|
10.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 397/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1943
tal-14 ta’ Ġunju 2021
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33797 (2013/C) (ex 2013/NN, ex 2011/CP) implimentata mis-Slovakkja għal NCHZ
(notifikata bid-dokument C(2011) 4185)
(Il-verżjoni Slovakka biss hija awtentika)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni li biha l-Kummissjoni bdiet il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1),
Wara li talbet lill-partijiet interessati jressqu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROCEDURA
1.1. Il-ftuħ u l-għeluq tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
|
(1) |
Permezz ta’ ittra tat-2 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni infurmat lis-Slovakkja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2) (“it-TFUE”) f’diversi miżuri favur Novácke chemické závody, a.s. vs konkurze (“NCHZ”) allegatament implimentata mis-Slovakkja. |
|
(2) |
Bid-deċiżjoni (UE) 2015/1826 (3) tagħha tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33797 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2011/CP) implimentata mis-Slovakkja għal NCHZ (“id-deċiżjoni inizjali”), il-Kummissjoni kkonkludiet fl-Artikolu 2 li d-deċiżjoni adottata mill-kumitat tal-kredituri biex jippermettu t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ wara l-iskadenza tal-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi, ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(3) |
Il-proċedura li ppreċediet l-adozzjoni tad-deċiżjoni inizjali hija stabbilita fil-premessi (1) sa (9) tagħha. |
1.2. Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-284/15
|
(4) |
Wara azzjoni mressqa minn AlzChem AG, il-Qorti Ġenerali, bis-sentenza tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2018 fil-Kawża T-284/15, (4) annullat l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni inizjali minħabba li l-Kummissjoni naqset milli tiddikjara b’mod adegwat ir-raġunijiet għall-valutazzjoni tagħha tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku u ta’ imputabbiltà lill-Istat, fir-rigward tad-deċiżjoni li tippermetti t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ wara l-31 ta’ Diċembru 2010 (“il-miżura”). B’mod partikolari, id-dikjarazzjoni mhux adegwata tar-raġunijiet kienet tirrigwarda (i) ir-rwol tal-Qorti Distrettwali ta’ Trenčín (“il-qorti tal-fallimenti”) fid-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ, (ii) l-eżistenza ta’ drittijiet ta’ veto tal-kredituri pubbliċi fid-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ, (iii) ir-riskju li l-pretensjonijiet tal-kredituri jakkumulaw wara l-31 ta’ Diċembru 2010, u (iv) ir-rilevanza tal-analiżi ekonomika u tal-preżentazzjoni maniġerjali ta’ NCHZ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kredituri f’Jannar 2011. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-ewwel punt, jiġifieri r-rwol tal-qorti tal-fallimenti fid-deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ, il-Qorti Ġenerali sostniet li fid-deċiżjoni inizjali, il-Kummissjoni kellha tispjega kif kienet qieset ir-rwol tal-qorti tal-fallimenti fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u r-raġunijiet li wasslu għall-konklużjoni li d-deċiżjoni li titkompla l-operazzjoni ta’ NCHZ ma kinitx attribwibbli għall-qorti tal-fallimenti. B’mod speċifiku, il-Qorti Ġenerali indikat li d-deċiżjoni inizjali ssemmi f’diversi każijiet id-deċiżjoni tal-kredituri tas-26 ta’ Jannar 2011 (5), li biha dawn qablu li NCHZ jenħtieġ li tkompli topera, mingħajr ma rreferiet għall-intervent tal-qorti tal-fallimenti fis-17 ta’ Frar 2011 li għamlet id-deċiżjoni tas-26 ta’ Jannar 2011 vinkolanti għall-amministratur tal-fallimenti. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-imputabbiltà fid-deċiżjoni inizjali ma semmietx id-deċiżjoni tal-qorti tas-17 ta’ Frar 2011. |
|
(6) |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali fakkret li fis-seduta tal-11 ta’ April 2018, meta staqsiet lill-Kummissjoni jekk il-qorti tal-fallimenti kellhiex sempliċiment tivvaluta l-konformità mal-aspetti formali tad-deċiżjoni tal-kredituri jew jekk kinitx meħtieġa wkoll li tikkontrolla l-validità tad-deċiżjoni u setgħetx tasal għal konklużjoni differenti, il-Kummissjoni ma setgħetx tagħti tweġiba f’dak ir-rigward. Il-Qorti Ġenerali indikat ukoll iċ-ċirkostanzi partikolari li fihom il-qorti tal-fallimenti intervjeniet fil-kawża preżenti, jiġifieri bħala membru tal-korp kompetenti (6). |
|
(7) |
Fir-rigward tat-tieni punt, jiġifieri d-drittijiet ta’ veto tal-kredituri pubbliċi, il-Qorti Ġenerali sostniet li d-deċiżjoni inizjali kien fiha spjegazzjonijiet inkonsistenti dwar jekk il-kredituri garantiti li kienu membri tal-korp kompetenti (7) kinux jikkostitwixxu “korp” li kien jieħu deċiżjonijiet b’maġġoranza, jew kinux jesprimu l-fehmiet tagħhom individwalment; fil-każ ta’ dan tal-aħħar, id-deċiżjoni inizjali ma stabbilixxietx ir-raġuni għaliex dawn ma kellhomx id-dritt ta’ veto (8). |
|
(8) |
Fir-rigward tat-tielet punt, jiġifieri r-riskju li jakkumulaw il-pretensjonijiet, il-Qorti Ġenerali sostniet li, għalkemm id-deċiżjoni inizjali kienet stabbilixxiet l-eżistenza ta’ riskju ta’ żieda fil-pretensjonijiet għal ċerti kredituri pubbliċi garantiti wara l-31 ta’ Diċembru 2010, ma kienx ċar jekk u kif il-Kummissjoni qieset dak ir-riskju meta applikat it-test tal-kredituri privati. Il-Qorti Ġenerali indikat ukoll li s-sejba tal-Kummissjoni li d-deċiżjoni tal-kredituri pubbliċi dwar it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ ittieħdet fl-istess ħin ta’ u taħt l-istess kundizzjonijiet (pari passu) bħad-deċiżjonijiet tal-kredituri privati komparabbli, kienet inkonsistenti ma’ indikazzjoni x’imkien ieħor fid-deċiżjoni inizjali li xi wħud minn dawk il-kredituri pubbliċi kienu f’sitwazzjoni differenti peress li l-pretensjonijiet tagħhom kienu diġà żdiedu matul il-falliment ta’ NCHZ fil-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
(9) |
Fir-rigward tar-raba’ punt, jiġifieri r-rilevanza tal-analiżi ekonomika u tal-preżentazzjoni maniġerjali ta’ NCHZ għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kredituri f’Jannar 2011, il-Qorti Ġenerali nnotat li, skont id-deċiżjoni inizjali, dawn iż-żewġ dokumenti infurmaw dwar id-deċiżjoni tal-kredituri ta’ qabel il-falliment. Fir-rigward tal-analiżi ekonomika, il-Qorti Ġenerali sostniet li l-Kummissjoni kienet korretta meta sabet li l-analiżi ekonomika setgħet isservi bħala bażi għad-deċiżjoni tal-kredituri; madankollu, din innotat ukoll li d-deċiżjoni inizjali ma indikatx li din l-analiżi qieset il-kost tat-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ għal dawk il-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom kienu żdiedu matul il-proċedura ta’ falliment. Għalhekk, ma kienx ċar għaliex l-imġiba ta’ dawk il-kredituri kellha tiġi eżaminata f’test tal-kredituri privati abbażi ta’ dik l-analiżi. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Qorti Ġenerali sabet ukoll bħala mhux effettiv l-argument ta’ AlzChem li l-preżentazzjoni maniġerjali ma kinitx rilevanti għall-fini ta’ valutazzjoni tal-imġiba tal-kredituri pubbliċi. Fil-fehma tal-Qorti Ġenerali, id-deċiżjoni inizjali ma ddikjaratx b’mod adegwat ir-raġunijiet dwar ir-rilevanza ta’ dawn iż-żewġ dokumenti – l-analiżi ekonomika u l-preżentazzjoni maniġerjali – għall-finijiet tal-analiżi mill-Kummissjoni tal-pożizzjoni ta’ dawk il-kredituri pubbliċi li l-pretensjonijiet tagħhom kienu żdiedu matul il-proċedura ta’ falliment. |
1.3. Proċedura tal-qorti dwar l-ewwel perjodu ta’ falliment
|
(10) |
Proċedura tal-qorti relatata kienet tirrigwarda l-ewwel perjodu ta’ falliment ta’ NCHZ, li matulu NCHZ gawdiet mill-istatus ta’ kumpanija strateġika skont l-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi. Fl-24 ta’ Settembru 2019, il-Qorti Ġenerali kkonfermat is-sejba tal-Kummissjoni ta’ għajnuna inkompatibbli u b’hekk ċaħdet l-applikazzjoni għal annullament kontra l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni inizjali fil-Kawża T-121/15 (9). Fid-29 ta’ April 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali minn Fortischem, a.s. (“Fortischem”) (10). |
1.4. Il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali
|
(11) |
Fid-dawl tal-annullament mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni inizjali, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tibqa’ miftuħa fir-rigward tad-deċiżjoni li tippermetti t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ wara l-iskadenza tat-taqsima rilevanti tal-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni stiednet lis-Slovakkja u lill-partijiet interessati li kienu ressqu osservazzjonijiet biex jerġgħu jressqu kummenti dwar il-miżura, filwaqt li jqisu s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018. Is-Slovakkja tat kummenti fl-14 ta’ Frar 2020. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni rċeviet aktar kummenti minn tliet partijiet interessati fil-5 ta’ Diċembru 2019, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fis-6 ta’ Jannar 2020, rispettivament. Hija għaddiethom lis-Slovakkja, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi. Il-kummenti tas-Slovakkja waslu permezz ta’ ittra ppreżentata fit-28 ta’ Mejju 2020. |
2. SFOND U DESKRIZZJONI TAL-MIZURA
2.1. Il-benefiċjarju
|
(14) |
NCHZ kienet produttur Slovakk ta’ sustanzi kimiċi ta’ speċjalità (eż. karbur tal-kalċju, PVC, sustanzi kimiċi bażiċi), b’madwar 1 400 persunal impjegat sal-2008, li l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħhom huma stabbiliti aktar fid-dettall fil-premessi minn (10) sa (11) tad-deċiżjoni inizjali (11). Il-kumpanija kienet proprjetà privata (12). |
2.2. Il-proċedimenti ta’ falliment ta’ NCHZ u tal-korp kompetenti
|
(15) |
Wara li NCHZ falliet fit-8 ta’ Ottubru 2009, ġie adottat l-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi (13), li kien japplika għal NCHZ wara li l-Gvern iddikjara lil NCHZ bħala kumpanija strateġika fit-2 ta’ Diċembru 2009 (“l-ewwel perjodu ta’ falliment”). |
|
(16) |
Wara li l-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi waqaf japplika għal NCHZ fil-31 ta’ Diċembru 2010 (“it-tieni perjodu ta’ falliment”), it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ ma baqgħetx tiġi ggarantita bis-saħħa ta’ dan l-Att. B’riżultat ta’ dan, l-amministratur tal-fallimenti (“l-amministratur”) ma baqax legalment obbligat li jkompli l-operazzjoni tal-kumpanija. |
|
(17) |
It-telf ta’ NCHZ kien qed jiżdied kontinwament mill-ftuħ tal-proċedimenti ta’ falliment kontra NCHZ u l-kostijiet tal-operazzjoni tan-negozju kienu ogħla mir-rikavati mill-operazzjoni tiegħu. Skont l-Att dwar il-Fallimenti (14), meta l-kostijiet tal-operazzjoni tal-impriża f’falliment jaqbżu r-rikavati mill-operazzjoni tagħha, l-amministratur huwa obbligat jinforma dwar din is-sitwazzjoni lill-korp rilevanti kompetenti (“il-korp kompetenti”) (15), li huwa korp kollettiv, u jitolbu struzzjonijiet dwar jekk u sa liema punt ikompli jopera l-impriża (16). |
|
(18) |
Il-kompożizzjoni tal-korp kompetenti hija stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Fallimenti u hija speċifika għal kull każ ta’ falliment. Fil-każ ta’ NCHZ, il-korp kompetenti kien jikkonsisti minn (i) il-kumitat tal-kredituri, korp elett li kien jirrappreżenta lill-kredituri mhux garantiti ta’ qabel il-falliment, (ii) il-kredituri garantiti ta’ qabel il-falliment, u (iii) il-qorti tal-fallimenti. (17) |
|
(19) |
Skont l-Att dwar il-Fallimenti (18), il-kredituri bl-hekk imsejħa “pretensjonijiet rikonoxxuti” (“zistené pohľadávky”), jiġifieri pretensjonijiet irreġistrati mal-amministratur tal-fallimenti li ma ġewx miċħuda mill-amministratur, jeleġġu lill-membri tal-kumitat tal-kredituri fil-laqgħa tal-kredituri. Permezz tal-kumitat tal-kredituri, il-kredituri ta’ pretensjonijiet mhux garantiti rikonoxxuti jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fil-proċediment ta’ falliment (19). Il-membri tal-kumitat tal-kredituri huma obbligati jaġixxu fl-aħjar interess tal-kredituri mhux garantiti kollha (20), filwaqt li jimmassimizzaw is-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet tagħhom (21). Minbarra l-kumitat tal-kredituri, anke l-qorti tal-fallimenti u l-amministratur tal-fallimenti jridu, skont l-Att dwar il-Fallimenti, jipproċedu fit-trattament tal-insolvenza tad-debitur b’tali mod li jiksbu l-ogħla rata ta’ rkupru possibbli għall-kredituri (22). |
|
(20) |
Fil-każ ta’ NCHZ, il-kumitat tal-kredituri dak iż-żmien kien magħmul minn ħames entitajiet, jiġifieri (i) INVEST-KREDIT, s.r.o., (ii) Novácka Energetika, a.s., (iii) M-ENERGO, s.r.o., (iv) il-Fond Slovakk tal-Proprjetà Nazzjonali (“il-Fond národného majetku SR”), u (v) DAK KIABA, s.r.o. Erbgħa mill-membri tal-kumitat tal-kredituri kienu proprjetà privata (23); l-unika entità pubblika fil-kumitat tal-kredituri kienet il-Fond Slovakk tal-Proprjetà Nazzjonali (“il-Fond národného majetku SR”). Għajr għal INVEST-KREDIT, s.r.o., il-membri privati tal-kumitat tal-kredituri ma kellhom l-ebda rabta kapitali mas-sid ta’ NCHZ, kif ġie stabbilit fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali (24). |
|
(21) |
Il-korp kompetenti inkluda wkoll sitt kredituri garantiti ta’ qabel il-falliment (“il-kredituri garantiti affettwati”) li kienu rrikonoxxew pretensjonijiet garantiti b’kollateral u fir-rigward ta’ proprjetà li tifforma patrimonju separat tal-fallimenti. Iż-żewġ kredituri garantiti privati kienu l-Bank tal-Posta (“Poštová banka, a.s.”) u NLB Factor, a.s.. L-erba’ kredituri l-oħrajn kienu entitajiet pubbliċi, jiġifieri (i) il-Belt ta’ Nováky (“mesto Nováky”), (ii) il-Fond Slovakk tal-Proprjetà Nazzjonali, (iii) il-Bank Slovakk tal-Garanziji u l-Iżvilupp (“Slovenská záručná a rozvojová banka, a.s.”), u (iv) il-Fond Ambjentali (“Enviromentálny fond”). |
|
(22) |
Skont l-Att dwar il-Fallimenti (25), il-qorti tal-fallimenti tkun ukoll membru tal-korp kompetenti meta, fir-rigward tal-proprjetà li tikkostitwixxi patrimonju separat (għall-kuntrarju ta’ ġenerali) tal-fallimenti, amministratur jiċħad pretensjoni garantita ta’ kreditur garantit (26). Fil-każ ta’ NCHZ, l-amministratur ċaħad l-allegata pretensjoni tal-kreditur privat garantit REDQUEST LIMITED (27), li appella din iċ-ċaħda. Għalhekk, u (biss) minħabba l-eżistenza tal-pretensjoni kkontestata ta’ REDQUEST LIMITED, il-qorti tal-fallimenti kienet ukoll parti mill-korp kompetenti flimkien mal-kumitat tal-kredituri u l-kredituri garantiti. Fir-rwol tagħha bħala membru tal-korp kompetenti, il-qorti tal-fallimenti tieħu ħsieb l-interessi leġittimi tal-kredituri affettwati u d-dikjarazzjonijiet tagħhom kif ukoll id-dikjarazzjonijiet ta’ membri oħrajn tal-korp kompetenti (ara wkoll il-premessa (42) hawn taħt). Mill-kompożizzjoni msemmija hawn fuq tal-korp kompetenti jirriżulta li l-kredituri pubbliċi li ġew irrappreżentati fil-korp kompetenti kienu l-Belt ta’ Nováky, il-Fond Slovakk tal-Proprjetà Nazzjonali, il-Bank Slovakk tal-Garanziji u l-Iżvilupp, u l-Fond Ambjentali. |
