<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-210/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0210</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:586">EU:C:2019:586</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20190710">10.7.2019</DATE> – Kawża C‑210/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Westbahn Management</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport</KEYWORD><KEYWORD>Żona ferrovjarja unika Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2012/34/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>infrastruttura ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Anness II</KEYWORD><KEYWORD>Provvisti minimi</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni tal-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑210/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mix-Schienen-Control Kommission (il-Kummissjoni għall-Kontroll Ferrovjarju, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20180219">19 ta’ Frar 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20180323">23 ta’ Marzu 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Westbahn Management GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">ÖBB-Infrastruktur AG,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen, President tal-Awla, J. Malenovský u L. S. Rossi (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: Șereș, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20190117">17 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal WESTbahn Management GmbH, minn R. Schender, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal ÖBB-Infrastruktur AG, minn K. Retter, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas kif ukoll minn I. Cohen u A.-L. Desjonquères, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Braun u J. Hottiaux, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20190328">28 ta’ Marzu 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE> li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 343, p. 32</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="196" PAGE.FIRST="67" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 196, p. 67</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="067" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 67, p. 32</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba saret fil-kuntest ta’ tilwima bejn WESTbahn Management GmbH u ÖBB-Infrastruktur AG dwar il-legalità tat-tariffi rikjesti minn din tal-aħħar għall-użu, minn WESTbahn Management, ta’ pjattaformi tal-passiġġieri fl-istazzjonijiet ferrovjarji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KEE) Nru 2598/70</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2598/70 tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="19701218">18 ta’ Diċembru 1970</DATE> li jispeċifika l-entrati li għandhom jiġu inklużi taħt id-diversi intestaturi fil-formoli tal-kontijiet murija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1108/70 ta’ l‑<DATE ISO="19700604">4 ta’ Ġunju 1970</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 54) ipprevediet:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>L-infrastruttura tal-ferroviji tikkonsisti fl-affarijiet segwenti, sakemm dawn jiffurmaw parti mil-linja permanenti, li tinkludi l-binarji ż-żgħar tal-ġenb, iżda teskludi l-linji li qegħdin fil-postijiet fejn jissewwew il-magni tal-ferrovija, fl-imħażen jew fl-imħażen lokomottivi, u branki ta’ linji u binarji żgħar privati:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>pjattaformi għall-passiġġieri u għall-mekanzija;</P></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 91/440/KEE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/440/KEE tad‑<DATE ISO="19910729">29 ta’ Lulju 1991</DATE> dwar l-iżvilupp tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 341), ippreveda:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>infrastruttura tal-ferroviji<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> se tfisser kull ħaġa elenkat fl-Anness [I Parti A] tar-[Regolament Nru 2598/70];</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2001/14/KE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Anness II tad-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20010226">26 ta’ Frar 2001</DATE> fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta’ l-infrastruttura tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta’ l-infrastruttura tal-ferrovija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, P. 404) ġie fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Servizzi li għandhom jingħataw lill-impriżi tal-ferroviji.