|
18.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/8 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2020/216
tas-17 ta’ Frar 2020
dwar il-ħatra tal-Viċi President u ta’ żewġ membri oħra full-time tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 56(4) u (6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni, wara li semgħet lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (il-“Bord”) fis-sessjoni plenarja tagħha, adottat listi finali ta’ kandidati għall-ħatra tal-Viċi President u żewġ membri oħra full-time tal-Bord u pprovdiet dawk il-listi finali lill-Parlament Ewropew. |
|
(2) |
Il-Kunsill ġie infurmat b’dawk il-listi finali fl-14 ta’ Novembru 2019. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mandat tal-Viċi President u tal-membri l-oħra full-time tal-Bord għandu jkun ta’ ħames snin. |
|
(4) |
Fl-14 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni adottat proposta għall-ħatra tas-Sur Jan Reinder DE CARPENTIER bħala l-Viċi President tal-Bord u tas-Sur Jesús SAURINA u tas-Sur Pedro MACHADO bħala membri oħra full-time tal-Bord u ppreżentat dik il-proposta lill-Parlament Ewropew għall-approvazzjoni. |
|
(5) |
Il-Parlament Ewropew approva dik il-proposta fit-30 ta’ Jannar 2020. |
|
(6) |
Il-kandidati proposti jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura membri full-time tal-Bord għal mandat ta’ ħames snin mill-1 ta’ Marzu 2020:
|
— |
Is-Sur Jan Reinder DE CARPENTIER, bħala Viċi President, |
|
— |
Is-Sur Jesús SAURINA, bħala Direttur għall-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet ta’ Riżoluzzjoni, |
|
— |
Is-Sur Pedro MACHADO, bħala Direttur għall-Ippjanar u d-Deċiżjonijiet ta’ Riżoluzzjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Frar 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES