European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2313

14.10.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2313

tat-13 ta’ Ottubru 2026

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(2)

Wara evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi rilevanti, jenħtieġ li jitħassru żewġ entrati mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

T. BYRNE


(1)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/765/oj.


ANNESS

L-entrati li ġejjin jitħassru mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (“Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)”) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

“125.

Mikail Safarbekovich GUTSERIEV;

258.

Viktar Arkadzievich SHAUTSOU.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2313/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)