<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑393/13 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0393</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2105">EU:C:2014:2105</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI — KAWŻA C‑393/13 P</P><P>IL-KUNSILL vs ALUMINA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ppreżentati fis-<DATE ISO="20140717">17 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑393/13 P</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Alumina d.o.o.</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Dumping</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 464/2011</KEYWORD><KEYWORD>Importazzjoni tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1225/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2</KEYWORD><KEYWORD>Valur normali</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet kummerċjali normali</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tiegħu, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Alumina vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>T-304/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:224">EU:T:2013:224</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem, is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 464/2011, tal-<DATE ISO="20110511">11 ta’ Mejju 2011</DATE>, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tat-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="125" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 125, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>regolament ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), sa fejn tirrigwarda lill-Alumina d.o.o. (iktar ’il quddiem, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Alumina<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), rikorrenti fl-ewwel istanza.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-appell tal-Kunsill jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>bejgħ li seħħ fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> li huwa previst fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2009">ĠU L 343, p. 51</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Regolament bażiku<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni legali li essenzjalment iqajjem l-appell preżenti hija s-segwenti: jiġifieri bejgħ li l-prezz tagħhom jinkludi primjum intiż sabiex ikopri r-riskju li x-xerrej tal-prodotti kkonċernati jħallas tard jew ma jħallasx minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu jammontaw għal bejgħ imwettqa fit-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, b’mod li huma għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-valur normali li għandu jiġi kkomparat mal-prezz għall-esportazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping? Il-Kunsill iqis li, billi ngħatat risposta għal din id-domanda fin-negattiv, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fis-sentenza appellata f’dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Huwa konsegwentement jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla l-imsemmija sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) sa (4) u (6) tar-Regolament bażiku jipprovdi b’mod partikolari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali], minn klijenti indipendenti mill-pajjiż esportatur.</ALINEA><ALINEA>Madanakollu, fejn l-esportatur fil-pajjiż esportatur ma jipproduċix jew ma jbigħx il-prodott simili, il-valur normali jista’ jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ prezzijiet ta’ bejjiegħa jew produtturi oħra.</ALINEA><ALINEA>Prezzijiet bejn partijiet li jidhru li jkunu assoċjati jew li jidhru li jkollhom arranġament ta’ kumpens ma’ xulxin ma jistgħux jitqiesu li jkunu fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali] u ma jistgħux jintużaw biex jistabbilixxu valur normali sakemm ma jkunx stabbilit li huma ma humiex milquta mir-relazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-bejgħ tal-prodott simili maħsub għall-konsum domestiku għandu normalment jiġi wżat biex jiġi stabbilit valur normali jekk volum ta’ bejgħ bħal dan jikkonstitwixxi 5 % jew aktar mill-volum tal-bejgħ tal-prodott taħt konsiderazzjoni lill-Komunità. Madanakollu, jista’ jiġi wżat volum inqas ta’ bejgħ meta, per eżempju, il-prezzijiet mitluba jkunu kkunsidrati rappreżentattivi għas-suq konċernat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta ma jkun hemm l-ebda bejgħ jew meta ma jkunx hemm biżżejjed bejgħ tal-prodott simili fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali], jew fejn, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tas-suq, bejgħ bħal dan ma jippermettix paragun xieraq, il-valur normali ta’ prodott simili għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ l-ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini flimkien ma’ ammont raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u għal profitti, jew fuq il-bażi tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali], lill-pajjiż terz xieraq, sakemm dawk il-prezzijiet ikunu rappreżentattivi.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Bejgħ tal-prodott simili fis-suq domestiku tal-pajjiż esportatur, jew bejgħ ta’ esportazzjoni lil pajjiż terz, bi prezzijiet inqas miċ-ċifra ta’ l-ispejjez tal-produzzjoni (fissi u varjabbli) flimkien ma’ l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi jistgħu jiġu trattati bħala li ma jkunux fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali] minħabba l-prezz, u jistgħu ma jitqisux fid-determinazzjoni tal-valur normali, sakemm ikun stabbilit li bejgħ bħal dan isir f’perjodu estiż fi kwanitajiet sostanzjali, u jkun bi prezzijiet li ma jagħmlux tajjeb għall-irkupru ta’ l-ispejjeż kollha f perjodu raġjonevoli.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="002.