</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-pakkett ta’ aċċess minimu għandu jkun jikkonsisti:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fl-immaniġġar ta’ talbiet għall-kapaċità infrastrutturali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fid-dritt li tintuża l-kapaċità allokata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-użu ta’ running track points u ġonot;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>fil-kontroll tal-ferrovija inkluż is-senjalar, ir-regolament, id-dispaċċ, u l-komunikazzjoni u d-dispożizzjoni ta’ infrmazzjoni dwar il-moviment tal-ferrovija;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>l-informazzjoni oħra kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni jew l-operazzjoni tas-servizz li għalih ingħatat il-kapaċità.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Aċċess għall-binarju għal faċilitajiet tas-servizzi u l-fornitura tas-servizzi għandhom jinkludu:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>stazzjonijiet tal-passiġġiera, il-bini tagħħom u faċilitajiet oħrajn;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2012/34</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessi 3, 7, 8, 26 u 65 tad-Direttiva 2012/34 jiddikjaraw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>(3)</NO.P><TXT>L-effiċjenza tas-sistema ferrovjarja trid titjieb, sabiex tiddaħħal f’suq kompetittiv, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali tal-linji tal-ferrovija.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Il-prinċipju tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi għandu jiġi applikat għas-settur ferrovjarju, u jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dak is-settur.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Sabiex tingħata spinta lill-kompetizzjoni fl-immaniġġjar tas-servizz ferrovjarju rigward il-kumdità mtejba u s-servizzi offruti lil min jużaha, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli b’mod ġenerali għall-iżvilupp tal-infrastruttura xierqa tal-ferrovija.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(26)</NO.P><TXT>Sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi ferrovjarji u jiġu garantiti b’mod sħiħ it-trasparenza u l-aċċess nondiskriminatorju għas-servizzi u l-forniment tagħhom, għandha ssir distinzjoni bejn il-forniment tas-servizzi tat-trasport u t-tħaddim tal-faċilitajiet tas-servizz. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(65)</NO.P><TXT>Huwa xieraq li jiġu definiti dawk il-komponenti tas-servizz tal-infrastruttura li huma essenzjali biex jippermettu lil operatur li jipprovdi servizz u li għandhom jingħataw għal piżijiet ta’ aċċess minimi.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi, fil-punti 1 sa 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>impriża ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser impriża pubblika jew privata liċenzjata skont din id-Direttiva, li n-negozju ewlieni tagħha huwa li tipprovdi servizzi għat-trasport ta’ oġġetti u/jew ta’ passiġġieri bil-ferrovija b’kundizzjoni li l-impriża tiżgura trazzjoni; din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu trazzjoni biss;</P><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>maniġer tal-infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser kull korp jew ditta responsabbli b’mod partikolari biex tistabbilixxi, timmaniġġja u żżomm l-infrastruttura ferrovjarja, inkluż l-immaniġġjar tat-traffiku u l-kontroll tal-kmand u s-senjalar; il-funzjonijiet tal-maniġer tal-infrastruttura f’netwerk jew f’parti minn netwerk jistgħu jiġu allokati lil korpi jew ditti differenti;</P><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>infrastruttura ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser, l-elementi kollha elenkati fl-Anness I<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kundizzjonijiet tal-aċċess għas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 2 u 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom ifornu lill-impriżi ferrovjarji kollha fuq bażi nondiskriminatorja, il-pakkett minimu ta’ aċċess stipulat fil-punt 1 tal-Anness II.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Operaturi ta’ faċilitajiet ta’ servizz għandhom ifornu b’mod nondiskriminatorju lill-impriżi ferrovjarji kollha bl-aċċess, inkluż l-aċċess għall-binarji, lill-faċilitajiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II, u lis-servizzi fornuti f’dawn il-faċilitajiet.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Talbiet li jsiru minn impriżi ferrovjarji għall-aċċess għal, u l-forniment ta’ servizzi fil-faċilità ta’ servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II għandhom jingħataw risposta f’terminu ta’ żmien raġonevoli stipulat mill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55. Dawn it-talbiet jistgħu jiġu miċħuda biss jekk jeżistu alternattivi vijabbli li jippermettulhom iħaddmu s-servizz tat-trasport tal-merkanzija jew tal-passiġġieri kkonċernat fuq l-istess rotta jew rotot alternattivi b’kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli. […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 ta’din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Il-Prinċipji tat-tqegħid tal-imposti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprevdi, fil-paragrafi 3 sa 7 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 jew 5 ta’ dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 32, l-imposti għall-pakkett minimu tal-aċċess u għal aċċess għal infrastrutturi li jgħaqqdu l-faċilitajiet ta’ servizz għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.007"><NO.PARAG>7.</NO.PARAG><ALINEA>L-imposti imposti għal aċċess għal binarji fil-faċilità ta’ servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II u l-forniment ta’ servizzi f’tali faċilitajiet ma għandhomx ikunu aktar mill-ispiża biex jiġu pprovduti, flimkien ma’ profitt raġonevoli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Anness I tad-Direttiva 2012/34, li fih <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Lista ta’ elementi tal-infrastruttura ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jgħid hekk:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>L-infrastruttura ferrovjarja tikkonsisti fl-affarijiet segwenti, sakemm dawn jiffurmaw parti mil-linja permanenti, li tinkludi l-binarji ż-żgħar tal-ġenb, iżda teskludi l-linji li qegħdin fil-postijiet fejn jissewwew il-magni tal-ferrovija, fl-imħażen jew fl-imħażen lokomottivi, u branki ta’ linji u binarji żgħar privati:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>[…] pjattaformi għall-passiġġieri u għall-merkanzija, inkluż fi stazzjonijiet tal-passiġġieri u terminals tal-merkanzija […],</P></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Anness II ta’ dik id-direttiva, li fih il-lista ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Servizzi li għandhom jingħataw lill-impriżi ferrovjarji (imsemmija fl-Artikolu 13)<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> huwa fformulat fit-termini li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-pakkett ta’ aċċess minimu għandu jkun jikkonsisti:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>fl-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja, inklużi track points u ġonot;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…].</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għandu jingħata aċċess, inkluż aċċess għat-tracks, għall-faċilitajiet tas-servizzi li ġejjin, meta dawn ikunu jeżistu, u għas-servizzi fornuti f’dawn il-faċilitajiet:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-binjiet tagħhom u faċilitajiet oħrajn; inkluż informazzjoni dwar l-ivvjaġġar u post adattat għal servizzi relatati mal-biljetti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>ÖBB-Infrastruktur hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>maniġer tal-infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2012/34, li tmexxi l-maġġoranza tan-netwerk ferrovjarju Awstrijak.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>WESTbahn Management. li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>impriża ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, titlob mingħand ÖBB-Infrastruktur il-waqfien tal-ferroviji fl-istazzjonijiet ferrovjarji fuq in-netwerk ferrovjarju Awstrijak.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Billi t-tariffa rikjesta minn ÖBB-Infrastruktur għall-użu ta’ dawn l-istazzjonijiet ferrovjarji kien għoli wisq, WESTbahn Management ressqet ilment dwar il-legalità ta’ din it-tariffa quddiem ix-Schienen-Control Kommission (il-Kummissjoni għall-Kontroll Ferrovjarju, l-Awstrija), bħala korp regolatorju għas-settur ferrovjarju Awstrijak.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-partijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqblux dwar jekk l-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri jaqax fil-pakkett kollu ta’ aċċess minimu u b’mod partikolari, fl-użu tal-infrastruttura ferrovjarja fis-sens tal-punt 1(c) tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34 jew fl-aċċess għall-faċilitajiet tas-servizz fis-sens tal-punt 2 (a) tal-Anness II ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, dan il-punt huwa deċiżiv għad-determinazzjoni tal-ammonti permissibbli tat-tariffa rikjesta għall-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri. Fil-fatt, it-tariffi rċevuti għall-pakkett kollu ta’ aċċess minimu, fis-sens tal-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 2012/34, huma ugwali għall-ispiża li hija direttament riżultat tal-operat tas-servizz ferrovjarju. Għall-kuntrarju, konformement mal-Artikolu 