<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-628/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0628</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:687">EU:C:2017:687</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170914">14.9.2017</DATE> – Kawża C‑628/15</P><P>The Trustees of the BT Pension Scheme</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It‑Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20170914">14 ta’ Settembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l‑Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 63 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Kreditu ta’ taxxa</KEYWORD><KEYWORD>Fond għall-pensjoni</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut li jingħata l-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa lill-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq dħul minn investiment għal dividendi li joriġinaw minn dħul barrani</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni tas-sentenza tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation (C‑446/04, EU:C:2006:774)</KEYWORD><KEYWORD>Kreditu ta’ taxxa miżmum illegalment</KEYWORD><KEYWORD>Rimedji ġudizzjarji</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑628/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (diviżjoni ċivili), ir-Renju Unit], permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20151124">24 ta’ Novembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">The Trustees of the BT Pension Scheme</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Commissioners for her Majesty’s Revenue and Customs,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It‑Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Prechal, A. Rosas (Relatur), C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20161109">9 ta’ Novembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal The Trustees of the BT Pension Scheme, minn M. Gammie, QC, C. McDonnell, barrister, kif ukoll minn N. Hine u R. Collins, solicitors,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Simmons u J. Kraehling kif ukoll minn D. Robertson, bħala aġenti, assistiti minn R. Baldry, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Lyal u W. Roels, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn The Trustees of the BT Pension Scheme (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Trustees<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (amministrazzjoni fiskali u doganali, ir-Renju Unit) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Commissioners<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), rigward ir-rifjut li jiġi rrikonoxxut dritt għal kreditu ta’ taxxa għal fond għall-pensjoni, mhux suġġett għat-taxxa fuq id-dħul minn investiment tiegħu, rigward il-ġbir minnu ta’ dividendi li jirrappreżentaw dħul ta’ oriġini barranija ta’ kumpannija li għandha r-residenza fiskali tagħha fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-ħlas antiċipat tat-taxxa fuq il-kumpanniji <HT TYPE="ITALIC">(advance corporation tax)</HT> u fuq id-dritt għal kreditu ta’ taxxa</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, matul il-perijodu msemmi fil-kawża prinċipali, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq applika sistema ta’ tassazzjoni msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>imputazzjoni parzjali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> li skont din, sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja ekonomika, meta kumpannija residenti kienet tqassam profitti, parti mit-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa minn din il-kumpannija kienet imputata lill-azzjonisti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont din is-sistema ta’ imputazzjoni parzjali, meta kumpannija residenti fir-Renju Unit kienet tħallas dividendi lill-azzjonisti tagħha, hija kellha tipproċedi, skont l-Artikolu 14 tal-Income and Corporation Taxes Act 1988 (liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul u l-kumpanniji tal-1988, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ICTA<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>,) bil-ħlas bil-quddiem tat-taxxa fuq il-kumpanniji (<HT TYPE="ITALIC">advance corporation tax</HT>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ACT<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) kkalkolata fuq somma ugwali għall-ammont jew għall-valur tat-tqassim imwettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Tali kumpannija li tqassam kellha d-dritt, skont tqassim imwettaq matul sena finanzjarja speċifika, li tpaċi l-ACT imħallsa mill-ammont li hija kienet taxxabbli għalih għal din is-sena finanzjarja skont it-taxxa fuq il-kumpanniji (<HT TYPE="ITALIC">mainstream corporation tax</HT>) jew hija setgħet tittrasferixxi, skont il-każ, l-ACT imħallsa kemm fuq sena finanzjarja preċedenti jew sussegwenti, kemm lis-sussidjarji ta’ din il-kumpannija, residenti fir-Renju Unit, fejn dawn setgħu ipaċu din it-taxxa fuq l-ammont li huma stess kienu taxxabbli għalih skont it-taxxa fuq il-kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-ħlas tal-ACT mill-kumpannija li tqassam dividendi kien jinkludi kreditu ta’ taxxa fir-rigward tal-azzjonist benefiċjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Għalhekk, konformement mal-Artikolu 20 tal-ICTA, azzjonist residenti fir-Renju Unit kien suġġett għat-taxxa fuq id-dħul għal dividendi mħallsa minn kumpannija residenti f’dan l-istess Stat, sa fejn dawn ma kinux speċifikament esklużi mill-ħlas ta’ din it-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Meta d-dividendi mħallsa minn kumpannija residenti fir-Renju Unit kienu ġew suġġetti għall-ACT, l-azzjonist benefiċjarju residenti f’dan l-istess Stat kellu d-dritt, skont l-Artikolu 231(1) tal-ICTA, għal kreditu ta’ taxxa ugwali għall-ammont tal-ICT imħallsa mill-kumpannija li tqassam.