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ammonti għall-bejgħ, għal spejjeż ġenerali u amministrattivi u għal profitti għandhom jiġu bbażati fuq data attwali li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali], tal-prodott simili mill-esportatur jew il-produttur taħt investigazzjoni. Meta ammonti bħal dawn ma jistgħux jiġu stabbiliti fuq din il-bażi, l-ammonti jistgħu jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-medja peżata ta’ l-ammonti attwali stabbilita għal esportaturi jew produtturi oħra soġġetti għal investigazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodott ta’ l-istess tip fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ oriġini;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ammonti attwali applikabbli għall-produzzjoni u l-bejgħ, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali] ta’ l-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti għall-esportatur jew il-produttur in kwistjoni fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ orġini;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>kwalunkwe metodu raġjonevoli ieħor, sakemm l-ammont għal profitt b’hekk stabbilit ma jaqbiżx il-profitt normalment magħmul minn esportaturi jew produtturi oħra fuq bejgħ ta’ prodotti ta’ l-istess kategorija ġenerali fis-suq domestiku tal-pajjiż ta’ oriġini.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Sussegwentement għal ilment iddepożitat fl-<DATE ISO="20100104">4 ta’ Jannar 2010</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat, fis-<DATE ISO="20100217">17 ta’ Frar 2010</DATE>, notifika ta’ bidu ta’ proċedura antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="040" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2010">ĠU C 40, p. 5</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, prodott użat bħala additiv għall-produzzjoni tad-deterġenti fil-forma ta’ trab u softeners tal-ilma.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20101115">15 ta’ Novembru 2010</DATE>, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 1036/2010, li jimponi dazju ta’ antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tat-trab zeolite A li joriġina mill-Bosnja-Ħerzegovina<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2010">ĠU L 298, p. 27</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Regolament provviżorju<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), li permezz tiegħu hija stabbiliet dazju antidumping provviżorju ta’ 28.1 % fuq l-importazzjonijiet ta’ dan il-prodott li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Minn dan ir-regolament jirriżulta, minn naħa, li l-perijodu ta’ investigazzjoni kopra l-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE> u, min-naħa l-oħra, li l-grupp Birac, li għalih tappartjeni Alumina kienet, f’dan il-perijodu, l-uniku produttur esportatur tal-prodott ikkonċernat fil-Bosnja-Ħerzegovina<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Ara l-premessi 3, 10 u 11 tar-Regolament provviżorju.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Mir-Regolament provviżorju jirriżulta wkoll li, fil-kuntest tal-kalkolu tal-valur normali, il-Kummissjoni rrikorriet għall-metodoloġija deskritta fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, peress li l-bejgħ ta’ Alumina fis-suq intern ma kinux rappreżentattivi fis-sens tal-Artikolu 2(2) tal-istess regolament. Għall-finijiet tal-kostruzzjoni tal-valur normali b’mod konformi mal-imsemmija metodoloġija, il-Kummissjoni użat b’mod partikolari qligħ medju peżat li seħħ fuq il-bejgħ intern tal-prodott simili mwettaq, fil-perijodu ta’ investigazzjoni, mill-grupp Birac li għalih tappartjeni lill-Alumina fit-tranżazzjonijiet kummerċjali normali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara l-premessi 21 sa 26 tar-Regolament provviżorju.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>B’ittri tal-<DATE ISO="20101201">1 ta’ Diċembru 2010</DATE> u tad-<DATE ISO="20110319">19 ta’ Marzu 2011</DATE>, Alumina sostniet b’mod partikolari li l-kostruzzjoni tal-valur normali magħmul mill-Kummissjoni tikser l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku peress li l-Kummissjoni kienet użat għal dan il-għan il-marġni ta’ qligħ mwettaq fil-bejgħ lil klijent domestiku biss tal-grupp Birac, li kienu affettwati minn riskju ikbar ta’ nuqqas ta’ ħlas jew ta’ ħlas tard u, konsegwentement, jinkludu żieda fil-prezz ta’ 25 % bħala primjum għar-riskju. Konsegwentement, skont Alumina, dawn it-tranżazzjonijiet ma jammontawx għal tranżazzjonijiet kummerċjali normali skont ir-Regolament bażiku u b’hekk ma setgħux jiġu kkunsidrati għall-kostruzzjoni tal-valur normali.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Permezz tar-regolament ikkontestat, il-Kunsill stabbilixxa dazju antidumping definittiv ta’ 28.1 % fuq it-trab żeolit A li joriġinaw mill-Bosnja-Ħerzegovina, applikabbli fuq il-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni Ewropea, qabel id-dazju.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Minn dan ir-regolament jirriżulta li l-Kunsill ċaħad l-argument imressaq minn Alumina li skont dan, il-bejgħ intern ma kellux ikun ikkunsidrat bħala li seħħ fit-tranżazzjonijiet kummerċjali normali meta sostna li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>investigazzjoni kienet uriet li d-data u l-provi fornuti mill-[grupp] Birac kienu jammontaw għal bażi sogħda sabiex jiġi stabbilit il-valur normali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara l-premessa 20 tar-regolament ikkontestat.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Alumina ppreżentat rikors għal annullament kontra r-regolament ikkontestat, li insostenn tiegħu, hija qajmet żewġ motivi bbażati, rispettivament, tal-ksur tal-Artikolu 2(3) u (6) u tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li kien meħtieġ li jiġi eżaminat fl-ewwel lok, it-tieni motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>bejgħ imwettaq fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. B’hekk, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali, essenzjalment, ċaħdet l-ewwel parti ta’ dan il-motiv li fil-kuntest tiegħu Alumina kienet issostni li bejgħ mhux rappreżentattiv fis-sens tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, ma setgħux jiġu kkunsidrati bħala li kienu twettqu fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali analizzat it-tieni parti tat-tieni motiv. F’din il-parti, Alumina sostniet li l-Kunsill kien wettaq żball meta ttratta bħala li twettqu fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lil klijent uniku domestiku tiegħu, b’mod li l-prezzijiet tagħhom kienu miżjuda b’25 % għal primjum ta’ riskju ta’ ħlas tard jew tan-nuqqas ta’ ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali l-ewwel nett fakkret, fil-punti 26 sa 30 tas-sentenza appellata, li l-kostruzzjoni tal-valur normali bis-saħħa tal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku għandha l-għan li tistabbilixxi valur normali li jkun l-eqreb possibbli għall-prezz tal-bejgħ tal-prodott, kif ikun kieku l-prodott inkwistjoni jkun mibjugħ fil-pajjiż tal-oriġini jew ta’ esportazzjoni fit-tranżazzjonijiet kummerċjali normali. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali fakkret il-ġurisprudenza li skont din, il-kunċett ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali normali, li, skont il-Qorti Ġenerali, għandu portata oġġettiva, għandu l-għan li jeskludi, għad-determinazzjoni tal-valur normali, is-sitwazzjonijiet li fihom il-bejgħ fuq is-suq intern ma humiex konklużi b’kundizzjonijiet normali. Skont il-Qorti Ġenerali, dan il-kunċett jista’ jitqajjem kemm mill-istituzzjonijiet kif ukoll mill-operaturi li huma s-suġġetti tar-regoli antidumping fil-preżenza ta’ ċirkustanzi li jaffettwaw il-karattru normali tal-operazzjonijiet inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda speċifikament il-primjum ta’ riskju inkwistjoni, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punti 36 sa 41 tas-sentenza appellata, li tali primjum ma jirrappreżentax parti mill-valur tal-prodott mibjugħ u lanqas ma huwa marbut mal-karatteristiċi tiegħu, iżda jammonta min-naħa l-oħra għal ħlas tar-riskju li l-fornitur jerfa’ meta jbigħ prodotti lil klijent partikolari u l-eżistenza u l-portata tiegħu huwa dovut għall-identiċità ta’ dan il-klijent. B’hekk, skont il-Qorti Ġenerali, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali primjum ta’ riskju fil-kuntest tal-kostruzzjoni tal-valur normali għandu l-effett li jinkludi fil-kalkolu fattur li ma huwiex intiż li jistabbilixxi l-prezz li għalih il-prodott ser jinbiegħ fil-pajjiż ta’ oriġini iżda jikkonċerna esklużivament il-kapaċità finanzjarja tax-xerrej domestiku speċifiku. Skont il-Qorti Ġenerali, il-kunsiderazzjoni ta’ tali primjum ta’ riskju b’hekk iżżid artifiċjalment ir-riżultat tal-kalkolu tal-valur normali, u taffettwa l-validità ta’ dan il-kalkolu kif ukoll, konsegwentement, il-validità tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti Ġenerali laqgħat ir-rikors u annullat ir-regolament ikkontestat sa fejn dan jikkonċerna lil Alumina.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat appell kontra s-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Bl-appell tiegħu l-Kunsill jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad ir-rikors, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Alumina għall-ispejjeż relatati mal-appell u mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Alumina titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell tal-Kunsill;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiddeċiedi fuq ir-rikors fl-ewwel istanza u tannulla r-regolament ikkontestat, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>In sostenn tal-appell tiegħu, li jirrigwarda esklużivament il-punti 36 sa 41 tas-sentenza appellata, il-Kunsill qajjem aggravju uniku bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>bejgħ imwettqa fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Il-Kunsill isostni, fl-ewwel lok, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett, sa fejn hija kkunsidrat li bejgħ ma twettqux fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali u b’hekk ma għandhomx jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-kalkolu tal-valur normali, jekk il-prezz tagħhom jinkludi primjum, bħal dak f’din il-kawża, destinat li jkopri r-riskju ta’ ħlas tard jew tan-nuqqas ta’ ħlas minn naħa tax-xerrej. Il-Kunsill isostni, fit-tieni lok, li, billi tadotta tali interpretazzjoni, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Fit-tielet lok, il-Kunsill isostni ksur minn naħa tal-Qorti Ġenerali tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Qabel ma jiġu analizzati fuq il-mertu l-argumenti mressqa mill-Kunsill fil-motiv uniku tiegħu, għandha tiġi eżaminata l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà imqajma minn Alumina kontra l-appell.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tal-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Alumina ssostni li l-aggravju uniku mqajjem mill-Kunsill in sostenn tal-appell tagħha jirrigwarda l-kwistjoni ta’ fatt u mhux fuq il-ksur ta’ dispożizzjoni legali. L-imsemmi aggravju uniku jkun b’hekk inammissibbli quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja b’mod li l-appell għandu jkun miċħud bħala inammissibbli kollu kemm hu. Il-Kunsill stess fil-kitbiet tiegħu ppreżentati quddiem il-Qorti Ġenerali kien ikklassifika bħala kwistjoni ta’ fatt dik dwar jekk il-bejgħ intern imwettaq minn Alumina lil uniku klijent domestiku tagħha kien twettaq fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali. Il-Kunsill jikkontesta l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà u jikkunsidra li l-appell tiegħu huwa ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>F’dak ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-Artikolu 256 TFUE u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-Qorti Ġenerali biss għandha l-kompetenza, minn naħa, li tikkonstata l-fatti u min-naħa l-oħra, li tevalwa dawn il-fatti. Huwa biss fl-ipoteżi fejn l-ineżattezza materjali tal-konstatazzjoni tal-fatti, imwettqa mill-Qorti Ġenerali, tkun<?PAGE NO="6"?