|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5767 |
29.10.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-Communist Party of the Philippines, inkluż New People's Army (NPA), il-Khalistan Zindabad Force (KZF) u The Base, inklużi fil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi u entitajiet koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/455 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu
(C/2026/5767)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-Communist Party of the Philippines, inkluż New People's Army (NPA), il-Khalistan Zindabad Force (KZF) u The Base, gruppi li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/455 (1) u fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2026/456 (2) tas-26 ta' Frar 2026 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bl-għan li jiġi miġġieled t-terroriżmu.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-gruppi msemmijin hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Il-gruppi kkonċernati huma b'dan infurmati li jistgħu jressqu talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet previsti għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel il- 5 ta' Novembru 2026 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Attn: COMET designations) |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L, 2026/455, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/455/oj.
(2) ĠU L, 2026/456, 26.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/456/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5767/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)