<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.0800826301.case.xml"><NO.CASE>C-483/09</NO.CASE><NO.CASE>C-1/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0483</NO.CELEX><NO.SEQ>0016.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-8286</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-8310</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20110915">15.9.2011</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C-483/09 U C-1/10</LEFT><RIGHT>GUEYE U SALMERÓN SÁNCHEZ</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20110915">15 ta’ Settembru 2011</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-483/09 u C-1/10,</P><P>li għandhom bħala suġġett talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 35 UE mressqa mill-Audiencia Provincial de Tarragona (Spanja), permezz ta’ deċiżjonijiet, waħda, tal-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE>, emendati bid-deċiżjoni tat-8 ta’ Ottubru sussegwenti, u l-oħra, tat-<DATE ISO="20091218">18 ta’ Diċembru 2009</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> u fl-<DATE ISO="20100104">4 ta’ Jannar 2010</DATE> rispettivament, fil-proċeduri kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Magatte Gueye</HT> (C-483/09),</P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">X,</HT></P></PRESENCE><P>u</P><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Valentín Salmerón Sánchez</HT> (C-1/10),</P></DEFENDANTS><?PAGE NO="I-8287"?><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Y,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, K. Schiemann, L. Bay Larsen (Relatur), A. Prechal u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn N. Díaz Abad, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Möller kif ukoll minn S. Unzeitig, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili u L. Ventrella, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn C. Wissels u M. De Ree, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="I-8288"?><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn E. Riedl, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svediż, minn C. Meyer-Seitz u S. Johannesson, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn H. Walker u J. Stratford, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn R. Troosters u S. Pardo Quintillán, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2, 8 u 10 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2001/220/JHA, tal-<DATE ISO="20010315">15 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 72, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Deċiżjoni Qafas<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8289"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn it-talbiet saru fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mressqa kontra M. Gueye u V. Salmerón Sánchez rispettivament, li tħarrku minħabba ksur tal-projbizzjoni, imposta bħala piena anċillari, li jersqu lejn il-vittmi femminili tagħhom li, f’ambjent domestiku, batew trattament ħżiena i li għalihom ġew imposti wkoll sanzjonijiet prinċipali fuqhom.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Qafas ġiet adottata fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-Artikolu 31(1)(ċ) UE, li jipprovdi li, l-azzjoni komuni f’dik li hija kooperazzjoni ġudizzjarja f’materja kriminali għandha tinkludi, fost oħrajn, li tiżgura kompatibbiltà fir-regoli applikabbli fl-Istati Membri, kif jista’ jkun meħtieġ biex tittejjeb din il-kooperazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Mill-premessa 3 tad-Deċiżjoni Qafas jirriżulta li l-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Tampere (il-Finlandja), matul il-laqgħa tiegħu tal-15 u s-<DATE ISO="19991016">16 ta’ Ottubru 1999</DATE>, stipula li għandhom jiġu stabbiliti regoli minimi dwar il-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, b’mod partikolari dwar l-aċċess tal-vittmi tal-kriminalità għall-ġustizzja u d-dritt tagħhom għall-kumpens għad-danni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8290"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 8 u 9 tad-Deċiżjoni Qafas jaqraw kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(4)</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom iqarrbu l-liġijiet u r-regolamenti tagħom safejn ikun hemm bżonn sabiex jinkiseb l-għan li l-vittmi tal-kriminalità jingħataw l-għola livell ta’ protezzjoni, irrispettivament mill-Istat Membru li fih ikunu jinsabu.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Ir-regoli u l-prattiċi rigward il-posizzjoni u d-drittijiet prinċipali tal-vittmi għandhom jiġu mifhuma, id-dritt għall-protezzjoni fil-fażijiet kollha tal-proċedura […]</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru madankollu ma’ jimponux obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw li l-vittma tkun trattata b’mod ekwivalenti għal dak ta’ parti mill-proċeduri.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas, għall-finijiet tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>vittma<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/> għandha tfisser persuna fiżika li tkun sofriet danni [...] kawżati direttament minn atti jew ommissjonijiet li bi ksur tal-liġi kriminali ta’ Stat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="I-8291"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>proċeduri kriminali<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/> għandha tinftiehem b’mod konformi mal-liġi nazzjonali applikabbli;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>medjazzjoni fil-każi kriminali<QUOT.END CODE="2019" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/> għandha tinftiehem bħala t-tfittxija, qabel jew matul il-proċeduri kriminali, għal-soluzzjoni negozjata bejn il-vittma u l-awtur tar-reat, medjata minn persuna kompetenti.