> tirriżulta mill-atti tal-proċess li jkunu ġew ippreżentati quddiemha jew f’każ ta’ żnaturament tal-provi ammessi insostenn ta’ dawk il-fatti li dik il-konstatazzjoni jew dik l-evalwazzjoni tal-imsemmija provi, jkunu jikkostitwixxu punti ta’ liġi suġġetti għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tistħarreġ, skont l-Artikolu 256 TFUE, il-karatterizzazzjoni legali ta’ dawn il-fatti u l-konklużjonijiet legali li siltet minnhom il-Qorti Ġenerali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenza Il-Kunsill vs Zhejiang Xinan Chemical Industrial Group, C‑337/09 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:471">EU:C:2012:471</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Issa, jekk il-kwistjoni li jiġi stabbilit b’mod konkret jekk ċerti bejgħ twettqu — jew ma twettqux — fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali tammonta effettivament għal kwistjoni ta’ fatt li tevita l-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi kkonstatat li, permezz tal-aggravju uniku, il-Kunsill jikkritika lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>bejgħ imwettqa fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ [tranżazzjonijiet kummerċjali normali]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, hekk kif previsti fl-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, sa fejn din ikkunsidrat li tali tranżazzjonijiet kummerċjali normali jistgħu jseħħu anki jekk il-prezz ta’ dawn il-bejgħ jinkludu primjum iddestinat li jkopri r-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas jew dewmien fil-ħlas.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-aggravju uniku mqajjem mill-Kunsill b’hekk jirrigwarda mhux fuq il-konstatazzjoni tal-fatti jew l-evalwazzjoni tal-provi magħmula mill-Qorti Ġenerali, iżda fuq l-interpretazzjoni ta’ kunċett ġuridiku u fuq il-konsegwenzi ġuridiċi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tiegħu għal fatti bħal dawk li ġew ikkonstatati.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’hekk jirriżulta li, fl-opinjoni tiegħi, l-aggravju uniku mqajjem mill-Kunsill għandu jiġi kkunsidrat bħala ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta telqet mill-prinċipju li bejgħ ma humiex imwettqa fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali jekk il-prezz jinkludi element, bħal f’dan il-każ, il-primjum ta’ riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas, li ma huwiex marbut mal-valur tal-prodott. Tali interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>bejgħ, fit-tmexxija ordinarja tal-kummerċ [fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> ma tkunx sostnuta la mir-Regolament bażiku, la mill-Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ tal-1994<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21 p. 189, Ftehim inkluż fl-Anness 1 A tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakech fil-<DATE ISO="19940415">15 ta’ April 1994</DATE> u approvat b’Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE>, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21 p. 80).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ftehim antidumping<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). Hija lanqas ma għandha bażi fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>prezz li jirrefletti l-valur tal-prodott<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> magħżul mill-Qorti Ġenerali jkun, skont il-Kunsill, mhux xieraq sabiex jiġi stabbilit jekk bejgħ huwa mwettaq fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali. Fil-fatt, l-użu ta’ tali kriterju jobbliga lill-istituzzjonijiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>jaqtgħu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> sistematikament il-motivi tal-ħlas (u tal-applikazzjoni) tal-prezzijiet ikkomunikati u sabiex jiġi stabbilit il-valur reali tal-prodott. Tali prattika tkun mhux biss waħda li ma tistax titwettaq u tmur kontra l-prinċipju taċ-ċertezza legali, iżda ma jkollha l-ebda rabta mal-kunċett ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali normali, li jissupponi li jiġi vverifikat jekk il-bejgħ ikkunsidrati seħħew f’kundizzjonijiet u b’mod konformi ma’ prattiki li, f’perijodu raġonevoli, setgħu jkunu kkunsidrati bħala normali għall-bejgħ intern ikkonċernat.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali barra minn hekk tinkludi riskju kbir ta’ abbuż. Fil-fatt, sabiex bejgħ intern bi prezz għoli ma jkunux ikkunsidrati għall-finijiet tal-kalkolu tad-dumping, ikun suffiċjenti għall-esportaturi li jinkludu fil-kuntratti tagħhom ta’ bejgħ intern klawżola li tipprovdi li l-prezz jinkludi primjum dwar xi element artifiċjali jkun xi jkun, li ma għandu l-ebda rabta mal-valur tal-prodott, u sussegwentement isostni li, b’hekk, dawn il-bejgħ ma seħħewx fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali u b’hekk għandhom jkunu esklużi mill-kalkolu tal-valur normali.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-referenza fl-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku, li saret mill-Qorti Ġenerali fil-punt 38 tas-sentenza appellata, tkun bla sens sa fejn l-aġġustamenti li huma previsti fih ikunu intiżi li jeliminaw ċerti differenzi bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni u jkunu applikabbli biss wara li jkun ġie stabbilit dan il-valur u mhux sabiex jiġi stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kunsill isostni li l-Qorti Ġenerali ma mmotivatx b’mod suffiċjenti l-konklużjonijiet tagħha u b’hekk kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Alumina ssostni, min-naħa l-oħra, li l-Qorti Ġenerali ma wettqet l-ebda żball ta’ interpretazzjoni tal-kunċett ta’ bejgħ imwettaq fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali iżda ġustament applikat il-kriterji żviluppati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha. B’hekk, il-Qorti Ġenerali ġustament qieset li l-bejgħ intern konkluż bi primjum għal riskju ma setgħux ikunu kkunsidrati bħala li twettqu fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali, sa fejn huma ma jirriżultawx minn aġir normali tax-xerrejja u lanqas minn formazzjoni normali tal-prezzijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>L-argument ibbażat fuq riskju ta’ abbuż ikun wieħed żbaljat. Fil-fatt, il-Kummissjoni stess irrikonoxxiet li l-bejgħ li seħħ minn Alumina lil klijent domestiku uniku tagħha kien affettwat minn primjum ta’ riskju ta’ 25 % bil-għan li speċifikament ikopri r-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas b’mod li l-Kunsill ma jistax isostni li dan il-primjum għandu karattru artifiċjali. Barra minn hekk, ma hemmx riskju ta’ abbuż sa fejn il-Qorti Ġenerali speċifikament illimitat l-interpretazzjoni tagħha tal-kunċett ta’ bejgħ li seħħew fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali għall-eżistenza ta’ primjum ta’ riskju bħal dak inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, Alumina ssostni, minn naħa, li l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ bejgħ mwettqa fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali li saret mill-Qorti Ġenerali hija konformi mal-ġurisprudenza u b’hekk ma jiksirx il-prinċipju ta’ ċertezza legali u, min-naħa l-oħra, li l-Qorti Ġenerali mmotivat b’mod suffiċjenti skont il-liġi l-konklużjonijiet tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>L-appell tal-Kunsill jirrigwarda essenzjalment l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ bejgħ li seħħ fi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>tranżazzjonijiet kummerċjali normali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ordinary course of trade<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>) sostnut mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata, li tkun, fl-opinjoni tiegħu vvizzjata bi żball ta’ liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu l-ewwel nett jitfakkar li, skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi stabbilit jekk prodott huwa s-suġġett ta’ dumping, il-prezz tiegħu għall-esportazzjoni għandu jkun ikkomparat ma’ prezz applikat fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali għall-prodott simili fil-pajjiż esportatur.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali huwa b’hekk kunċett intrinsiku għal dak ta’ dumping. Iktar preċiżament, hija inerenti għad-determinazzjoni tal-valur normali tal-prodott simili li għandu jkun ikkomparat mal-prezz għall-esportazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping. Il-kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali jinsab fil-fatt fit-taqsima A tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, li tikkontjeni d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-valur<?PAGE NO="8"?> normali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>B’mod iktar partikolari, dan il-kunċett jinstab kemm fil-paragrafu 1 tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, li jistabbilixxi li l-valur normali huwa normalment ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew li għandhom jitħallsu fi <HT TYPE="ITALIC">tranżazzjonijiet kummerċjali normali</HT>, minn xerrejja indipendenti fil-pajjiż esportatur, kif ukoll fil-paragrafi 3 u 6 tal-Artikolu 2 tal-istess Regolament li jipprovdi għall-kostruzzjoni tal-valur normali, li għandu jkun ibbażat fuq data reali li tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ, fi <HT TYPE="ITALIC">tranżazzjonijiet kummerċjali normali</HT>, tal-prodott simili mill-esportatur jew il-produttur li huwa s-suġġett tal-investigazzjoni.</P></NOTE>. Bejgħ li ma jseħħux fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-valur normali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara, f’dan is-sens, il-punt 139 tar-Rapport tal-Organu tal-Appell tad-WTO tal-<DATE ISO="20010724">24 ta’ Lulju 2001</DATE>, fil-Kawża DS 184 <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>L-Istati Uniti — Miżuri antidumping applikati għal ċerti prodotti tal-azzar illaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Ġappun<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għalkemm jammonta għal kunċett fundamentali għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping, la l-ftehim antidumping, u lanqas ir-Regolament bażiku ma jikkontjenu definizzjoni tal-kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali. Ir-Regolament bażiku jforni madankollu ċerti indikazzjonijiet f’dan ir-rigward sa fejn jipprovdi speċifikament żewġ tipi ta’ bejgħ li, f’ċerti kundizzjonijiet, jistgħu ma jammontawx għal tranżazzjonijiet kummerċjali normali u fejn il-prezz jista’ jkun eskluż mill-kalkolu tal-valur normali.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Dan jirrigwarda fl-ewwel lok, bejgħ li seħħew bejn imsieħba li huma assoċjati jew li kkonkludew bejniethom ftehim ta’ kumpens. Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet ta’ dawn il-bejgħ jistgħu jiġu kkunsidrati bħala prezzijiet applikati fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali biss jekk huwa stabbilit li ma humiex affettwati mir-relazzjoni eżistenti bejn il-partijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>F’dak li jirrigwarda l-prezzijiet applikati bejn partijiet li kkonkludew bejniethom ftehimiet ta’ kumpens, ara s-sentenza Petrotub u Republica, (C‑76/00 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:4">EU:C:2003:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punt 85).</P></NOTE>. B’hekk jirriżulta li l-prezzijiet ta’ dawn il-bejgħ jistgħu jkunu kkunsidrati għad-determinazzjoni tal-valur normali biss jekk huwa muri li r-relazzjoni ta’ assoċjazzjoni jew kuntrattwali eżistenti bejn il-bejjiegħ u x-xerrej ma affettwatx il-formazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, dan jirrigwarda tranżazzjonijiet li fihom prodott huwa mibjugħ bi prezz inferjuri mill-prezz ta’ produzzjoni. Skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Din id-dispożizzjoni tikkorrispondi mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 2.2.1 tal-ftehim antidumping.</P></NOTE>, dawn il-bejgħ jistgħu jkunu kkunsidrati bħala li ma seħħewx fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali, jekk huma mwettqa f’perijodu estiż fi kwantitajiet sostanzjali u bi prezzijiet li ma jippermettux li jiġu koperti l-ispejjeż kollha f’terminu raġonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ tipi ta’ bejgħ evidentement ma jammontawx għall-uniċi każijiet li fihom bejgħ jistgħu ma jseħħux fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali. Fil-prattika tagħhom, l-istituzzjonijiet fil-fatt ikkunsidraw f’sitwazzjonijiet differenti oħra li bejgħ ma kinux twettqu fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara, bħala eżempju, il-premessa 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru°2818/91, tat-23 Settembru 1991, li jistabbilixxi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-ħajt tal-qoton li joriġina mill-Brażil, mill-Eġittu u mit-Turkija u li jiddetermina l-proċeduri dwar il-ħajt tal-qoton li joriġina mill-Indja u mit-Tajlandja (ĠU L 271/17) jew il-premessa 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru°837/2000, tad-<DATE ISO="20000419">19 ta’ April 2000</DATE>, li jistabbilixxi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tubi katodiċi għal riċevituri tat-televiżjoni bil-kulur li joriġinaw mill-Indja, mill-Malażja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mir-Repubblika tal-Korea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2000">ĠU L 102, p. 5</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja stess diġà kellha l-okkażjoni li tittratta l-kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali. Fis-sentenzi Goldstar vs Il-Kunsill<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>C‑105/90, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:69">EU:C:1992:69</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 13.