52009PC0182

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina /* KUMM/2009/0182 finali - CNS 2009/0062 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.4.2009

KUMM(2009)182 finali

2009/0062 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-Ftehim dwar il-kooperazzoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina ġie ffirmat f’Kopenħagen fl-4 ta’ Lulju 2002 u daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2003. L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jipprovdi kif ġej: "Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2002 u jista’ jiġi mġedded bi ftehim komuni bejn il-Partijiet għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin".

2. Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/737/KE tat-22 ta’ Settembru 2003[1], il-Ftehim iġġedded għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin bi dħul fis-seħħ mit-8 ta' Novembru 2004. Il-Ftehim għandu jiskadi fit-7 ta’ Novembru 2009.

3. Huwa fl-interess tal-Komunità li ġġedded dan il-Ftehim sabiex tkompli tiffaċilita l-kooperazzjoni mal-Ukraina fl-oqsma komuni li huma ta’ prijorità fix-Xjenza u t-Teknoloġija (S&T) li jwasslu għal benefiċċji soċjo-ekonomiċi għaż-żewġ Partijiet.

4. Fit-tielet laqgħa tas-Sottokumitat EU-Ukraina Nru 7, li saret fi Kjev fis-26 u s-27 ta’ Novembru 2008, iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw l-intenzjoni tagħhom li jġeddu l-ftehim.

5. Il-kontenut konkret tal-Ftehim imġedded għandu jkun identiku għal dak tal-Ftehim attwali.

6. Fid-dawl tar-raġunijiet mogħtija hawn fuq, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill li:

- japprova, f’isem il-Komunità, wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, li l-Ftehim dwar il-kooperazzoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina jiġġedded għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin;

- jesprimi l-kunsens tal-Komunità li tkun marbuta bid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

2009/0062 (CNS)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 170 tiegħu flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2), u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[3],

Billi:

(1) Permezz tad-Deċiżjoni 2003/96/KE tas-6 ta’ Frar 2003[4], il-Kunsill approva l-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina.

(2) L-Artikolu 12(b) tal-Ftehim jipprovdi kif ġej: "Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perjodu inizjali li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2002 u jista’ jiġġedded bi ftehim komuni bejn il-Partijiet għal perjodi addizzjonali ta’ ħames snin".

(3) Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ Settembru 2003[5], il-Kunsill approva li Ftehim jiġġedded għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin bi dħul fis-seħħ mit-8 ta’ Novembru 2004.

(4) Fit-tielet laqgħa tas-Sottokumitat EU-Ukraina Nru 7, li saret fi Kjev fis-26 u s-27 ta’ Novembru 2008, iż-żewġ Partijiet ikkonfermaw l-interess tagħhom li jġeddu l-Ftehim imsemmi hawn fuq għal ħames snin oħra.

(5) Il-kontenut konkret tal-Ftehim imġedded għandu jkun identiku dak tal-Ftehim li jiskadi fis-7 ta’ Novembru 2009.

(6) It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina għandu jiġi approvat f'isem il-Komunità.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina, għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità, u skont il-punt (b) tal-Artikolu 12 tal-Ftehim, jgħarraf lill-Gvern tal-Ukraina li l-Komunità lestiet il-proċeduri interni tagħha meħtieġa sabiex il-Ftehim imġedded jidħol fis-seħħ.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA :

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tikkonċerna t-tiġdid tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina.

2. QAFAS ABM / ABB

Il-Qasam/L-Oqsma ta’ Politika kkonċernat(i) u l-Attività/ajiet assoċjata/i:

Strateġija ta’ politika u koordinazjoni ta’, b’mod partikolari, id-Direttorati Ġenerali RTD JRC, ENTR, INFSO, u TREN.

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji relatati ta’ assistenza teknika u amministrattiva (ex-linji BA)), inklużi l-intestaturi tagħhom:

Spejjeż relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim (laqgħat ta’ ħidma, seminars, laqgħat, eċċ), se jitħallsu mil-linji tal-baġit amministrattiv għall-programmi speċifiċi tal-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea (08.01.05.03).

3.2. It-tul taż-żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Perjodu ta’ ħames snin, li jiġġedded bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet, kif stipulat fl-Artikolu 12 (b) tal-Ftehim.

3.3. Il-karatteristiċi baġitarji:

Linja baġitarja | Tip ta’ nefqa | Ġdida | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

08.01.05.03 | Mhux obblig. | Mhux diff.[6] | LE | IVA | IVA | Nru 1a |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

4.1.2.