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Rispett u rikonoxximent<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-vittmi jkollhom rwol sinifikanti u xieraq fis-sistema legali kriminali tieghu. Dan għandu jkompli jagħmel kull sforz sabiex jiżgura li l-vittmi jkunu trattati bir-rispett dovut għad-dinjità ta’ l-individwu matul il-proċeduri u għandu jirrikonoxxi d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-vittmi b’refernza partikolari għall-proċeduri kriminali.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Seduti, u l-provvista ta’ provi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/>, fl-ewwel paragrafu tiegħu jipprovdi, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[k]ull Stat Membru għandhu jissalvagwardja l-possibbiltà għall-vittmi li jinstemgħhu matul il-proċeduri u li jkunu fornuti provi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8292"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Qafas, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Id-dritt għall-protezzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jiżgura livell xieraq ta’ protezzjoni għall-vittmi u, fejn ikun xieraq, lill-familji tagħhom jew persuni f’posizzjoni simili, partikolarment rigward is-sigurtà tagħhom u l-protezzjoni tal-privatezza tagħhom, fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkonsidraw li jkun hemm riskju serju ta’ tpattija jew evidenza serja ta’ l-intenzjoni li ssir intrużjoni fil-privatezza tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għal dak il-għan, u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 4, kull Stat Membru għandu jiggarantixxi li jkun possibli li jadotta, jekk ikun hemm bżonn, bħala parti mill-proċeduri fil-qrati, miżuri appropjati sabiex jitħarsu l-privatezza u l-immaġni fotografika tal-vittmi u l-familji tagħhom jew perdsuni f-posizzjoni simili.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membri għandhu barra minn hekk jiżgura li jiġi evitat kull kuntatt bejn il-vittmi u l-ħatja fil-bini tal-qrati, sakemm il-proċeduri kriminali ma jkunux jitolbu dan il-kuntatt. Fejn ikun xieraq għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu progressivament jipprovdi li l-bini tal-qrati jkollhom żoni ta’ stennija apposta għall-vittmi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jiżgura li, fejn ikun hemm bżonn li jiġu protetti l-vittmi - partikolarment dawk l-aktar vulnerabbli - mill-effetti tax-xhieda fil-qorti miftuħa, il-vittmi jistgħu, permezz ta’ deċiżjoni meħuda mill-qorti, ikunu intitolati jixhdu b’mod li jippermetti li jintlaħaq dan il-għan, b’kull mezz xieraq kompatibbli mal-prinċipji legali bażiċi.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-8293"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Qafas, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[k]ull Stat Membru għandu jfittex li jippromwovi il-medjazzjoni fil-każi kriminali għal dawk ir-reati li tqis addattati għal din it-tip ta’ miżura.<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/></TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kodiċi Kriminali (Código Penal), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mil-Liġi Organika 15/2003 li temenda l-Liġi Organika 10/1995 (Ley Orgánica 15/2003 por la que se modifica la Ley Orgánica 10/1995), tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE> (BOE Nru 283, tas-<DATE ISO="20031126">26 ta’ Novembru 2003</DATE>, p. 41842, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Kodiċi Kriminali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/>), jinkludi l-Artikolu 48, li, fil-paragrafu 2 tiegħu, jistabbilixxi l-effetti ta’ piena anċillari ta’ tbegħid li tipprojbixxi lill-kundannat milli jersaq, b’mod partikolari, lejn il-vittma tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 57 tal-Kodiċi Kriminali, bil-frażijiet li ġejjin jippreċiża l-każijiet u l-kundizzjonijiet li fihom projbizzjoni jew għadd ta’ projbizzjonijiet previsti fl-imsemmi Artikolu 48, rispettivament, jistgħu (paragrafu 1) jew għandhom (paragrafu 2) jiġu imposti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="057.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għar-reati ta’ omiċidju, abort, ta’ leżjoni, kontra l-libertà, ta’ torturi, u kontra l-integrità morali, il-libertà sesswali, l-intimità, id-dritt għad-dehra personali u għall-invjolabbiltà tar-residenza [...], il-qrati jew it-tribunali jistgħu, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l-gravità tal-fatti jew tal-periklu li jippreżenta l-awtur tal-fatti, jipprovdu, fid-deċiżjonijiet tagħhom, għal projbizzjoni jew numru ta’ projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 48 […]</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="I-8294"?><PARAG IDENTIFIER="057.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward tar-reati msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, li kienu twettqu kontra dak li hu, jew li kien, il-konjuġi, jew kontra persuna li hija, jew li kienet, marbuta mal-kundannat, anki fin-nuqqas ta’ koabitazzjoni, permezz ta’ relazzjoni intima analoga […], tiġi applikata, fi kwalunkwe każ, il-piena prevista fl-Artikolu 48(2) [jiġifieri l-projbizzjoni li jersaq lejn il-vittma tiegħu] jew dik ta’ perijodu li ma jaqbiżx l-għaxar snin, f’każ ta’ reat serju, u ħames snin fir-rigward ta’ reat inqas serju [...]