2.3. Deskrizzjoni tal-miżura
|
(23) |
Il-miżura li qiegħda tiġi vvalutata hija d-deċiżjoni tal-korp kompetenti li jagħti struzzjonijiet lill-amministratur tal-fallimenti biex ikompli l-operazzjoni ta’ NCHZ. Il-miżura ġiet adottata fis-26 ta’ Jannar 2011 b’mod unanimu mill-kumitat tal-kredituri u mill-kredituri garantiti. Il-qorti tal-falliment li aġixxiet bħala membru tal-korp kompetenti wara l-iskadenza tal-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi fil-31 ta’ Diċembru 2010, għamlet il-miżura vinkolanti fis-17 ta’ Frar 2011. |
|
(24) |
L-obbligazzjonijiet pendenti ta’ NCHZ lejn il-kredituri pubbliċi jew tal-Istat imġarrba matul il-proċedimenti ta’ falliment ammontaw għal madwar EUR 13,4 miljun fl-1 ta’ Awwissu 2012, id-data ta’ tmiem it-tieni perjodu ta’ falliment. Din iż-żieda fl-obbligazzjonijiet vis-à-vis il-kredituri pubbliċi li NCHZ ġarrbet, fl-ewwel u fit-tieni perjodu ta’ falliment (kif diġà ġie elenkat fil-premessa (23) tad-deċiżjoni inizjali) tidher fit-Tabella 1. Dawn l-obbligazzjonijiet huma ddefiniti bħala “pretensjonijiet kontra l-patrimonju” (28). L-obbligazzjonijiet pendenti ta’ NCHZ lejn il-kredituri pubbliċi tagħha mġarrba matul il-proċedimenti ta’ falliment huma deskritti ulterjorment fil-premessi (22) sa (25) tad-deċiżjoni inizjali. Tabella 1 L-obbligazzjonijiet ta’ NCHZ lejn il-kredituri pubbliċi (imġarrba fl-ewwel u fit-tieni perjodu ta’ falliment, il-pożizzjoni fl-1 ta’ Awwissu 2012) (29)
|
|
(25) |
L-obbligazzjonijiet pendenti ta’ NCHZ lejn il-kredituri pubbliċi jew tal-Istat imġarrba matul il-proċediment ta’ falliment f’mumenti speċifiċi huma ppreżentati fit-Tabella 2. Tabella 2 L-obbligazzjonijiet ta’ NCHZ lejn il-kredituri pubbliċi: mid-data tad-dikjarazzjoni ta’ falliment, u dawk imġarrba matul il-proċediment ta’ falliment pendenti mill-31 ta’ Diċembru 2009 u mill-31 ta’ Diċembru 2010 (30)
|
|
(26) |
Il-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment tal-Fond Ambjentali mġarrba fl-ewwel perjodu ta’ falliment kienu jikkonsistu l-aktar fit-tariffa għat-tniġġis tal-arja fl-ammont ta’ EUR 192 454, li ġiet imposta f’isem il-Fond ambjentali f’Mejju 2010 għat-tniġġis tal-arja fl-2009. It-tariffa għat-tniġġis tal-arja fl-2011, imposta f’Mejju 2011 għat-tniġġis tal-arja fl-2010, ġiet stabbilita għal EUR 170 070. Sal-aħħar tal-2010, il-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment minħabba n-nuqqas ta’ pagament parzjali tat-tariffa annwali għat-tniġġis tal-arja ammontaw għal EUR 222 954. |
|
(27) |
Il-pretensjoni ewlenija ta’ wara l-falliment tal-Belt ta’ Nováky fl-ewwel perjodu ta’ falliment kienet it-taxxa fuq il-proprjetà immobbli għas-sena 2010, imposta f’Marzu 2010, u stabbilita għal EUR 523 793. Sal-aħħar tal-2010, il-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment kienu fl-ammont ta’ EUR 29 762 (l-aktar l-obbligu ta’ taxxa fuq il-proprjetà immobbli ta’ NCHZ). |
|
(28) |
Kif indikat fil-premessa (17), meta l-kostijiet tal-operazzjoni ta’ NCHZ qabżu r-rikavatI u l-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi ma baqax japplika għal NCHZ, l-amministratur kien meħtieġ jinforma lill-korp kompetenti u jitlob struzzjonijiet. Kif previst fl-Att dwar il-Fallimenti, l-amministratur informa lill-membri tal-kumitat tal-kredituri u lill-kredituri garantiti kollha bis-sitwazzjoni f’laqgħa konġunta li saret fis-26 ta’ Jannar 2011. |
|
(29) |
Fil-laqgħa tas-26 ta’ Jannar 2011, il-maniġment ta’ NCHZ ippreżenta studju bit-titolu “NCHZ ta’ Nováky – Riinġenerija tal-Istudju tal-Fattibbiltà” (“il-preżentazzjoni maniġerjali”), li esplora, fost punti oħrajn, l-impatt tal-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ biex jiġu ssodisfati l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija, l-impatt fuq ir-reġjun kif ukoll fuq id-dħul tal-Istat u tal-belt. Il-preżentazzjoni maniġerjali sabet li l-waqfien tal-operazzjonijiet ikun ta’ żvantaġġ għall-interessi tal-kredituri, b’mod partikolari minħabba li l-kostijiet tal-waqfien tal-operazzjonijiet żgur li jkunu ogħla mill-bilanċ wara li jiġu ssodisfati l-obbligazzjonijiet operatorji u li t-tkomplija tal-operazzjoni minn hemm ’il quddiem tkun tinvolvi kostijiet għoljin ħafna. |
|
(30) |
Il-preżentazzjoni maniġerjali esplorat ukoll il-possibbiltajiet li NCHZ tinbiegħ bħala negozju avvjat. Il-preżentazzjoni sabet li l-valur preżenti nett ta’ NCHZ għamilha impossibbli li tinbiegħ. Madankollu, il-preżentazzjoni spjegat li l-kumpanija setgħet tinbiegħ b’suċċess wara l-adozzjoni ta’ ċerti miżuri ta’ ristrutturar. B’mod speċifiku, peress li l-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi impedixxa s-sensja tal-persunal, NCHZ setgħet timplimenta t-tnaqqis fil-persunal li jnaqqas il-kostijiet operatorji biss wara li dan l-Att waqaf japplika fil-bidu tat-tieni perjodu ta’ falliment. |
|
(31) |
Il-preżentazzjoni kompliet tesplora x-xenarju dwar jekk il-waqfien tal-operazzjonijiet ikunx jissodisfa l-obbligazzjonijiet ta’ NCHZ u sabet li l-valur reali mistenni tal-assi tal-kumpanija jkun jammonta għal EUR 15,5 miljun biss. |
|
(32) |
Il-preżentazzjoni maniġerjali kienet tinkludi wkoll ħarsa ġenerali qasira lejn l-impatt tal-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ fuq ir-reġjun u l-partijiet terzi (31). Fost l-impatti diretti kien hemm sensji ta’ madwar 1 700 persunal u żieda fil-qgħad. It-tnaqqis fid-dħul tal-Belt ta’ Nováky minħabba tnaqqis fit-taxxi u l-pagamenti muniċipali biss ġie stmat għal EUR 572 000 fis-sena, li minnhom EUR 526 000 għat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli u EUR 46 000 għat-tariffa għall-iskart muniċipali (32). It-tnaqqis mistenni fid-dħul tal-Istat ġie stmat għal EUR 7,4 miljun fis-sena, l-aktar mill-kontribuzzjonijiet mill-pagi (EUR 6,4 miljun), mill-imposti tal-ilma mormi (EUR 747 000), u mit-tariffa għat-tniġġis tal-arja (EUR 192 000). |
|
(33) |
Barra minn hekk, il-kredituri kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom analiżi ekonomika mħejjija mill-amministratur tat-23 ta’ Diċembru 2010 (“l-analiżi ekonomika”, jew “l-analiżi”), li kkonkludiet li l-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ imur kontra l-interess komuni tal-kredituri ta’ NCHZ. L-analiżi identifikat diversi xenarji possibbli (33) u qabblet il-kostijiet u d-dħul aggregati tal-kredituri ta’ NCHZ kollha kemm huma, mingħajr ma esplorat is-sitwazzjoni tal-kredituri individwali. It-telf totali mill-operazzjoni ta’ NCHZ fil-falliment sal-15 ta’ Diċembru 2010 ġie stabbilit għal madwar EUR 15,8 miljun (34) (EUR 4,4 miljun netti mit-tħassir). |
|
(34) |
B’mod partikolari, l-analiżi indikat li l-waqfien tal-operazzjoni ta’ NCHZ iwassal għal kostijiet sinifikanti li jammontaw għal aktar minn EUR 48 miljun, li minnhom il-biċċa l-kbira tkun relatata mal-għeluq u t-tindif ambjentali tas-siti ta’ produzzjoni kimika (madwar EUR 37,3 miljun) u mal-kostijiet tal-persunal (EUR 10,5 miljun jekk ikunu ġew issodisfati l-obbligi legali kollha (35)). Dawn il-kostijiet ta’ madwar EUR 48 miljun ma jkollhomx għalfejn jiġġarrbu jekk l-operazzjoni ta’ NCHZ tkompli. L-analiżi tiddikjara wkoll li, minbarra dawn il-kostijiet diretti tal-waqfien tal-operazzjoni ta’ NCHZ, il-pretensjonijiet mhux imħallsa (minn dak iż-żmien u li fil-biċċa l-kbira għadhom mhux dovuti) li jirriżultaw mill-operazzjoni ta’ NCHZ ta’ madwar EUR 16-il miljun (36) ikollhom jitħallsu addizzjonalment. Fl-istess ħin, id-dħul mistenni mill-bejgħ ta’ assi individwali f’xenarju ta’ waqfien tal-operazzjoni ta’ NCHZ kien fil-medda ta’ EUR 47-52 miljun (mingħajr ma wieħed iqis il-kostijiet addizzjonali taż-żarmar u t-tneħħija tat-tagħmir). F’każ ta’ waqfien tal-operazzjoni tal-impriża, il-pretensjonijiet mhux issodisfati mill-operazzjoni tal-impriża jiġu ssodisfati bħala pretensjonijiet kontra l-patrimonju tal-fallimenti (37). Minn dan jirriżulta li l-waqfien tal-operazzjoni jżid il-ġabra ta’ pretensjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati mill-patrimonju tal-fallimenti, filwaqt li b’mod ġenerali jnaqqas is-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet. Għaldaqstant, l-amministratur tal-fallimenti qies l-għażla li jwaqqaf l-operazzjonijiet ta’ NCHZ u jbigħ individwalment l-assi tagħha bħala l-inqas għażla vantaġġuża speċjalment minħabba l-kostijiet għoljin marbuta mal-issodisfar tal-obbligi legali kollha fir-rigward tad-dekummissjonar u t-tindif ambjentali. Barra minn hekk, l-analiżi ddikjarat li t-tnedija mill-ġdid tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ wara l-għeluq tagħhom tkun problematika ħafna jew impossibbli (38). |
|
(35) |
L-analiżi esplorat ukoll l-interess ta’ xerrejja potenzjali fl-impriża. Fl-ewwel sessjoni ta’ sejħa għall-offerti (“verejné ponukové konanie”) għall-akkwist ta’ NCHZ, minn seba’ xerrejja interessati, il-kumpanija M-ENERGO, s.r.o. biss kienet ressqet offerta ta’ EUR 2 miljun. Għalhekk, l-amministratur qies li wieħed ma setax jgħid biċ-ċert jekk sessjoni ġdida ta’ sejħa għall-offerti kinitx se tattira xerrejja interessati oħrajn. F’dan ir-rigward, ġie nnotat li l-obbligazzjonijiet pubbliċi pendenti ta’ madwar EUR 6,1 miljun ma setgħux jaqgħu f’idejn ix-xerrej, iżda kienu jiġu ssodisfati bħala pretensjonijiet kontra l-patrimonju tal-fallimenti (“pohľadávky proti podstate”). F’każ ta’ operazzjoni ulterjuri mingħajr miżuri ta’ ffrankar, l-analiżi stmat it-telf fl-2011 għal EUR 3,8 miljun. |
|
(36) |
L-analiżi indirizzat diversi fatturi, li jistgħu jitqiesu bħala li jkollhom impatt potenzjali fuq is-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment fil-każ li titkompla (tal-anqas parzjalment) l-operazzjoni ta’ NCHZ, madankollu mingħajr ma stabbilixxiet dan l-impatt fid-dettall. L-ewwel nett, il-prestazzjoni finanzjarja tkun influwenzata minn miżuri ta’ tnaqqis fil-kostijiet li jkollhom jiġu implimentati (bħas-sensji parzjali tal-persunal). It-tieni nett, ir-rikavati mill-bejgħ ta’ NCHZ jistgħu jvarjaw skont jekk NCHZ tinbiegħx bħala negozju sħiħ jew f’partijiet (filwaqt li tinżamm l-operazzjoni tal-partijiet rilevanti) jew bħala assi individwali wara l-għeluq tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ. Jekk jinbiegħu partijiet min-negozju, l-analiżi qieset li x’aktarx setgħu jinbiegħu biss l-attivitajiet tan-negozju ta’ NCHZ u tal-assi relatati li jħallu aktar qligħ (bħad-diviżjoni tal-karbur tal-kalċju) u l-patrimonju tal-fallimenti jkollu jkopri l-kostijiet għall-għeluq ta’ partijiet oħrajn tan-negozju ta’ NCHZ. Il-produzzjoni tal-karbur tal-kalċju kienet teknoloġikament marbuta ma’ operazzjonijiet (diviżjonijiet) oħrajn ta’ NCHZ; għalhekk, iż-żamma tal-produzzjoni tal-karbur tal-kalċju waqt l-għeluq ta’ operazzjonijiet oħrajn tiskatta kostijiet addizzjonali u għaldaqstant tiggrava l-profittabbiltà tad-diviżjoni tal-karbur tal-kalċju. Għaldaqstant, l-analiżi ekonomika qieset bħala riskjuża l-alternattiva li l-impriża tinbiegħ f’partijiet, jew waqt li din tinżamm operazzjonali kompletament (soġġetta għal aktar miżuri ta’ tnaqqis fil-kostijiet) jew waqt li wħud mill-partijiet tagħha biss jinżammu operazzjonali. |
|
(37) |
Skont l-Att dwar il-Fallimenti, il-kumitat tal-kredituri adotta deċiżjonijiet b’maġġoranza tal-membri preżenti, b’kull membru jkollu vot wieħed (39). Skont l-istess liġi, kull membru tal-kumitat kien obbligat jaġixxi fl-interess komuni tal-kredituri mhux garantiti kollha (40). Dan kien jimplika votazzjoni fl-interess tal-kredituri mhux garantiti kollha, anke ta’ dawk li ma kinux parti mill-kumitat tal-kredituri. |
|
(38) |
Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fil-preżentazzjoni maniġerjali u fl-analiżi ekonomika, fil-laqgħa tas-26 ta’ Jannar 2011, il-membri kollha tal-kumitat tal-kredituri preżenti appoġġaw l-istruzzjoni proposta lill-amministratur tal-fallimenti biex ikompli l-operazzjonijiet ta’ NCHZ bl-istess termini. Dan kien ifisser li NCHZ setgħet topera bl-istess mod li bih kienet topera sa dak iż-żmien, minħabba li l-ebda wieħed mill-membri ma vvota kontra jew astjena. Bħala tali, id-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri ttieħdet b’mod unanimu, minkejja li l-maġġoranza kienet tkun biżżejjed għall-approvazzjoni tal-istruzzjoni mill-kumitat tal-kredituri. Barra minn hekk, il-kredituri garantiti kollha preżenti fil-laqgħa ddikjaraw lilhom infushom individwalment favur l-istess struzzjoni għall-amministratur. Dan ifisser li l-ebda wieħed mill-kredituri garantiti ma rrifjuta l-istruzzjoni proposta jew astjena milli jieħu pożizzjoni. |
|
(39) |
Barra minn hekk, it-tieni punt fuq l-aġenda tal-laqgħa li ġie diskuss kien il-forma u l-metodu tad-disponiment tal-assi ta’ NCHZ. Kif jirriżulta mill-minuti tal-laqgħa, il-kredituri preżenti laħqu ftehim preliminari biex ibigħu lil NCHZ kollha kemm hi, għalhekk bħala negozju avvjat, f’sejħa għall-offerti. |
|
(40) |
Ladarba d-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri tas-26 ta’ Jannar 2011 bl-istruzzjoni għall-amministratur ġiet ippubblikata (41), kwalunkwe kreditur pubbliku jew privat mhux garantit kien intitolat li jikkontesta l-istruzzjoni quddiem il-qorti tal-fallimenti għal raġunijiet ta’ kunflitt tal-istruzzjoni mal-interess komuni tal-kredituri mhux garantiti (42). Madankollu, l-ebda kreditur ma kkontesta l-istruzzjoni quddiem il-qorti tal-fallimenti. |
|
(41) |
L-istess struzzjoni għall-amministratur sussegwentement tressqet quddiem il-qorti tal-fallimenti, li setgħet jew tapprova l-istruzzjoni jew tiddeċiedi kif l-amministratur jenħtieġ li jipproċedi (43); kwalunkwe deċiżjoni possibbli ta’ dik il-qorti għaldaqstant setgħet tissupera b’mod effettiv id-deċiżjoni meħuda minn membri oħrajn tal-korp kompetenti. |
|
(42) |
Skont l-Att dwar il-Fallimenti (44), meta l-qorti tal-fallimenti tkun membru tal-korp kompetenti, l-amministratur jew membri oħrajn tal-korp kompetenti għandhom iressqu l-istruzzjoni quddiem il-qorti għall-approvazzjoni wara li l-membri l-oħrajn tal-korp kompetenti jkunu esprimew il-fehmiet tagħhom dwar l-istruzzjoni. Il-qorti tal-fallimenti tista’, permezz ta’ ordni (“uznesenie”), jew tapprova l-istruzzjoni mressqa jew tiddeċiedi kif tipproċedi. L-amministratur huwa marbut bl-ordni tal-qorti. Meta toħroġ ordni, il-qorti tal-fallimenti tqis l-interessi leġittimi tal-kredituri affettwati u d-dikjarazzjonijiet tagħhom kif ukoll id-dikjarazzjonijiet ta’ membri oħrajn tal-korp kompetenti. |
|
(43) |