31(7) ta’ dik id-direttiva, it-tariffi pagabbli għal aċċess għall-binarji fil-kuntest tal-faċilitajiet ta’ servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II tal-imsemmija direttiva ma jaqbżux l-ispiża tal-pakkett ta’ aċċess minimu tagħha flimkien ma’ profitt raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li interpretazzjoni litterali tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2012/34 twassal li tiffavorixxi l-interpretazzjoni li skontha l-użu tal-binarji tal-passiġġieri jaqa’ fis-servizzi minimi kollha u, b’mod partikolari, fl-użu tal-infrastruttura ferrovjarja previst fil-punt 1(c) tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34. Fil-fatt dik id-dispożizzjoni tikklassifika bħala pakkett ta’ aċċess minimu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li,konformement mat-tieni inċiż tal-Anness I ta’ din id-direttiva, tikkonsisti, b’mod partikolari, minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>pjattaformi għall-passiġġieri […] inkluż fi stazzjonijiet tal-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma jkunx il-każ jekk kellha tingħata interpretazzjoni sistematika tad-Direttiva 2012/34, li skontha l-pjattaformi tal-passiġġieri jkunu inklużi fil-kategorija li tinkludi l-i<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-binjiet tagħhom u faċilitajiet oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> bħala faċilitajiet ta’ servizz fis-sens tal-punt 2(a) tal-Anness II ta’ din id-direttiva, u b’hekk jevitaw il-benefiċċji minimi stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2012/34, id-Direttiva 2001/14 kien fiha Anness II, simili għall-Anness II tad-Direttiva 2012/34. Madankollu, għall-kuntrarju ta’ dan l-aħħar anness, l-Anness II tad-Direttiva 2001/14 ma inkludiex l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja fost il-pakkett ta’ aċċess minimu, sabiex, skont il-qorti tar-rinviju, kien evidenti li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>pjattaformi tal-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> għandhom jiġu inklużi fil-kategorija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-bini tagħhom u infrastrutturi oħra<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> imsemmija fil-punt 2(c) tal-Anness II tad-Direttiva 2001/14. Għaldaqstant, dik il-qorti tqis li, kieku l-leġiżlatur tal-Unjoni kien beħsiebu jimmodifika l-prinċipju ta’ tariffikazzjoni għall-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri, kien iħabbarha fil-premessi tad-Direttiva 2012/34, u dan iktar u iktar meta bidla bħal din tkun tinvolvi konsegwenzi finanzjarji sinjifikasttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li x-Schienen-Control Kommission (il-Kummissjoni għall-Kontroll Ferrovjarju, l-Awstrija) iddeċidiet li twaqqaf il-proċeduri quddiemha imenti u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1)</NO.P><TXT>Il-punt 2(a) tal-Anness II tad-Direttiva [2012/34] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorija <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-binjiet tagħhom u faċilitajiet oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> imsemmija fih tinkludi l-element tal-infrastruttura ferrovjarja <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>pjattaformi għall-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/> skont it-tieni inċiż tal-Anness I ta’ din id-direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:</TXT><P>Il-punt 1(c) tal-Anness II tad-Direttiva [2012/34] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kategorija <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>l-użu ta’ infrastruttura ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> msemmija fih tinkludi l-użu tal-pjattaformi għall-passiġġieri skont it-tieni inċiż tal-Anness I ta’ din id-direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jitqiesu flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Anness II tad-Direttiva 2012/34 għandux jiġi interpretat li jfisser li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>pjattaformi għall-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, kif imsemmija fl-Anness I ta’ dik id-direttiva, huma parti mill-infrastruttura<?PAGE NO="7"?> ferrovjarja li l-użu tagħhom jaqa’ fil-pakkett ta’ aċċess minimu konformement mal-punt 1(c) tal-imsemmi Anness II jew jikkostitwixxi faċilità ta’ servizz fis-sens tal-punt 2(a) ta’ dan l-istess Anness II.