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din il-piena ta’ projbizzjoni obbligatorja tapplika għal perijodu li jaqbeż minn tal-inqas sena ż-żmien tal-piena ta’ ħabs imposta, jew għal perijodu ta’ iktar minn sitt xhur u inqas minn ħames snin jekk il-piena imposta hija ta’ xorta oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Iż-żmien minimu ffissat għal sitt xhur jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, jitnaqqas għal xahar b’konformità mal-Artikolu 40(3) tal-Kodiċi Kriminali, moqri flimkien mal-Artikolu 33(6) tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 468(2) tal-Kodiċi Kriminali, fil-verżjoni tiegħu emendata bil-Liġi Organika 1/2004 fuq il-miżuri ta’ protezzjoni totali mill-vjolenza fuq in-nisa (Ley Orgánica 1/2004 de Medidas de Protección Inegral contra la Violencia de Género), tat-<DATE ISO="20041228">28 ta’ Diċembru 2004</DATE> (BOE Nru 313, tad-<DATE ISO="20041229">29 ta’ Diċembru 2004</DATE>, p. 42166, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Liġi Organika 1/2004<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/>), jipprovdi għal piena ta’ ħabs minn sitt xhur sa sena għal kull persuna li ma tosservax waħda mill-pieni previsti fl-Artikolu 48 tal-Kodiċi Kriminali, imposta għal ksur kriminali fejn il-vittma tagħha hija waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 173(2) tal-Kodiċi Kriminali. Din l-aħħar dispożizzjoni ssemmi, b’mod partikolari, il-konjuġi jew il-persuna marbuta permezz ta’ rabtiet affettivi analogi, anki mingħajr koabitazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8295"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Liġi Organika 6/1985 dwar is-setgħa ġudizzjarja (Ley Orgánica 6/1985 del Poder Judicial), fil-verżjoni tagħha emendata bil-Liġi Organika 1/2004 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Liġi Organika 6/85<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/>), fl-Artikolu 82(1) tagħha tipprovdi li l-Audiencias Provinciales għandhom kompetenza fil-qasam kriminali, b’mod partikolari fuq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>azzjonijiet stabbiliti bil-liġi kontra d-deċiżjonijiet mogħtija fil-qasam kriminali mill-Juzgados de Violencia sobre la Mujer (qrati kompetenti fil-qasam tal-vjolenza fuq in-nisa) tal-provinċja<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 87b(5) tal-Liġi Organika 6/85, introdott bil-Liġi Organika 1/2004, jipprojbixxi l-medjazzjoni fil-każijiet kollha ta’ ksur imwettqa f’ambjent domestiku.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>B’konformità mal-Artikolu 792(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (Ley de Enjuiciamento Criminal), l-ebda azzjoni fil-qrati ordinarji ma hija ammissibbli kontra deċiżjonijiet bħalma huma dawk li jkollha tagħti fl-appell il-qorti tar-rinviju fil-kawżi li tressqu quddiemha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ żewġ sentenzi mogħtija fl-2008 mill-Juzgado de lo Penal N 23 de Barcelona (Awla Kriminali Nru 23 tal-qorti tal-ewwel istanza ta’ Barcelona) u fl-2006 mill-Juzgado de Instrucción n<HT TYPE="SUP">o</HT> 7 de Violencia Sobre la Mujer de El Vendrell (qorti kriminali tal-ewwel istanza Nru 7 ta’ El Vendrell, awla speċjalizzata fuq reati ta’ vjolenza fuq in-nisa), M. Gueye u V. Salmerón Sánchez ġew ikkundannati għal maltrattament imwettaq f’ambjent domestiku, taħt, fost sanzjonijiet oħrajn, piena anċillari ta’ projbizzjoni li jżommu rispettivament distanza ta’ 1000 metru u ta’ 500 metru mill-vittma tagħhom jew li jagħmlu kuntatt magħha, għal perijodu ta’ 17-il xahar fl-ewwel każ u ta’ 16-il xahar fit-tieni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8296"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Minkejja li kienu jafu b’dawn il-projbizzjonijiet imposti skont l-Artikolu 57(2) tal-Kodiċi Kriminali, iż-żewġ ikkundannati, relattivament ftit taż-żmien wara li ngħataw dawn il-pieni anċillari, reġgħu bdew jgħixu flimkien mal-vittmi rispettivi tagħhom fuq talba ta’ dawn il-vittmi. Huma komplew jikkoabitaw magħhom sal-arrest tagħhom fit-<DATE ISO="20090203">3 ta’ Frar 2009</DATE> fir-rigward ta’ M. Gueye u fil-<DATE ISO="20071205">5 ta’ Diċembru 2007</DATE> fir-rigward ta’ V. Salmerón Sánchez.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenzi, mogħtija fil-<DATE ISO="20090211">11 ta’ Frar 2009</DATE> u fis-<DATE ISO="20080327">27 ta’ Marzu 2008</DATE> rispettivament, il-Juzgado de lo Penal n<HT TYPE="SUP">o</HT> 1 de Tarragona (Awla Kriminali Nru 1 tal-qorti tal-ewwel istanza ta’ Tarragona) ikkundannat lil M. Gueye u lil V. Salmerón Sánchez għan-nuqqas ta’ osservanza tal-piena anċillari ta’ projbizzjoni li jersqu lejn il-vittma tagħhom skont l-Artikolu 468(2) tal-Kodiċi Kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-appelli minn dawn is-sentenzi, il-qorti tar-rinviju semgħet ix-xhieda tal-persuni li kienu f’relazzjoni ma M. Gueye u V. Salmerón Sánchez għal numru ta’ snin qabel ma ġew imposti dawn is-sanzjonijiet fuqhom, u wkoll fil-ħin tal-arrest ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din ix-xhieda, il-persuni kkonċernati ddikjaraw li kienu huma stess, b’mod pjenament konxju u volontarju, li ddeċidew li jerġgħu jibdew jikkoabitaw mal-ikkundannati, minkejja l-fatt li dawn it-tnejn kienu ġew ikkundannati kriminalment talli kienu aggredewhom preċedentement.