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 231(3) tal-ICTA, dan il-kreditu ta’ taxxa seta’ jiġi dedott mill-ammont dovut mill-azzjonist skont it-taxxa fuq id-dħul relatata mad-dividend jew, meta l-ammont ta’ tali kreditu ta’ taxxa kien jaqbeż l-ammont tat-taxxa fuq id-dħul dovut mill-azzjonist, dan l-azzjonist seta’ jitlob mingħand l-amministrazzjoni fiskali l-ħlas fi flus kontanti ta’ ammont li jikkorrispondi ma’ dan il-kreditu ta’ taxxa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq is-sistema ta’ dividendi ta’ dħul barrani <HT TYPE="ITALIC">(foreign income dividend)</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Qabel l-<DATE ISO="19940701">1 ta’ Lulju 1994</DATE>, meta kumpannija residenti fir-Renju Unit kienet tirċievi dividendi minn kumpannija residenti barra minn dan l-Istat, id-dividendi hekk irċevuti ma kinux ikklassifikati bħala dħul minn investiment eżentat u l-kumpannija benefiċjarja ta’ dawn id-dividendi ma kellhiex dritt għal kreditu ta’ taxxa skont dawn id-dividendi. Skont l-Artikoli 788 u 790 tal-ICTA, hija kienet tibbenefika, jekk kien hemm lok, minn tnaqqis fir-rigward tat-taxxa mħallsa mill-kumpannija li tqassam fl-Istat ta’ residenza tagħha, tnaqqis mogħti kemm skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Renju Unit, kemm skont ftehim preventiv tat-taxxa doppja konkluż minnu ma’ dan l-Istat l-ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-prinċipju espost fil-punt 4 ta’ din is-sentenza, meta kumpannija residenti tar-Renju Unit, li rċeviet dividendi minn kumpannija mhux residenti, tkun qassmet dividendi lill-azzjonisti tagħha stess, hija kellha tħallas l-ACT fuq l-ammont tat-tqassim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Madankollu, kien frekwenti li t-taxxa fuq il-kumpanniji dovuta mill-kumpanniji li jirċievu dividendi sinjifikattivi ta’ oriġini barranija tkun insuffiċjenti sabiex tkopri l-ammont tal-ACT imħallsa minn din il-kumpannija. Meta l-ACT dovuta minn kumpannija li tqassam dividendi lill-azzjonisti tagħha kienet ogħla mit-taxxa fuq il-kumpanniji li l-kumpannija li tqassam kienet suġġetta għaliha, u meta din l-ACT ma setgħetx tiġi ttrasferita la fuq is-snin finanzjarji preċedenti jew sussegwenti tal-kumpannija li tqassam, u lanqas lis-sussidjarji tagħha, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>eċċess<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> ta’ ACT, li jista’ jirrappreżenta piż finanzjarju li ma jistax jiġi rkuprat, kien jirriżulta fir-rigward ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Sabiex jippermettu tali kumpanniji jnaqqsu l-effett tal-eċċess ta’ ACT, l-Artikoli 246A sa 246Y stabbilixxew, mill-<DATE ISO="19940701">1 ta’ Lulju 1994</DATE>, sistema msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>dividend minn dħul barrani<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (<HT TYPE="ITALIC">foreign income dividend</HT>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>FID<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Skont din is-sistema, kumpannija residenti fir-Renju Unit setgħet tagħżel li tqassam lill-azzjonisti tagħha dividend ikklassifikat bħala FID, li fuqu l-ACT kienet dovuta, iżda li kienet tippermetti lil din il-kumpannija, sa fejn id-dividend ikklassifikat bħala FID kien jikkorrispondi mad-dħul ta’ oriġini barranija rċevut, li titlob rimbors gall-ACT mħallsa bħala eċċess (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>sistema FID<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-ġbir tad-dividendi kklassifikati bħala FID minn fond għall-pensjoni mhux suġġett għat-taxxa fuq id-dħul minn investiment tiegħu</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 246C tal-ICTA, meta azzjonist kien jirċievi dividend ikklassifikat bħala FID, huwa ma kellux dritt għal kreditu ta’ taxxa relatat ma’ tali dividend. Fil-fatt, skont dan l-artikolu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Artikolu 231(1) ma japplikax meta t-tqassim inkwistjoni jikkostitwixxi dividend minn dħul barrani.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L‑Artikolu 246D tal-ICTA madankollu kien jipprevedi li l-azzjonisti suġġetti għat-taxxa li kienu jirċievu dividend ikklassifikat bħala FID kienu meqjusa bħala li rċevew dħul li kien diġà ġie intaxxat b’rata iktar baxxa (20 %) għas-sena fiskali kkonċernata. Għal tali azzjonisti, l-effett tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni kien, skont li-qorti tar-rinviju, effettivament l-istess li kieku dawn kienu bbenefikaw minn kreditu ta’ taxxa skont l-Artikolu 231 tal-ICTA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 246D tal-ICTA ma kienx japplika għall-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>skema tal-pensjoni eżentata awtorizzata<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> (<HT TYPE="ITALIC">exempt approved scheme</HT>) kienet tibbenefika, skont l-Artikolu 592(2) tal-ICTA, minn eżenzjoni ta’ taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi, kemm jekk ikunu ta’ oriġini nazzjonali jew barranija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-Artikolu 246 C tal-ICTA, meta azzjonist mhux suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi jkun irċieva dividendi kklassifikati bħala FID, dan ma setax, skont l-Artikolu 231(1) tal-ICTA, jibbenefika minn kreditu ta’ taxxa u lanqas, iktar u iktar, ma seta’ jitlob mingħand l-amministrazzjoni fiskali l-ħlas fi flus kontanti ta’ ammont li jikkorrispondi ma’ eventwali kreditu ta’ taxxa li jaqbeż id-dejn tiegħu fir-rigward tat-taxxa fuq id-dħul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Is-sistema tal-ACT u s-sistema FID tneħħew għat-tqassim ta’ dividendi mwettaq mis-<DATE ISO="19990406">6 ta’ April 1999</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-BT Pension Scheme hija fond għall-pensjoni b’benefiċċju ddefinit li miegħu huma affiljati impjegati u ex impjegati ta’ British Telecommunications plc. Dan jitmexxa mit-Trustees, li jikkostitwixxu l-entità taxxabbli rilevanti, fejn il-BT Pension Scheme kien il-benefiċjarju effettiv tal-attivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-BT Pension Scheme huwa eżentat fir-Renju Unit mit-taxxa fuq id-dħul fir-rigward tal-investimenti tiegħu. Matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ishma ta’ kumpanniji kienu jirrappreżentaw, bħala valur fis-suq, madwar 70 % sa 75 % tal-investimenti tal-BT Pension Scheme. Xi wħud mill-ishma tiegħu kienu investimenti f’kumpanniji residenti fir-Renju Unit, oħrajn kienu investimenti f’kumpanniji residenti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea jew fi Stati terzi. Il-parti l-kbira, jiġifieri madwar 97 % tal-portafoll ta’ ishma tal-BT Pension Scheme, kienet investita f’kumpanniji kbar ikkwotati fir-Renju Unit u barra mill-pajjiż. Billi kellu relazzjoni bħala sempliċi azzjonist mal-kumpanniji li fihom kien investa, il-BT Pension Scheme kien iżomm ġeneralment inqas minn 2 % tal-kapital ta’ tali kumpanniji u, fi kwalunkwe każ, dejjem inqas minn 5 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-portafoll ta’ investiment tal-BT Pension Scheme kien jinkludi ishma ta’ kumpanniji residenti fir-Renju Unit li kienu għażlu li japplikaw is-sistema FID sabiex iqassmu dividendi lill-azzjonisti tagħhom li kienu jirrappreżentaw dħul ta’ oriġini barranija. Għalhekk, fil-kwalità tiegħu bħala azzjonist ta’ tali kumpanniji, il-BT Pension Scheme irċieva dividendi kklassifikati bħala FID. Għalkemm, skont l-Artikolu 246C tal-ICTA, it-Trustees ma kellhomx dritt għal krediti