nru CAS: 79-09-4

Residwu mhux volatili ≤ 0,01 % meta mnixxef b’140 C sa piż kostanti

Aldeidi ≤ 0,1 % espressi bħala formaldeid

Prodott b’sinteżi kimika

 

Metodu tal-Analiżi  (1)

Il-kwantifikazzjoni ta’ aċidu propjoniku bħala aċidu propjoniku totali f’addittivi tal-ikel, taħlitiet minn qabel, għalf: Kromatografija b’Fażi Likwida ta’ Rendiment Għoli (HPLC-RI) b’indiċi rifrattiv li teskludi l-joni

L-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief ir-ruminanti, il-majjali u t-tjur

—

—

—

1.

L-użu fl-istess waqt ta’ aċidi organiċi oħra fid-dożi massimi permessi huwa kontraindikat.

2.

L-addittiv għandu jintuża f’materjal faċli biex jinħażen f’sajlo (2).

3.

L-użu fl-istess waqt ma’ sorsi oħra tas-sustanzi attivi ma għandux jaqbeż il-kontenut massimu awtorizzat.

4.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, protezzjoni għall-għajnejn, ingwanti u lbies protettiv.

Il-15 ta’ April 2024

1k281

—

Propjonat tas-sodju

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Propjonat tas-sodju ≥ 98,5 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Propjonat tas-sodju ≥ 98,5 %

C3H5O2Na

Nru CAS: 137-40-6

Telf fit-tnixxif ≤ 4 % iddeterminat permezz ta’ tnixxif għal sagħtejn f’temperatura ta’ 105 °C

Insolubbli fl-ilma ≤ 0,1 %

Prodott b’sinteżi kimika

 

Metodu tal-Analiżi  (1)

Kwantifikazzjoni tal-propjonat tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:

(1)

Kromatografija b’Fażi Likwida ta’ Rendiment Għoli b’sejba tal-indiċi rifrattiv li teskludi l-joni (HPLC-RI) – biex jiġi ddeterminat il-propjonat totali; u

(2)

spettrometrija tal-assorbiment atomiku, AAS (EN ISO 6869) – biex jiġi ddeterminat is-sodju totali.

Kwantifikazzjoni tal-propjonat tas-sodju bħala aċidu propjoniku totali f’taħlitiet minn qabel, għalf: Kromatografija b’Fażi Likwida ta’ Rendiment Għoli b’indiċi rifrattiv li teskludi l-joni (HPLC-RI)

L-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief ir-ruminanti, il-majjali u t-tjur

—

—

—

1.

L-użu fl-istess waqt ta’ aċidi organiċi oħra fid-dożi massimi permessi huwa kontraindikat.

2.

L-addittiv għandu jintuża f’materjali li faċli jinħażnu f’sajlo (2).

3.

L-użu fl-istess waqt ma’ sorsi oħra tas-sustanzi attivi ma għandux jaqbeż il-kontenut massimu awtorizzat.

4.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, protezzjoni għall-għajnejn, ingwanti u lbies protettiv.

Il-15 ta’ April 2024

1k284

—

Propjonat tal-ammonju

 

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ propjonat tal-ammonju ≥ 19,0 %, aċidu propjoniku ≤ 80,0 % u ilma ≤ 30 %

 

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Propjonat tal-ammonju: C3H9O2N

Nru CAS 17496-08-1

Prodott b’sinteżi kimika

 

Metodu tal-Analiżi  (2)

Kwantifikazzjoni tal-propjonat tal-ammonju fl-addittiv tal-għalf:

(1)

Kromatografija b’Fażi Likwida ta’ Rendiment Għoli b’sejba tal-indiċi rifrattiv li teskludi l-joni (HPLC-RI) – biex jiġi ddeterminat il-propjonat totali; u

(2)

titrazzjoni bl-aċidu tal-kubrit u bl-idrossidu tas-sodju biex jiġi ddeterminat l-ammonju.

Kwantifikazzjoni ta’ propjonat tal-ammonju bħala t-total ta’ aċidu propjoniku f’taħlitiet minn qabel, għalf: Kromatografija b’Fażi Likwida ta’ Rendiment Għoli b’indiċi rifrattiv li teskludi l-joni (HPLC-RI)

L-ispeċijiet tal-annimali kollha ħlief ir-ruminanti, il-majjali u t-tjur

—

—

—

1.

L-użu fl-istess waqt ta’ aċidi organiċi oħra fid-dożi massimi permessi huwa kontraindikat.

2.

L-addittiv għandu jintuża f’materjali faċli biex jinħażnu f’sajlo (2).

3.

L-użu fl-istess waqt ma’ sorsi oħra tas-sustanzi attivi ma għandux jaqbeż il-kontenut massimu awtorizzat.

4.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw protezzjoni għan-nifs, protezzjoni għall-għajnejn, ingwanti u lbies protettiv.

Il-15 ta’ April 2024


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

(2)  Foraġġ li faċli jinħażen f’sajlo: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materjal frisk (eż. pjanta sħiħa tal-qamħirrum, sikrana, ħafur jew polpa tal-pitravi), Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).