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont dawn il-persuni, il-koabitazzjoni ma’ M. Gueye u V. Salmerón Sánchez imxiet b’mod normali għal għadd ta’ xhur, sad-data tal-arrest ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8297"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tal-appelli tagħhom, ippreżentati quddiem il-qorti tar-rinviju kontra s-sentenzi mogħtija mill-Juzgado de lo Penal n<HT TYPE="SUP">o</HT> 1 de Tarragona, l-ikkundannati jfittxu li jiġi kkonstatat li l-bidu mill-ġdid ta’ koabitazzjoni bil-kunsens liberu tas-sieħba tagħhom ma jikkostitwixxix reat ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ piena anċillari ta’ tbegħid.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-konferma eventwali tal-pieni imposti fl-ewwel istanza tiddependi mill-punt dwar jekk in-natura obbligatorja tal-adozzjoni ta’ miżuri ta’ tbegħid f’każijiet ta’ reati ta’ vjolenza domestika, minkejja li l-vittmi huma kontra dawn il-miżuri, hijiex kompatibbli mad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont l-imsemmija qorti, jidher li ma hemm l-ebda dubju li, f’ċerti sitwazzjonijiet, miżuri ta’ tbegħid jistgħu jiġu imposti, anki kontra l-volontà tal-vittmi. Madankollu hija tqis li l-livell ta’ protezzjoni li huwa xieraq, essenzjalment, li jingħata lill-vittmi ta’ reati mwettqa f’ambjent domestiku, b’mod partikolari f’każijiet ta’ ksur minuri, ma jistax jirriżulta fl-impożizzjoni, mingħajr eċċezzjoni, ta’ miżura ta’ tbegħid meħuda mingħajr evalwazzjoni preċedenti taċ-ċirkustanzi ta’ kull każ.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Audiencia Provincial de Tarragona ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja, li huma fformulati f’termini identiċi fiż-żewġ kawżi C-483/09 u C-1/10:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>Id-dritt tal-vittma li jkun mifhum, li jinsab fil-Premessa 8 tal-preambolu tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas], għandu jiġi interpretat bħala obbligu pożittiv tal-awtoritajiet tal-Istat responsabbli mill-prosekuzzjoni u l-piena tal-aġir kriminali, li jippermetti li l-vittma tesprimi l-evalwazzjonijiet tagħha, ir-riflessjoni u<?PAGE NO="I-8298"?> l-fehma tagħha fuq l-effetti diretti fuq il-ħajja tagħha li jistgħu jirriżultaw mill-impożizzjoni ta’ pieni fuq il-ħati li miegħu l-vittma kellha relazzjoni familjari jew relazzjoni emozzjonali qawwija?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] [...], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu tal-Istati [Membri] li jirrikonoxxu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-vittma jfisser li l-Istati għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni l-fehma tal-vittma meta l-pieni li jirriżultaw mill-proċess kriminali jistgħu jippreġudikaw b’mod ċentrali u direttament l-eżerċizzju tad-dritt tagħha għall-iżvilupp ħieles tal-personalità tagħha u tal-ħajja privata u tal-familja tagħha?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] [...], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet tal-Istat ma jistgħux jonqsu milli jieħdu inkunsiderazzjoni r-rieda ħielsa tal-vittma meta topponi għall-impożizzjoni jew għaż-żamma fis-seħħ ta’ ordni li ma tavviċinax il-vittima meta l-ħati huwa membru tal-familja u ma tirriżulta ebda sitwazzjoni oġġettiva ta’ riskju ta’ ripetizzjoni tar-reat, u fejn jista’ jiġi evalwat li hemm livell ta’ kompetenza personali, soċjali, kulturali u emozzjonali li jeskludi kwalunkwe possibbiltà ta’ sottomissjoni għall-ħati, jew, għall-kuntrarju, li tali ordni għandha tiġi kkunsidrata xierqa f’kull każ fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn ir-reati?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Meta l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] [...], jipprovdi li l-Istati [Membri] għandhom jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni lill-vittma, dan għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-impożizzjoni ġenerali u vinkolanti ta’ miżuri ta’ projbizzjoni ta’ avviċinament jew ta’ projbizzjoni ta’ kull kuntatt taħt pieni aċċessorji fil-każijiet kollha fejn il-persuna hija l-vittma ta’ reati kommessi fil-familja, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn ir-reati, jew, għall-kuntrarju, li l-imsemmi Artikolu 8 jirrikjedi li ssir evalwazzjoni b’mod individwali li biha jista’ jiġi identifikat, każ b’każ, il-livell xieraq ta’ protezzjoni fid-dawl tal-interessi kunfliġġenti inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-8299"?><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] [...] għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li tiġi eskluża b’mod ġenerali l-medjazzjoni fil-proċessi kriminali li jinvolvu reati kommessi fil-familja fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn ir-reati jew, għall-kuntrarju, il-medjazzjoni għanda tiġi permessa wkoll f’dawn it-tip ta’ proċeduri, billi każ b’każ, jintiżnu l-interessi kunfliġġenti inkwistjoni?<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>B’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20100924">24 ta’ Settembru 2010</DATE>, il-kawżi C-483/09 u C-1/10 ngħaqdu għall-finijiet tal-proċedura orali u tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Mill-informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, ippubblikat fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej</HT> tal-<DATE ISO="19990501">1 ta’ Mejju 1999</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" DATE.PUB="1999" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="56">ĠU L 114, p. 56</REF.DOC.OJ>), jirriżulta li r-Renju ta’ Spanja għamel dikjarazzjoni, skont l-Artikolu 35(3)(a) UE li permezz tagħha huwa aċċetta l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti sentenza preliminari, b’konformità mal-Artikolu 35(3)(a) UE, fuq talba ta’ kwalunkwe qorti ta’ dan l-Istat Membru li kontra d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunx hemm rimedju ġudizzjarju skont il-liġi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 792(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-qorti tar-rinviju fil-proċeduri f’kawża prinċipali ma għandhomx rimedju ġudizzjarju ordinarju skont il-liġi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10(1) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji, anness mat-Trattat FUE, is-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt it-Titolu VI tat-Trattat UE, fil-verżjoni tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, ma<?PAGE NO="I-8300"?