|
25.6.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 45/2009
tad-9 ta’ Ġunju 2009
li temenda l-Anness X (Servizzi awdjoviżwali) u l-Anness XI (Servizzi ta’ telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness X tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2007 tas-7 ta’ Diċembru 2007 (1). |
|
(2) |
L-Anness XI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2009 tal-24 ta’ April 2009 (2). |
|
(3) |
Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(4) |
Atti li jikkonċernaw is-servizzi awdjoviżwali u li attwalment huma msemmijin fl-Anness X għandhom b’dan ikunu inkorporati fl-Anness XI, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Annessi X u XI tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif hemm speċifikat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2006/123/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE tas-Suppliment tagħha, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2009.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(2) Ara paġna 28 ta' dan il-Ġurnal uffiċjali.
(3) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.
ANNESS
L-Annessi X u XI tal-Ftehim għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
1. |
It-test tal-Anness X għandu jkun mibdul b’dan li ġej: “ SERVIZZI ĠENERALI Lista prevista fl-Artikolu 36(2) DAĦLA Meta l-atti msemmijin f’dan l-Anness ikun fihom referenzi għall-proċeduri li huma speċifiċi għall-ordni legali tal-Komunità, bħal:
Il-Protokoll 1 dwar l-addattamenti orizzontali għandu japplika, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’dan l-Anness. ATTI LI SARET REFERENZA GĦALIHOM
|
|
2. |
It-titlu tal-Anness XI “SERVIZZI TA’ TELEKOMUNIKAZZJONI” għandu jiġi sostitwit bit-titlu “KOMUNIKAZZJONI ELETTRONIKA, SERVIZZI AWDJOVIŻWALI U SOĊJETÀ TAL-INFORMATIKA”. |
|
3. |
Li ġej għandu jiġi inserit wara l-punt 5o (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/215/KE) tal-Anness XI: “ Servizzi Awdjoviżwali
|
|
4. |
Li ġej għandu jiġi inserit wara l-punt 30 (ir-Reżoluzzjoni tal-Kunsill 96/C 376/01) tal-Anness XI: “ Servizzi awdjoviżwali
|