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li jiġi kkunsidrat mhux biss il-kliem tagħha imma wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet tal-leġiżlazzjoni li din tagħmel parti minnha (sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Lassal</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:592">EU:C:2010:592</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190411">11 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>Tarola</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑483/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:309">EU:C:2019:309</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2012/34 jiddefinixxi l-infrastruttura ferrovjarja bħala l-elementi kollha elenkati fl-Anness I ta’ dik id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, konformement ma’ dan l-Anness I, l-infrastruttura ferrovjarja tinkludi, b’mod partikolari, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>pjattaformi għall-passiġġieri u għall-merkanzija, inkluż fi stazzjonijiet tal-passiġġieri u terminals tal-merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għalhekk, jekk il-pjattaformi tal-passiġġieri jagħmlu parti mill-infrastruttura ferrovjarja, isegwi neċessarjament li l-użu tagħhom, konformement mal-punt 1(c) tal-Anness II tal-istess direttiva, fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>użu ta’ infrastruttura ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Kif tqis il-qorti tar-rinviju, mill-forulazzzjoni stess ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/34 għaldaqstant jirriżulta li l-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri jaqa’ fil-pakkett ta’ aċċess minimu stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Interpretazzjoni bħal din hija kkonfermata kemm fil-kuntest storiku tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2012/34 kif ukoll mill-għanijiet segwiti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest storiku tal-imsemmija dispożizzjonijiet, għandu, qabel kollox, jitfakkar li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>binarji tal-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> kien diġà inkluż fid-definizzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/34. Fil-fatt, it-tielet inċiż tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/440 jiddefinixxi l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>infrastruttura ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> b’riferiment għall-elementi kollha msmemija fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament Nru 2598/70, li fosthom jinsabu l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>binarji tal-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ċertament, sa fejn, taħt l-Anness II tad-Direttiva 2001/14, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ma kienx jinsab fost il-pakkett ta’ aċċess minimu, l-użu tal-pjattaformi għall-passiġġieri seta’ jaqa’ fl-aċċess għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>stazzjonijiet tal-passiġġieri, il-bini tagħhom u infrastrutturi oħra<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fis-sens tal-punt 2(c) tal-Anness II tad-Direttiva 2001/14.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-punt 1 tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34 żied <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fost il-pakkett ta’ aċċess minimu, l-użu ta’ dawn il-pjattaformi għandu jitqies issa li jaqa’ f’dan il-pakkett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Insegwitu, il-fatt li, meta ġiet adottata d-Direttiva 2012/34, il-leġiżlatur stabbilixxa, fl-Anness I ta’ din tal-aħħar, li l-infrastruttura ferrovjarja tinkludi, b’mod partikolari, il-pjattaformi tal-passiġġieri, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>inkluż fi stazzjonijiet tal-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, juri r-rieda li ssir distinzjoni bejn, minn naħa, il-pjattaformi tal-passiġġieri, u min-naħa l-oħra, l-istazzjonijiet tal-passiġġieri, fejn dawn tal-aħħar biss jikkostitwixxu faċilitajiet tas-servizzi fis-sens tal-punt 2(a) tal-Anness II tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-Anness II ma kien bl-ebda mod emendat mid-Direttiva (UE) 2016/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE> li temenda d-Direttiva 2012/34 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri u l-governanza tal-infrastruttura ferrovjarja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 352, p. 1</REF.DOC.OJ>) iwassal għall-konklużjoni li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jestendi l-pakkett ta’ aċċess minimu sabiex jinkludi l-użu ta’ pjattaformi għall-passiġġieri bħala komponent tal-infrastruttura ferrovjarja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, huwa minnu li, kif tindika l-qorti tar-rinviju, l-amplifikazzjoni tal-pakkett ta’ aċċess minimu magħmul mid-Direttiva 2012/34 sabiex jiġi inkluż fih l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja ma kinitx is-suġġett ta’ motivazzjoni speċifika fil-premessi ta’ din id-direttiva. Madankollu, dan ma jistax jostakola li l-Anness II tal-imsemmija