> nbidlux fir-rigward ta’ atti bħalma hija d-Deċiżjoni Qafas, li ġiet adottata qabel dan id-dħul fis-seħħ, inkluż fejn dawn ġew aċċettati taħt l-Artikolu 35(2) UE.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Taħt dawn il-kundizzjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni, b’applikazzjoni tal-Artikolu 35(1) UE sabiex tagħti deċiżjoni preliminari dwar id-domandi tal-qorti tar-rinviju li jfittxu l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol u l-Gvern Taljan, prinċipalment isostnu li t-talbiet għal deċiżjoni preliminari huma inammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Filwaqt li jippreċiża li, fil-proċeduri fil-kawża prinċipali, ma hemm l-ebda kwistjoni li tiġi imposta piena ta’ tbegħid skont l-Artikolu 57(2) tal-Kodiċi Kriminali, il-Gvern Spanjol l-ewwel nett isostni li ma huwiex neċessarju li wieħed jistaqsi jekk id-Deċiżjoni Qafas tipprekludix l-adozzjoni obbligatorja ta’ tali miżura. Peress li dawn il-proċeduri jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ piena skont l-Artikolu 468(2) tal-Kodiċi Kriminali, dwar il-ksur ta’ miżura ta’ tbegħid imposta preċedentement, id-domandi preliminari magħmula huma purament ipotetiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, jekk wieħed jassumi li l-imsemmija domandi jirreferu għall-Artikolu 468(2) tal-Kodiċi Kriminali, il-Gvern Spanjol jippreċiża li l-problema mqajma fil-kawża prinċipali ma tirriżultax minn din id-dispożizzjoni fiha nfisha, iżda minn interpretazzjoni tagħha magħmula mis-Sala de lo Penal del Tribunal (Awla Kriminali tal-Qorti Suprema) fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>ftehim mhux vinkolanti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/> tal-<DATE ISO="20081125">25 ta’ Novembru 2008</DATE> u li minnu jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>l-kunsens tal-mara ma jeskludix in-natura punibbli skont<?PAGE NO="I-8301"?> l-Artikolu 468 tal-Kodiċi Kriminali<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0021" REF.START="QS0021"/>. Għalhekk, fir-realtà, id-domandi preliminari jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, li fil-kuntest ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari ma huwiex l-inkarigu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuqha.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Taljan josserva li kull interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas li twassal għal kunflitt bejnha u d-dritt nazzjonali ma tistax tiġi solvuta b’interpretazzjoni tiegħu b’konformità mal-għanijiet tad-Deċiżjoni Qafas. Tali interpretazzjoni konformi tista’, l-iktar l-iktar, tintervjeni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT>, ħaġa li d-dritt tal-Unjoni ma jippermettix. Konsegwentement, id-domandi preliminari huma mingħajr interess u huma ta’ natura ipotetika.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, l-istess bħall-Artikolu 267 KE, l-Artikolu 35(3)(a) UE jissuġġetta d-domandi preliminari li jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għall-kundizzjoni li l-qorti nazzjonali jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[t]ikkonsidra li deċiżjoni dwar dik il-kwistjoni tkun meħtieġa biex tkun tista’ tagħti verdett [sentenza]<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0022" REF.START="QS0022"/>, b’mod li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-ammissibbiltà tad-domandi preliminari magħmula skont l-Artikolu 267 TFUE, tista’, bħala prinċipju, tiġi trasposta għat-talbiet għal deċiżjonijiet preliminari ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 35 UE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20050616">16 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Pupino, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-105/03" PAGE.ECR="I-5285" YEAR="2005">C-105/03, Ġabra p. I-5285</REF.DOC.ECR>, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali, li quddiemha titressaq il-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni li tkun ser tagħti, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti s-sentenza tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, peress li d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala regola, marbuta tagħti deċiżjoni (ara, b’mod partikolari,<?PAGE NO="I-8302"?