Fil-każ ta’ NCHZ, il-qorti tal-fallimenti, li aġixxiet bħala membru tal-korp kompetenti, approvat l-istruzzjoni għall-amministratur bl-ordni tas-17 ta’ Frar 2011 (45). L-amministratur kien legalment marbut bl-ordni tal-qorti. Il-qorti tal-fallimenti ħadet nota tal-fatt li l-kumitat tal-kredituri kien adotta b’mod unanimu ordni bl-istruzzjoni għall-amministratur biex ikompli l-operazzjoni ta’ NCHZ kif ukoll li l-kredituri garantiti affettwati kollha (46) kienu imponew fuq l-amministratur l-istess struzzjoni bħall-kumitat tal-kredituri. Il-qorti tal-fallimenti spjegat ukoll għaliex kienet tifforma parti mill-korp kompetenti fil-każ inkwistjoni, jiġifieri minħabba l-fatt li l-pretensjoni garantita tal-kreditur REDQUEST LIMITED kienet ġiet miċħuda mill-amministratur u REDQUEST LIMITED bdiet proċediment tal-qorti biex tiddetermina l-pretensjoni garantita tagħha. Mir-raġunament tal-qorti tal-fallimenti, jirriżulta li din qieset id-dikjarazzjonijiet ta’ membri individwali tal-korp kompetenti (jiġifieri l-kumitat tal-kredituri u l-kredituri garantiti individwali) u l-fatt li l-ebda wieħed mill-membri tal-korp kompetenti ma kien oppona l-istruzzjoni għall-amministratur. Fir-raġunament tagħha, il-qorti tal-fallimenti rreferiet għall-analiżi ekonomika (ara l-premessi (33) sa (36)) li l-qorti tat struzzjonijiet lill-amministratur biex iħejji, u li sabet li l-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ ikun l-inqas għażla vantaġġuża biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet tal-kredituri minħabba l-kostijiet relatati mal-għeluq tal-operazzjonijiet. Il-qorti tal-fallimenti kkonkludiet li, wara li kkunsidrat dawn iċ-ċirkostanzi u d-dikjarazzjonijiet tal-membri tal-korp kompetenti, ma sabet l-ebda diskrepanza jew kunflitt tal-istruzzjoni proposta mal-interess leġittimu tal-kredituri affettwati. Kif jirriżulta mir-raġunament tal-qorti tal-fallimenti, fl-approvazzjoni tal-istruzzjoni din ma vvalutatx individwalment l-interessi tal-kredituri individwali, b’mod partikolari ta’ REDQUEST LIMITED, li tissemma fl-ordni tal-qorti biss b’rabta mal-involviment tal-qorti tal-fallimenti fil-korp kompetenti kif ġie spjegat. |
|
(44) |
Mhux il-kredituri (pubbliċi) kollha ta’ qabel il-falliment ta’ NCHZ ġew irrappreżentati fil-korp kompetenti (li l-kompożizzjoni tiegħu hija deskritta fil-premessi (18) sa (22)) li ddeċieda dwar l-operazzjoni ulterjuri ta’ NCHZ fit-tieni perjodu ta’ falliment. B’mod partikolari, il-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali (“Sociálna poisťovňa”) u l-Kumpanija tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ġenerali (“Všeobecná zdravotná poisťovňa, a.s.”) kienu kredituri pubbliċi li ma ġewx irrappreżentati fil-korp kompetenti. Dawk il-kredituri li ma ġewx irrappreżentati fil-korp kompetenti, peress li la kienu membri tal-kumitat tal-kredituri u lanqas ma kienu kredituri garantiti ta’ qabel il-falliment, għaldaqstant ma kellhom l-ebda influwenza diretta fuq id-deċiżjoni dwar l-operazzjoni ulterjuri ta’ NCHZ fit-tieni perjodu ta’ falliment. |
|
(45) |
It-tkomplija tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ wara l-iskadenza tal-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi għaldaqstant kienet ibbażata fuq id-deċiżjoni tal-korp kompetenti, li aġixxa bħala entità kollettiva, li jagħti struzzjonijiet lill-amministratur tal-fallimenti biex ikompli l-operazzjonijiet ta’ NCHZ, li l-membri (jiġifieri l-kumitat tal-kredituri u l-kredituri garantiti) esprimew il-pożizzjoni tagħhom dwarha fil-laqgħa konġunta tagħhom tas-26 ta’ Jannar 2011, u l-membru l-ieħor (jiġifieri l-qorti tal-fallimenti) approva l-istruzzjoni għall-amministratur tal-fallimenti fl-ordni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2011. Wara din id-deċiżjoni, NCHZ kompliet l-operazzjonijiet kummerċjali mingħajr ebda interruzzjoni sakemm inbiegħet bħala negozju avvjat lil Via Chem Slovakia f’Lulju 2012. |
3. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI U MIS-SLOVAKKJA
3.1. Kummenti dwar l-imputabbiltà
|
(46) |
AlzChem Group AG (“AlzChem”) issostni (47) li d-deċiżjoni li titkompla l-operazzjoni ta’ NCHZ hija imputabbli lill-Istat, peress li l-kredituri garantiti kellhom id-dritt ta’ veto fuq l-operazzjoni ulterjuri ta’ NCHZ. AlzChem tikseb dan id-dritt ta’ veto minn interpretazzjoni sistematika tal-Att dwar il-Fallimenti, li tindika d-dispożizzjoni li kull wieħed mill-kredituri garantiti huwa parti mill-korp kompetenti. Għalhekk, il-kredituri garantiti jenħtieġ li ma jitqisux bħala korp kollettiv, li jwassal lil AlzChem għall-konklużjoni li kull kreditur garantit individwalment seta’ jagħti struzzjonijiet lill-amministratur fir-rigward tal-assi separati tiegħu stess u jagħmel veto fuq l-adozzjoni tal-istruzzjoni. AlzChem issostni li kull wieħed mill-kredituri garantiti kellu japprova l-istruzzjoni mogħtija lill-amministratur tal-fallimenti biex din l-istruzzjoni tkun vinkolanti fuqha. Barra minn hekk, AlzChem tallega dwar l-imputabbiltà lill-Istat peress li d-deċiżjoni tal-kredituri ta’ NCHZ ġiet ikkonfermata u saret vinkolanti mill-qorti tal-fallimenti. Il-qrati nazzjonali jeżerċitaw awtorità pubblika u d-deċiżjonijiet tal-qorti nazzjonali huma bħala tali imputabbli lill-Istat. AlzChem tinvoka wkoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens li l-ordnijiet tal-qorti nazzjonali jistgħu jikkostitwixxu l-bażi ġuridika tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat. Sussidjarjament, AlzChem tallega dwar l-imputabbiltà minħabba n-natura unanima tad-deċiżjoni tal-kredituri, kif ġie rrieżaminat u kkonfermat mill-qorti tal-fallimenti. |
|
(47) |
Fortischem tiċħad il-preżenza ta’ imputabbiltà (48) billi ssostni li l-liġi Slovakka dwar il-fallimenti ma tipprovdi l-ebda dritt ta’ veto kemm għall-membri tal-kumitat tal-kredituri kif ukoll għall-kredituri garantiti; għaldaqstant, il-kredituri garantiti pubbliċi ta’ NCHZ ma setgħux jagħmlu veto fuq id-deċiżjoni dwar l-operazzjoni ulterjuri ta’ NCHZ. It-tieni nett, Fortischem issostni li r-rwol tal-qorti tal-fallimenti f’dan il-każ kien biss li tivvaluta l-legalità u l-kompatibbiltà tad-deċiżjoni tal-kredituri ta’ qabel il-falliment mal-liġi dwar il-fallimenti. Bl-invokar tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’Pearle (49) u f’Doux Elevage (50), l-imputabbiltà tista’ tiġi eskluża meta l-korp pubbliku kkonċernat japprova u jagħmel biss deċiżjonijiet vinkolanti meħuda mill-operaturi tas-suq. F’dan il-każ, l-analiżi ekonomika wriet li l-bejgħ tan-negozju bħala negozju avvjat ġie ppreferut fuq il-likwidazzjoni u l-kredituri kollha bi dritt tal-vot ivvotaw favur it-tkomplija tal-operazzjoni tal-kumpanija. B’riżultat ta’ dan, fil-fehma ta’ Fortischem, il-qorti tal-fallimenti kellha diskrezzjoni u rwol minimi x’taqdi, li jistgħu jinġabru fil-qosor bħala s-sorveljanza tal-konformità mar-regoli dwar il-fallimenti. |
|
(48) |
Slovenská správcovská a reštrukturalizačná, k.s. (“SRS”), bħala l-amministratur tal-fallimenti ta’ NCHZ, issostni (51) li l-ebda membru tal-korp kompetenti ma kellu dritt ta’ veto. Irrispettivament mid-dikjarazzjonijiet attwali mill-kredituri, għaldaqstant kemm f’sitwazzjonijiet fejn il-kredituri qasmu pożizzjoni komuni kif ukoll fejn kellhom fehmiet diverġenti, struzzjoni vinkolanti għall-amministratur eventwalment dejjem tieħu l-forma ta’ ordni tal-qorti. Għal SRS dan ifisser li l-ebda kreditur (membru tal-korp kompetenti) ma seta’ jeżerċita b’mod effettiv id-dritt ta’ veto fuq l-istruzzjoni għall-amministratur. |
|
(49) |
Minn dan jirriżulta li, fil-fehma ta’ SRS, id-deċiżjoni li NCHZ kellha tkompli topera ttieħdet mill-qorti tal-fallimenti u t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ kienet ir-riżultat tad-deċiżjoni vinkolanti tal-qorti tal-fallimenti. Kwalunkwe attività oħra tal-kredituri individwali ma jkollha l-ebda rilevanza għall-operazzjoni ta’ NCHZ mingħajr deċiżjoni tal-qorti. Il-qorti qieset b’mod obbligatorju l-interessi leġittimi tal-kredituri affettwati, u d-dikjarazzjonijiet rispettivi tagħhom, li l-interess ewlieni tagħhom kien is-sodisfazzjon bikri u massimu possibbli tal-pretensjonijiet tagħhom. Ir-rwol tal-qorti tal-fallimenti kien li tivvaluta l-konformità mal-interess leġittimu kollettiv tal-kredituri u li timmassimizza s-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet tagħhom. Madankollu, kif tispeċifika SRS, il-korp kompetenti jifforma entità waħda skont il-liġi dwar il-fallimenti anke meta jkun magħmul minn diversi membri. |
|
(50) |
Is-Slovakkja ssostni (52) li l-Att dwar il-Fallimenti ma jistabbilixxix dritt ta’ veto kemm għal membru tal-kumitat tal-kredituri kif ukoll għal kreditur garantit. Jekk kreditur garantit jesprimi ruħu kontra l-istruzzjoni proposta għall-amministratur tal-fallimenti u għaldaqstant jivvota kontriha, din tkun il-pożizzjoni ta’ kreditur wieħed biss, li l-qorti tal-fallimenti tqis fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħha, iżda ma tkunx marbuta biha. Madankollu, minħabba l-fatti f’dan il-każ, il-qorti ma kellha l-ebda raġuni rilevanti biex tiċħad l-istruzzjoni proposta. Fir-rigward tar-rwol tal-qorti tal-fallimenti, is-Slovakkja tiċċara li l-qorti tal-fallimenti ma kinitx qed tiddeċiedi dwar l-approvazzjoni tad-deċiżjoni tal-kredituri tas-26 ta’ Jannar 2011 jew dwar il-validità tagħha. Minflok, il-qorti kienet qed tiddeċiedi bħala membru tal-korp kompetenti dwar jekk tapprovax l-istruzzjoni proposta għall-amministratur, wara li qieset il-pożizzjoni tal-membri l-oħrajn tal-korp kompetenti u l-konklużjonijiet tal-analiżi ekonomika tal-amministratur. B’mod ġenerali, ir-rwol ewlieni tal-qorti fil-proċedimenti ta’ falliment huwa li tissorvelja l-amministratur u l-kuntest tal-proċedimenti u taġixxi bħala dominus litis biss f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-amministratur u l-kredituri jew fost il-kredituri nfushom. |
3.2. Kummenti dwar il-vantaġġ ekonomiku
|
(51) |
Minbarra l-kwistjoni tal-imputabbiltà, il-partijiet interessati u s-Slovakkja taw ukoll aktar kummenti dwar il-vantaġġ ekonomiku, u b’mod partikolari dwar ir-riskju li l-pretensjonijiet tal-kredituri jakkumulaw matul it-tieni perjodu ta’ falliment u dwar ir-rilevanza tal-analiżi ekonomika u tal-preżentazzjoni maniġerjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kredituri f’Jannar 2011. |
|
(52) |
AlzChem issostni (53) li t-test tal-kredituri privati ma ġiex issodisfat fil-każ ta’ NCHZ minħabba li (i) il-kredituri pubbliċi rilevanti ma aġixxewx pari passu mal-kredituri privati u minħabba li (ii) l-analiżi ekonomika u l-preżentazzjoni maniġerjali ma kinux rilevanti għall-fini tal-valutazzjoni tal-imġiba tar-Repubblika Slovakka fir-rigward tat-tkomplija tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ. |
|
(53) |
L-ewwel nett, AlzChem tispjega li l-unika kunsiderazzjoni tal-maġġoranza tal-kredituri privati kienet il-massimizzazzjoni tar-rikavati mill-bejgħ ta’ NCHZ, peress li ma kien hemm l-ebda riskju li jakkumulaw ir-riċevibbli matul it-tkomplija tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ. AlzChem tindika li l-kredituri bħall-Istat Slovakk kellhom riċevibbli sinifikanti li akkumulaw matul l-operazzjonijiet taħt falliment (kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, taxxi, eċċ., bis-saħħa tat-tkomplija tal-operazzjonijiet tal-kumpanija) u, għalhekk, dawn kellhom isibu bilanċ bejn il-benefiċċji potenzjali taż-żamma tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ (prezz tal-bejgħ potenzjalment ogħla) u r-riskju li t-tkomplija tal-operazzjonijiet setgħet tirriżulta f’ammont ogħla ta’ riċevibbli mhux imħallsa. Skont AlzChem, l-imġiba ta’ Novácka Energetika, a.s., il-kreditur privat uniku li r-riċevibbli tiegħu żdiedu matul il-proċediment ta’ falliment, ma tistax tiġġustifika b’mod raġonevoli l-imġiba tal-kredituri pubbliċi kollha abbażi tal-fatt li, għall-kuntrarju tal-kredituri tal-Istat, l-operaturi privati jistgħu jiddeċiedu li jwaqqfu l-provvista lill-kumpanija falluta fi kwalunkwe ħin, u b’hekk jillimitaw l-esponiment tagħhom għal aktar riċevibbli mhux imħallsa. |
|
(54) |
It-tieni nett, AlzChem issostni li l-analiżi ekonomika u l-preżentazzjoni maniġerjali tħejjew għall-kredituri li kienu membri tal-kumitat tal-kredituri u għall-kredituri garantiti, u għalhekk għal dawk bi djun ta’ qabel il-falliment, u li dawn id-dokumenti ma qisux l-interess ta’ dawk il-kredituri li r-riċevibbli tagħhom irriżultaw mill-operazzjonijiet ta’ NCHZ matul il-falliment tagħha. Skont AlzChem, l-Istat Slovakk akkumula EUR 5,5 miljun riċevibbli sa tmiem l-ewwel perjodu ta’ falliment u EUR 7,8 miljun oħra matul it-tieni perjodu ta’ falliment. |
|
(55) |
Fortischem hija tal-fehma (54) li (i) il-kredituri pubbliċi rilevanti aġixxew pari passu mal-kredituri privati u li (ii) l-analiżi ekonomika u l-preżentazzjoni maniġerjali kienu bażi valida li fuqha l-kredituri pubbliċi bbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom meta approvaw l-istruzzjoni għall-amministratur. |
|
(56) |
L-ewwel nett, Fortischem tirrikonoxxi li l-pretensjonijiet ta’ żewġ kredituri pubbliċi garantiti (il-Fond Ambjentali u l-Belt ta’ Nováky) kienu żdiedu matul l-operazzjoni ta’ NCHZ fil-falliment. Fortischem tfakkar ukoll li l-kumitat tal-kredituri kien jikkonsisti minn kreditur pubbliku wieħed (il-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali) u minn erba’ kredituri privati mhux garantiti (INVEST-KREDIT, s.r.o., NCHZ Energetika, a.s., M-ENERGO, s.r.o., u DAK KIABA, s.r.o.) li kollha vvotaw favur it-tkomplija tal-operazzjoni. Fil-fehma ta’ Fortischem, il-komparabbiltà tal-kredituri privati u pubbliċi fil-kumitat tal-kredituri tirriżulta mill-fatt li dawn kienu kollha kredituri mhux garantiti ta’ qabel il-falliment. Il-membri tal-kumitat tal-kredituri, f’konformità mal-obbligu legali tagħhom, ivvotaw fl-interessi tal-kredituri mhux garantiti kollha ta’ qabel il-falliment, mhux biss ta’ dawk preżenti fil-kumitat tal-kredituri. |
|
(57) |
Barra minn hekk, Fortischem tqis li l-Qorti ta’ Trenčín kienet tawtorizza l-operazzjoni ulterjuri ta’ NCHZ anke f’xenarju fejn il-Fond Ambjentali u l-Belt ta’ Nováky kienu votaw għal-likwidazzjoni ta’ NCHZ. Fil-valutazzjoni tal-interessi ta’ żewġ kredituri garantiti li l-pretensjonijiet tagħhom ta’ qabel il-falliment kienu jirrappreżentaw inqas minn 4 fil-mija tal-valur tal-pretensjonijiet garantiti kollha ta’ qabel il-falliment, u tal-interessi tar-rappreżentanti tal-kredituri mhux garantiti għall-operazzjoni ulterjuri ta’ NCHZ, huwa kważi impossibbli li l-interessi tal-kredituri ta’ qabel il-falliment setgħu jiġu protetti permezz ta’ kwalunkwe deċiżjoni għajr l-operazzjoni ulterjuri ta’ NCHZ. |
|