ta’ taxxa għal dawn id-dividendi, min-naħa l-oħra huma kellhom dritt għal tali krediti għad-dividendi rċevuti, barra mis-sistema FID, ta’ kumpanniji residenti fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>It-Trustees, li jqisu li din l-assenza ta’ dritt għal kreditu ta’ taxxa għal dividendi kklassifikati bħala FID kienet inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, ippreżentaw rikors kontra l-Commissioners quddiem il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) [qorti tal-ewwel istanza (awla tat-tassazzjoni), ir-Renju Unit]. sabiex jiksbu, b’mod partikolari, kreditu ta’ taxxa għad-dividendi kklassifikati bħala FID li huma rċevew matul il-perijodu inkwistjoni. Peress li r-rikors tagħhom intlaqa’ mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) [qorti tal-ewwel istanza (awla tat-tassazzjoni)], u s-sentenza mogħtija minnha kienet ġiet ikkonfermata fl-appell mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) [qorti superjuri (awla tat-tassazzjoni u taċ-Chancery), ir-Renju Unit], il-Commissioners appellaw is-sentenza mogħtija minn din l-aħħar qorti quddiem il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (diviżjoni ċivili), ir‑Renju Unit].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (diviżjoni ċivili)] tispjega li billi l-kawża prinċipali tirrigwarda unikament is-snin fiskali fir-rigward tas-snin 1997 u 1998, ir-rikors tat-Trustees kien preskritt skont id-dritt nazzjonali għall-kumplament. Il-qorti tar-rinviju tqis li t-tweġiba li għandha tingħata lill-kwistjoni jekk it-Trustees għandhomx dritt għall-krediti ta’ taxxa tagħmel neċessarju l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jikkonċerna, b’mod partikolari, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Hija tfakkar, f’dan ir-rigward, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), b’mod partikolari, li l-Artikolu 63 TFUE kien jipprekludi ċerti aspetti tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit li tirrigwarda s-sistema FID. Madankollu, hija tistaqsi jekk din id-dispożizzjoni tagħtix drittijiet lil azzjonisti, bħat-Trustees, fiċ-ċirkustanzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, sakemm it-Trustees ma jieħdux direttament drittijiet mill-Artikolu 63 TFUE, il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma timponix li l-applikazzjoni tal-Artikolu 246C tal-ICTA tiġi miċħuda f’dak li jikkonċerna s-sitwazzjoni tagħhom. Sa fejn dawn tal-aħħar jistgħu jibbażaw ruħhom direttament fuq id-dritt tal-Unjoni sabiex jiġu rrikonoxxuti l-benefiċċju tal-kreditu ta’ taxxa, din il-qorti tistaqsi liema rimedji ġudizzjarji għandhom ikunu disponibbli skont id-dritt nazzjonali sabiex, skont il-każ, ikun previst ir-rimbors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (Ingilterra u Wales) (diviżjoni ċivili)] ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1)</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-fatt li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għar-raba’ domanda fis-sentenza tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE> fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation vs Commissioners of Inland Revenue</NAME.CASE> [<NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>] kienet li l-Artikoli 43 u 56 KE – li issa saru l-Artikoli 49 u 63 TFUE – jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tagħti lil kumpanniji residenti li jqassmu lill-azzjonisti tagħhom dividendi li joriġinaw minn dividendi ta’ oriġini barranija li huma jkunu rċevew il-possibbiltà li jagħżlu sistema li tippermettilhom jirkupraw it-taxxa fuq il-kumpanniji mħallsa bil-quddiem, iżda, minn naħa, tobbliga lil dawn il-kumpanniji jħallsu l-imsemmija taxxa bil-quddiem u jitolbu r-rimbors sussegwentement u, min-naħa l-oħra, ma tipprovdix kreditu ta’ taxxa għall-azzjonisti tagħhom, filwaqt li kienu jirċievu tali kreditu li kieku twettaq tqassim minn kumpannija residenti abbażi ta’ dividendi ta’ oriġini nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jagħti drittijiet lil dawn l-azzjonisti, kemm jekk taħt l-Artikolu 63 TFUE kif ukoll b’titolu ieħor, meta dawn ikunu l-benefiċċjarji tad-dividendi li l-kumpannija għażlet li tqassam billi tagħżel din is-sistema, b’mod partikolari meta l-azzjonist jirrisjedi fl-istess Stat Membru bħall-kumpannija li tqassam id-dividendi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk l-azzjonist imsemmi fid-domanda 1 ma jkunx jista’ jinvoka huwa stess drittijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 63 TFUE, huwa jkun jista’ jinvoka ksur tad-drittijiet li l-Artikoli 49 u 63 TFUE jagħtu lill-kumpannija li tqassam id-dividendi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel jew għat-tieni domanda tkun li d-dritt tal-Unjoni jagħti drittijiet lill-azzjonist jew li dan jista’ jiġi invokat minn dan tal-aħħar, id-dritt tal-Unjoni jimponi kundizzjonijiet fir-rigward tar-rimedji ġudizzjarji li l-azzjonist għandu jkollu taħt id-dritt nazzjonali?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Iċ-ċirkustanzi sussegwenti jaffettwaw ir-risposti tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domandi precedenti:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-azzjonist ma jkunx suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fl-Istat Membru fir-rigward tad-dividendi li huwa jirċievi, b’mod li fil-każ ta’ tqassim minn kumpannija residenti barra mis-sistema msemmija iktar ‘il fuq, il-kreditu ta’ taxxa li l-azzjonist għandu dritt għalih bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jkun jista’ jagħti lok għall-ħlas ta’ dan il-kreditu lill-azzjonist mill-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-qorti nazzjonali tqis li l-ksur tad-dritt tal-Unjoni mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma jkunx serju biżżejjed sabiex l-Istat Membru jiġi obbligat jikkumpensa d-danni fir-rigward tal-kumpannija li tqassam id-dividendi, skont il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brasserie du pêcheur SA vs Il‑Ġermanja u The Queen vs Secretary of State for Transport, ex parte Factortame Limited <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, [<NO.CASE>C‑46/93 u C‑48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>], jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>f’ċerti każijiet biss, il-kumpannija li tqassam id-dividendi taħt is-sistema msemmija iktar ’il fuq setgħet żiedet l-ammont tad-distribuzzjonijiet tagħha lill-azzjonisti kollha b’mod li tħallas somma fi flus kontanti ekwivalenti għal dik li jkun kiseb azzjonist eżentat waqt il-ħlas ta’ dividendi barra minn din is-sistema?