<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑326/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CC0326</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:757">EU:C:2013:757</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET WATHELET — KAWŻA C‑326/12</P><P>VAN CASTER</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Wathelet</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑326/12</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Rita van Caster,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Patrick van Caster</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Finanzamt Essen-Süd</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Moviment liberu tal-kapital</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni tad-dħul li jirriżulta minn fondi ta’ investiment li ma jibagħtux komunikazzjoni dettaljata tal-profitti lill-investituri (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>fondi mhux trasparenti<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/>)</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-proċedura ta’ rinviju preliminari tikkonċerna l-kompatibbiltà ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali bħalma huma l-Artikoli 5 u 6 tal-liġi Ġermaniża dwar it-tassazzjoni tal-investimenti (l-Investmentsteuergesetz, iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>InvStG<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-kapital. Skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni, id-dħul li jirċievi investitur f’fond ta’ investiment għandu jiġi ntaxxat b’rata fissa f’każ ta’ nuqqas tal-kumpannija li tmexxi l-fond li tikkonforma ruħha mal-obbligi ta’ trasparenza u ta’ komunikazzjoni tal-informazzjoni previsti minn din il-liġi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Artikolu 63(1) TFUE [ex Artikolu 56(1) KE] jistipula li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Fil-kwadru tad-disposizzjonijiet indikati f’dan il-Kapitolu, kull restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi tkun projbita.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 65(3) TFUE [ex Artikolu 58(3) KE]:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-miżuri u l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu ta’ kapital u ħlasijiet kif definit fl-Artikolu 63.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-<DATE ISO="19771219">19 ta’ Diċembru 1977</DATE>, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-taxxi fuq premiums tal-assigurazzjoni (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Direttiva 77/799<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 63. Din id-direttiva tħassret b’effett mill-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="064" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU L 64, p. 1</REF.DOC.OJ>). Minkejja li d-direttiva l-ġdida tinkludi bidliet sinjifikattivi fis-sistema tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri, dawn il-bidliet huma irrilevanti għal din l-analiżi.</P></NOTE>, applikabbli fil-mument tal-fatti, kienet tipprovdi fl-Artikolu 1 tagħha, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>B’mod koformi mad-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jibdlu kull informazzjoni li tista’ tippermettilhom li jagħmlu stima korretta ta’ taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandhom ikunu kkunsidrati bħala taxxi fuq id-dħul u fuq il-kapital, irrispettivament mil-mod li bih dawn ikunu mitluba, it-taxxi kollha imposti fuq id-dħul kollu, fuq il-kapital kollu, jew fuq l-elementi ta’ dħul jew ta’ kapital, inklużi taxxi fuq qliegħ mill-bejgħ ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, taxxi fuq l‑ammonti ta’ pagi jew salarji mħallsa minn impriżi, kif ukoll taxxi fuq apprezzament tal-kapital.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Bdil fuq talba<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità kompetenti ta’ xi Stat Membru tista’ titlob lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex tibgħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) f’xi każ partikolari. L-awtorità kompetenti tal-Istat li lilu saret it-talba għal informazzjoni ma għandhiex għalfejn tikkonforma ruħha mat-talba jekk jidher li l-awtorità kompetenti tal-Istat li jagħmel it-talba ma tkunx eżawriet is-sorsi ta’ informazzjoni normali tagħha, li, skont iċ-ċirkustanzi, hija setgħet użat sabiex tikseb l-informazzjoni mitluba mingħajr ma tinkorri r-riskju li tipperikola l-ksib tar-riżultat li tkun qed tfittex.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-fini li tkun mibgħuta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru mitlub għandha tirranġa t-tmexxija sabiex isiru l-inkjesti meħtieġa biex tinkiseb dik l-informazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Applikabbiltà ta’ dispożizzjonijiet ta’ għajnuna aktar wiesgħa<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Id-disposizzjonijiet t’hawn aktar qabel m’għandhomx jimpedixxu l-osservanza ta’ xi obbligazzjonijiet aktar wesgħin biex ikun hemm bdil ta’ informazzjoni li tista’ toħroġ minn atti legali oħrajn.