(58) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-rilevanza tal-analiżi ekonomika għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kredituri f’Jannar 2011, Fortischem issostni li ma kien meħtieġ li ssir l-ebda previżjoni speċifika fir-rigward ta’ kostijiet ulterjuri potenzjali fit-tieni perjodu ta’ falliment, peress li kien ċar mill-analiżi ekonomika li l-ebda waħda mill-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment ma kienet tiġi ssodisfata fil-każ tal-likwidazzjoni ta’ NCHZ. Peress li l-bejgħ ta’ NCHZ bħala negozju avvjat kien l-unika alternattiva għas-sodisfazzjon tal-kredituri ta’ qabel il-falliment, dan kien jimplika s-sodisfazzjon sħiħ tal-pretensjonijiet kollha ta’ wara l-falliment. Għalhekk, l-interessi tal-kredituri kollha ta’ wara l-falliment (inkluż it-talbiet ta’ wara l-falliment tal-kredituri pubbliċi garantiti) tal-anqas tqiesu b’mod impliċitu. Barra minn hekk, Fortischem issostni li n-natura speċifika tal-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment ta’ tnejn mill-kredituri garantiti (il-Fond Ambjentali u l-Belt ta’ Nováky) għamlet il-kalkolu irrilevanti, peress li kwalunkwe żieda fil-pretensjonijiet ma kinitx relatata mal-operazzjoni attwali ta’ NCHZ. |
|
(59) |
Barra minn hekk, Fortischem tiddikjara li jekk jitqabbel l-ammont tal-pretensjonijiet fil-bidu tat-tieni perjodu ta’ falliment mal-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment, u jekk jitqabblu l-pagamenti interim li saru fl-ewwel perjodu ta’ falliment mal-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment, ir-riskju ta’ żieda sinifikanti fil-pretensjonijiet kien ikollu jiġi vvalutat bħala minimu filwaqt li kien hemm ċans li mill-inqas xi wħud mill-pretensjonijiet tagħha ta’ qabel il-falliment setgħu jiġu ssodisfati. Jiġifieri, it-taxxa fuq il-proprjetà immobbli għall-2010, imposta mill-Belt ta’ Nováky f’Marzu 2010, kienet ta’ EUR 523 793 u fl-aħħar tal-2010 l-obbligazzjoni tat-taxxa ta’ NCHZ żdiedet biss b’madwar EUR 48 000. Il-pretensjonijiet tal-Fond Ambjentali żdiedu fl-ewwel perjodu ta’ falliment b’EUR 193 192, u rrappreżentaw inqas minn 20 % tal-pretensjoni oriġinali ta’ qabel il-falliment. |
|
(60) |
SRS tfakkar (55) li, il-qorti tal-fallimenti fl-eżerċitar tal-ġurisdizzjoni tagħha ssolvi l-kunflitt bejn id-diversi interessi leġittimi tal-kredituri billi tapplika l-prinċipju tal-proporzjonalità. B’mod ġenerali, dan ifisser li kwalunkwe interess possibbli ta’ xi kredituri fil-waqfien tal-operazzjoni tad-debitur jista’ jingħeleb mill-interess kollettiv ta’ kredituri oħrajn fit-tkomplija tal-operazzjoni, speċjalment meta t-tkomplija tal-operazzjoni tad-debitur tista’ b’mod leġittimu tkun mistennija li twassal għal sodisfazzjon ġenerali ogħla tal-pretensjonijiet. Id-deċiżjonijiet dwar it-tkomplija tal-operazzjoni ulterjuri ta’ NCHZ, kif ukoll dwar il-firxa u l-forma tal-likwidazzjoni ta’ NCHZ u tal-assi tagħha, ġew iggwidati mill-interess tal-kredituri kollha kemm huma fil-kisba tas-sodisfazzjon massimu possibbli tal-pretensjonijiet tagħhom. |
|
(61) |
SRS hija tal-fehma li d-deċiżjoni li titkompla l-operazzjoni ta’ NCHZ kienet tabilħaqq ibbażata fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-konformità mal-interess fundamentali tal-kredituri kollha kemm huma sabiex jiġi massimizzat l-irkupru tal-pretensjonijiet tagħhom, kif ġiet applikata minn korp ġudizzjarju indipendenti u imparzjali li aġixxa fi ħdan il-proċedura ta’ falliment u li applika r-regoli statutorji ġenerali dwar il-fallimenti għall-każ individwali, iġġustifikat mis-sustanza proprja tal-proċedimenti ta’ falliment iżda wkoll mill-ħtieġa li jiġu solvuti d-drittijiet u l-interessi koinċidenti tal-pluralità tal-kredituri minn naħa, u l-assi limitati (ġabra komuni) min-naħa l-oħra. |
|
(62) |
Fir-rigward tat-tieni punt, SRS issostni li l-amministratur ħejja l-analiżi bħala bażi fattwali kwalifikata għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-korp kompetenti kif ukoll għall-evalwazzjoni tal-ewwel sejħa pubblika għall-offerti. L-analiżi kkonkludiet li l-uniku mod ta’ disponiment mal-patrimonju tal-fallimenti li wassal għal mill-inqas sodisfazzjon parzjali tal-pretensjonijiet irreġistrati mal-amministratur (pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment) kien il-bejgħ tal-impriża bħala negozju avvjat. Alternattivi oħrajn mhux biss jonqsu milli jwasslu għas-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment iżda jwasslu għal aktar kostijiet sinifikanti li jkollhom jiġu ssodisfati b’mod preferenzjali, bħal pereżempju pretensjonijiet kontra l-patrimonju tal-fallimenti, li eventwalment ma jiġux issodisfati lanqas. Minn dan jirriżulta li alternattivi oħrajn jirriżultaw f’aktar pretensjonijiet mhux issodisfati (ta’ wara l-falliment) flimkien ma’ pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment li ma jiġux issodisfati lanqas. |
|
(63) |
Is-Slovakkja ttenni l-fehma tagħha (56) li l-azzjoni tal-kredituri pubbliċi kienet konformi mal-prinċipju tal-kreditur f’ekonomija tas-suq, peress li l-membri individwali tal-kumitat tal-kredituri u l-kredituri garantiti, kemm pubbliċi kif ukoll privati, kienu tal-fehma li, fil-każ li l-amministratur ikun ingħata struzzjonijiet biex ikompli jopera n-negozju ta’ NCHZ, ir-rata ta’ rkupru tkun bla dubju ogħla. Is-Slovakkja tispeċifika li l-liġi Slovakka dwar il-fallimenti ma tagħmilx distinzjoni b’mod espliċitu bejn il-kredituri privati u dawk pubbliċi u ma tittrattahomx differenti għall-finijiet tal-proċedimenti ta’ falliment. |
|
(64) |
Is-Slovakkja tagħmel distinzjoni wkoll bejn it-tipi differenti ta’ pretensjonijiet involuti fil-proċedimenti ta’ falliment, li hija tiġbor f’żewġ kategoriji: dawk li rriżultaw qabel ma ġie ddikjarat il-falliment u li ġew irreġistrati mal-amministratur tal-fallimenti (“il-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment”) u dawk li rriżultaw wara (“il-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment”). Il-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment huma (i) il-pretensjonijiet kontra l-patrimonju tal-fallimenti (“pohľadávky proti podstate”) jew (ii) il-pretensjonijiet li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-impriża (“pohľadávky z prevádzkovania podniku”). |
|
(65) |
Il-pretensjonijiet kontra l-patrimonju tal-fallimenti huma l-pretensjonijiet li jirriżultaw b’rabta mal-amministrazzjoni u mal-likwidazzjoni tal-assi tal-fallimenti, inkluż it-tariffa tal-amministratur. Dawn jinkludu wkoll it-taxxi, l-imposti, it-tariffi, il-primjums tal-assigurazzjoni tas-saħħa u soċjali, is-salarji u kostijiet oħrajn tal-persunal u r-remunerazzjoni tal-amministratur. F’każ li l-amministratur jopera l-impriża, dawn il-pretensjonijiet jitqiesu bħala pretensjonijiet li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-impriża. Il-pretensjonijiet kontra l-patrimonju tal-fallimenti jiġu ssodisfati mir-rikavati mil-likwidazzjoni, qabel il-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment. |
|
(66) |
Il-pretensjonijiet li jirriżultaw mill-operazzjoni tal-impriża jirriżultaw b’rabta mal-operazzjoni tal-impriża falluta wara li jiġi ddikjarat il-falliment. Il-pretensjonijiet mill-operazzjoni jiġu ssodisfati mid-dħul iġġenerat mill-operazzjoni tal-impriża. Jekk wara li jitwaqqfu l-operazzjonijiet, id-dħul ma jkunx biżżejjed biex jissodisfa l-pretensjonijiet mill-operazzjoni tal-impriża, dawn għandhom jiġu ssodisfati bl-istess mod bħall-pretensjonijiet kontra l-patrimonju tal-fallimenti, jiġifieri mir-rikavati mil-likwidazzjoni. |
|
(67) |
Il-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment (iż-żewġ pretensjonijiet kontra l-patrimonju tal-fallimenti u dawk li jirriżultaw mill-operazzjoni) jiġu għaldaqstant issodisfati qabel il-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment. Is-Slovakkja ssostni li, għalhekk, il-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment iridu jiġu ssodisfati kompletament qabel ma l-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment jiġu ssodisfati abbażi tal-iskeda tar-rikavati. |
4. VALUTAZZJONI TAL-MIZURA
4.1. Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat
|
(68) |
L-Artikolu 107(1) tat-TFUE jipprevedi li kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew mir-riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, u li taffettwa l-kummerċ fost l-Istati Membri, hija inkompatibbli mas-suq intern. Dawk il-kundizzjonijiet huma kumulattivi. Jekk waħda minnhom ma tiġix issodisfata, il-miżura inkwistjoni ma tikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(69) |
Għalhekk, il-kwalifika ta’ miżura bħala għajnuna skont it-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni tirrikjedi li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata mir-riżorsi tal-Istat; (ii) din trid tagħti vantaġġ lir-riċevitur tagħha; (iii) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (iv) il-miżura trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(70) |
Fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ, huwa xieraq li l-valutazzjoni tiġi limitata għall-kundizzjonijiet tal-imputabbiltà u tal-vantaġġ ekonomiku, peress li fin-nuqqas ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk l-elementi, il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-kriterji l-oħrajn elenkati fl-Artikolu 107(1) tat-TFUE jkunux issodisfati. |
4.2. Imputabbiltà
|
(71) |
Kif ġie deskritt f’aktar dettall fil-premessi (23) sa (45), wara li l-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi waqaf japplika għal NCHZ fil-31 ta’ Diċembru 2010, l-amministratur ma baqax legalment obbligat li jkompli l-operazzjoni tal-kumpanija. Peress li l-kostijiet tal-operazzjoni ta’ NCHZ qabżu r-rikavati mill-operazzjoni tagħha, kif previst skont l-Att dwar il-Fallimenti, l-amministratur informa lill-korp kompetenti (għall-kompożizzjoni tiegħu ara l-premessi (18) sa (22)) dwar din iċ-ċirkostanza u ressaq, għall-approvazzjoni tal-korp kompetenti, struzzjoni li tobbliga lill-amministratur ikompli l-operazzjoni ta’ NCHZ. |
|
(72) |
Fis-26 ta’ Jannar 2011, f’laqgħa konġunta tal-kumitat tal-kredituri u tal-kredituri garantiti, il-kredituri kollha fil-kumitat tal-kredituri, kemm pubbliċi kif ukoll privati, approvaw l-istruzzjoni għall-amministratur biex ikompli l-operazzjoni ta’ NCHZ, u l-kredituri garantiti kollha preżenti fil-laqgħa, kemm pubbliċi kif ukoll privati, esprimew ruħhom favur l-approvazzjoni tal-istess struzzjoni (ara l-premessa (38)). Il-minuti tal-laqgħa tas-26 ta’ Jannar 2011, li l-Kummissjoni vverifikat, jikkonfermaw li l-kredituri garantiti esprimew il-fehmiet tagħhom individwalment f’din il-laqgħa. Minkejja li l-liġi rrikjediet biss il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat tal-kredituri biex jappoġġaw il-proposta, intwera li l-ebda wieħed minn dawk il-membri ma ċaħad l-istruzzjoni għall-amministratur. Lanqas ma kien hemm kreditur garantit li ddikjara lilu nnifsu kontra l-approvazzjoni ta’ din l-istruzzjoni. Għaldaqstant ġie stabbilit li d-deċiżjoni tal-kredituri rrappreżentati fil-korp kompetenti kienet unanima. |
|
(73) |
Kif ġie deskritt fil-premessa (20), ma ġiex stabbilit li l-kredituri privati tal-kumitat tal-kredituri, għajr għal INVEST-KREDIT, s.r.o., ikollhom xi rabta kapitali mas-sid ta’ NCHZ. |
|
(74) |
Ġie stabbilit ukoll li l-ebda kreditur (pubbliku jew privat) mhux garantit ma kkontesta quddiem il-qorti tal-fallimenti d-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri li jkompli l-operazzjoni ta’ NCHZ (ara l-premessa (40)), minkejja d-dritt li jagħmlu dan. |
|
(75) |
Bl-ordni tas-17 ta’ Frar 2011, il-qorti tal-fallimenti bħala membru tal-korp kompetenti approvat mingħajr ebda bidla sostantiva (57) l-istess struzzjoni għall-amministratur, li għaldaqstant saret vinkolanti għall-amministratur f’konformità mat-Taqsima 83(4) tal-Att dwar il-Fallimenti. |
|
(76) |
Għaldaqstant, it-tkomplija tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ wara l-iskadenza tal-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi kienet ibbażata fuq id-deċiżjoni tal-korp kompetenti magħmul mill-kumitat tal-kredituri (prinċipalment kumpaniji privati), mill-kredituri garantiti (prinċipalment entitajiet pubbliċi) u mill-qorti tal-fallimenti. |
|
(77) |
Minn dan jirriżulta li kemm il-pożizzjonijiet meħuda mill-kumitat tal-kredituri u mill-kredituri garantiti tas-26 ta’ Jannar 2011 (mingħajr ebda involviment mill-qorti tal-fallimenti fis-26 ta’ Jannar 2011) kif ukoll l-ordni tal-qorti tal-fallimenti tas-17 ta’ Frar 2011 kienu rilevanti fir-rigward tal-approvazzjoni tal-istruzzjoni għall-amministratur tal-fallimenti. Jiġifieri, flimkien dawn iffurmaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-korp kompetenti li kollettivament ta struzzjonijiet lill-amministratur biex ikompli l-operazzjoni ta’ NCHZ. |
|
(78) |
Il-Kummissjoni tqis li l-korp kompetenti li jaġixxi bħala korp kollettiv (inkluż il-qorti tal-fallimenti) iddeċieda dwar l-istruzzjoni għall-amministratur biex ikompli l-operazzjoni ta’ NCHZ, għall-kuntrarju tal-fehmiet li d-deċiżjoni ġiet mid-deċiżjoni tal-qorti ta’ Trenčín waħedha (imressqa minn SRS u minn AlzChem) jew li l-istruzzjoni ġiet mid-deċiżjoni tal-kredituri (imressqa mill-Fortischem). Id-deċiżjoni finali tal-qorti tal-fallimenti biss ġiet fis-17 ta’ Frar 2011, wara li membri oħrajn tal-korp kompetenti esprimew il-fehmiet tagħhom dwar l-istruzzjoni wara l-proċedura prevista skont l-Att dwar il-Fallimenti (ara l-premessa (42)) iżda fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, fejn il-membri l-oħrajn kollha tal-korp kompetenti approvaw l-istruzzjoni għall-amministratur, ma kien hemm l-ebda raġuni biex il-qorti tal-fallimenti tiċħad l-approvazzjoni tal-istruzzjoni proposta. |
|
(79) |
Fir-rigward tal-eżistenza possibbli ta’ drittijiet ta’ veto ta’ ċerti kredituri, il-proċedura ta’ investigazzjoni formali żvelat li l-ebda membru tal-kumitat tal-kredituri u l-ebda wieħed mill-kredituri garantiti ma kellu dritt ta’ veto skont l-Att dwar il-Fallimenti. Il-pretensjonijiet ta’ AlzChem li indikaw l-eżistenza ta’ drittijiet ta’ veto kienu bla bażi peress li ma tressqet l-ebda evidenza li tikkonferma l-eżistenza tagħhom. Għall-kuntrarju, huwa ċar mis-sottomissjonijiet tal-partijiet interessati l-oħrajn li l-ebda kreditur garantit uniku, pubbliku jew privat, ma seta’ jimpedixxi individwalment l-approvazzjoni tal-istruzzjoni għall-amministratur. |
|
(80) |
Skont it-Taqsima 83(4) tal-Att dwar il-Fallimenti, l-amministratur tal-fallimenti huwa marbut bl-ordni tal-qorti (ara l-premessa (42)). Dan ifisser li, f’sitwazzjoni fejn il-qorti tal-fallimenti tkun membru tal-korp kompetenti, l-amministratur tal-fallimenti ma jkunx marbut bid-deċiżjoni tal-kredituri (la tal-kumitat tal-kredituri u lanqas tal-kredituri garantiti) li tirrigwarda l-istruzzjoni għall-amministratur tal-fallimenti, iżda jkun marbut biss bl-ordni tal-qorti tal-fallimenti. Barra minn hekk, il-qorti, meta toħroġ l-ordni tagħha, ma tkunx marbuta bil-pożizzjonijiet kuntrarji minn kredituri garantiti individwali u ma tkunx meħtieġa ssegwihom: hija tista’ tapprova l-istruzzjoni mressqa anke fil-każ ta’ dawn il-pożizzjonijiet kuntrarji, dment li l-istruzzjoni tkun fl-interessi leġittimi tal-kredituri affettwati (il-premessa (42)). Minn dan jirriżulta li anke jekk kreditur garantit wieħed jew aktar ikun esprima ruħu kontra l-approvazzjoni tal-istruzzjoni għall-amministratur tal-fallimenti fil-formulazzjoni proposta, dan ma jfissirx awtomatikament li din l-istruzzjoni ma tistax tiġi approvata. B’riżultat ta’ dan, il-kredituri garantiti individwali ma setgħux “jagħmlu veto” fuq l-adozzjoni tal-istruzzjoni, fis-sens li jimpedixxu l-istruzzjoni sempliċiment billi jiċħdu l-adozzjoni proposta tagħha. |