> is-sentenzi tal-<DATE ISO="19951215">15 ta’ Diċembru 1995</DATE>, Bosman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/93" PAGE.ECR="I-4921" YEAR="1995">C-415/93, Ġabra p. I-4921</REF.DOC.ECR>, punt 59, kif ukoll tat-<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, Runevič-Vardyn u Wardyn, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-391/09" PAGE.ECR="I-3787" YEAR="2011">C-391/09, Ġabra p. I-3787</REF.DOC.ECR>, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward tal-missjoni mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-Artikolu 267 TFUE, din ma tistax tiddeċiedi fuq domandi magħmula minn qorti nazzjonali meta jkun manifestament ċar li, b’mod partikolari, l-interpretazzjoni mitluba tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni kkunsidrati f’dawn id-domandi ma jkollha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali jew meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="20081009">9 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Katz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-404/07" PAGE.ECR="I-7607" YEAR="2008">C-404/07, Ġabra p. I-7607</REF.DOC.ECR>, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju huma intiżi li jiddeterminaw jekk is-sanzjoni ta’ tbegħid obbligatorja imposta bħala piena anċillari hijiex hija stess kompatibbli mad-Deċiżjoni Qafas. Fil-fatt, din il-qorti tqis li huwa neċessarju li, fil-kuntest tal-proċeduri kriminali marbuta man-nuqqas ta’ osservanza tal-pieni ta’ tbegħid imposti preċedentement, jiġi vverifikat li dawn il-pieni, ta’ natura obbligatorja u li fuqhom hija għandha tibbaża l-kundanni tagħha, ma jiksrux id-Deċiżjoni Qafas huma stess. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, id-domandi magħmula ma jidhrux li huma ipotetiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat li, għall-finijiet tar-risposti tagħha għad-domandi magħmula, il-Qorti tal-Ġustizzja tibbaża ruħha fuq l-interpretazzjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju tad-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni, mingħajr ma tkun tista’ tikkontestaha jew tivverifika l-eżattezza tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, il-Gvern Spanjol indika li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 468(2) tal-Kodiċi Kriminali li s-Sala de lo Penal del Tribunal Supremo għamlet fil-ftehim tiegħu tal-<DATE ISO="20081125">25 ta’ Novembru 2008</DATE> ma ċċaħħadx, fil-prinċipju, il-qrati mill-possibbiltà li jiskartaw, b’motivazzjoni, tali interpretazzjoni. Għalhekk, fl-eventwalità fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi<?PAGE NO="I-8303"?> għad-domandi magħmula li d-Deċiżjoni Qafas tipprekludi miżura nazzjonali bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jidhirx b’mod ċar li, fil-kawża prinċipali, interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali b’konformità mad-Deċiżjoni Qafas hija, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Taljan, neċessarjament impossibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Taħt dawn il-kundizzjonijiet, ma huwiex ovvju li l-interpretazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas mitluba mill-qorti tar-rinviju ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, jew li l-problema mressqa hija ta’ natura ipotetika.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-domandi preliminari huma ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sar-raba’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Qabel jiġu eżaminati l-ewwel erba’ domandi, għandu jiġi osservat li l-premessa 8 tad-Deċiżjoni Qafas, li hija s-suġġett tal-ewwel domanda, ma għandha, bħala tali, l-ebda valur legali vinkolanti (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-562/08" PAGE.ECR="I-1391" YEAR="2010">C-562/08, Müller Fleisch, Ġabra p. I-1391</REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fuq il-livell formali, għandu jiġi osservat li l-qorti tar-rinviju llimitat it-tieni sar-raba’ domandi tagħha għall-interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 8 tad-Deċiżjoni Qafas. Madankollu, tali sitwazzjoni ma tipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja<?PAGE NO="I-8304"?> milli tipprovdilha elementi ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, inkluż, f’dan il-każ, dawk li jirrigwardaw dispożizzjoni oħra tal-imsemmija Deċiżjoni Qafas, li jistgħu jkunu utli sabiex tingħata deċiżjoni għall-kawżi li tressqu quddiemha, irrispettivament minn jekk il-qorti tar-rinviju tkunx għamlet riferiment għalihom fid-domandi tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="20110505">5 ta’ Mejju 2011</DATE>, McCarthy, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-434/09" PAGE.ECR="I-3375" YEAR="2011">C-434/09, Ġabra p. I-3375</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, jekk l-Istati Membri huma marbuta li jirrikonoxxu d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-vittmi skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Qafas, madankollu huwa b’applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tagħha, moqri flimkien mal-premessa 8 tagħha, li huma għandhom jiggarantixxu l-possibilità ta’ smigħ matul il-proċeduri kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li, permezz tal-ewwel erba’ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati b’mod konġunt, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 2, 3 u 8 tad-Deċiżjoni Qafas għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li sanzjoni ta’ tbegħid obbligatorja għal żmien minimu, prevista fil-liġi kriminali ta’ Stat Membru bħala piena anċillari, tkun mogħtija lil awturi ta’ vjolenzi mwettqa f’ambjent domestiku, minkejja li l-vittmi tagħhom jikkontestaw l-applikazzjoni ta’ tali sanzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li d-Deċiżjoni Qafas ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni dwar it-tipi ta’ pieni u l-livell tagħhom li l-Istati Membri għandhom jipprovdu għalihom fil-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex jiġi ssanzjonat ksur kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Ma’ dan jiżdied il-fatt li, barra minn hekk, id-Deċiżjoni Qafas ma tinkludi l-ebda indikazzjoni oħra li abbażi tagħha l-leġiżlatur tal-Unjoni, fil-limiti tal-kompetenzi li ġew mogħtija lilu mit-Trattat UE, kellu l-intenzjoni li jarmonizza, jew tal-inqas iqarreb il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fir-rigward tat-tipi u tal-livelli tas-sanzjonijiet kriminali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8305"?