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 49 u 63 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jagħtu drittijiet lil azzjonist benefiċjarju ta’ dividendi kklassifikati bħala FID, li jirrisjedi fl-istess Stat Membru bħall-kumpannija li tqassam dawn id-dividendi, b’kunsiderazzjoni b’mod partikolari tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm lok li jiġi rrilevat li, skont id-deċiżjoni tar-rinviju, il-BT Pension Scheme kien iżomm, matul il-perijodu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inqas minn 5 % tal-kapital azzjonarju tal-impriżi li fihom huwa kien investa u li kellu relazzjoni ta’ sempliċi azzjonist magħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-akkwist ta’ titoli fis-suq kapitali, imwettaq bl-intenzjoni biss li jsir investiment finanzjarju mingħajr intenzjoni li jiġu influwenzati l-ġestjoni u l-kontroll tal-impriża, bħala prinċipju jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 63 TFUE, u mhux taħt dak tal-Artikolu 49 TFUE, peress li dan tal-aħħar japplika unikament għall-ishma li jippermettu li tiġi eżerċitata influwenza ċerta fuq id-deċiżjonijiet ta’ kumpannija u li jiġu ddeterminati l-attivitajiet tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121113">13 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑35/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:707">EU:C:2012:707</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, peress li l-ishma tal-BT Pension Scheme fil-kumpanniji li fihom huwa kien investa ma kinux jippermettu li tiġi eżerċitata tali influwenza, id-domanda tal-qorti tar-rinviju għandha tiġi eżaminata unikament mill-perspettiva tal-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni, hekk ippreċiżata, dwar jekk l-Artikolu 63 TFUE jagħtix, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, drittijiet lil azzjonist benefiċjarju ta’ dividendi kklassifikati bħala FID, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 63(1) TFUE jipprojbixxi b’mod ġenerali r-restrizzjonijiet għall-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060928">28 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi Baxxi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑282/04 u C‑283/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:608">EU:C:2006:608</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fil-punt 173 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-Artikolu 63 TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, filwaqt li teżenta mill-ħlas tal-ACT l-kumpanniji residenti li jqassmu lill-azzjonisti tagħhom dividendi li joriġinaw minn dividendi ta’ oriġini nazzjonali, tagħti lill-kumpanniji residenti li jqassmu lill-azzjonisti tagħhom dividendi li joriġinaw minn dividendi ta’ oriġini barranija l-possibbiltà li jagħżlu sistema li tippermettilhom jirkupraw l-ACT mħallsa, iżda, b’mod partikolari, ma tipprevedix kreditu ta’ taxxa għall-azzjonisti tagħhom, filwaqt li dawn ikunu rċevewh fil-każ ta’ tqassim imwettaq minn kumpannija residenti abbażi ta’ dividendi ta’ oriġini nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, b’mod partikolari, li, sa fejn is-sistema fiskali tar-Renju Unit, sa fejn tinkludi s-sistema FID, iċċaħħad azzjonisti li jirċievu dividendi mid-dritt tagħhom għal kreditu ta’ taxxa meta dawn id-dividendi kienu rriżultaw minn profitti ta’ oriġini barranija ta’ kumpannija residenti, kuntrarjament għal dak li kien previst fil-każ ta’ dividendi li rriżultaw minn profitti ta’ oriġini nazzjonali ta’ kumpannija residenti, din is-sistema stabbilixxiet restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital fis-sens tal-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, it-Trustees irċevew dividendi kklassifikati bħala FID, mingħajr madankollu ma kellhom dritt għal kreditu ta’ taxxa relatat ma’ dawn id-dividendi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Tali assenza ta’ kreditu ta’ taxxa fir-rigward tal-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi, bħat-Trustees, tista’ tiddisswadi lil dawn l-azzjonisti milli jinvestu fil-kapital ta’ kumpanniji residenti tar-Renju Unit, li jirċievu dividendi minn kumpanniji residenti barra mir-Renju Unit, favur investimenti f’kumpanniji residenti tar-Renju Unit li jirċievu dividendi ta’ kumpanniji residenti oħra f’dan l-istess Stat (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0166">166</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Isegwi li s-sitwazzjoni tat-Trustees taqa’ taħt it-trattament intiż fil-punt 173 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li huwa prekluż mill-Artikolu 63 TFUE. Għalhekk dawn jistgħu jibbażaw ruħhom fuq dan l-artikolu sabiex jiċħdu dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 246C tal-ICTA, li ċċaħħadhom minn kreditu ta’ taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il‑Commissioners, quddiem il-qorti tar-rinviju, kif ukoll il-Gvern tar-Renju Unit, quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, madankollu jsostnu li t-Trustees ma jistgħux jinvokaw l-Artikolu 63 TFUE sabiex jiskartaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 246C tal-ICTA, minħabba li l-investiment tal-kapital minnhom f’kumpanniji residenti fir-Renju Unit, suġġetti għas-sistema FID, ma jimplika ebda moviment ta’ kapital bejn l-Istati Membri, fis-sens tan-nomenklatura li tinsab fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-<DATE ISO="19880624">24 ta’ Ġunju 1988</DATE>, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu [63 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10), stabbilita sabiex tiġi ggwidata l-interpretazzjoni ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, leġiżlazzjoni nazzjonali indistintivament applikabbli għaċ-ċittadini tal-Istati Membri kollha, bħala regola ġenerali, ma tistax taqa’ taħt dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam ta’ moviment liberu tal-kapital ħlief sa fejn hija tapplika għal sitwazzjonijiet li għandhom rabta mal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020305">5 ta’ Marzu 2002</DATE>, <NAME.CASE>Reisch <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑515/99, C‑519/99 sa C‑524/99 u C‑526/99 sa C‑540/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:135">EU:C:2002:135</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam tal-moviment liberu tal-kapital ma japplikawx għal sitwazzjoni fejn l-elementi kollha huma limitati ġewwa Stat Membru wieħed (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140320">20 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑139/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:174">EU:C:2014:174</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, ma kienx jidher li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet tikkonċerna biss sitwazzjonijiet li ma għandhom ebda rabta