12.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 150/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ġunju 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2007/31/KE li tistipula l-miżuri transitorji fir-rigward tad-dispaċċ ta’ ċerti prodotti tas-setturi tal-laħam u tal-ħalib koperti bir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2386)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/398/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/31/KE (2) tistipula miżuri transitorji fir-rigward tad-dispaċċ mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra ta’ ċerti prodotti tas-setturi tal-laħam u tal-ħalib, koperti bl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistipula regoli speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ikel li jkun ġej mill-annimali (3). Dawn il-prodotti għandhom jiġu kkunsinnati mill-Bulgarija jekk biss jinkisbu minn stabbiliment ta’ pproċessar elenkat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni 2007/31/KE (4) kienet emendata bid-Deċiżjoni 2007/213/KE biex tħassar ċerti stabbilimenti mil-lista fl-Anness għad-Deċiżjoni 2007/31/KE wara talba ta’ l-awtoritajiet Bulgari.

(3)

L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju wettaq missjoni ġdida fil-Bulgarija mit-12 sat-23 ta’ Marzu 2007 bil-ħsieb li jivverifika l-qagħda ta’ l-istabbilimenti ta’ l-ipproċessar.

(4)

Il-Bulgarija qiegħda twettaq bl-appoġġ ta’ l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju valutazzjoni ta’ l-istabbilimenti kollha ta’ l-ipproċessar f’dawk is-setturi. F’dan il-kuntest, il-Bulgarija talbet iż-żieda ta’ ċerti stabbilimenti fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/31/KE. L-awtoritajiet Bulgari taw garanziji li dawn l-istabbilimenti issa huma kompletament konformi mar-rekwiżiti tal-Komunità. Għalhekk, il-lista f’dan l-Anness għandha tiġi aġġornata skond dan. Għall-fini ta’ ċarezza, huwa xieraq li tinbidel bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2007/31/KE jinbidel bit-test ta’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).

(2)   ĠU L 8, 13.1.2007, p. 61. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 2007/213/KE (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 53).

(3)   ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(4)   ĠU L 94, 4.4.2007, p. 53.


ANNESS

“ANNESS

Lista ta’ stabbilimenti ta’ l-ipproċessar awtorizzati li jibagħtu prodotti tas-setturi msemmija fl-Artikolu 1 mill-Bulgarija lejn Stati Membri oħra

L-ISTABBILIMENTI TAL-LAĦAM

Nru

Nru. Vet.

Isem u indirizz ta’ l-istabbiliment

Sit tal-bini ikkonċernat

1.

BG 0104014

‘Karol Fernandes Miyt’ OOD

gr. Blagoevgrad ul. ‘Sv. D. Solunski’ 1

2.

BG 0401028

‘Mesokombinat — Svishtov’ EOOD

gr. Svishtov, ul. ‘33-ti

Svishtovski polk’ 91

3.

BG 1201011

‘Mesotsentrala — Montana’ OOD

gr. Montana, bul. ‘Treti mart’ 216

4.

BG 1204013

‘Kompas’ OOD

s. Komarevo, obsht. Berkovitsa

5.

BG 1604025

AD ‘Dil tur’

gr. Plovdiv bul. ‘Vasil Aprilov’ 150

6.

BG 1604039

‘Evropimel’ OOD

gr. Plovdiv, bul. ‘V.Aprilov’

7.

BG 1605052

‘Unitemp’ OOD

‘Unitemp’ OOD

8.

BG 1701003

‘Mesokombinat — Razgrad’ AD

gr. Razgrad, Industrialen kvartal, ul. ‘Beli Lom’ 1

9.

ВG 1901021

‘Mekom’ AD

gr. Silistra, Industrialna zona — Zapad

10.

BG 2201014

EOOD ‘Bulmestreyding’

gr. Sofia, ul. ‘Obelsko shose’ 11

11.

BG 2204099

‘Tandem-V’ OOD

gr. Sofia, bul. ‘Iliantsi’ 23

12.