direttiva jiġi interpretat fis-sens li l-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri jaqa’ fil-pakkett ta’ aċċess minimu fis-sens ta’ dak l-anness, peress li diġà ġie speċifikat f’ġurisprudenza stabbilita li, jekk mill-att ta’ portata ġenerali joħroġ l-għan essenzjali li jrid jintlaħaq mill-istituzzjoni, ikun eċċessiv li tkun meħtieġa motivazzjoni speċifika għall-għażliet tekniċi differenti li jkunu saru (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180207">7 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>American Express</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑304/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:66">EU:C:2018:66</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-għażla magħmula mil-leġiżlatura tal-Unjoni hija konsistenti mal-kisba tal-għanijiet tad-Direttiva 2012/34.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-premessi 3, 7, 8 u 26 ta’ dik id-direttiva jirriżulta li din tal-aħħar hija intiża li ttejjeb l-effikaċja tas-sistema ferrovjarja sabiex tintegraha f’suq kompetittiv, b’mod partikolari billi tistimula l-kompetizzjoni ġusta fil-qasam tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju u billi tiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi lis-settur ferrovjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Huwa preċiżament għal dawn l-għanijiet li d-Direttiva 2012/34, konformement mal-premessa 65 tagħha, tiddefinixxi l-komponenti tas-servizz tal-infrastruttura li huma essenzjali sabiex jippermettu li operatur jipprovdi servizz u li għandhom jingħataw għal imposti minimi għall-aċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, il-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjoni ta’ l-aċċess u tat-tariffi rriservati għall-pakkett ta’ aċċess minimu hija, b’mod partikolari fid-dawl tan-natura essenzjali ta’ dan tal-aħħar, partikolarment favorevoli għall-impriżi ferrovjarji li għalihom il-maniġers tal-infrastruttura huma marbuta li jipprovdu dan il-pakkett ta’ aċċess. Fil-fatt, l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 2012/34 jistipula li l-maniġers tal-infrastruttura huma marbuta jipprovdu lill-impriżi ferrovjarji kollha bil-pakkett ta’ aċċess minimu kollu, fuq bażi mhux diskriminatorja, bil-korrisdettiv ta’ tariffi daqs l-ispiża direttament sostnuta minħabba l-operat tas-servizz ferrovjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’kuntrast, konformement mal-Artikolu 13(2) u (4) kif ukoll mal-Artikolu 31(7) ta’ din id-direttiva, l-aċċess għall-faċilitajiet tas-servizz imsemmija fil-punt 2 tal-Anness II tal-imsemmija direttiva jista’ jiġi rrifjutat biss jekk ikun hemm alternattivi vijabbli u t-tariffa imposta għal dan l-aċċess ma għandhiex taqbeż l-ispiża tal-pakkett ta’ aċċess minimu miżjuf bi profitt raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jżid l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja, inklużi għalhekk il-pjattaformi tal-passiġġieri, mal-pakket ta’ aċċess minimu, jippromwovi l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-impriżi ferrovjarji għas-suq tat-trasport ferrovjarju u b’hekk jissodisfa l-għanijiet tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Konsegwentement, interpretazzjoni restrittiva tal-kliem tal-punt 1(c) tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34 tneħħi kwalunkwe effett utli tal-emenda, minn din tal-aħħar, tal-leġiżlazzjoni preċedenti sabiex jiġi inkluż l-użu tal-infrastruttura ferrovjarja fil-pakkett kollu ta’ aċċess minimu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Anness II tad-Direttiva 2012/34 għandu jiġi interpretat li jfisser li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>pjattaformi għall-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, imsemmija fl-Anness II ta’ din id-direttiva huma parti mill-infrastruttura ferrovjarja li l-użu tagħhom jaqa’ fil-pakkett ta’ aċċess minimu, konformement mal-punt 1(c) tal-imsemmi Anness II.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar il-limitazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ din is-sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, ÖBB-Infrastruktur talbet lill-Qorti tillimita l-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ din is-sentenza f’każ li l-Anness II tad-Direttiva 2012/34 jiġi interpretat li l-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri jaqa’ fil-pakkett ta’ aċċess minimu, fis-sens tal-punt 1(c) tal-imsemmi anness.