|
(81) |
B’mod partikolari, ma ġiex ikkonfermat li d-dritt ta’ veto tal-kredituri garantiti jista’ jinkiseb mill-fatt li l-kredituri garantiti kollha kienu involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet. Id-dritt ta’ kull kreditur garantit ta’ qabel il-falliment li jesprimi fehma u li jieħu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ma jistax jimplika d-drittijiet ta’ veto tiegħu, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni oħra għal dan il-għan. Huwa korrett, li b’kuntrast mal-kumitat tal-kredituri, li kien korp elett kollettiv (ara l-premessi (18) u (20)), il-kredituri garantiti ma ġewx irrappreżentati f’korp kollettiv, iżda minflok kull kreditur garantit kien jifforma parti mill-korp kompetenti fih innifsu fir-rigward ta’ kull proprjetà separata tal-fallimenti (ara l-premessa (21)). Madankollu, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni AlzChem (ara l-premessa (46)), il-fatt li kull kreditur garantit kien membru tal-korp kompetenti ma jfissirx awtomatikament li dawn jistgħu jimpedixxu deċiżjoni tal-korp kompetenti. Fi kliem ieħor, id-drittijiet ta’ veto tal-kredituri garantiti ma jistgħux jinkisbu mill-fatt li kull wieħed minnhom kien membru tal-korp kompetenti. |
|
(82) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni vverifikat id-dikjarazzjoni ta’ AlzChem li d-dritt ta’ veto tal-kredituri garantiti jista’ jinstab fl-Att dwar il-Fallimenti permezz tal-interpretazzjoni sistemika tiegħu. It-taqsimiet tal-Att dwar il-Fallimenti li tirreferi għalihom AlzChem b’appoġġ għad-dikjarazzjoni tagħha fihom id-drittijiet tal-kredituri garantiti fil-proċedimenti ta’ falliment. Bħala tali, dawn ma jipprevedux id-dritt ta’ veto. |
|
(83) |
Fil-fatt, id-deċiżjonijiet fil-kumitat tal-kredituri ġew adottati b’maġġoranza, u l-kredituri garantiti esprimew il-pożizzjoni tagħhom fuq bażi individwali, iżda wkoll mingħajr ebda dritt ta’ veto. Għalhekk, minkejja li għandhom il-possibbiltà li jiċħdu t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ (fil-każ tal-membri tal-kumitat tal-kredituri), jew il-possibbiltà li jiddikjaraw lilhom infushom kontra l-approvazzjoni ta’ din l-istruzzjoni (fil-każ tal-kredituri garantiti), l-ebda entità tal-Istat ma setgħet tinforza l-interess tagħha li twaqqaf l-akkumulazzjoni ulterjuri tad-djun, kieku kien jeżisti dan l-interess. |
|
(84) |
Minn dan jirriżulta li la l-kredituri pubbliċi u lanqas privati ma kienu f’pożizzjoni li jagħtu veto fuq l-operazzjoni ta’ NCHZ fit-tieni perjodu ta’ falliment. Id-deċiżjoni li titkompla l-operazzjoni ta’ NCHZ ittieħdet mill-korp kompetenti, li aġixxa bħala korp kollettiv, u l-ebda kreditur privat jew pubbliku uniku bħala membru tal-korp kompetenti ma seta’ jimpedixxi waħdu d-deċiżjoni li titkompla l-operazzjoni ta’ NCHZ. |
|
(85) |
Fl-aħħar nett, l-argument minn AlzChem li d-deċiżjoni li jitkomplew l-operazzjonijiet ta’ NCHZ hija imputabbli lis-Slovakkja minħabba li l-erba’ kredituri garantiti tal-Istat għażlu li ma jeżerċitawx id-drittijiet ta’ veto tagħhom, irid jiġi miċħud ukoll. |
|
(86) |
Ġie ssuġġerit ukoll li d-deċiżjoni li jitkomplew l-operazzjonijiet ta’ NCHZ hija imputabbli lis-Slovakkja minħabba li ġiet ikkonfermata u saret vinkolanti mill-Qorti ta’ Trenčín fi Frar 2011. Filwaqt li fil-prinċipju ma jistax jiġi eskluż li miżura tista’ titqies bħala deċiżjoni imputabbli lill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE minħabba deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali, (58) l-ispeċifiċitajiet tal-involviment tal-qorti tal-fallimenti f’dan il-każ, kif ġie vvalutat fil-premessi minn (88) sa (92), jiddistingwuha minn każijiet fejn instabet l-imputabbiltà abbażi ta’ deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali. |
|
(87) |
Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali żvelat li, fi Frar 2011, il-qorti tal-fallimenti aġixxiet bħala membru tal-korp kompetenti bi rwol iddefinit b’mod ċar skont l-Att dwar il-Fallimenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat ir-rwol tal-qorti tal-fallimenti meta tkun membru tal-korp kompetenti skont it-Taqsima 83(4) tal-Att dwar il-Fallimenti. |
|
(88) |
Il-qorti tal-fallimenti kienet f’pożizzjoni unika ta’ membru tal-korp kollettiv li kien qed jiddeċiedi dwar it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ. Din ma aġixxietx fil-kapaċità tas-soltu tal-qorti bħala korp aġġudikanti, li l-partijiet jirrikorru għalih għal deċiżjoni awtorevoli; anzi r-rwol tagħha kien li tiżgura li l-istruzzjoni għall-amministratur tikkonforma mal-pożizzjonijiet u mal-interessi leġittimi tal-kredituri affettwati (ara l-premessi (42) u (43)). Dan huwa konformi mar-rwol ġenerali tal-qorti tal-fallimenti fil-proċedimenti ta’ falliment, li għandha taġixxi bil-għan li tikseb l-ogħla rata ta’ sodisfazzjon tal-pretensjonijiet għall-kredituri (ara l-premessa (19)). |
|
(89) |
Kif iddikjarat fil-premessa (42), meta l-istruzzjoni għall-amministratur tal-fallimenti titressaq quddiem il-qorti tal-fallimenti għall-approvazzjoni tagħha, il-qorti tal-fallimenti tista’ jew tapprova l-istruzzjoni jew tista’ tiddeċiedi kif tipproċedi b’ordni. L-istess taqsima tispeċifika li fil-ħruġ tal-ordni tagħha, il-qorti tal-fallimenti tqis l-interessi leġittimi tal-kredituri affettwati u d-dikjarazzjonijiet tagħhom kif ukoll id-dikjarazzjonijiet ta’ membri oħrajn tal-korp kompetenti. |
|
(90) |
Kif deskritt fil-premessa (43), il-qorti tal-fallimenti eżaminat l-istruzzjoni proposta għall-amministratur fid-dawl tal-interessi leġittimi tal-kredituri affettwati u tad-dikjarazzjonijiet tagħhom u tad-dikjarazzjonijiet ta’ membri oħrajn tal-korp kompetenti. Dan kien ifisser li l-qorti tal-fallimenti qieset id-dikjarazzjonijiet tal-kumitat tal-kredituri u tal-kredituri garantiti individwali kollha (inkluż il-kredituri garantiti pubbliċi kollha) kif ukoll il-kontenut tal-analiżi ekonomika, li sabet li l-waqfien tal-operazzjoni ta’ NCHZ deher li kien l-inqas favorevoli mil-lat tal-possibbiltà li jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet tal-kredituri tal-fallimenti, minħabba l-kostijiet marbuta mal-waqfien tal-operazzjoni. |
|
(91) |
Filwaqt li huwa minnu li l-ordni tal-qorti għamlet l-istruzzjoni vinkolanti għall-amministratur tal-fallimenti, fiċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ ma kien hemm l-ebda raġuni biex il-qorti tal-fallimenti tiċħad l-istruzzjoni proposta. F’sitwazzjoni fejn il-kredituri kollha, li l-maġġoranza tagħhom huma privati, jiddeċiedu b’mod espliċitu li jkun fl-interess ekonomiku tagħhom li jippermettu t-tkomplija tal-operazzjoni tal-impriża falluta, id-deċiżjoni tagħhom ma tkunx attribwibbli għall-Istat sempliċiment minħabba li qorti tal-fallimenti sussegwentement tikkonfermaha u tagħmilha vinkolanti. |
|
(92) |
Id-deċiżjoni tal-qorti tal-fallimenti tindika l-fatt li d-deċiżjoni li jitkomplew l-operazzjonijiet ta’ NCHZ kienet fl-aħjar interess tal-kredituri. F’dan ir-rigward, il-qorti qablet mal-pożizzjonijiet meħuda mill-membri l-oħrajn kollha tal-korp kompetenti, pubbliċi u privati, kemm garantiti kif ukoll mhux garantiti, kif ukoll mal-proposta mressqa mill-amministratur tal-fallimenti; l-ebda wieħed minn dawk l-atturi ma esprima fehma alternattiva li tipproponi li jitwaqqfu l-operazzjonijiet ta’ NCHZ. Skont il-ġurisprudenza, l-Artikolu 107(1) tat-TFUE jirreferi għad-“deċiżjonijiet tal-Istati Membri li bihom dawn tal-aħħar, sabiex jilħqu l-għanijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, iqiegħdu riżorsi għad-dispożizzjoni tal-impriżi jew ta’ persuni ġuridiċi oħra, permezz ta’ deċiżjonijiet unilaterali u awtonomi, jew jagħtuhom vantaġġi intiżi sabiex jinkoraġġixxu t-twettiq tal-għanijiet ekonomiċi u soċjali mfittxija.” (59) F’dan ir-rigward, ma hemm l-ebda indikazzjoni fil-każ inkwistjoni li l-qorti tal-fallimenti aġixxiet f’interessi oħrajn għajr dawk tal-kredituri kkonċernati, u li din ma aġixxietx f’allinjament sħiħ ma’ dak li l-kredituri u l-amministratur tal-fallimenti qiesu bħala l-aktar soluzzjoni ekonomikament razzjonali. |
|
(93) |
B’riżultat ta’ dan, id-deċiżjoni tal-korp kompetenti (li l-qorti tal-fallimenti kienet membru tiegħu) li jkompli jopera NCHZ wara li skada l-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi ma tistax titqies imputabbli lill-Istat minħabba n-nuqqas ta’ drittijiet ta’ veto tal-kredituri pubbliċi u r-rwol speċifiku li kellha l-qorti tal-fallimenti. |
|
(94) |
Barra minn hekk, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-Istat kien jipprova jinfluwenza t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kredituri privati. Kif ġie kkonfermat mill-Qorti Ġenerali (60), ma ntweriex li l-appoġġ politiku għal NCHZ kien jeżisti f’Jannar 2011 u li l-kredituri kkonċernati kienu ffurmaw suppożizzjoni ta’ dan l-appoġġ. B’mod partikolari, ġie konkluż li n-nuqqas ta’ revoka tal-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi mill-gvern Slovakk il-ġdid fis-setgħa f’Jannar 2011 ma setax jiġi interpretat bħala indikazzjoni tal-appoġġ politiku tiegħu għal NCHZ. Barra minn hekk, anke jekk l-appoġġ politiku kien jeżisti fl-2009 – 2010 (minħabba l-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi) u aktar tard fl-2013, dan ma jfissirx li l-appoġġ politiku kien jeżisti f’Jannar 2011. |
|
(95) |
F’dan il-każ, jirriżulta mill-ordni tal-qorti tal-fallimenti tas-17 ta’ Frar 2011 (ara l-premessa (43)), eżaminata mill-Kummissjoni, li r-raġunijiet li wasslu lill-qorti tal-falliment biex tapprova l-istruzzjoni għall-amministratur tal-fallimenti kienu dawn li ġejjin: i) il-fatt li l-kumitat tal-kredituri adotta b’mod unanimu u mingħajr oġġezzjoni ordni bl-istruzzjoni għall-amministratur biex ikompli l-operazzjoni ta’ NCHZ u wkoll li s-sitt kredituri garantiti kollha kienu favur l-istess struzzjoni; ii) l-analiżi ekonomika (ara l-premessa (29)) imħejjija mill-amministratur sabet li l-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ ikun l-inqas għażla vantaġġuża biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet tal-kredituri minħabba l-kostijiet relatati mal-għeluq tal-operazzjonijiet; iii) in-nuqqas ta’ diskrepanza jew kunflitt tal-istruzzjoni proposta mal-interess leġittimu tal-kredituri affettwati. Il-qorti tal-fallimenti għaldaqstant eżaminat jekk l-istruzzjoni kinitx konformi mal-interess leġittimu tal-kredituri affettwati kollha kemm huma, mingħajr ma indirizzat separatament is-sitwazzjoni individwali ta’ kull kreditur jew ivvalutat l-impatt fuq il-pretensjoni miċħuda ta’ REDQUEST LIMITED. |
|
(96) |
Skont l-Att dwar il-Fallimenti, il-qorti tal-fallimenti fil-prinċipju kellha l-għażla li tirrifjuta l-istruzzjoni proposta lill-amministratur tal-fallimenti. Jiġifieri, skont sitwazzjoni fattwali individwali u l-interessi leġittimi tal-kredituri affettwati, u d-dikjarazzjonijiet ta’ dawk il-kredituri u ta’ membri oħrajn tal-korp kompetenti, fil-prinċipju l-qorti tal-fallimenti kellha l-għażla li ma tapprovax l-istruzzjoni iżda li tiddeċiedi hija stess kif tipproċedi. Madankollu, f’sitwazzjoni fejn il-kredituri kollha rrappreżentati fil-korp kompetenti kkunsidraw fl-aħjar interess ekonomiku tagħhom li jippermettu t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ u esprimew ruħhom għal dan il-għan, u l-istess fehma tressqet mill-amministratur tal-fallimenti, il-fatt li l-qorti qasmet dik l-opinjoni ma jappoġġax l-imputabbiltà ta’ dik id-deċiżjoni lill-Istat sempliċiment minħabba n-natura vinkolanti tal-ordni tal-qorti tal-fallimenti. Hemm biżżejjed evidenza fil-każ inkwistjoni, inkluż fehmiet pożittivi mill-atturi l-oħrajn kollha kkonċernati, li t-tkomplija tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ tqieset mill-kredituri bħala fl-aħjar interess tagħhom, u jidher ċar li fl-eżerċitar tar-rwol tagħha, il-qorti tal-fallimenti kienet meħtieġa taġixxi fl-interess tal-kredituri ta’ NCHZ. Min-naħa l-oħra, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-qorti tal-fallimenti kienet qed issegwi, permezz tal-adozzjoni tal-ordni tagħha, kwalunkwe objettiv tal-Istat Slovakk. |
|
(97) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjoni tal-korp kompetenti fit-tieni perjodu ta’ falliment ta’ NCHZ ma tistax titqies bħala deċiżjoni imputabbli lill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Anke jekk waħda mill-kundizzjonijiet kumulattivi għas-sejba ta’ għajnuna mill-Istat hija nieqsa, il-Kummissjoni xorta waħda vverifikat jekk il-miżura inkwistjoni pprovdietx vantaġġ ekonomiku lil NCHZ li kieku ma kinitx tikseb f’kundizzjonijiet tas-suq, kif spjegat hawn taħt. |
4.3. Vantaġġ ekonomiku
|
(98) |
B’mod ġenerali, it-tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa mill-korpi pubbliċi (inkluż l-impriżi pubbliċi) ma jagħtux vantaġġ lill-kontroparti, u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna, jekk dawn isiru f’konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq (61). |
|
(99) |
Biex jiġi ddeterminat jekk tranżazzjoni titwettaqx f’konformità mal-kundizzjonijiet normali tas-suq, l-imġiba ta’ korp pubbliku trid titqabbel ma’ dik ta’ operatur ekonomiku privat ipotetiku li jkun f’sitwazzjoni simili (l-hekk imsejjaħ test tal-operaturi f’ekonomija tas-suq). Il-qrati tal-Unjoni żviluppaw tipi speċifiċi ta’ dak it-test għal tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet ekonomiċi, b’mod partikolari t-“test tal-kredituri privati”, f’każijiet ta’ tranżazzjonijiet li jinvolvu d-dejn (62), u l-“prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq”, biex jidentifikaw il-preżenza ta’ vantaġġ ekonomiku f’każijiet ta’ investimenti f’ekwità pubblika (63). |
|
(100) |
Fil-każ inkwistjoni, minħabba li kien hemm kredituri pubbliċi involuti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tat-tkomplija tal-attivitajiet ta’ NCHZ iżda l-ebda parteċipazzjoni azzjonarja fil-kumpanija mill-Istat, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tiffoka fuq it-tranżazzjoni mill-perspettiva tal-kreditur privat prudenti ipotetiku (64). |
|
(101) |
Il-Kummissjoni vverifikat l-analiżi ekonomika prodotta mill-amministratur, li kienet disponibbli għal u eżaminata mill-kredituri u mill-qorti tal-fallimenti meta ttieħdet id-deċiżjoni (ara l-premessi (33) sa (36)). L-analiżi tidentifika diversi xenarji possibbli u tqabbel il-kostijiet u d-dħul mill-perspettiva tal-kredituri ta’ NCHZ. B’mod partikolari, l-analiżi tindika li l-waqfien tal-operazzjoni ta’ NCHZ kien iwassal għal kostijiet sinifikanti li jammontaw għal aktar minn EUR 48 miljun. Il-biċċa l-kbira tal-kostijiet kienu relatati mal-għeluq u mat-tindif ambjentali tas-siti ta’ produzzjoni kimika (madwar EUR 37,3 miljun) u mal-kostijiet tal-persunal (EUR 10,5 miljun jekk ikunu ġew issodisfati l-obbligi legali kollha). Fl-istess ħin, id-dħul mistenni mill-bejgħ ta’ assi individwali kien fil-medda ta’ EUR 47-52 miljun (mingħajr ma wieħed iqis il-kostijiet addizzjonali taż-żarmar u t-tneħħija tat-tagħmir). |