</P></NOTE> u Ajinomoto u NutraSweet vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>C‑76/98 P u C‑77/98 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:234">EU:C:2001:234</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 39.</P></NOTE>, hija indikat li l-kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali tikkonċerna l-karattru tal-bejgħ ikkunsidrati fihom infushom u li hija għandha l-għan li teskludi, għad-determinazzjoni tal-valur normali, is-sitwazzjonijiet li fihom il-bejgħ fis-suq intern ma humiex konklużi f’kundizzjonijiet kummerċjali normali, b’mod partikolari meta prodott jinbiegħ bi prezz iktar baxx mill-ispejjeż ta’ produzzjoni jew meta tranżazzjonijiet iseħħu bejn imsieħba li huma assoċjati jew li kkonkludew ftehim ta’ kumpens.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Din il-ġurisprudenza — hekk kif jirriżulta, min-naħa l-oħra, miż-żewġ sitwazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, li huma diġà indikati fir-Regolament bażiku — hija bbażata fuq l-għan proprju tal-kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali li tiżgura li l-valur normali jikkorrispondi, kemm jista’ jkun, mal-prezz normali tal-prodott simili fis-suq intern tal-esportatur. B’hekk, jekk bejgħ huwa konkluż skont it-termini u l-kundizzjonijiet li ma jikkorrispondux mal-prattika kummerċjali li tikkonċerna l-bejgħ tal-prodott simili fl-imsemmi suq fil-mument rilevanti għall-istabbiliment tad-dumping, hija ma tammontax għal bażi xierqa sabiex tistabbilixxi l-valur normali tal-prodott simili fl-imsemmi suq u b’hekk għandha tiġi miċħuda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara, f’dan is-sens, ukoll il-punt 140 tar-Rapport tal-Organu tal-Appell tad-WTO tal-24 Lulju 2001, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ ’il paġna 13 tal-konklużjonijiet preżenti.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li l-evalwazzjoni bil-għan li jiġi stabbilit jekk il-bejgħ seħħewx jew le fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali għandha sseħħ mill-istituzzjonijiet każ b’każ u fid-dawl tal-finalità proprja tal-kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali hekk kif indikat fil-punt preċedenti. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti u ċ-ċirkustanzi kollha partikolari li jirrigwardaw il-bejgħ inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Dan l-approċċ, li jipprovdi għal analiżi każ b’każ, huwa applikat ukoll mill-United States Court of International Trade. Ara, f’dan ir-rigward, CEMEX SA vs United States, 19 cit 587 (1995); NTN bearing corp of America vs United States, 23 cit 486 (1999) u Bergerac NC vs United States, 102 F. supp. 2<HT TYPE="SUP">e</HT> 497 (2000).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, għandu jingħad li l-prezz jammonta biss għal wieħed mill-elementi, għalkemm essenzjali, fost it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ bejgħ. B’hekk, sabiex jiġi stabbilit jekk din tikkorrispondi ma’ tranżazzjoni kummerċjali normali, l-prezz tagħha jrid jiġi evalwat fid-dawl ta’ termini u kundizzjonijiet oħra tat-tranżazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, f’dan is-sens, ukoll, punt 142 tar-Rapport tal-Organu tal-Appell tad-WTO tal-<DATE ISO="20010724">24 ta’ Lulju 2001</DATE> iċċitat fin-nota ta’ qiegħ ’il paġna 13 tal-konklużjonijiet preżenti.</P></NOTE>. B’hekk jirriżulta li l-prezz ta’ bejgħ jista’ jiġi kkunsidrat għad-determinazzjoni tal-valur normali ta’ prodott simili biss sussegwentement għal analiżi tal-fatturi kollha rilevanti u b’mod partikolari tat-termini u tal-kundizzjonijiet tal-bejgħ inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa opportun li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà sostniet li, fl-evalwazzjoni tagħha tal-karattru normali tal-bejgħ, l-istituzzjonijiet għandhom jagħtu motivazzjoni li ma tistax tillimita ruħha għal allegazzjonijiet perentorji li huma ekwivalenti għal sempliċi referenzi għal testi normattivi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara s-sentenza Petrotub u Republica, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:4">EU:C:2003:4</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 87.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda il-kunċett ta’ bejgħ li seħħew fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali, għandu jingħad ukoll li, hekk kif sostniet — fl-opinjoni tiegħi ġustament ‐ il-Qorti Ġenerali fil-punt 29 tas-sentenza appellata, dan il-kunċett għandu portata oġġettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Dan jimplika, minn naħa, li l-kunċett ta’ bejgħ imwettaq fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali jista’ jitqajjem mhux biss mill-istituzzjonijiet, sabiex jinnewtralizza l-prattiki li jistgħu jaħbu d-dumping jew il-portata tiegħu, iżda wkoll mill-operaturi li huma s-suġġetti tar-regoli antidumping fil-preżenza ta’ ċirkustanzi li jaffettwaw il-karattru normali tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara punti 29 u 30 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jirriżulta mill-portata oġġettiva ta’ dan il-kunċett li d-determinazzjoni tal-karattru normali ta’ tranżazzjoni kummerċjali għandha tkun ibbażata fuq elementi ta’ natura oġġettiva li jirrigwardaw din it-tranżazzjoni. Il-karattru normali ta’ tranżazzjoni jista’, min-naħa l-oħra, ikun ikkontestat fil-preżenza ta’ fatturi ta’ natura suġġettiva li, filwaqt li jista’ jkollhom impatt fuq l-istabbiliment tat-termini u tal-kundizzjonijiet ta’ tranżazzjoni kummerċjali speċifika, li jikkonċernaw, madankollu, esklużivament karatteristiċi partikolari proprji għall-partijiet għat-tranżazzjoni jew wieħed minnhom. F’tali sitwazzjonijiet, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-fatturi suġġettivi fid-determinazzjoni tat-termini u tal-kundizzjonijiet tat-tranżazzjoni kummerċjali jista’ ma jirreflettix<?PAGE NO="10"?