mal-kummerċ bejn l-Istati Membru, jew li l-elementi rilevanti li jikkaratterizzaw il-kawża prinċipali huma limitati unikament għal ġewwa r-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Bil-kontra, it-trattament fiskali mhux favorevoli ta’ ċerti azzjonisti li jirċievu dividendi kklassifikati bħala FID, jiġifieri l-assenza ta’ kreditu ta’ taxxa previst fl-Artikolu 246C tal-ICTA, huwa preċiżament dovut għall-fatt li dawn id-dividendi rriżultaw minn profitti li l-kumpannija li tqassam irċeviet minn kumpannija mhux residenti tar-Renju Unit, filwaqt li fil-każ ta’ dividendi li rriżultaw minn profitti rċevuti minn kumpannija residenti fir-Renju Unit, fejn barra minn hekk kollox kien ugwali, dawn l-azzjonisti benefiċjarji kellhom dritt għal tali kreditu ta’ taxxa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Gvern tar-Renju Unit isostni li tali restrizzjoni hija, fi kwalunkwe każ, awtorizzata peress li hija ġġustifikata min-neċessità li tiġi żgurata l-koerenza tas-sistema fiskali nazzjonali. Madankollu, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat, f’dan ir-rigward, li b’mod partikolari mill-punt 163 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li r-restrizzjoni għall-Artikolu 63 TFUE kkonstatata f’din is-sentenza ma setgħetx, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, tiġi ġġustifikata min-neċessità li tinżamm il-koerenza tas-sistema fiskali inkwistjoni. Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 66 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-argumenti mressqa minn dan il-gvern matul din il-proċedura huma essenzjalment identiċi għal dawk li ġew miċħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ din l-aħħar kawża. Konsegwentement, dawn ma jistgħux jiġġustifikaw, f’dan il-każ, ir-restrizzjoni għall-Artikolu 63 TFUE kkonstatata fil-punt 36 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ewwel domanda għandha tiġi risposta li l-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, drittijiet lil azzjonist benefiċjarju ta’ dividendi kklassifikati bħala FID.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija lill-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta lit-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk u, skont il-każ, sa fejn id-dritt tal-Unjoni jeħtieġ li d-dritt nazzjonali ta’ Stat Membri jipprevedi rimedji ġudizzjarji miftuħa lil azzjonisti li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, irċevew dividendi kklassifikati bħala FID mingħajr madankollu ma kisbu kreditu ta’ taxxa relatat ma’ dawn id-dividendi, sabiex dawn l-azzjonisti jkunu jistgħu jsostnu d-drittijiet li l-Artikolu 63 TFUE jagħtihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>L-ewwel nett, hemm lok li jiġi rrilevat li huma l-Istati Membri, b’mod partikolari skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE, li għandhom jiżguraw, fit-territorju rispettiv tagħhom, l-applikazzjoni u r-rispett tad-dritt tal-Unjoni u li, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) TUE, l-Istati Membri jieħdu kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex tiġi żgurata l-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jimponi fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu r-rimedji ġudizzjarji meħtieġa sabiex tiġi żgurata protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Konformement mar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, l-Artikolu 63 TFUE jagħti, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lill-azzjonisti benefiċjarji ta’ dividendi kklassifikati bħala FID, id-dritt għall-istess trattament fiskali ta’ dawn id-dividendi bħal dak irriżervat, fir-rigward tagħhom, lil dividendi li joriġinaw minn dħul li l-kumpannija li tqassam residenti fir-Renju Unit tkun irċeviet minn kumpannija residenti wkoll f’dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 63 TFUE jista’ jiġi invokat quddiem il-qorti nazzjonali u jwassal sabiex regoli nazzjonali kuntrarji għalih ma jiġux applikati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19951214">14 ta’ Diċembru 1995</DATE>, <NAME.CASE>Sanz de Lera <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑163/94, C‑165/94 u C‑250/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:451">EU:C:1995:451</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>A</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑101/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:804">EU:C:2007:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Hija wkoll ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li d-dritt sabiex jinkiseb rimbors ta’ taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni huwa l-konsegwenza u żieda mad-drittijiet mogħtija lill-partijiet f’kawża mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, hekk kif ġew interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja. L-Istat Membru huwa għalhekk obbligat, fil-prinċipju, li<?PAGE NO="9"?> jirrimborsa t-taxxi miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19831109">9 ta’ Novembru 1983</DATE>, <NAME.CASE>San Giorgio</NAME.CASE>, <NO.CASE>199/82</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:318">EU:C:1983:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970114">14 ta’ Jannar 1997</DATE>, <NAME.CASE>Comateb <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑192/95 sa C‑218/95</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:12">EU:C:1997:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Lady &amp; Kid <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:540">EU:C:2011:540</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, skont il-Gvern tar-Renju Unit, tali dritt li jinkiseb ir-rimbors ta’ taxxi indebitament miġbura ma jeżistix f’dan il-każ, fid-dawl tal-fatt li t-Trustees, billi ma kinux suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi, ma ħallsu ebda taxxa fir-rigward ta’ dividendi li l-krediti ta’ taxxa mitluba huma relatati magħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, hemm lok li jitfakkar li d-dritt għar-rimbors, fis-sens tal-ġurisprudenza msemmija fil-punt 50 ta’ din is-sentenza, ma jirreferix biss għall-ammonti mħallsa lill-Istat Membru bħala taxxi illegali, iżda wkoll kull ammont miżmum li r-rimbors tiegħu huwa indispensabbli għall-istabbiliment mill-ġdid tal-ugwaljanza fit-trattament meħtieġa mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-libertajiet ta’ moviment (ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑397/98 u C‑410/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:134">EU:C:2001:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0205">205</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), inkluż, konsegwentement, l-ammonti