Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Britannja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea), u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 6
Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0019 - 0019
Artikolu 6 Dan it-Trattat, imfassal f' oriġinal uniku fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiza, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, bit-testi ta' kull waħda minn dawn il-lingwi ugwalment awtentiċi, għandu jiġi depożitat fl-arkivji tal-Gvern tar-Repubblika Taljana, li għandu jibgħat kopja awtentikata lil kull wieħed mill-Gvernijiet ta' l-Istati Firmatarji l-oħra. --------------------------------------------------