> in-normalità tal-prattika kummerċjali fil-pajjiż inkwistjoni. It-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali karatteristiċi suġġettivi speċifiċi fid-determinazzjoni tat-termini ta’ bejgħ u b’hekk fl-opinjoni tiegħi li jistgħu jeskludu, suġġett għal analiżi każ b’każ, li dan il-bejgħ jista’ jkun ikklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>tranżazzjoni kummerċjali normali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, nikkunsidra wkoll importanti li jingħad li fl-evalwazzjoni każ b’każ bil-għan li jiġi stabbilit jekk bejgħ twettqux jew le fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali, l-istituzzjonijiet għandhom ikollhom ċerta marġni ta’ diskrezzjoni fir-rigward kemm il-kwistjoni dwar liema fatturi huma rilevanti f’kull każ speċifiku, kif ukoll l-evalwazzjoni konkreta ta’ dawn il-fatturi, skont id-dettalji partikolari għal kull każ.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ din il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjonijiet hija, fl-opinjoni tiegħi, ikkonfermata mit-terminoloġija użata mir-Regolament bażiku stess fir-rigward taż-żewġ tipi ta’ tranżazzjonijiet imsemmija fil-punti 39 u 40 iktar ’il fuq, li, f’ċerti kundizzjonijiet, jistgħu ma jikkostitwux tranżazzjonijiet kummerċjali normali, jiġifieri l-bejgħ bejn imsieħba assoċjati jew bejn partijiet li kkonkludew ftehim ta’ kumpens u l-bejgħ imwettqa bi prezz iktar baxx mill-ispejjeż. Fil-fatt, l-użu mir-Regolament bażiku tal-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>jeżerċita<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fid-dispożizzjonijiet ikkonċernati tindika l-eżistenza ta’ ċerta marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjonijiet kompetenti f’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni konkreta ta’ dawn it-tipi ta’ bejgħ bħala tranżazzjonijiet kummerċjali normali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>F’dan ir-rigward, għandu jingħad li l-verb jista’ (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>may<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fil-verżjoni Ingliża) huwa użat ukoll fl-Artikolu 2.2.1. tal-Ftehim antidumping, li, hekk kif sostnejt fin-nota ta’ qiegħ ’il paġna 15 tal-konklużjonijiet preżenti, jikkorrispondi mal-Artikolu 2(4) tat-Regolament bażiku.</P></NOTE>. Issa, nikkunsidra li jekk l-istituzzjonijiet jkollhom tali marġni ta’ diskrezzjoni għall-evalwazzjoni ta’ karattru normali ta’ tranżazzjonijiet inklużi fit-tipoloġiji ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali speċifikament previsti fir-Regolament bażiku, huma għandhom <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> jkollhom dan sabiex jevalwaw l-imsemmi karattru għat-tranżazzjonijiet li ma humiex speċifikament identifikati f’dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li fl-opinjoni tiegħi jeħtieġ li jiġu analizzati l-argumenti mqajma mill-Kunsill kontra s-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment tal-Kunsill li skont dan, il-Qorti Ġenerali kienet wettqet żball ta’ liġi u b’hekk tal-prinċipju li bejgħ ma jkunux twettqu fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali ħlief jekk il-prezz jirrefletti l-valur tal-prodott, dan l-ilment huwa bbażat fl-opinjoni tiegħi fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-punti 36 sa 39 ta’ din is-sentenza, billi tibbaża ruħha fuq il-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti 27 sa 30 tal-istess sentenza, il-Qorti Ġenerali llimitat ruħha li tikkunsidra li l-kunsiderazzjoni fil-kuntest tal-kostruzzjoni tal-valur normali ta’ primjum bħal dik inkwistjoni kellha bħala effett li ddaħħal fil-kalkolu ta’ dan il-valur fattur li ma huwiex intiż li jistabbilixxi l-prezz li bih il-prodott sejjer jinbiegħ fil-pajjiż ta’ oriġini f’kundizzjonijiet normali, iżda li jikkonċerna esklużivament il-kapaċità finanzjarja tax-xerrej domestiku partikolari. L-inklużjoni ta’ dan l-element fil-kalkolu tal-valur normali jwassal, skont il-Qorti Ġenerali, għal żieda artifiċjali tar-riżultat ta’ dan il-kalkolu b’tali mod li dan ir-riżultat ma jirriflettix iktar daqshekk fedelment il-prezz ta’ bejgħ ta’ prodott, hekk kif ikun jekk il-prodott inkwistjoni kien mibjugħ fil-pajjiż ta’ oriġini fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Jiena tal-opinjoni li tali raġunament ma huwa vvizzjat b’ebda żball ta’ liġi. Fil-fatt, ma huwiex ikkontestat li l-primjum inkwistjoni f’din il-kawża ma jikkonċernax element oġġettiv li għandu effett fuq il-formazzjoni tal-prezz, iżda kien pjuttost ittratta fattur suġġettiv li jikkonċerna, skont it-termini użati mill-Qorti Ġenerali, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>esklużivament il-kapaċità finanzjarja tax-xerrej domestiku speċifiku<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Punt 36 <HT TYPE="ITALIC">infine</HT> tas-sentenza appellata. F’dan ir-rigward, insostni li, anki jekk din l-evalwazzjoni kienet ikkontestata, fi kwalunkwe każ din hija evalwazzjoni ta’ fatt li ma hijiex koperta minn stħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Issa, jekk il-kapaċità finanzjarja tax-xerrej tal-prodotti inkwistjoni tista’ ċertament tammonta għal fattur li jista’ jkollu effett fuq il-formazzjoni tal-prezz ta’ bejgħ speċifiku (jew fuq kundizzjonijiet oħra tat-tranżazzjoni), hija tikkonċerna madankollu esklużivament karatteristika partikolari għal din il-parti tat-tranżazzjoni kummerċjali inkwistjoni. Issa, hekk kif ikkunsidrajt fil-punt 49 iktar ’il fuq, il-preżenza fil-kuntest ta’ bejgħ ta’ fatturi suġġettivi ta’ dan it-tip jipprekludi, suġġett għal analiżi każ b’każ tal-elementi kollha rilevanti fid-dawl tal-finalità proprja tal-kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali msemmi fil-punt 43 iktar ’il fuq, li dan il-bejgħ ikun ikklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>normali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Kunsill, fl-opinjoni tiegħi, ma jirriżultax mis-sentenza appellata, li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li bejgħ huwa mwettaq fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali biss jekk il-prezz tal-bejgħ jirrifletti l-valur tal-prodott.