|
(102) |
Peress li l-obbligazzjonijiet (pubbliċi u privati) pendenti mġarrba mill-operazzjoni ta’ NCHZ matul il-proċedimenti ta’ falliment (madwar EUR 16-il miljun sa nofs Diċembru 2010, lejn tmiem l-ewwel perjodu ta’ falliment) kellhom trattament preferenzjali, jirriżulta li l-ebda waħda mill-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment ma kienet tiġi ssodisfata kieku twaqqfu l-operazzjonijiet ta’ NCHZ. L-analiżi tqis li l-bejgħ tal-impriża bħala negozju avvjat x’aktarx li jwassal għal sodisfazzjon ogħla tal-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment meta mqabbel max-xenarju ta’ waqfien tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ, u dan iġib miegħu kostijiet addizzjonali sinifikanti biex jingħalqu l-operazzjonijiet ta’ NCHZ u t-tnedija mill-ġdid, tal-operazzjonijiet tkun problematika, jekk mhux impossibbli, minħabba li xi tagħmir teknoloġiku ssirlu ħsara irreparabbli jekk jitwaqqfu l-operazzjonijiet (ara l-premessi (34) u (36)). |
|
(103) |
L-analiżi evalwat ukoll l-interess ta’ partijiet terzi li jipparteċipaw fis-sejħa/sejħiet għall-offerti għal NCHZ. Fl-ewwel sejħa għall-offerti, minn seba’ xerrejja interessati, wieħed biss (il-kumpanija M-ENERGO, s.r.o.) ressaq offerta għal EUR 2 miljun. L-amministratur sab li ma kienx ċar jekk it-tieni sejħa għall-offerti kinitx se tattira aktar xerrejja interessati. B’mod ġenerali, l-analiżi kkonkludiet li kien fl-interess tal-kredituri li jkomplu l-operazzjoni ta’ NCHZ u jbigħuha bħala negozju avvjat. |
|
(104) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-kontenut tal-preżentazzjoni maniġerjali ta’ NCHZ (ara l-premessa (29) u ta’ wara), li kien disponibbli wkoll għall-kredituri u għall-qorti tal-fallimenti meta ttieħdet id-deċiżjoni. Il-preżentazzjoni qieset li l-valur reali mistenni tal-assi tal-kumpanija fil-każ ta’ waqfien tal-operazzjoni jammonta għal EUR 15,5 miljun biss, u dan wassal biex il-waqfien tal-operazzjoni ta’ NCHZ ikun inqas attraenti għall-kredituri. Barra minn hekk, il-preżentazzjoni ssostni li l-kumpanija setgħet tinbiegħ b’suċċess wara ċerti miżuri ta’ ristrutturar li jkollhom jiġu adottati (bħas-sensji tal-persunal). B’mod ġenerali, il-preżentazzjoni kkonkludiet li l-kredituri kienu jmorru aħjar kieku NCHZ inbiegħet bħala negozju avvjat. |
|
(105) |
Il-proposta għat-tkomplija tal-operazzjoni abbażi ta’ dawk id-dokumenti ġiet sussegwentement aċċettata mill-kredituri kollha fil-korp kompetenti, kemm pubbliċi kif ukoll privati, garantiti u mhux garantiti. |
|
(106) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-analiżi ekonomika flimkien mal-preżentazzjoni maniġerjali tqieset kif xieraq u kienet tifforma bażi valida għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kredituri u tal-qorti tal-fallimenti. |
4.3.1. Kunsiderazzjonijiet komuni
|
(107) |
Kif jirriżulta mit-Tabella 1 (ara l-premessa (24)), il-kredituri pubbliċi bl-ogħla pretensjonijiet ta’ wara l-falliment kienu l-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali (“Sociálna poisťovňa”) u l-Kumpanija tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ġenerali (“Všeobecná zdravotná poisťovňa, a.s.”). Kif ġie deskritt fil-premessa (44), dawn ma kinux membri tal-korp kompetenti li ddeċieda dwar it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ. Għalhekk, dawn ma kellhom l-ebda possibbiltà li jinfluwenzaw direttament il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u ma setgħux jipprevjenu t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ. |
|
(108) |
L-investigazzjoni fil-fond uriet ukoll li, mill-erba’ kredituri garantiti pubbliċi li ffurmaw parti mill-korp kompetenti (ara l-premessa (21)), żewġ kredituri pubbliċi biss kienu direttament ikkonċernati mit-theddida ta’ akkumulazzjoni ulterjuri tad-djun dovuti lilhom minn NCHZ matul it-tkomplija tal-operazzjoni tagħha, jiġifieri l-Fond Ambjentali u l-Belt ta’ Nováky. B’mod speċifiku, ġie stabbilit li l-Bank Slovakk tal-Garanziji u l-Iżvilupp u l-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali ma kellhom l-ebda riskju li jġarrbu żieda fil-pretensjonijiet mit-tkomplija tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ, minħabba n-nuqqas ta’ relazzjonijiet kummerċjali attivi ma’ NCHZ matul il-perjodu ta’ falliment. |
|
(109) |
F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali sabet li fid-deċiżjoni inizjali ma ntweriex li “l-analiżi ekonomika qajmet il-kwistjoni taż-żieda possibbli fil-pretensjonijiet tal-kredituri f’każ li l-operazzjonijiet ta’ NCHZ jitkomplew matul it-tieni perjodu ta’ insolvenza” (65). Għalhekk, ma kienx evidenti kif il-verifika mill-Kummissjoni tal-analiżi ekonomika fid-dawl tat-test tal-kredituri privati kienet marbuta mal-kontenut tal-premessa (110) tad-deċiżjoni inizjali, li kien fiha l-valutazzjoni tat-theddida ta’ akkumulazzjoni ulterjuri tal-pretensjonijiet tal-kredituri pubbliċi lejn NCHZ matul it-tkomplija tal-operazzjonijiet tagħha (66). Għalhekk jirriżulta li l-analiżi ekonomika, u b’implikazzjoni l-preżentazzjoni maniġerjali wkoll, jeħtieġ li jiġu vverifikati fid-dawl tat-test tal-kredituri privati u tar-razzjonalità tad-deċiżjoni tal-kredituri, peress li dawn kienu jafu li l-ammont tal-pretensjonijiet tagħhom kien se jiżdied. |
|
(110) |
Il-Qorti Ġenerali sostniet ukoll li l-valutazzjoni tar-riskju ta’ żieda fil-pretensjonijiet jeħtieġ li ssir fil-mument rilevanti, li huwa l-perjodu li matulu ttieħdu l-miżuri, u ma għandha ssir l-ebda valutazzjoni bbażata fuq sitwazzjoni sussegwenti (67). Jiġifieri, skont il-Qorti Ġenerali, “l-analiżi tal-livell ta’ riskju ta’ żieda fil-pretensjonijiet imġarrba, fi żmien id-deċiżjoni tal-kredituri fil-laqgħa tas-26 ta’ Jannar 2011 […] [ma kinitx] […] evidenti mid-deċiżjoni kkontestata” (68). |
|
(111) |
Iż-żewġ kredituri pubbliċi li ġarrbu riskju ta’ żieda fil-pretensjonijiet kienu l-Fond Ambjentali u l-Belt ta’ Nováky (ara l-premessa (24)). Madankollu, fil-biċċa l-kbira, il-pretensjonijiet addizzjonali li rriżultaw matul it-tieni perjodu ta’ falliment ma kinux direttament relatati mal-attivitajiet ta’ NCHZ fit-tieni perjodu ta’ falliment iżda mal-ewwel perjodu ta’ falliment (ara l-premessa (130) u ta’ wara kif ukoll il-premessi (141) u ta’ wara). Barra minn hekk, kemm il-Belt ta’ Nováky kif ukoll il-Fond Ambjentali bilfors li setgħu jipprevedu l-akkumulazzjoni tal-pretensjonijiet addizzjonali meta ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn kienu relatati mat-taxxa u mat-tariffi, sabiex l-ammont seta’ jitqarreb faċilment, minħabba li dawn kienu pagamenti rikorrenti annwali. Għalhekk, fi żmien it-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom dwar l-operazzjoni ulterjuri ta’ NCHZ fis-26 ta’ Jannar 2011, dawn il-kredituri bilfors li kienu jafu bir-riskju ta’ żieda fil-pretensjonijiet tagħhom lejn NCHZ. B’mod partikolari, dawn setgħu jiksbu l-ammont ta’ riskju mill-preżentazzjoni maniġerjali li stabbilixxiet stima ta’ tnaqqis fid-dħul għall-Belt ta’ Nováky u għall-Istat f’każ li NCHZ tieqaf topera (ara l-premessa (32)), u li jista’ jinftiehem li jindika liema pretensjonijiet addizzjonali (u kemm) se jiġġarrbu mill-Belt ta’ Nováky u mill-Fond Ambjentali, jekk jitkomplew l-operazzjonijiet ta’ NCHZ. Bl-istess mod, dawn ma setgħux jinjoraw li, meta mqabbla mal-prospett probabbli li jitilfu l-pretensjonijiet kollha tagħhom ta’ qabel il-falliment f’każ ta’ likwidazzjoni, il-pretensjonijiet addizzjonali jkunu limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni. Barra minn hekk, iż-żewġ kredituri bilfors li kienu konxji tat-trattament preferenzjali li dawn il-pretensjonijiet addizzjonali (jiġifieri ta’ wara l-falliment) kienu se jiksbu. Għaldaqstant, l-analiżi ekonomika, ikkumplimentata mill-preżentazzjoni maniġerjali, fil-fatt infurmat u kkostitwixxiet bażi valida għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom. |
|
(112) |
Kif spjegat fil-premessa (19), il-kumitat tal-kredituri kien jikkonsisti fi kreditur pubbliku wieħed u f’erba’ kredituri privati mhux garantiti, kollha kredituri mhux garantiti ta’ qabel il-falliment, li kollha appoġġaw il-proposta li jitkomplew l-operazzjonijiet. Kif spjegat ulterjorment fil-premessa (37), skont l-Att dwar il-Fallimenti, il-membri tal-kumitat tal-kredituri kienu obbligati jaġixxu fl-interess komuni tal-kredituri mhux garantiti kollha. Dan ifisser li dawn kienu obbligati jaġixxu fl-interess tal-kredituri mhux garantiti kollha ta’ qabel il-falliment, u mhux biss fl-interess ta’ dawk irrappreżentati fil-kumitat tal-kredituri. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ evidenza kuntrarja, huwa stabbilit li d-deċiżjoni li titkompla l-operazzjoni ta’ NCHZ fit-tieni perjodu ta’ falliment kienet fl-interess tal-kredituri mhux garantiti ta’ qabel il-falliment. |
|
(113) |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument imressaq minn AlzChem AG li allegat li l-vot mill-kredituri pubbliċi fil-kumitat rilevanti influwenza lill-kredituri privati, li huma membri ta’ dak il-kumitat. Il-Qorti nnotat li AlzChem AG ma pprovdiet l-ebda evidenza b’appoġġ għad-dikjarazzjoni tagħha u li l-kredituri privati jridu jiġu preżunti li aġixxew skont l-interessi tagħhom (69). |
4.3.2. In-nuqqas ta’ vantaġġ ekonomiku pprovdut minn kull wieħed mill-kredituri pubbliċi individwali ta’ NCHZ
|
(114) |
Il-Kummissjoni vvalutat separatament għal kull wieħed mill-kredituri pubbliċi li ffurmaw parti mill-korp kompetenti (ara l-premessa (21)) is-sitwazzjoni individwali tagħhom u jekk l-imġiba tagħhom kinitx tissodisfa t-test tal-kredituri privati. Il-Qorti Ġenerali sostniet li, meta ġie applikat it-test tal-kredituri privati, kien meħtieġ li tiġi eżaminata s-sitwazzjoni individwali tal-kredituri pubbliċi u kellhom jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, b’mod partikolari abbażi tal-istatus tagħhom bħala kreditur preferenzjali jew mhux garantit; minn dan jirriżulta li l-kredituri pubbliċi ma kellhomx jitqiesu bħala entità waħda (70). Barra minn hekk, il-Qorti indikat il-ħtieġa li jitqies kreditur privat li kien f’sitwazzjoni kemm jista’ jkun qrib dik tal-kreditur pubbliku u li pprova jikseb il-pagament tas-somom dovuti lilu minn debitur. |
|
(115) |
Il-Kummissjoni ma tivvalutax is-sitwazzjoni tal-kredituri pubbliċi li ma kinux parti mill-korp kompetenti, b’mod partikolari l-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali u l-Kumpanija tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ġenerali, li kienu l-kredituri pubbliċi bl-ogħla ammonti ta’ pretensjonijiet imġarrba fil-proċedimenti ta’ falliment (ara t-Tabella 1, il-premessa (24)). Dawk il-kredituri ma setgħux jintervjenu direttament fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatat mat-tkomplija tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ, u għaldaqstant ma kellhom l-ebda influwenza diretta fuq id-deċiżjoni dwar l-operazzjoni ulterjuri ta’ NCHZ (ara l-premessa (44)). F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumenti minn AlzChem li i) il-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali setgħet u kellha tintervjeni quddiem il-qorti tal-fallimenti sabiex tikkontesta dik it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ, u li ii) il-fatt li l-kumpanija kienet użat il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex tevita aktar telf ma eżentax lir-Repubblika Slovakka mir-responsabbiltà tagħha li tevita d-djun dovuti lilha milli jkomplu jakkumulaw b’mezzi oħrajn (71). Il-Qorti Ġenerali sostniet li ma kienx jidher mid-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Fallimenti, u b’mod partikolari l-Artikolu 83(4) ta’ dak l-Att, li, fiċ-ċirkostanzi tal-każ, il-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali setgħet tintervjeni fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet relatat mat-tkomplija tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ quddiem il-qorti tal-fallimenti, u għaldaqstant ikkonkludiet li l-Kumpanija tal-Assigurazzjoni Soċjali ma kellhiex din l-opportunità li tintervjeni (72). |
4.3.2.1.
|
(116) |
Il-Bank Slovakk tal-Garanziji u l-Iżvilupp (“il-Bank”) kien wieħed mis-sitt kredituri garantiti ta’ NCHZ bi pretensjoni garantita ta’ qabel il-falliment ta’ madwar EUR 750 000 abbażi ta’ ftehim ta’ self. |
|
(117) |
Kif imsemmi fil-premessa (108), il-Bank ma kellu l-ebda relazzjoni kummerċjali attiva ma’ NCHZ matul il-perjodu ta’ falliment. Dan ma kellu l-ebda pretensjoni ta’ wara l-falliment vis-à-vis NCHZ u ma kellu l-ebda riskju li jġarrab żieda fl-obbligazzjonijiet minħabba t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ: il-pretensjonijiet tiegħu ma setgħux jiżdiedu biss minħabba t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ. |
|
(118) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li l-analiżi ekonomika u l-preżentazzjoni maniġerjali ta’ NCHZ, li kienu disponibbli għall-Bank sa żmien id-deċiżjoni f’Jannar 2011, ikkostitwixxew bażi valida għall-appoġġ tal-Bank għad-deċiżjoni. Kif ġie deskritt fil-premessi (101) sa (104), dawn id-dokumenti wrew li t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ u l-bejgħ tagħha bħala negozju avvjat ma’ xerrej interessat disponibbli (il-premessa (103)) kienu fl-aħjar interess tal-kredituri, u għalhekk tal-Bank ukoll. |
|
(119) |
Barra minn hekk, ġie stabbilit li (i) minn nofs Diċembru 2010, il-pretensjonijiet mhux issodisfati li rriżultaw mill-operazzjoni ta’ NCHZ fl-ewwel perjodu ta’ falliment, li kellhom prijorità fuq il-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment, kienu fl-ammont ta’ madwar EUR 16-il miljun (il-premessa (33)), u (ii) kważi d-dħul kollu (skont xenarju) mill-bejgħ tal-assi ta’ NCHZ ikun meħtieġ li jkopri l-kostijiet tal-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ (il-premessa (34)). Dan naqqas b’mod sinifikanti l-probabbiltà tas-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment f’xenarju ta’ likwidazzjoni. |
|
(120) |
Fid-dawl ta’ dan, kien raġonevoli li wieħed jistenna li l-ebda waħda mill-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment tal-Bank ma kienet tiġi ssodisfata f’każ ta’ likwidazzjoni. Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalih dak iż-żmien, il-Bank Slovakk tal-Garanziji u l-Iżvilupp seta’ jqis li kien imur aħjar f’każ li jitkomplew l-operazzjonijiet meta mqabbel mat-telf tal-pretensjonijiet kollha tiegħu f’każ ta’ likwidazzjoni. |
|
(121) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni tal-Bank Slovakk tal-Garanziji u l-Iżvilupp li jappoġġa t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ kienet tittieħed ukoll minn kreditur privat raġonevoli u diliġenti u, għalhekk, kienet konformi mas-suq. |
4.3.2.2.