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, ÖBB-Infrastruktur tosserva, minn naħa, ir-riskju ta’ problemi ekonomiċi serji li jirriżultaw mill-ħall anki parzjali ta’ kuntratti konklużi f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> minn dawn tal-aħħar mal-impriżi tat-trasport ferrovjarju u, min-naħa l-oħra, il-fatt li l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea setgħu kkontribwixxew li jagħmlu oġġettivament inċerta l-portata tad-dispożizzjonijiet li huma s-suġġett tat-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lil dispożizzjoni legali tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni mogħtija lilha mill-Artikolu 267 TFUE, tikkjarifika u tippreċiża t-tifsira u l-portata ta’ din ir-regola, hekk kif għandha jew kellha tinftiehem u tiġi applikata sa mill-mument tad-dħul fis-seħħ tagħha. Minn dan jirriżulta li r-regola hekk interpretata tista’ u għandha tiġi applikata mill-qorti anki għal relazzjonijiet ġuridiċi li nħolqu jew ġew stabbiliti qabel is-sentenza li tiddeċiedi dwar talba għal interpretazzjoni, sakemm, barra minn hekk, jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li jippermettu li titressaq tilwima dwar l-applikazzjoni tal-imsemmija regola quddiem il-qrati kompetenti (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Skanska Industrial Solutions <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑724/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:204">EU:C:2019:204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Huwa biss f’każijiet eċċezzjonali ferm li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’applikazzjoni ta’ prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali inerenti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, tillimita l-possibbiltà għal kull persuna kkonċernata li tinvoka dispożizzjoni li hija tkun interpretat bil-għan li tqiegħed inkwistjoni relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>. Sabiex tali limitazzjoni tkun tista’ tingħata, huwa neċessarju li jiġu ssodisfatti żewġ kriterji essenzjali, jiġifieri l-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tal-persuni kkonċernati u r-riskju ta’ diffikultajiet serji (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Skanska Industrial Solutions <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑724/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:204">EU:C:2019:204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Iktar speċifikament, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikorriet għal din is-soluzzjoni biss f’ċirkustanzi speċifiċi, b’mod partikolari meta kien jeżisti riskju ta’ riperkussjonijiet ekonomiċi gravi dovuti b’mod partikolari għan-numru għoli ta’ relazzjonijiet ġuridiċi kkostitwiti f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni meqjusa bħala validament fis-seħħ u meta kien jidher li l-individwi u l-awtoritajiet nazzjonali kienu ġew imħeġġa sabiex jadottaw aġir mhux konformi mad-dritt tal-Unjoni minħabba inċertezza oġġettiva u sinjifikattiva għal dak li jirrigwarda l-portata tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, inċertezza li għaliha kienu eventwalment ikkontribwixxew l-aġir stess adottat minn Stati Membri oħra jew mill-Kummissjoni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Skanska Industrial Solutions <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑724/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:204">EU:C:2019:204</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, kif josserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 75 tal-konklużjonijiet tiegħu, ÖBB-Infrastruktur tillimita ruħha li ssostni li, jekk l-użu tal-pjattaformi tal-passiġġieri kellu jaqa’ fil-pakkett ta’ aċċess minimu, fis-sens tal-punt 1(c) tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34, dan ikollu konsegwenzi fuq ir-relazzjonijiet legali li tkun ikkonkludiet f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> mal-impriżi ferrovjarji, li x-xoljiment tagħhom tinvolvi piż ekonomiku eċċessiv għaliha. Issa, sa fejn ÖBB-Infrastruktur ma tipprovdix lill-Qorti tal-Ġustizzja b’xi informazzjoni preċiża dwar in-numru ta’ relazzjonijiet ġuridiċi kkonċernati jew dwar in-natura u d-daqs ta’ tali piż ekonomiku, tali argument ma jistax ikun biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw il-limitazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-effetti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma hemmx lok li l-effetti <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> ta’ din is-sentenza jiġu limitati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Anness II tad-Direttiva 2012/34 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE> li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>pjattaformi għall-passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, imsemmija fl-Anness I ta’ din id-direttiva, huma parti mill-infrastruttura ferrovjarja li l-użu tagħhom jaqa’ fil-pakkett ta’ aċċess minimu, konformement mal-punt 1(c) tal-imsemmi Anness II.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>