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Ċertament, fil-punt 36 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali sostniet li l-primjum inkwistjoni ma jirrappreżentax <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>parti mill-valur tal-prodott mibjugħ u lanqas [ma] huwa marbut mal-karatteristiċi tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u kklassifikatu wkoll fil-punt 38 tal-istess sentenza bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>element li ma jirriflettix parti mill-valur tal-prodott mibjugħ<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, huwa żbaljat li jiġu interpretati dawn il-punti tas-sentenza appellata fis-sens li l-Qorti Ġenerali esprimiet stqarrijiet ta’ prinċipju li skont dawn il-karattru normali tal-bejgħ jiddependu neċessarjament mill-fatt li l-prezz tagħhom jirrifletti l-valur tal-prodott.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li esprimejt fil-punti 36 sa 51 iktar ’il fuq, nikkunsidra li tali stqarrijiet ta’ prinċipju jkunu fil-fatt żbaljati, peress li l-kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali normali jikkonċerna l-karattru ta’ bejgħ ikkunsidrati fihom infushom u jippresupponi analiżi każ b’każ ta’ bosta fatturi fejn il-prezz huwa biss wieħed fosthom.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>L-istqarrijiet li saru mill-Qorti Ġenerali fil-punti 36 u 38 tas-sentenza appellata, lil hinn milli jammontaw għal espressjoni ta’ prinċipju, għandhom, fl-opinjoni tiegħi, ikunu mifhuma li jirreferu għall-fatt li, fiċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, il-primjum inkwistjoni ma jirriflettix element oġġettiv li għandu effett fuq il-formazzjoni tal-prezz, ‐ bħall-valur tal-prodott jew il-karatteristiċi tagħha ‐, iżda kienet pjuttost relatat ma’ fattur suġġettiv, jiġifieri l-kapaċità finanzjarja tax-xerrej domestiku partikolari.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda iktar speċifikament l-argument tal-Kunsill ibbażat fuq riskju ta’ abbuż, għandu jingħad minn naħa li, hekk kif enfasizzajt fil-punti 50 u 51 iktar ’il fuq, l-istituzzjonijiet għandhom ċerta marġni ta’ diskrezzjoni dwar kemm il-kwistjoni dwar x’inhuma l-fatturi ta’ natura oġġettiva rilevanti li għandhom jiġu kkunsidrati kif ukoll l-evalwazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, eventwali argumenti mqajma mill-operaturi li huma s-suġġett tal-investigazzjoni u li għandhom l-għan li jpoġġu fid-dubju n-normalità ta’ tranżazzjoni kummerċjali waħda jew iktar għandhom jiġu sostnuti minn informazzjoni jew minn dokumentazzjoni li tammonta għal provi taċ-ċirkustanzi allegati. Issa, hija responsabbiltà tal-istituzzjonijiet stess li jevalwaw l-elementi fornuti insostenn ta’ dawn l-allegazzjonijiet filwaqt li jiġi kkunsidrat li, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, huma awtorizzati li ma jiħdux inkunsiderazzjoni informazzjoni falza jew qarrieqa. F’dan ir-rigward, għandu jingħad li, f’din il-kawża, ir-regolament ikkontestat stess jattesta l-affidabbiltà tal-informazzjoni fornuta<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara punt 20 tar-regolament ikkontestat u punt 11 iktar ’il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-argument tal-Kunsill dwar karattru allegatament żbaljat tar-referenza li saret mill-Qorti Ġenerali fl-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku, nikkunsidra li dan huwa bla effett. Fil-fatt, anki jekk ikun stabbilit li din ir-referenza kienet żbaljata, dan ma jkollu l-ebda effett fuq l-eżattezza tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ bejgħ imwettaq fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali kkunsidrati mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata u b’hekk ma jkunx, fih innifsu, jista’ jwassal għall-annullament tas-sentenza appellata.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li, sa fejn huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza kkontestata, l-ilment tal-Kunsill ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ bejgħ li seħħ fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali għandu jiġi miċħud. Barra minn hekk, kif mifhum, l-analiżi tal-Qorti Ġenerali ma hijiex suġġetta li tikkrea ebda inċertezza legali, b’tali mod li l-ilment tal-Kunsill ibbażat fuq ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Mill-analiżi wkoll ta’ dak li ssemma iktar ’il fuq, jirriżulta li l-motivazzjoni tas-sentenza appellata tiżvela b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-Qorti Ġenerali, li jippermetti lill-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jifhmu l-ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni mogħtija u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ teżerċita s-setgħa tagħha ta’ stħarriġ ġudizzjarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Areva <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, C‑247/11 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:257">EU:C:2014:257</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Jiena tal-opinjoni li jirriżulta li l-ilment ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, li wkoll ma huwiex sostnut minn ebda argument speċifiku, għandu wkoll jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, nipproponi li jiġi miċħud l-aggravju uniku tal-appell imqajjem mill-Kunsill u, b’hekk, l-appell fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) ta’ dawn, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-Kunsill tilef l-aggravju uniku tiegħu u Alumina talbet għall-kundanna tiegħu għall-ispejjeż, hemm lok li tintlaqa’ din it-talba.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VII –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-appell huwa miċħud.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn Alumina d.o.o.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>