EUR miljuni (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Tip ta’ nefqa | Nru. tat-Taqsima | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Total |

Nefqa operattiva[7] |

Approprjazzjonijiet tal-Impenn (AI) | 8.1 | a |

Approprjazzjonijiet tal-Ħlas (AĦ) | b |

In-nefqa amministrattiva fl-ammont ta’ referenza[8] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.550 |

L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-Approprjazzjonijiet tal-Impenn | a+c | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.550 |

L-Approprjazzjonijiet tal-Ħlas | b+ċ | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.550 |

In-nefqa amministrattiva li mhix inkluża fl-ammont ta’ referenza[9] |

Riżorsi umani u l-infiq assoċjat (NDA) | 8.2.5 | d |

Nefqa amministrattiva, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6 | e |

Spiża finanzjarja indikattiva totali tal-intervent

It-TOTAL tal-AI, inkluż l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.550 |

IT-TOTAL TAL-AĦ inkluż l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.550 |

Dettalji tal-kofinanzjament

F’każ li l-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella ta’ hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar linji f’każ li jkunu previsti entitajiet differenti għall-għoti tal-kofinanzjament):

EUR miljuni (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Entità tal-kofinanzjament | Sena | N+1 | N+2 | N+3 | N+4 | N+5 u wara | Total |

…………………… | f |

TOTAL AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.3. Il-kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

x Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti.

( Din il-proposta teħtieġ programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti tal-perspettivi finanzjarji.

( Il-proposta tista’ teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[10] (jiġifieri strument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.4. L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

x Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

EUR miljuni (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Għadd totali ta’ riżorsi umani |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

5.1. Għandhom jintlaħqu fi żmien twil jew qasir

Din id-Deċiżjoni liż-żewġ Partijiet sejra tippermettilhom jissoktaw, itejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom f'oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ interess komuni.

5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Dan il-Ftehim huwa msejjes fuq il-prinċipji tal-benefiċċju reċiproku, l-opportunitajiet reċiproċi għal attivitajiet ta’ kooperazzjoni bħal sejħiet konġunti jew ikkoordinati għall-proġetti konġunti, l-aċċess għall-programmi u l-attivitajiet ta' xulxin li jkunu rilevanti għall-għan tal-Ftehim u l-protezzjoni effettiva tal-proprjetà intellettwali u l-qsim ekwu tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Il-proposta tipprovdi wkoll għal missjonijiet minn esperti u uffiċjali tal-UE u għal laqgħat ta’ ħidma, seminars u laqgħat li jiġu organizzati fil-Komunità Ewropea u l-Ukraina.

L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija taħt dan il-ftehim huma komplimentari għal u jappoġġjaw attivitajiet oħra Komunitarji fir-rigward tal-Ukraina. Kif stabbilit fl-abbozz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina, hu previst li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet għandha ssir bil-għan li l-Ukraina tkun tista’ tinvolvi ruħha aktar faċilment fiż-Żona Ewropea ta’ Riċerka. Din il-kooperazzjoni għandha tgħin lill-Ukraina fl-appoġġ tagħha għar-riforma u r-riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tax-xjenza u tal-istituzzjonijiet ta’ riċerka tagħha (inkluż l-iżvilupp tal-kapaċità tagħha għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku) sabiex tappoġġa fl-iżvilupp ta’ ekonomija kompetittiva u soċjetà msejsa fuq l-għarfien.

5.3. Il-miri, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

Din id-Deċiżjoni għandha tippermetti sew lill-Ukraina kif ukoll lill-Komunità Ewropea jieħdu benefiċċju reċiproku mill-progress xjentifiku u teknoloġiku li jintlaħaq permezz tal-programmi speċifiċi ta’ riċerka tagħhom. Għandha tippermetti wkoll skambju ta’ għarfien speċifiku u trasferiment ta’ esperjenza għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, l-industrija u ċ-ċittadini.