dovuti lill-parti f’kawża fir-rigward ta’ kreditu ta’ taxxa li din kienet ġiet imċaħħda minnu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li d-dritt tal-Unjoni jipprekludi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi, li rċevew dividendi kklassifikati bħala FID mingħajr ma madankollu kisbu kreditu ta’ taxxa relatat ma’ dawn id-dividendi, bħat-Trustees, għandhom dritt għall-ħlas tal-kreditu ta’ taxxa li huma kienu ġew indebitament miċħuda minnu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkompatibbli mal-Artikolu 63 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Sussegwentement, hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, kemm l-awtoritajiet amministrattivi kif ukoll il-qrati nazzjonali inkarigati milli japplikaw, fil-kuntest tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom l-obbligu li jiżguraw l-effett sħiħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet billi fejn ikun hemm bżonn ma japplikawx, minn rajhom, kwalunkwe dispożizzjoni nazzjonali kuntrarja mingħajr ma jitolbu jew jistennew it-tħassir minn qabel ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali permezz ta’ leġiżlazzjoni jew permezz ta’ kwalunkwe proċedura kostituzzjonali oħra (ara, f’dan is-sens, fir-rigward tal-awtoritajiet amministrattivi, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890622">22 ta’ Ġunju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Costanzo</NAME.CASE>, <NO.CASE>103/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:256">EU:C:1989:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990429">29 ta’ April 1999</DATE>, <NAME.CASE>Ciola</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:212">EU:C:1999:212</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll, fir-rigward ta’ qrati, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19780309">9 ta’ Marzu 1978</DATE>, <NAME.CASE>Simmenthal</NAME.CASE>, <NO.CASE>106/77</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1978:49">EU:C:1978:49</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ognyanov</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑614/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:514">EU:C:2016:514</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan l-obbligu ma jipprekludix lill-qrati nazzjonali kompetenti milli japplikaw, fost id-diversi proċeduri tal-ordinament ġuridiku intern, dawk li huma xierqa sabiex jitħarsu d-drittijiet individwali mogħtija mid-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981022">22 ta’ Ottubru 1998</DATE>, <NAME.CASE>IN CO. GE.’90 <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑10/97 sa C‑22/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:498">EU:C:1998:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Littlewoods Retail <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑591/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:478">EU:C:2012:478</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Isegwi li, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat mill-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa benefiċjarji ta’ dividendi kklassifikati bħala FID sabiex jinkiseb il-ħlas tal-ammont tal-kreditu ta’ taxxa li huma kienu ġew indebitament miċħuda minnu mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti nazzjonali, bħala prinċipju, hija obbligata li tiskarta l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ din il-leġiżlazzjoni fl-oriġini tat-trattament li jmur kontra l-Artikolu 63 TFUE, sabiex jiġi żgurat l-effett sħiħ tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-modalitajiet proċedurali ta’ tali rikors, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tikkwalifika legalment ir-rikorsi ppreżentati mit-Trustees quddiem il-qorti tar-rinviju, peress li huwa l-kompitu tagħhom li jippreċiżaw in-natura u l-bażi tal-azzjoni tagħhom, taħt l-istħarriġ tal-qorti tar-rinviju. Madankollu jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-partijiet f’kawża għandhom ikollhom rimedju ġudizzjarju effettiv li jippermettilhom li jiksbu l-ħlas tal-kreditu ta’ taxxa li huma kienu ġew indebitament miċħuda minnu (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0201">201</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0220">220</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-qasam ta’ ħlas ta’ krediti ta’ taxxa li l-aventi kawża kienu ġew indebitament miċħuda minnhom, għalkemm huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali tar-rikorsi intiżi sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet li l-partijiet f’kawża jieħdu mid-dritt tal-Unjoni, dawn il-modalitajiet ma għandhomx ikunu, konformement mal-prinċipju ta’ ekwivalenza, inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikorsi simili ta’ natura interna (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19761216">16 ta’ Diċembru 1976</DATE>, <NAME.CASE>Rewe-Zentralfinanz u Rewe-Zentral</NAME.CASE>, <NO.CASE>33/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:188">EU:C:1976:188</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010308">8 ta’ Marzu 2001</DATE>, <NAME.CASE>Metallgesellschaft <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑397/98 u C‑410/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:134">EU:C:2001:134</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0203">203</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Târșia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:662">EU:C:2015:662</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Minbarra dan, skont il-prinċipju ta’ effettività, l-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jiżguraw, f’kull każ, protezzjoni effettiva tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, li jiggarantixxu r-rispett tad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Star Storage <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑439/14 u C‑488/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:688">EU:C:2016:688</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie VLK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:838">EU:C:2016:838</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170516">16 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Berlioz Investment Fund</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑682/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:373">EU:C:2017:373</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hija b’mod partikolari l-qorti tar-rinviju li għandha, minn naħa, tiżgura li l-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi, li jkunu rċevew dividendi li joriġinaw minn dividendi ta’ oriġini barranija u kklassifikati bħala FID, bħat-Trustees, ikollhom rimedju