European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3369

18.6.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11994 – BCI / ETHOS / OTPP / BROADSTREET)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/3369)

1.   

Fl-10 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada),

—

Ethos Capital LP (“Ethos Capital”, l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Ethos Capital GP LLC (l-Istati Uniti),

—

Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada).

BCI, Ethos Capital, u OTPP se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ BroadStreet Partners, Inc. (“BroadStreet”, jew “l-impriża konġunta”).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

BCI hija aġent tal-Gvern tal-British Columbia fil-Kanada, li f’isem il-klijenti tagħha, tinvesti f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi, inkluż introjtu fiss, ekwitajiet pubbliċi, ekwità privata, infrastruttura, riżorsi rinnovabbli, proprjetà immobbli u ipoteki kummerċjali,

—

Ethos Capital hija ditta ta’ investiment globali li tagħmel investimenti ta’ maġġoranza u ta’ kontroll minoritarju f’kumpaniji tas-suq medju, primarjament madwar l-Amerka ta’ Fuq u l-Ewropa,

—

OTPP hija korporazzjoni mingħajr kapital azzjonarju inkorporata skont l-Att dwar il-Pensjoni tal-Għalliema (Ontario). Hija għandha x’taqsam mal-amministrazzjoni globali tal-benefiċċji tal-pensjoni u l-investiment globali tal-assi tal-pjan tal-pensjoni f’isem l-għalliema attivi u rtirati f’Ontario, il-Kanada.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża konġunta huma:

—

BroadStreet hija senserija ta’ assigurazzjoni tas-suq medju ffokata fuq assigurazzjoni kummerċjali u personali ta’ diżgrazzji u benefiċċji tal-impjegati. L-attivitajiet tagħha huma kważi esklussivament fl-Istati Uniti u fil-Kanada. BroadStreet bħalissa hija kkontrollata biss mill-OTPP.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11994 — BCI / ETHOS / OTPP / BROADSTREET

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3369/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)