Kif stabbilit fl-abbozz tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukraina, hu previst li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet għandha ssir, b’mod partikolari, permezz ta’:

L-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-politiki ta’ xjenza u teknoloġija ta’ xulxin;

Il-parteċipazzjoni fil-Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea (KE) għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku;

L-implimentazzjoni konġunta ta’ programmi xjentifiċi u ta’ attivitajiet ta’ riċerka ;

L-attivitajiet konġunti ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku li jkollhom l-għan li jinkoraġġixxu l-progress xjentifiku u t-trasferiment ta’ teknoloġija u esperjenza;

It-taħriġ permezz ta’ programmi ta’ mobilità għal riċerkaturi u speċjalisti;

L-organizzazzjoni ta’ attivitajiet/miżuri konġunti għall-iżvilupp tax-xjenza u t-teknoloġija;

Miżura ta’ implimentazzjoni li jkollha l-għan li tgħin fl-iżvilupp ta’ ambjent favorevoli għar-riċerka u fl-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u l-ħarsien adegwat tal-proprjetà intellettwali tar-riżultati tar-riċerka;

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fuq livell reġjonali u internazzjonali, speċjalment fil-kuntest tal-Baħar l-Iswed u fl-ambitu ta’ organizzazzjonijiet multilaterali bħall-UNESCO, l-OECD u l-G8, kif ukoll fil-kuntest ta’ ftehimiet multilaterali bħall-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima;

L-iskambju ta’ għarfien espert dwar il-ġestjoni ta’ istituzzjonijiet tar-riċerka u xjentifiċi sabiex jiġu żviluppati u mtejjbin il-kapaċitajiet tagħhom fit-tmexxija u l-parteċipazzjoni ta’ riċerki xjentifiċi.

5.4. Il-Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

Ġestjoni Ċentralizzata

x Direttament mill-Kummissjoni

ٱ Ġestjoni maqsuma jew deċentralizzata

ٱ Ma’ Stati Membri

ٱ Ma’ Pajjiżi Terzi

Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li għandhom jiġu speċifikati)

Kummenti rilevanti:

6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Id-dipartimenti tal-Kummissjoni sejrin jimmonotorjaw, regolarment, l-azzjonijiet kollha mwettqa taħt il-ftehim ta’ kooperazzjoni, li se jkunu wkoll suġġetti għall-evalwazzjoni konġunta regolari min-naħa tal-Komunità u l-Ukraina.

Evalwazzjoni

6.1.1. Evalwazzjoni ex-ante

Il-Kummissjoni se tevalwa l-azzjonijiet koperti minn dan il-ftehim ta’ kooperazzjoni qabel tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ ħames snin. Din l-evalwazzjoni se tkopri:

(a) l-indikaturi tal-prestazzjoni

- għadd ta’ missjonijiet u laqgħat;

- għadd ta’ oqsma differenti ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni.

(b) il-ġbir ta' tagħrif:

Abbażi tal-informazzjoni mill-programmi speċifiċi tal-Programm ta’ Qafas u l-informazzjoni mogħtija mill-Ukraina lill-Kumitat Konġunt Komunità-Ukraina li dwaru jipprovdi l-Ftehim.

6.1.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi):

Mhux Applikabbli

6.1.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Il-Partijiet fil-Ftehim sejrin jevalwaw l-applikazzjoni tiegħu kull sena, fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt Komunità-Ukraina li jissemma fl-Artikolu 6 tiegħu. L-estensjoni ulterjuri ta’ dan il-ftehim se titressaq għall-valutazzjoni ta’ kull waħda mill-Partijiet.

7. MIżURI KONTRA L-FRODI

Meta l-implimentazzjoni tal-programm ta’ qafas teħtieġ l-użu ta’ kuntratturi esterni jew timplika l-għoti ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lil partijiet terzi, il-Kummissjoni għandha twettaq verifiki finanzjarji, fejn xieraq, b’mod partikolari jekk ikollha fuqhiex tiddubita n-natura realistika tal-ħidma mwettqa jew deskritta fir-rapporti dwar l-attività.

Il-verifiki finanzjarji tal-Komunità se jitwettqu jew mill-persunal tagħha stess jew minn esperti fil-kontabbiltà approvati skont il-liġi tal-parti li fuqha tkun qed issir il-verifika. Il-Komunità se tagħżel dawn tal-aħħar mingħajr ebda indħil, filwaqt li tevita kwalunkwe riskji ta’ konflitti ta’ interess li jistgħu jkunu indikati lilha mill-Parti suġġetta għall-verifika.

Barra minn hekk, waqt li jkunu qegħdin jitwettqu l-attivitajiet ta’ riċerka, il-Kummissjoni se tiżgura li l-interessi finanzjari tal-Komunitajiet Ewropej jitħarsu permezz ta’ verifiki effettivi u, f’każ li jiġu nnutati xi irregolaritajiet, permezz ta’ miżuri u penali proporzjonati u dissważivi.