ġudizzjarju ta’ natura li jiżgura l-ħlas tal-kreditu ta’ taxxa relatat ma’ dawn id-dividendi, li l-aventi kawża kienu ġew indebitament miċħuda minnu, skont modalitajiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikors intiż għall-ħlas ta’ tali kreditu ta’ taxxa, jew vantaġġ fiskali paragunabbli, f’sitwazzjoni fejn l-amministrazzjoni fiskali kienet indebitament ċaħdet lill-aventi kawża minn dan il-kreditu ta’ taxxa jew minn dan il-vantaġġ fiskali matul tqassim ta’ dividendi li joriġinaw minn dividendi rċevuti minn kumpannija residenti fir-Renju Unit. Min-naħa l-oħra, din il-qorti għandha tiżgura ruħha li dan ir-rimedju ġudizzjarju jippermetti li tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet mogħtija fl-Artikolu 63 TFUE lil tali azzjonisti b’mod effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li t-tielet domanda tiġi risposta li d-dritt tal-Unjoni jeħtieġ li d-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jipprevedi rimedji ġudizzjarji miftuħa lil azzjonisti li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikunu rċevew dividendi kklassifikati bħala FID mingħajr madankollu ma jkunu kisbu kreditu ta’ taxxa relatat ma’ dawn id-dividendi, sabiex dawn l-azzjonisti jkunu jistgħu jsostnu d-drittijiet li l-Artikolu 63 TFUE jagħtihom. F’dan ir-rigward, il-qorti nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li l-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi, li rċevew dividendi li joriġinaw minn dividendi ta’ oriġini barranija u kklassifikati bħala FID, bħat-Trustees, ikollhom rimedju ġudizzjarju li, minn naħa, ikun ta’ natura li jiżgura l-ħlas ta’ tali kreditu ta’ taxxa, li l-aventi kawża kienu ġew indebitament miċħuda minnu, skont modalitajiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikors intiż għall-ħlas ta’ kreditu ta’ taxxa, jew vantaġġ fiskali paragunabbli, f’sitwazzjoni fejn l-amministrazzjoni fiskali kienet indebitament ċaħdet lill-aventi kawża minn dan il-kreditu ta’ taxxa jew minn dan il-vantaġġ fiskali matul tqassim ta’ dividendi li joriġinaw minn dividendi rċevuti minn kumpannija residenti fir-Renju Unit u, min-naħa l-oħra, jippermetti li tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet mogħtija fl-Artikolu 63 TFUE lil tali azzjonisti b’mod effettiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-punt (a) tar-raba’ domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (a) tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, liema huwa l-effett eventwali, fir-rigward tar-risposti li għandhom jingħataw lill-ewwel tliet domandi preliminari, taċ-ċirkustanza li t-Trustess ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-Renju Unit fir-rigward ta’ dividendi li huma jirċievu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jitfakkar li l-ksur tal-Artikolu 63 TFUE, kif ikkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 173 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jinsab, b’mod partikolari, fid-differenza fit-trattament ta’ dividendi rċevuti minn azzjonist, bħat-Trustees, skont jekk dawn id-dividendi rriżultawx minn dividendi ta’ oriġini barranija u kklassifikati bħala FID, jew irriżultawx minn dividendi ta’ oriġini nazzjonali u mhux ikklassifikati bħala FID.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Hekk kif irrileva essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 88 tal-konklużjonijiet tiegħu, sa fejn l-osservanza tal-Artikolu 63 TFUE timplika unikament it-tneħħija tat-trattament fiskali differenzjat bejn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ dividendi rċevuti minn azzjonisti, bħat-Trustees, il-kwistjoni jekk l-azzjonist benefiċjarju ta’ dividendi kklassifikati bħala FID huwa, jew ma huwiex, suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ tali dividendi ma tidhirx rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Għalhekk hemm lok li l-punt (a) tar-raba’ domanda jiġi rispost li ċ-ċirkustanza li t-Trustees ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi li huma jirċievu ma tistax tbiddel ir-risposti mogħtija lill-ewwel tliet domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-punt (b) tar-raba’ domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (b) tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-effett eventwali, fir-rigward tar-risposti li għandhom jingħataw lill-ewwel tliet domandi preliminari, mill-fatt li l-ksur tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni ma huwiex, fil-fehma tagħha, suffiċjentement serju sabiex iwassal għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-kumpannija li tqassam dividendi kklassifikati bħala FID, konformement mal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑46/93 u C‑48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-azzjoni għad-danni mhux kuntrattwali mill-fatt tal-ksur tal-Artikolu 63 TFUE ġiet ippreżentata kontra r-Renju Unit minn kumpanniji li jqassmu dividendi, u mhux mit-Trustees.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 91 tal-konklużjonijiet tiegħu, li d-drittijiet mogħtija lill-azzjonisti inkwistjoni fl-Artikolu 63 TFUE huma, fi kwalunkwe każ, indipendenti minn dawk mogħtija lill-kumpanniji li jqassmu d-dividendi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li l-punt (b) tar-raba’ domanda jiġi ripost li, anki jekk il-ksur tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma huwiex, skont il-qorti tar-rinviju, suffiċjentement serju sabiex iwassal għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-kumpannija li tqassam dividendi kklassifikati bħala FID, konformement mal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑46/93 u C‑48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), din iċ-ċirkustanza ma tistax tbiddel ir-risposti mogħtija lill-ewwel tliet domandi preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-punt (c) tar-raba’ domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (c) tar-raba’ domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-effett eventwali, fir-rigward tar-risposti li għandhom jingħataw lill-ewwel tliet domandi preliminari, mill-fatt li huwa possibbli li, f’ċerti każijiet, l-azzjonist li jkun irċieva dividendi kklassifikati bħala FID ikun kiseb ammont ta’ dividendi miżjud min-naħa tal-kumpannija sabiex tiġi kkumpensata l-assenza ta’ kreditu ta’ taxxa fir-rigward ta’ tali azzjonist.