><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mill-premessa 3 u l-premessa 4 tagħha, id-Deċiżjoni Qafas hija intiża biss li tistabbilixxi, fil-kuntest tal-proċeduri kriminali bħal kif iddefiniti fl-Artikolu 1(ċ) tagħha, regoli minimi għall-protezzjoni tal-vittmi ta’ ksur kriminali u li toffrilhom livell għoli ta’ protezzjoni, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-aċċess tagħhom għall-ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessa 9 tad-Deċiżjoni Qafas tippreċiża li d-dispożizzjonijiet tagħha ma jimponux lill-Istati Membri jiggarantixxu lill-vittmi trattament ekwivalenti għal dak tal-partijiet fil-proċeduri.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-istruttura tagħha u l-kontenut tagħha, id-Deċiżjoni Qafas hija kkaratterizzata mill-fatt li, b’mod ġenerali, fl-Artikolu 2 tagħha hija ssemmi l-għanijiet prinċipali li hija għandha l-intenzjoni timplementa għall-protezzjoni tal-vittmi u tippreċiża, fl-artikoli segwenti, drittijiet differenti ta’ natura prinċipalment proċedurali li minnhom il-vittmi għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw matul il-proċeduri kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati b’tali mod li d-drittijiet fundamentali jiġu rrispettati, fosthom, b’mod partikolari, għandu jiġi indikat id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, kif iddikjarat fl-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċtati iktar il fuq, Pupino, punt 59, u Katz, punt 48).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>L-obbligi msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Qafas huma intiżi li jiggarantixxu li l-vittma tkun tista’ tieħu sehem effettiv fil-proċeduri kriminali b’mod xieraq, li ma jimplikax li miżura ta’ tbegħid obbligatorja bħalma hija dik fil-kawża prinċipali ma tkunx tista’ tingħata kontra l-fehma tal-vittma.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8306"?><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas, filwaqt li jimponi lill-Istati Membri sabiex jiggarantixxu l-possibbiltà li l-vittmi jinstemgħu matul il-proċeduri kif ukoll li jiġu prodotti provi, huwa jħalli f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-metodi konkreti għall-implementazzjoni ta’ dan l-għan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Katz, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, taħt piena li tiġi eskluża parti kbira mill-effett utli tal-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Qafas u bi ksur tal-obbligi msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ din tal-aħħar, dawn id-dispożizzjonijiet jimplikaw, fi kwalunkwe każ, li l-vittma tkun tista’ tagħti x-xhieda tagħha fil-proċeduri kriminali u li din ix-xhieda tkun tista’ tittieħed inkunsiderazzjoni bħala prova (sentenza Katz, iċċitata iktar ’il fuq, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex jiġi ggarantit li l-vittma tkun effettivament tista’ tieħu sehem fil-proċeduri kriminali b’mod xieraq, id-dritt għal smigħ għandu jtiha, minbarra l-possibbiltà li tiddeskrivi b’mod oġġettiv kif seħħew il-fatti, iċ-ċans li tesprimi l-perspettiva tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Dan id-dritt proċedurali għal smigħ fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas ma jagħti l-ebda dritt fir-rigward tal-għażla lill-vittmi dwar it-tipi ta’ pieni li jġarrbu l-awturi tal-fatti skont ir-regoli tal-liġi kriminali nazzjonali u lanqas dwar il-livell ta’ dawn il-pieni.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-protezzjoni kriminali mill-atti ta’ vjolenza domestika li jiżgura Stat Membru meta jeżerċita s-setgħa repressiva tiegħu ma hijiex intiża biss li tipproteġi l-interessi tal-vittma kif tipperċepixxihom iżda wkoll interessi oħra iktar ġenerali tas-soċjetà.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8307"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Qafas ma jipprekludix li l-leġiżlatur nazzjonali jipprovdi, b’mod partikolari meta interessi oħra barra dawk tal-vittma għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, pieni obbligatorji għal perijodu minimu.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Qafas, mill-Artikolu 8(1) tiegħu jirriżulta li dan huwa intiż li jiggarantixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>livell xieraq ta’ protezzjoni għall-vittmi<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0023" REF.START="QS0023"/>, partikolarment rigward is-sigurtà tagħhom u l-protezzjoni tal-privatezza tagħhom, b’mod partikolari fejn l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li jkun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>riskju serju ta’ tpattija jew evidenza serja ta’ l-intenzjoni li ssir intrużjoni fil-privatezza tagħhom<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0024" REF.START="QS0024"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-miżuri ta’ protezzjoni preventiva u prattika, bħalma huma dawk imsemmija fil-paragrafi 2 sa 4 tal-imsemmi Artikolu 8, huma intiżi li jiggarantixxu li l-vittma tkun tista’ tieħu sehem fil-proċeduri kriminali b’mod xieraq mingħajr ma din il-parteċipazzjoni tkun kompromessa minn riskji għas-sigurtà u l-ħajja privata tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Qafas, bħall-Artikoli 2 u 3 tagħha, ma jinkludi l-ebda obbligu fuq l-Istati Membri sabiex jipprovdu dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali kriminali li jippermettu lill-vittma li tinfluwenza l-pieni li l-qorti nazzjonali tista’ timponi fuq l-awtur tal-offiża.