Sabiex jintlaħaq dan il-għan, se jiġu stabbiliti regoli dwar il-verifiki, il-miżuri u l-penali, b’referenzi għar-Regolamenti Nru 2988/95, 2185/96, 1073/99 u 1074/99 fil-kuntratti kollha li jintużaw għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ qafas.

B’mod partikolari, fil-kuntratti għandu jkun hemm dispożizzjonijiet dwar il-punti li ġejjin:

- l-introduzzjoni ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-KE fit-twettiq tal-verifiki u tal-kontrolli li għandhom x’jaqsmu max-xogħol imwettaq;

- it-twettiq ta’ kontrolli amministrattivi bħala parti minn miżuri kontra l-frodi, skont ir-Regolamenti Nru 2185/96, Nru 1073/1999 u Nru 1074/1999;

- l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi għal kull irregolarità sew intenzjonata kif ukoll b’negliġenza fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, skont ir-Regolament ta’ qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu għar-reġistrazzjoni f’listi suwed;

- il-fatt li, fil-każ ta’ irregolaritajiet u frodi, l-ordnijiet possibbli ta’ rkupru jkunu jistgħu jiġu nfurzati skont l-Artikolu 256 tat-Trattat tal-KE.

Barra minn hekk u bħala miżuri ta’ rutina, se jitwettaq programm intern ta’ verifika u kontroll fir-rigward tal-aspetti xjentifiċi u baġitarji mill-persunal responsabbli fid-DĠ tar-Riċerka; se titwettaq verifika interna mill-Unità Interna tal-verifika fid-DĠ tar-Riċerka; u se jsiru spezzjonijiet lokali mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispejjeż tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenn f’EUR miljuni (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

L-uffiċjali jew il-persunal temporanju[13] (XX 01 01) | A*/AD | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

B*, C*/AST |

Persunal iffinanzjat[14] skont l-Art. XX 01 02 |

Staff ieħor[15] iffinanzjat skont l-Art. XX 01 04/05 |

TOTAL | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 |

8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-eżerċizzji li jirriżultaw mill-azzjoni

Il-ġestjoni tal-Ftehim sejra tinvolvi missjonijiet u attendenza għal laqgħat min-naħa ta’ uffiċjali u esperti tal-UE u tal-Ukraina.

8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

x Karigi li huma bħalissa allokati għall-ġestjoni tal-programm li jridu jinbidlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jiġu trasferiti billi jintużaw riżorsi eżistenti fis-servizz ta’ ġestjoni (trasferimenti interni)

( Karigi li huma meħtieġa għas-sena n għalkemm mhumiex previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena kkonċernata

8.2.4. Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 - Infiq għall-ġestjoni amministrattiva)

EUR miljuni (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja (in-numru u l-intestatura) | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.550 |

-intra muros |

-extra muros |

It-total tal-assistenza teknika u amministrattiva |

0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.110 | 0.550 |

Għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma, konferenzi u seminars sabiex jippromwovu l-iskambju tat-tagħrif u jsaħħu l-kooperazzjoni xjentifika bejn l-Ukraina u l-KE.

8.2.5. Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

EUR miljuni (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ riżorsi umani | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | Total |

Uffiċjali u persunal temporarju (XX 01 01) |

Il-persunal iffinanzjat skont l-Art XX 01 02 (awżiljarju, SNEs, persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji

L-ammont li jingħata abbażi tal-ispiża ta’ kull sena għal uffiċjal wieħed (il-kategoriji kollha huma inklużi), jiġifieri:

Kalkolu - Persunal iffinanzjat skont l-Art. XX 01 02

2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[17] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ tagħrif |

2. It-Total ta’ Nfiq ieħor għall-Ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta’ natura amminstrattiva (speċifika billi tindika l-linja baġitarja) |

Infiq Amministrattiv Totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu - Infiq amministrattiv ieħor li mhuwiex inkluż fl-ammont ta’ referenza

[1] L267 tas-17 ta’ Ottubru 2003, p.25

[2] ĠU

[3] ĠU

[4] ĠU L36, 12.02.2003, p.32

[5] ĠU L267, 17.10.2003, p.25

[6] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati, minn hawn ’il quddiem NDA

[7] Nefqa li mhix koperta mill-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[8] Nefqa koperta mill-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[9] Nefqa koperta mill-Kapitolu xx 01 għajr għall-artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[10] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

[11] Jistgħu jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk it-tul taż-żmien tal-azzjoni jaqbeż is-sitt snin.

[12] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3.

[13] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta' referenza.

[14] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[15] Li l-ispiża tagħhom hija inkluża fl-ammont ta’ referenza.

[16] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[17] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.