|
(122) |
Il-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali kien kreditur garantit ta’ NCHZ bi pretensjoni ta’ qabel il-falliment fuq NCHZ ta’ madwar EUR 17,85-il miljun abbażi ta’ obbligi relatati mal-privatizzazzjoni. Fl-istess ħin, dan kien l-uniku kreditur pubbliku fil-kumitat tal-kredituri li kien jirrappreżenta lill-kredituri mhux garantiti, flimkien ma’ erba’ kredituri privati mhux garantiti (ara l-premessa (19)). |
|
(123) |
Il-kredituri mhux garantiti kollha ta’ qabel il-falliment fil-kumitat tal-kredituri, inkluż il-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali, appoġġaw it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ, u kellhom l-obbligu legali li jaġixxu fl-interess tal-kredituri mhux garantiti kollha ta’ qabel il-falliment, mhux biss ta’ dawk preżenti fil-kumitat tal-kredituri. Fl-istess ħin, il-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali, li huwa wkoll kreditur garantit, iddikjara lilu nnifsu favur it-tkomplija tal-operazzjoni. |
|
(124) |
Kif imsemmi fil-premessa (108), il-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali ma kellu l-ebda relazzjoni kummerċjali attiva ma’ NCHZ matul il-perjodu ta’ falliment. Dan ma kellu l-ebda pretensjoni ta’ wara l-falliment vis-à-vis NCHZ u ma kellu l-ebda riskju li jġarrab żieda fl-obbligazzjonijiet minħabba t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ: il-pretensjonijiet tiegħu ma setgħux jiżdiedu biss minħabba t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ. |
|
(125) |
F’dan il-kuntest, l-analiżi ekonomika u l-preżentazzjoni maniġerjali ta’ NCHZ, li kienu disponibbli għall-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali sa żmien id-deċiżjoni f’Jannar 2011, ikkostitwixxew bażi valida għall-appoġġ tiegħu għad-deċiżjoni. Kif ġie deskritt fil-premessi (101) sa (104), dawn id-dokumenti wrew li t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ u l-bejgħ tagħha bħala negozju avvjat ma’ xerrej interessat disponibbli (il-premessa (103)) kienu fl-aħjar interess tal-kredituri, u għalhekk tal-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali wkoll. |
|
(126) |
Barra minn hekk, ġie stabbilit li (i) minn nofs Diċembru 2010, il-pretensjonijiet mhux issodisfati li rriżultaw mill-operazzjoni ta’ NCHZ fl-ewwel perjodu ta’ falliment, li kellhom prijorità fuq il-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment, kienu fl-ammont ta’ madwar EUR 16-il miljun (il-premessa (33)), u (ii) kważi d-dħul kollu (skont xenarju) mill-bejgħ tal-assi ta’ NCHZ ikun meħtieġ li jkopri l-kostijiet tal-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ (il-premessa (34)). Dan naqqas b’mod sinifikanti l-probabbiltà tas-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment f’xenarju ta’ likwidazzjoni. |
|
(127) |
Fid-dawl ta’ dan, kwalunkwe kreditur ipotetiku fl-istess sitwazzjoni seta’ jistenna b’mod raġonevoli li l-ebda waħda mill-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment tal-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali ma kienet tiġi ssodisfata f’każ ta’ likwidazzjoni. Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalih dak iż-żmien, il-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali seta’ jqis li kien imur aħjar f’każ li jitkomplew l-operazzjonijiet meta mqabbel mat-telf tal-pretensjonijiet kollha tiegħu f’każ ta’ likwidazzjoni. |
|
(128) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni tal-Fond tal-Proprjetà Nazzjonali li jivvota favur it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ kienet tittieħed ukoll minn kreditur privat raġonevoli u diliġenti u, għalhekk, kienet konformi mas-suq. |
4.3.2.3.
|
(129) |
Il-Fond Ambjentali kien kreditur garantit ta’ NCHZ bi pretensjoni garantita ta’ qabel il-falliment fuq NCHZ ta’ madwar EUR 950 000 abbażi ta’ ftehim ta’ self u pretensjoni mhux garantita ta’ qabel il-falliment ta’ madwar EUR 70 000 (ara t-Tabella 2, il-premessa (25)). |
|
(130) |
Kif imsemmi fil-premessi (108) u (111), il-Fond Ambjentali kien espost għar-riskju li jġarrab żieda fl-obbligazzjonijiet minħabba t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ u ġarrab obbligazzjonijiet addizzjonali kemm fl-ewwel kif ukoll fit-tieni perjodu ta’ falliment. |
|
(131) |
Il-pretensjonijiet tal-Fond Ambjentali li rriżultaw wara li NCHZ iddikjarat il-falliment kienu dovuti għan-nuqqas ta’ pagament parzjali tat-tariffa annwali għat-tniġġis tal-arja. Skont ir-rekwiżiti legali fis-seħħ, it-tariffi ġew imposti fuq l-operaturi industrijali għas-snin preċedenti (73), abbażi tal-ammont ta’ tniġġis tal-arja kkawżat mill-impjant partikolari fis-sena preċedenti. |
|
(132) |
L-investigazzjoni formali żvelat li t-tariffa għat-tniġġis tal-arja fl-2010, li ġiet imposta f’isem il-Fond Ambjentali f’Mejju 2010 għat-tniġġis tal-arja fl-2009, ġiet stabbilita għal EUR 192 454 u sa tmiem l-2010 (tmiem l-ewwel perjodu ta’ falliment), il-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment ammontaw għal EUR 222 954 minħabba n-nuqqas ta’ pagament parzjali tat-tariffa annwali għat-tniġġis tal-arja (ara l-premessa (26)). Madankollu, dawn il-pretensjonijiet ma kinux ir-riżultat tal-operazzjoni ta’ NCHZ fil-falliment matul is-sena 2010 iżda fl-2009 meta l-operazzjoni ta’ NCHZ kienet garantita permezz tal-liġi. |
|
(133) |
Il-Kummissjoni tinnota, l-ewwel nett, li l-ammont tat-tariffi għat-tniġġis tal-arja kien fil-biċċa l-kbira prevedibbli peress li kien marbut mal-livell tal-operazzjoni tal-impriża. It-tieni nett, it-tariffi pubbliċi li ġġarrbu mill-operazzjoni tal-impriża fil-falliment kellhom trattament prijoritarju fuq il-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment. |
|
(134) |
Għalhekk, anke fl-2011, kien mistenni li NCHZ kienet se ġġarrab obbligazzjonijiet addizzjonali għat-tniġġis tal-arja (għas-sena 2010) anke jekk il-kredituri kienu ddeċidew favur il-likwidazzjoni fl-2011. Barra minn hekk, minħabba li anke fix-xenarju ta’ likwidazzjoni, il-produzzjoni ma setgħetx tingħalaq minnufih, NCHZ kienet se tkompli tniġġes anke kieku x-xenarju ta’ likwidazzjoni kien appoġġat, u għalhekk kien ikollha tħallas it-tariffi għall-emissjonijiet anke fl-2012. Meta wieħed iqis l-eżistenza ta’ pretensjonijiet sinifikanti ta’ qabel il-falliment, kien prudenti għall-Fond Ambjentali li jivvota għall-operazzjoni ulterjuri tad-debitur tiegħu. |
|
(135) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, f’kull wieħed mix-xenarji, il-likwidazzjoni jew it-tkomplija tan-negozju u l-bejgħ bħala negozju avvjat, NCHZ kienet iġġarrab obbligazzjonijiet addizzjonali fuq it-tniġġis tal-arja fl-2011 u x’aktarx fl-2012, l-obbligu tat-taxxa kien ikun l-istess għal dak il-perjodu, u l-obbligu mhux imħallas tat-taxxa x’aktarx li kien ikun fl-istess firxa minħabba li l-ebda fond suffiċjenti, anke fuq bejgħ bħala negozju avvjat, ma kien ikun biżżejjed biex ikopri l-pagamenti tat-taxxa kollha. |
|
(136) |
Barra minn hekk, ġie stabbilit li (i) minn nofs Diċembru 2010, il-pretensjonijiet mhux issodisfati li rriżultaw mill-operazzjoni ta’ NCHZ fl-ewwel perjodu ta’ falliment, li kellhom prijorità fuq il-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment, kienu fl-ammont ta’ madwar EUR 16-il miljun (il-premessa (33)), u (ii) kważi d-dħul kollu (skont xenarju) mill-bejgħ tal-assi ta’ NCHZ ikun meħtieġ li jkopri l-kostijiet tal-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ (il-premessa (34)). Dan naqqas b’mod sinifikanti l-probabbiltà tas-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment f’xenarju ta’ likwidazzjoni. |
|
(137) |
Fid-dawl ta’ dan, wieħed seta’ jistenna b’mod raġonevoli li l-ebda waħda mill-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment tal-Fond Ambjentali ma kienet tiġi ssodisfata f’każ ta’ likwidazzjoni. Għaldaqstant, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalih dak iż-żmien, il-Fond Ambjentali seta’ jqis li kien imur aħjar f’każ li jitkomplew l-operazzjonijiet meta mqabbel mat-telf tal-pretensjonijiet kollha tiegħu f’każ ta’ likwidazzjoni. |
|
(138) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis ukoll li l-analiżi ekonomika u l-preżentazzjoni maniġerjali ta’ NCHZ, li kienu disponibbli għall-Fond Ambjentali sa żmien il-votazzjoni f’Jannar 2011, ikkostitwixxew bażi valida għad-deċiżjoni ta’ votazzjoni. Kif ġie deskritt fil-premessi (101) sa (104), minn dawn iż-żewġ dokumenti rriżulta li t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ u l-bejgħ tagħha bħala negozju avvjat ma’ xerrej interessat disponibbli (il-premessa (103)) kienu fl-aħjar interess tal-kredituri, u għalhekk tal-Fond Ambjentali. Għalhekk, il-Fond Ambjentali, li l-pretensjonijiet addizzjonali tiegħu matul it-tieni perjodu ta’ falliment kienu mistennija li jkunu iżgħar mill-pretensjoni ta’ qabel il-falliment, kellu raġunijiet sodi biex jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq l-analiżi ekonomika tal-amministratur flimkien mal-preżentazzjoni maniġerjali. |
|
(139) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni tal-Fond Ambjentali li jivvota favur it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ kienet tittieħed ukoll minn kreditur privat raġonevoli u diliġenti u, għalhekk, kienet konformi mas-suq. |
4.3.2.4.
|
(140) |
Il-Belt ta’ Nováky kienet kreditur garantit ta’ NCHZ bi pretensjoni ta’ qabel il-falliment fuq NCHZ abbażi tar-reġistrazzjoni ta’ dritt ta’ rahan relatat mat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli ta’ madwar EUR 43 781. |
|
(141) |
Kif imsemmi fil-premessi (108) u (111), il-Belt ta’ Nováky kienet esposta għar-riskju li NCHZ ġġarrab żieda fl-obbligazzjonijiet fil-perjodu ta’ falliment u, fil-fatt, NCHZ ġarrbet obbligazzjonijiet addizzjonali primarjament relatati mal-obbligu tagħha ta’ taxxa fuq il-proprjetà immobbli. |
|
(142) |
Il-pretensjonijiet tal-Belt ta’ Nováky li rriżultaw wara li NCHZ iddikjarat il-falliment kienu dovuti għan-nuqqas ta’ pagament parzjali tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli. Skont ir-rekwiżiti legali fis-seħħ, it-taxxi ġew imposti għas-sena partikolari (74) abbażi taż-żona tal-art u tal-bini (separatament għal kategoriji differenti). |
|
(143) |
Il-pretensjoni ewlenija dovuta minn NCHZ lill-Belt ta’ Nováky fl-ewwel perjodu ta’ falliment kienet it-taxxa fuq il-proprjetà immobbli għas-sena 2010 (imposta f’Marzu 2010) stabbilita għal EUR 523 793 (ara l-premessa (27)). Minħabba n-natura ta’ din il-pretensjoni bħala taxxa pubblika, din il-pretensjoni kellha trattament prijoritarju u kienet parzjalment issodisfata fl-ewwel perjodu ta’ falliment. Sal-aħħar tal-2010, jiġifieri l-ewwel perjodu ta’ falliment, il-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment kienu fl-ammont ta’ EUR 29 762 (l-aktar l-obbligu tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli ta’ NCHZ) (ara l-premessa (27)). |
|
(144) |
Il-preżentazzjoni maniġerjali ddeskriviet id-dħul li tqies li se jintilef mill-Belt ta’ Nováky kieku NCHZ waqqfet l-operazzjoni tagħha ta’ madwar EUR 572 000 fis-sena (il-premessa (32)), li, min-naħa l-oħra, jista’ jitqies bħala li jikkorrispondi għall-istima ta’ pretensjonijiet addizzjonali li kellhom jiġġarrbu fit-tieni perjodu ta’ falliment. |
|
(145) |
Fi żmien id-deċiżjoni, kien magħruf li l-ammont tat-taxxa dovut minn NCHZ lill-Belt ta’ Nováky kien dovut u pagabbli fuq bażi annwali, u ma kienx jiddependi mill-operazzjonalità ta’ NCHZ, iżda kien esklużivament ibbażatat fuq is-superfiċje tal-art u tal-bini tagħha. Għalhekk, kien mistenni li l-obbligu mhux imħallas tat-taxxa kien se jkun l-istess kemm fix-xenarju ta’ likwidazzjoni kif ukoll f’dak ta’ bejgħ bħala negozju avvjat, peress li ma kienx se jkun hemm biżżejjed fondi biex ikopru l-pagamenti tat-taxxa kollha minħabba pretensjonijiet konkurrenti oħrajn tal-kredituri ta’ wara l-falliment. |
|
(146) |
Barra minn hekk, ma kienx probabbli li s-superfiċje tal-art ta’ NCHZ kienet se tinbidel b’mod sostanzjali matul il-perjodu ta’ żmien li kien qed jiġi vvalutat. Bejgħ potenzjali tal-art kien improbabbli, bir-raġuni ewlenija għal dak tkun il-piż ambjentali konsiderevoli u l-preżenza ta’ industrija kimika peżanti fuq l-art. Kien ikun spekulattiv u ipotetiku ħafna li jitqies li xerrej kien jikseb is-sit kollu jew parti minnu u jħallas mill-inqas parti mit-taxxa fuq il-proprjetà immobbli. Għaldaqstant, purament mil-lat tat-test tal-kredituri privati, l-operazzjoni ta’ NCHZ kienet newtrali għad-dejn għall-Belt ta’ Nováky. |
|
(147) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tinnota, l-ewwel nett, li l-ammont tat-taxxi fuq il-proprjetà immobbli kien fil-biċċa l-kbira prevedibbli peress li kien marbut mas-superfiċje tal-art u tal-bini okkupat mill-impriża. It-tieni nett, it-taxxi li ġġarrbu mill-operazzjoni tal-impriża fil-falliment kellhom trattament prijoritarju fuq il-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment. |
|
(148) |
Barra minn hekk, ġie stabbilit li (i) minn nofs Diċembru 2010, il-pretensjonijiet mhux issodisfati li rriżultaw mill-operazzjoni ta’ NCHZ fl-ewwel perjodu ta’ falliment, li kellhom prijorità fuq il-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment, kienu fl-ammont ta’ madwar EUR 16-il miljun (il-premessa (33)), u (ii) kważi d-dħul kollu (skont xenarju) mill-bejgħ tal-assi ta’ NCHZ ikun meħtieġ li jkopri l-kostijiet tal-waqfien tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ (il-premessa (34)). Dan naqqas b’mod sinifikanti l-probabbiltà tas-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet ta’ qabel il-falliment f’xenarju ta’ likwidazzjoni. |
|
(149) |
F’dan il-kuntest, l-analiżi ekonomika u l-preżentazzjoni maniġerjali ta’ NCHZ, li kienu disponibbli għall-Belt ta’ Nováky f’Jannar 2011, ikkostitwixxew bażi valida biex din tappoġġa d-deċiżjoni. Kif ġie deskritt fil-premessi (101) sa (104), dawn id-dokumenti wrew li t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ u l-bejgħ tagħha bħala negozju avvjat ma’ xerrej interessat disponibbli (il-premessa (103)) kienu fl-aħjar interess tal-kredituri, u għalhekk tal-Belt ta’ Nováky. |
|
(150) |
Għalhekk, minħabba t-telf probabbli tal-pretensjonijiet kollha ta’ qabel il-falliment f’każ ta’ likwidazzjoni, l-improbabbiltà li jiġi previst bejgħ tal-art minħabba kostijiet ambjentali għoljin marbuta mal-art, flimkien maż-żieda inevitabbli fit-taxxi mhux imħallsa għal perjodu ta’ żmien konsiderevoli (aktar minn sena) anke f’każ ta’ likwidazzjoni, kien raġonevoli għall-Belt ta’ Nováky li tappoġġa t-tkomplija tal-operazzjonijiet ta’ NCHZ. |
|
(151) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni tal-Belt ta’ Nováky li tivvota favur it-tkomplija tal-operazzjoni ta’ NCHZ kienet konformi mas-suq. |
4.3.3. Konklużjoni dwar il-preżenza ta’ vantaġġ ekonomiku
|
(152) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-imġiba tal-entitajiet pubbliċi differenti kienet konformi mat-test tal-kredituri privati. |
|
(153) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li NCHZ ma bbenefikatx minn vantaġġ fuq il-kompetituri tagħha li kieku ma kinitx tirċievi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq fit-tieni perjodu ta’ falliment meta l-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi ma baqax japplika u NCHZ kompliet l-operazzjoni tagħha abbażi tad-deċiżjoni tal-korp kompetenti. |
|
(154) |
Fi kwalunkwe każ, minħabba li l-kredituri pubbliċi li pparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-korp kompetenti aġixxew bħal kwalunkwe operatur ieħor tas-suq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li ma hemmx bżonn li jiġi vvalutat ulterjorment jekk id-deċiżjoni tal-kredituri pubbliċi kinitx pari passu jew le, u għaldaqstant jekk saritx taħt l-istess termini u kundizzjonijiet mal-kredituri privati li kienu f’sitwazzjoni komparabbli. Fil-fatt, il-kredituri inkwistjoni ma kinux f’pożizzjoni identika. Barra minn hekk, ladarba jkun jista’ jiġi stabbilit jekk jiġix ipprovdut vantaġġ ekonomiku, ma jkunx meħtieġ li jiġi vverifikat aktar jekk l-imġiba tal-entità pubblika inkwistjoni saritx f’kundizzjonijiet pari passu (75). Jekk l-intervent tal-korpi pubbliċi ma jkunx pari passu ma’ dak tal-operaturi privati, dan ma jfissirx awtomatikament li t-tranżazzjoni ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet tas-suq u l-konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq tista’ tiġi vvalutata permezz ta’ metodi oħrajn (76). Għalhekk, ma hemmx bżonn li wieħed jibbaża fuq eżami tal-kundizzjonijiet pari passu minħabba li n-nuqqas ta’ vantaġġ ekonomiku u l-konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq fil-każ tal-kredituri ta’ NCHZ jidhru b’mezzi oħrajn. |
5. KONKLUZJONI
|
(155) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, wara l-valutazzjoni mill-ġdid tal-miżura favur NCHZ matul it-tieni perjodu ta’ falliment tagħha, li kienet l-objettiv tad-deċiżjoni biex tinfetaħ investigazzjoni formali, imsemmija fin-nota 1 f’qiegħ il-paġna ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-deċiżjoni tal-korp kompetenti li jagħti struzzjonijiet lill-amministratur tal-fallimenti biex ikompli l-operazzjoni ta’ NCHZ, li ġiet adottata fis-26 ta’ Jannar 2011 b’mod unanimu mill-kumitat tal-kredituri u mill-kredituri garantiti u saret vinkolanti fis-17 ta’ Frar 2011 mill-qorti tal-fallimenti li aġixxiet bħala membru tal-korp kompetenti wara l-iskadenza tal-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi fil-31 ta Diċembru 2010, ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 3555 final tat-2 ta’ Lulju 2013 (ĠU C 297, 12.10.2013, p. 85).