BG 2501002

‘Tandem — Popovo’ OOD

s. Drinovo, obsht. Popovo


STABBILIMENTI TAL-LAĦAM TAT-TJUR

Nru

Nru. Vet.

Isem u indirizz ta’ l-istabbiliment

Sit tal-bini ikkonċernat

1.

BG 0402052

‘Zornitsa Kesarevo’ AD

s. Kesarevo, obsht. Strazhitsa

2.

BG 0702006

‘Hrinad’ OOD

gr. Sevlievo

3.

BG 0802069

‘Agroplasment 92V’ AD

gr. Dobrich

4.

BG 1102073

‘Avis’ OOD

s. Yoglav, obl. Lovetch

5.

BG 1202005

‘Gala M’ OOD

gr. Montana

6.

BG 1602001

‘Galus — 2004’ EOOD

s. Hr. Milevo, obl. Plovdiv

7.

BG 1602045

‘Deniz 2001’ EOOD

gr. Parvomay, ul. ‘Al.Stamboliiski’ 23

8.

BG 1602071

‘Brezovo’ AD

gr. Brezovo, ul. ‘Marin Domuschiev’ 2

9.

BG 2402001

‘Gradus-1’ OOD

gr. Stara Zagora, kv. ‘Industrialen’

10.

BG 2802076

‘Alians Agrikol’ OOD

s. Okop, obl. Yambolska


STABBILIMENTI TA’ L-IPPROĊESSAR TAL-ĦALIB

Nru

Nru. Vet.

Isem u indirizz ta’ l-istabbiliment

Sit tal-bini ikkonċernat

1.

BG 0412010

‘Bi Si Si Handel’ OOD

gr. Elena, ul. ‘Treti mart’ 19

2.

BG 0512025

‘El Bi Bulgarikum’ EAD

‘El Bi Bulgarikum’ EAD

3.

BG 0612012

OOD ‘Zorov-97’

gr. Vratsa

4.

BG 0612027

‘Mlechen ray — 99’ EOOD

gr. Vratsa

5.

BG 0612043

ET ‘Zorov-91-Dimitar Zorov’

gr. Vratsa

6.

BG 0812029

‘Akurat mlechna promishlenost’ OOD

gr. Dobrich, kv. Riltsi

7.

BG 1112006

‘Kondov Ekoproduktsia’ OOD

s. Staro selo

8.

BG 1312001

‘Lakrima’ AD

gr. Pazardzhik

9.

BG 1612001

‘OMK’ AD

gr. Plovdiv, bul. ‘Dunav’3

10.

BG 1612002

‘Shipka 99’ AD

gr. Parvomay ul. ‘Vasil Levski’ 47

11.

BG 1612037

‘Filipopolis-RK’ OOD

gr. Plovdiv ul. ‘Prosveta’ 2A

12.

BG 1912013

‘ZHOSI’ OOD

s. Chernolik

13.

BG 1912024

‘Buldeks’ OOD

s. Belitsa

14.

BG 2012020

‘Yotovi’ OOD

gr. Sliven kv. ‘Rechitsa’

15.

BG 2012042

‘Tirbul’ EAD

gr. Sliven, Industrialna zona

16.

BG 2212001

‘Danon — Serdika’ AD

gr. Sofia, ul. ‘Ohridsko ezero’ 3

17.

BG 2212003

‘Darko’ AD

gr. Sofia, ul. ‘Ohridsko ezero’ 3

18.

BG 2212022

‘Megle-Em Dzhey’ OOD

gr. Sofia, ul. ‘Probuda’ 12-14

19.

BG 2512020

‘Mizia-Milk’ OOD

gr. Targovishte, Industrialna zona

20.

BG 2612047

‘Balgarsko sirene’ OOD

gr. Haskovo, bul. ‘Saedinenie’ 94

21.

BG 2712014

‘Stars kampani’ OOD

gr. Shumen ul. ‘Trakiyska’ 3

22.

BG 2812022

‘Karil i Tania’ OOD

gr. Yambol ul. ‘Gr. Ignatiev’ 189”