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Il-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 8 hija intiża b’mod partikolari sabiex tipproteġi b’mod <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>xieraq<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0025" REF.START="QS0025"/> lill-vittma jew xi persuna ta’ madwarha mill-awtur tal-offiża matul il-proċeduri kriminali.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Qafas ma jistax jiġi mifhum fis-sens li l-Istati Membri huma wkoll marbuta jipproteġu lill-vittmi mill-effetti indiretti li jipproduċu, fi stadju ulterjuri, il-pieni imposti mill-qorti nazzjonali fuq l-awturi tal-ksur.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8308"?><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Qafas ma jistax jiġi interpretat fis-sens li huwa jillimita l-għażla tal-Istati Membri tas-sanzjonijiet kriminali li huma jistabbilixxu fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li l-obbligu, bħala tali, li tingħata miżura ta’ tbegħid b’konformità mad-dritt sostantiv inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas, u, għalhekk, fi kwalunkwe każ, ma jistax jiġi evalwat fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq, hemm lok li r-risposta għall-ewwel erba’ domandi tkun li l-Artikoli 2, 3 u 8 tad-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li sanzjoni ta’ tbegħid obbligatorja għal żmien minimu, prevista fil-liġi kriminali ta’ Stat Membru bħala piena anċillari, tiġi imposta kontra awturi ta’ vjolenzi mwettqa f’ambjent domestiku, minkejja li l-vittmi tagħhom jikkontestaw l-applikazzjoni ta’ tali sanzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames domanda f’kull waħda miż-żewġ kawżi, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Qafas għandux jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti lill-Istati Membri, fid-dawl tal-kategorija partikolari tal-ksur imwettaq fl-ambjent domestiku, li jeskludu r-rikors għal medjazzjoni fil-proċeduri kriminali kollha relatati ma’ tali ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, minbarra l-fatt li l-Artikolu 34(2) UE jħalli lill-awtoritajiet nazzjonali l-kompetenza fir-rigward tal-forma u tal-metodi neċessarji<?PAGE NO="I-8309"?> sabiex jintlaħaq ir-riżultat mixtieq mid-deċiżjonijiet qafas, l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Qafas jillimita ruħu li jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jfittxu li jippromwovu l-medjazzjoni għall-offiżi li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[j]qis[u] addattati<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0026" REF.START="QS0026"/>, b’mod li l-għażla tal-offiżi li fir-rigward tagħhom il-medjazzjoni hija applikabbli taqa’ taħt l-evalwazzjoni tal-Istati Membri (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20101021">21 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Eredics u Sápi, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-205/09" PAGE.ECR="I-10231" YEAR="2010">C-205/09, Ġabra p. I-10231</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Qafas jippermetti lill-Istati Membri li jeskludu r-rikors għal medjazzjoni għall-offiżi kollha mwettqa f’ambjent domestiku, hekk kif previst fl-Artikolu 87b(5), tal-Liġi Organika 6/1985.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-fatt mill-kliem stess tal-Artikolu 10 u mis-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li d-Deċiżjoni Qafas tagħti lill-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-metodi konkreti tal-implementazzjoni tal-għanijiet tagħha jirriżulta li, billi ddeċieda li jeskludi l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ medjazzjoni għal tip partikolari ta’ ksur, għażla li hija essenzjalment ibbażata fuq motivi ta’ politika kriminali, il-leġiżlatur nazzjonali ma eċċediex is-setgħa diskrezzjonali li huwa għandu (ara, b’analoġija, is-sentenza Eredics u Sápi, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-evalwazzjoni tal-Istati Membri tista’ tkun limitata bl-obbligu li jintużaw kriterji oġġettvi sabiex jiġi ddeterminat il-ksur li għalih huma jqisu li l-medjazzjoni ma hijiex xierqa. Madankollu, xejn ma jindika li l-esklużjoni tal-medjazzjoni prevista bil-Liġi Organika 6/1985 għandha tkun ibbażata fuq kriterji nieqsa minn oġġettività.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, hemm lok li r-risposta għall-ħames domanda tkun li l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti lill-Istati Membri, fid-dawl tal-kategorija partikolari tal-ksur imwettaq f’ambjent domestiku, li jeskludi r-rikors għall-medjazzjoni fil-proċeduri kriminali kollha relatati ma’ tali ksur.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8310"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi li:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 2, 3 u 8 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2001/220/JHA, tal-<DATE ISO="20010315">15 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li sanzjoni ta’ tbegħid obbligatorja għal żmien minimu, prevista fil-liġi kriminali ta’ Stat Membru bħala piena anċillari, tiġi imposta kontra awturi ta’ vjolenzi mwettqa f’ambjent domestiku, minkejja li l-vittmi tagħhom jikkontestaw l-applikazzjoni ta’ tali sanzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2001/220 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri, fid-dawl tal-kategorija partikolari tal-ksur imwettaq f’ambjent domestiku, li jeskludi r-rikors għall-medjazzjoni fil-proċeduri kriminali kollha relatati ma’ tali ksur.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>