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-punt 207 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ċertament ikkunsidrat, b’mod partikolari, li l-kumpanniji residenti li kienu għażlu s-sistema FID ma setgħux, abbażi tad-dritt tal-Unjoni, jibbażaw ruħhom fuq id-dannu li huma kienu allegatament issubixxew mill-fatt li huma kienu ġew obbligati jżidu l-ammont ta’ dividendi tagħhom sabiex jiġi kkumpensat it-telf tal-kreditu ta’ taxxa fir-rigward tal-azzjonisti tagħhom, peress li tali żidiet tal-ammont tad-dividendi kienu bbażati fuq deċiżjonijiet meħuda minn dawn il-kumpanniji li jqassmu u li ma kinux jikkostitwixxu, fir-rigward tagħhom, konsegwenza inevitabbli tar-rifjut tar-Renju Unit li jagħti lil dawn l-azzjonisti trattament ekwivalenti għal dak li kienu bbenefikaw minnu l-azzjonisti benefiċjarji ta’ tqassim ibbażat fuq dividendi ta’ oriġini nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Madankollu, is-sitwazzjoni tal-azzjonisti li rċevew dividendi kklassifikati bħala FID u l-assenza ta’ kreditu ta’ taxxa fir-rigward tagħhom fir-rigward ta’ dawn id-dividendi ma jirriżultawx minn kwalunkwe deċiżjoni min-naħa tagħhom, iżda mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Renju Unit fil-mument tas-sena fiskali rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Isegwi li, kuntrarjament għall-pożizzjoni difiża mill-Gvern tar-Renju Unit, iċ-ċirkustanza li kumpannija li tqassam dividendi kklassifikati bħala FID kienet, jew ma kinitx, żiedet l-ammont tad-dividend imħallas lil tali azzjonisti ma hijiex ta’ natura li twassal għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>irkupru doppju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> mit-Trustees.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, eventwali żieda tal-ammont tad-dividendi, ikklassifikati bħala FID, imqassma minn kumpannija residenti tar-Renju Unit, sabiex tiġi kkumpensata l-assenza ta’ kreditu ta’ taxxa fir-rigward tal-azzjonist benefiċjarju ta’ dawn id-dividendi, ma tistax twassal għal irkupru doppju tal-krediti ta’ taxxi dovuti lil dan l-azzjonist, peress li dan it-tqassim ta’ dividendi minn din il-kumpannija ma jistax jiġi assimilat mal-għoti ta’ kreditu ta’ taxxa mill-amministrazzjoni fiskali. Fil-fatt, tali tqassim ta’ profitti minn kumpannija lill-azzjonist tagħha jirrappreżenta biss att bejn il-kumpannija u l-azzjonist tagħha, li ma jistax jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-amministrazzjoni fiskali lejn dan l-azzjonist.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li l-punt (c) tar-raba’ domanda jiġi rispost li ċ-ċirkustanza li kumpannija residenti tar-Renju Unit tkun qassmet ammont miżjud ta’ dividendi, ikklassifikati bħala FID, sabiex tiġi kkumpensata l-assenza ta’ kreditu ta’ taxxa fir-rigward tal-azzjonist benefiċjarju, ma tistax tbiddel ir-risposti mogħtija lill-ewwel tliet domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, hemm lok li r-raba’ domanda tiġi risposta li la ċ-ċirkustanza li t-Trustees ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi li huma jirċievu, la ċ-ċirkustanza li l-ksur tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni ma huwiex, skont il-qorti tar-rinviju, suffiċjentement serju sabiex iwassal għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-kumpannija li tqassam dividendi kklassifikati bħala FID, konformement mal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑46/93 u C‑48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), la ċ-ċirkustanza li kumpannija residenti tar-Renju Unit tkun qassmet ammont miżjud ta’ dividendi, ikklassifikati bħala FID, sabiex tiġi kkumpensata l-assenza ta’ kreditu ta’ taxxa fir-rigward tal-azzjonist benefiċjarju, ma jistgħu jbiddlu r-risposti mogħtija lid-domandi l-oħra magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L‑Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, drittijiet lil azzjonist benefiċjarju ta’ dividendi kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>dividendi minn dħul barrani<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> (<HT TYPE="ITALIC">foreign income dividend</HT>).</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni jeħtieġ li d-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jipprevedi rimedji ġudizzjarji miftuħa lil azzjonisti li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikunu rċevew dividendi kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>dividendi minn dħul barrani<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> mingħajr madankollu ma jkunu kisbu kreditu ta’ taxxa relatat ma’ dawn id-dividendi, sabiex dawn l-azzjonisti jkunu jistgħu jsostnu d-drittijiet li l-Artikolu 63 TFUE jagħtihom. F’dan ir-rigward, il-qorti nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li l-azzjonisti mhux suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi, li rċevew dividendi li joriġinaw minn dividendi ta’ oriġini barranija u kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>dividendi minn dħul barrani<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, bħal The Trustees of the BT Pension Scheme, ikollhom rimedju ġudizzjarju li, minn naħa, ikun ta’ natura li jiżgura l-ħlas ta’ tali kreditu ta’ taxxa, li l-aventi kawża kienu ġew indebitament miċħuda minnu, skont modalitajiet li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jikkonċernaw rikors intiż għall-ħlas ta’ kreditu ta’ taxxa, jew vantaġġ fiskali paragunabbli, f’sitwazzjoni fejn l-amministrazzjoni fiskali kienet indebitament ċaħdet lill-aventi kawża minn dan il-kreditu ta’ taxxa jew minn dan il-vantaġġ fiskali matul tqassim ta’ dividendi li joriġinaw minn dividendi rċevuti minn kumpannija residenti fir-Renju Unit u, min-naħa l-oħra, jippermetti li tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet mogħtija fl-Artikolu 63 TFUE lil tali azzjonisti b’mod effettiv.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">La ċ-ċirkustanza li The Trustees of the BT Pension Scheme ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul fir-rigward ta’ dividendi li huma jirċievu, la ċ-ċirkustanza li l-ksur tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni ma huwiex, skont il-qorti tar-rinviju, suffiċjentement serju sabiex iwassal għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-kumpannija li tqassam dividendi kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>dividendi minn dħul barrani<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, konformement mal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑46/93 u C‑48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), la ċ-ċirkustanza li kumpannija residenti tar-Renju Unit tkun qassmet ammont miżjud ta’ dividendi, ikklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>dividendi minn dħul barrani<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, sabiex tiġi kkumpensata l-assenza ta’ kreditu ta’ taxxa fir-rigward tal-azzjonist benefiċjarju, ma jistgħu jbiddlu r-risposti mogħtija lid-domandi l-oħra magħmula mill-qorti tar-rinviju.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>