(2) ĠU C 297, 12.10.2013, p. 85.
(3) ĠU 2015 L 269, 15.10.2015, p. 71.
(4) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950.
(5) B’mod partikolari, il-premessi (14), (26) u (32), u l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni inizjali.
(6) Kif iddefinit fil-premessa (18) u msemmi fis-sentenza bħala l-“kumitat rilevanti”.
(7) Kif iddefinit fil-premessa (18) u msemmi fis-sentenza bħala l-“kumitat rilevanti”. Il-Qorti Ġenerali nnotat li l-eċċezzjoni rigward id-dritt ta’ veto kienet tirrigwarda biss dawk il-kredituri pubbliċi garantiti li kienu membri tal-kumitat rilevanti u mhux dawk li kienu membri tal-kumitat tal-kredituri (ara l-paragrafu 84 tas-sentenza).
(8) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950, il-paragrafi 94 u 95.
(9) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali (is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Settembru 2019, Fortischem, a.s. vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-121/15 EU:T:2019:684.
(10) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2021, Fortischem vs Il-Kummissjoni, il-Kawża C-890/19 P, EU:C:2021:345.
(11) Għal referenza għad-deċiżjoni inizjali, ara l-premessa (1) ta’ din id-Deċiżjoni.
(12) Is-sid tal-kumpanija kien Disor Holdings Limited. Sadanittant, l-attivitajiet ta’ NCHZ waqgħu f’idejn Fortischem, u għalhekk, NCHZ ma għadhiex tipproduċi sustanzi kimiċi.
(13) L-Att Nru 493/2009 Coll. dwar diversi miżuri li jirrigwardaw il-kumpaniji strateġiċi, kif emendat (“l-Att dwar il-Kumpaniji Strateġiċi”), ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali fl-1 ta’ Diċembru 2009.
(14) L-Att Nru 7/2005 Coll. dwar il-Fallimenti u r-Ristrutturar (“l-Att dwar il-falliment”), kif emendat, u kif applikabbli għall-falliment ta’ NCHZ.
(15) “Príslušný orgán” kif iddefinit fit-Taqsima 82(2) tal-Att dwar il-Fallimenti. F’dan il-każ, il-korp kompetenti kien magħmul skont it-Taqsima 82(2) c) u e) tal-Att dwar il-Fallimenti.
(16) Skont it-Taqsima 88 tal-Att dwar il-Fallimenti.
(17) Il-kompożizzjoni tal-korp kompetenti fil-proċediment ta’ falliment ta’ NCHZ ġiet stabbilita skont it-Taqsima 82(2)(c) u 82(2)(e) tal-Att dwar il-Fallimenti.
(18) It-Taqsimiet 32 u 35(4) tal-Att dwar il-Fallimenti.
(19) Ara t-Taqsima 33 tal-Att dwar il-Fallimenti.
(20) Ara t-Taqsima 37(4) tal-Att dwar il-Fallimenti.
(21) Ara t-Taqsima 5 tal-Att dwar il-Fallimenti.
(22) Kif ukoll it-Taqsima 5 tal-Att dwar il-Fallimenti.
(23) Il-membri tal-kumitat tal-kredituri li kienu proprjetà privata, kif diġà ġie elenkat fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna tad-deċiżjoni inizjali, kienu dawn li ġejjin: INVEST – KREDIT, s.r.o. (proprjetà ta’ DISOR HOLDINGS LIMITED, l-uniku azzjonist ta’ NCHZ); Novácka Energetika, a.s. (oriġinarjament sussidjarja ta’ NCHZ, bl-azzjonist maġġoritarju tagħha minn Jannar 2011 ikun STUPEFY HOLDINGS LIMITED); M-ENERGO, s.r.o. (bl-azzjonist maġġoritarju jkun STUPEFY HOLDINGS LIMITED) u DAK KIABA, s.r.o.
(24) Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950, il-paragrafi 174, 175 u 180.
Permezz tal-eċċezzjoni indirizzata f’dawk il-paragrafi tas-sentenza, AlzChem irreferiet għar-rabtiet kapitali bejn xi kredituri privati u “s-sidien” ta’ NCHZ, u b’hekk qajmet dubji dwar l-użu mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri bħala parametru referenzjarju għall-applikazzjoni tat-test tal-kredituri privati.
(25) It-Taqsima 82(2)(e) tal-Att dwar il-Fallimenti.
(26) Pretensjoni garantita tista’ tiġi miċħuda pereżempju minħabba l-bażi ġuridika tal-pretensjoni, l-infurzabbiltà tagħha, eċċ.
(27) Kumpanija bbażata f’Londra, ir-Renju Unit.
(28) It-Taqsima 87 tal-Att dwar il-Fallimenti.
(29) It-tabella tirrifletti l-pożizzjoni fl-1 ta’ Awwissu 2012. Bħala tali, għal xi kredituri li kellhom relazzjonijiet attivi ma’ NCHZ fil-perjodu ta’ falliment (eż. il-Fond Ambjentali, il-Belt ta’ Nováky), din ma tirriflettix l-obbligazzjonijiet kollha mġarrba, peress li l-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment, inkluż il-pretensjonijiet mill-operazzjoni tan-negozju, ġew issodisfati fil-proċedura ta’ falliment bi prijorità. Għaldaqstant, xi wħud mil-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment ġew issodisfati qabel l-1 ta’ Awwissu 2012.
(30) Is-sottomissjoni tal-awtoritajiet Slovakki tat-12 ta’ Mejju 2014.
Għall-kredituri b’relazzjonijiet attivi ma’ NCHZ fil-falliment, dawn l-ammonti ma jirriflettux l-obbligazzjonijiet kollha mġarrba, peress li l-pretensjonijiet ta’ wara l-falliment, inkluż il-pretensjonijiet mill-operazzjoni tan-negozju, ġew issodisfati fil-proċedura ta’ falliment bi prijorità.
(*) li minnhom EUR 43 781,67 bħala pretensjoni garantita u EUR 23 863,86 bħala pretensjoni mhux garantita;
(**) li minnhom EUR 949 879,66 bħala pretensjoni garantita u EUR 69 912,35 bħala pretensjoni mhux garantita.
(31) L-islajds 34 – 36 tal-preżentazzjoni maniġerjali.
(32) It-tnaqqis totali għall-Belt ta’ Nováky ġie stmat għal EUR 757 000 fis-sena.
(33) Ix-xenarji esplorati kienu: i) il-bejgħ tal-impriża kollha kemm hi filwaqt li tinżamm operazzjonali, ii) il-bejgħ tal-impriża f’partijiet filwaqt li tinżamm operazzjonali, iii) il-bejgħ tal-impriża f’partijiet filwaqt li xi partijiet minnha jinżammu operazzjonali, u iv) il-bejgħ tal-assi u l-waqfien totali tal-operazzjonijiet.
(34) Ikkalkulati bħala differenza bejn il-kostijiet totali tal-operazzjoni tal-impriża ta’ EUR 202,2 miljun u d-dħul totali ta’ EUR 186,4 miljun, għall-perjodu li jibda bid-dikjarazzjoni tal-falliment ta’ NCHZ mill-qorti tal-fallimenti fit-2 ta’ Ottubru 2009 (wara l-bidu tal-proċedimenti ta’ falliment fl-24 ta’ Settembru 2009) u sal-15 ta’ Diċembru 2010.
(35) Skont il-varjant tat-terminazzjoni tal-kuntratti tal-persunal, il-kostijiet tal-persunal ġew stmati għal EUR 7,7 miljun, EUR 8,9 miljun jew EUR 10,5 miljun.
(36) Dan l-ammont ma jirrappreżentax il-pretensjonijiet kollha li saru fl-ewwel perjodu ta’ falliment, minħabba li l-pretensjonijiet mill-operazzjoni tal-impriża kienu qed jiġu ssodisfati fuq bażi kontinwa, u għalhekk parti minn dawk il-pretensjonijiet kienu diġà ġew issodisfati.
(37) It-Taqsima 88(8) tal-Att dwar il-Fallimenti.
(38) B’mod partikolari, fil-każ tal-għeluq tal-operazzjonijiet, l-elettroliżi ma tkunx tista’ tintuża mingħajr il-possibbiltà li titkompla l-produzzjoni. B’mod simili, jekk il-fran tal-karbur użati għall-produzzjoni tal-karbur tal-kalċju jitkessħu, l-istartjar mill-ġdid tal-fran ikun problematiku.
(39) It-Taqsima 38(2) tal-Att dwar il-Fallimenti.
(40) It-Taqsima 37(4) tal-Att dwar il-Fallimenti.
(41) Id-deċiżjoni (“uznesenie”) tal-kumitat tal-kredituri flimkien mal-minuti tal-laqgħa tas-26 ta’ Jannar 2011 ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Kummerċjali (“Obchodný vestník”) fil-15 ta’ Frar 2011.
(42) It-Taqsima 38(7) tal-Att dwar il-Fallimenti.
(43) It-Taqsima 83(4) tal-Att dwar il-Fallimenti.
(44) It-Taqsima 83(4) tal-Att dwar il-Fallimenti.
(45) L-Ordni (“uznesenie”) Nru 29K/43/2009-18279.
(46) Il-qorti tal-fallimenti elenkat is-6 kredituri garantiti - membri tal-korp kompetenti (ara wkoll il-premessa (21) ta’ din id-deċiżjoni).
(47) Is-sottomissjoni ta’ AlzChem tas-6 ta’ Jannar 2020.
(48) Is-sottomissjoni tal-Fortischem tad-19 ta’ Diċembru 2019.
(49) Il-Kawża C-345/02, Pearle u oħrajn (ĠU C 228, 11.9.2004, p. 6).
(50) Il-Kawża C-677/11, Doux Elevage SNC (ĠU C 225, 3.8.2013, p. 21).
(51) Is-sottomissjoni ta’ SRS tal-4 ta’ Diċembru 2019, li tirreferi għas-sottomissjoni ta’ SRS tas-27 ta’ Awwissu 2013.
(52) Is-sottomissjoni tas-Slovakkja tal-14 ta’ Frar 2020.
(53) Is-sottomissjoni ta’ AlzChem tas-6 ta’ Jannar 2020.
(54) Is-sottomissjoni tal-Fortischem tad-19 ta’ Diċembru 2019.
(55) Is-sottomissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2019, li tirreferi għas-sottomissjoni ta’ SRS tas-27 ta’ Awwissu 2013.
(56) Is-sottomissjoni tas-Slovakkja tal-14 ta’ Frar 2020.
(57) Il-Kummissjoni rrieżaminat l-ordni tal-qorti tas-17 ta’ Frar 2011 u sabet li l-unika bidla ma kinitx sostantiva u rreferiet għall-korrezzjoni tar-referenza għal dispożizzjoni legali speċifika.
(58) Ara, għal dak il-għan, is-Sentenzi tas-26 ta’ Ottubru 2016 , DEI u Il-Kummissjoni vs Alouminion tis Ellados, C-590/14 P, EU:C:2016:797, il-paragrafi 59, 77 u 81, u tat-3 ta’ Marzu 2016 , Simet vs Il-Kummissjoni, T-15/14, EU:T:2016:124, il-paragrafi 38, 44 u 45.
(59) Is-Sentenza tas-27 ta’ Marzu 1980 , Amministrazione delle finanze dello Stato vs Denkavit italiana, EU:C:1980:100, il-paragrafu 31; is-Sentenza tal-5 ta’ April 2006 , Deutsche Bahn vs Il-Kummissjoni, T-351/02, EU:T:2006:104, il-paragrafu 100.
(60) Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950, il-paragrafi 129, 130, 134, u 142.
(61) Ara l-paragrafu 74 tal-Avviż tal-Kummissjoni Nru 2016/C 262/01 dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“in-NoA”) (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).
(62) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Novembru 2007, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-525/04 P, EU:C:2007:698, il-paragrafi 59-60; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Jannar 2013, Frucona vs Il-Kummissjoni, C-73/11 P, EU:C:2013:32; il-paragrafu 72; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 1999, DMTransport, C-256/97, EU:C:1999:332, il-paragrafu 30.
(63) Ara, pereżempju, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1990, Il-Belġju vs il-Kummissjoni (“Tubemeuse”), C-142/87, EU:C:1990:125, il-paragrafu 29; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Marzu 1991, L-Italja vs Il-Kummissjoni (“ALFA Romeo”), C-305/89, EU: C:1991:142, il-paragrafi 18 u 19; is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 1998, Cityflyer Express vs Il-Kummissjoni, T-16/96, EU: T:1998:78, il-paragrafu 51; is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 1999, Neue Maxhütte Stahlwerke u l-Lech-Stahlwerke vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Konġunti T-129/95, T-2/96 u T-97/96, EU:T:1999:7, il-paragrafu 104; is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2003, Westdeutsche Landesbank Girozentrale u l-Land Nordrhein-Westfalen vs Il-Kummissjoni, il-Kawżi Konġunti T-228/99 u T-233/99, EU: T:2003:57, il-paragrafu 208.
(64) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ Settembru 2017, Il-Kummissjoni vs Frucona Košice, C-300/16 P, EU:C:2017:706, il-paragrafu 28.
(65) Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950, il-paragrafi 216 - 217.
(66) Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950, il-paragrafi 216 - 217.
(67) Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950, il-paragrafu 218.
(68) Ara s-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950, il-paragrafu 221.
“Deċiżjoni kkontestata” tfisser id-“deċiżjoni inizjali” kif użata f’din id-deċiżjoni.
(69) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950, il-paragrafu 143.
(70) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950, il-paragrafi 188, 190, u 192 (ara l-estratti hawn taħt). Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2002 , HAMSA vs Il-Kummissjoni, T-152/99, EU:T:2002:188, il-paragrafi 166 sa 172; is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2011, Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni, T-1/08, EU:T:2011:216, il-paragrafu 84.
Il-Qorti sostniet li: “[…] mis-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2002, HAMSA vs Il-Kummissjoni (T-152/99, EU:T:2002:188), u b’mod partikolari mill-punti 166 sa 172 tagħha jirriżulta li l-qorti tal-Unjoni rrakkomandat li jsir eżami tas-sitwazzjoni individwali tal-kredituri pubbliċi, b’mod partikolari skont il-kwalità tagħhom ta’ kreditur li ma jgawdix minn garanziji jew kreditur privileġġat, sabiex jiġi ddeterminat, essenzjalment, jekk l-għażla ta’ dawn tal-aħħar kinitx tmur lil hinn minn dak li kien iġġustifikat minn ħtiġijiet kummerċjali jew jekk din setgħetx tiġi spjegata mir-rieda li jingħata vantaġġ lill-impriża kkonċernata. Minn dan jirriżulta li l-qorti tal-Unjoni kkunsidrat li l-kredituri pubbliċi ma kellhomx jiġu kkunsidrati bħala entità waħda, iżda kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kwalitajiet speċifiċi tagħhom.” Barra minn hekk, “[…] għandu jiġi kkonstatat li l-kunsiderazzjonijiet tas-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2002, HAMSA vs Il-Kummissjoni (T-152/99, EU:T:2002:188, punti 168 u 170), ġew inklużi fis-sentenza tas-17 ta’ Mejju 2011, Buczek Automotive vs Il-Kummissjoni (T-1/08, EU:T:2011:216, punt 84).” Fl-aħħar nett, “[…] il-Qorti tal-Ġustizzja indikat il-ħtieġa li, waqt l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ kreditur privat, jittieħed inkunsiderazzjoni kreditur privat li jkun jinsab fl-eqreb sitwazzjoni possibbli għal dik tal-kreditur pubbliku u li jipprova jikseb il-ħlas tas-somom dovuti lilu minn debitur f’diffikultajiet finanzjarji, u dan jimplika li l-Istat ma għandux jiġi kkunsidrat bħala kreditur wieħed li jiġbor fih il-kredituri pubbliċi kkonċernati kollha.”
(71) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950, il-paragrafi 145 – 152.
(72) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni, T-284/15, EU:T:2018:950, il-paragrafi 151 – 152.
(73) Dan jirriżulta mill-Att dwar it-Tniġġis Nru 401/1998 kif emendat.
(74) Dan jirriżulta mill-Att dwar it-Taxxi Lokali Nru 582/2004 kif emendat.
(75) Is-Sentenza tal-4 ta’ Settembru 2014, SNCM u Franza vs Corsica Ferries France, C-533/12 P u C-536/12 P, EU:C:2014:2142, il-paragrafu 54. Ara wkoll is-Sentenzi tal-1 ta’ Frar 2018, Larko vs Il-Kummissjoni, T-423/14, EU:T:2018:57, il-paragrafu 119, u tal-11 ta’ Settembru 2012, fi Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni, T-565/08, EU:T:2012:415, il-paragrafu 122. Ara wkoll il-Kawża T-93/17, Duferco Long Products SA vs Il-Kummissjoni, EU:T:2018:558, il-paragrafi 99-106, li fihom il-Qorti Ġenerali stabbilixxiet in-nuqqas ta’ konformità tat-tranżazzjoni mal-kundizzjonijiet tas-suq, mingħajr ma kellha għalfejn tirrikorri għal analiżi pari passu.
(76) Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2014, Sarc vs Il-Kummissjoni, T-488/11, EU:T:2014:497, il-paragrafu 98. Ara wkoll is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2018, Duferco Long Products SA vs Il-Kummissjoni, T-93/17, EU:T:2018:558, il-paragrafi 102-103.