|
28.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 129/2013
tal-14 ta’ Ġunju 2013
li temenda l-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE |
|
(2) |
L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XVI tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Il-punt li ġej huwa mżijud wara l-punt 5b (Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE):
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej: Id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2009/81/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiku kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima u s-Suppliment ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.
(*1) Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.