12007L/AFI/DCL/58

Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - B. Dikjarazzjonijiet dwar Protokolli annessi għat-Trattati - 58. Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija u tar-Repubblika ta' Malta dwar l-ortografija ta' l-isem tal-munita unika fit-Trattati

Official Journal 306 , 17/12/2007 P. 0269 - 0269


58. Dikjarazzjoni tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija u tar-Repubblika ta' Malta dwar l-ortografija ta' l-isem tal-munita unika fit-Trattati

Mingħajr preġudizzju għall-ortografija unifikata ta' l-isem tal-munita unika ta' l-Unjoni Ewropea msemmija fit-Trattati u hekk kif muri fuq il-karti tal-flus u fuq il-muniti, il-Latvja, l-Ungerija u Malta jiddikjaraw li l-ortografija ta' l-isem tal-munita unika, inklużi d-derivattivi, kif użati fit-test kollu bil-Latvjan, bl-Ungeriż u bil-Malti tat-Trattati, m' għandha l-ebda effett fuq ir-regoli eżistenti tal-lingwa Latvjana, tal-lingwa Ungeriża u tal-lingwa Maltija.

--------------------------------------------------