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-Finanzgericht Düsseldorf tibbaża ruħha fuq id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>InvStG<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-InvStG fil-verżjoni tagħha tal-<DATE ISO="20031215">15 ta’ Diċembru 2003</DATE>, applikabbli mill-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>, jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>(Valuri taxxabbli)</P></TI></TITLE><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Artikoli 2 u 4 għandhom japplikaw biss jekk</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-kumpannija ta’ investiment tikkomunika lill-investituri, fil-lingwa Ġermaniża, għal kull distribuzzjoni ta’ dħul marbut ma’ ishma, fir-rigward ta’ parteċipazzjoni f’investiment,</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ammont tad-distribuzzjoni (b’mhux inqas minn erba’ ċifri wara l-punt deċimali),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ammont tad-dħul iddistribwit (b’mhux inqas minn erba’ ċifri wara l-punt deċimali),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-ammonti kontenuti fid-distribuzzjoni, jiġifieri</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>aa)</NO.P><TXT>id-dħul għas-sena preċedenti ekwivalenti għal distribuzzjoni,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>bb)</NO.P><TXT>il-qligħ minn trasferimenti eżentati fis-sens tal-ewwel sentenza tal-punt 1 tal-Artikolu 2(3),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>cc)</NO.P><TXT>id-dħul fis-sens tal-punt 40 tal-Artikolu 3 tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>dd)</NO.P><TXT>id-dħul fis-sens tal-Artikolu 8b(1) tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ee)</NO.P><TXT>il-qligħ minn trasferimenti fis-sens tal-punt 40 tal-Artikolu 3, tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ff)</NO.P><TXT>il-qligħ minn trasferimenti fis-sens tal-Artikolu 8b(2) tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>gg)</NO.P><TXT>id-dħul fis-sens tat-tieni sentenza tal-punt 1 tal-Artikolu 2(3), sakemm dan ma jkunx dħul kapitali fis-sens tal-Artikolu 20 tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>hh)</NO.P><TXT>il-qligħ minn trasferimenti eżentati fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 2(3),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>id-dħul fis-sens tal-Artikolu 4(1),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>jj)</NO.P><TXT>id-dħul fis-sens tal-Artikolu 4(2), li għalih ma hemmx tnaqqis taħt il-paragrafu 4,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>kk)</NO.P><TXT>id-dħul fis-sens tal-Artikolu 4(2), li, taħt ftehim biex tiġi evitata tassazzjoni doppja, jikkwalifika għal tnaqqis mit-taxxa fuq id-dħul jew fuq il-kumpanniji ta’ taxxa meqjusa mħallsa,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>tal-parti mid-distribuzzjoni li tikkwalifika għal tnaqqis jew għal rimbors tat-taxxa fuq id-dħul kapitali fis-sens ta’</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>aa)</NO.P><TXT>l-Artikolu 7(1) u (2),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>bb)</NO.P><TXT>l-Artikolu 7(3),</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>l-ammont tat-taxxa fuq id-dħul kapitali li għandha titnaqqas jew tiġi rimborsata fis-sens ta’</TXT><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>aa)</NO.P><TXT>l-Artikolu 7(1) u (2),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>bb)</NO.P><TXT>l-Artikolu 7(3),</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>l-ammont tat-taxxa barranija fuq id-dħul fis-sens tal-Artikolu 4(2), inkluż fl-ammonti distribwiti u</TXT><?PAGE NO="4"?><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>aa)</NO.P><TXT>li jistgħu jitnaqqsu skont l-Artikolu 34c(1) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul jew skont ftehim biex tiġi evitata tassazzjoni doppja,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>bb)</NO.P><TXT>li jistgħu jitnaqqsu skont l-Artikolu 34c(3) tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul jekk ma jkunx sar tnaqqis skont l-Artikolu 4(4),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>cc)</NO.P><TXT>li huma meqjusa mħallsa skont ftehim biex tiġi evitata tassazzjoni doppja</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>l-ammont tat-tnaqqis għal deprezzament jew tnaqqis fis-sustanza skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(3),</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>l-ammont tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kumpanniji invokat mill-kumpannija li tagħmel id-distribuzzjoni skont l-Artikolu 37(3) tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-kumpannija ta’ investiment għandha tikkomunika lill-investituri, fil-lingwa Ġermaniża, għad-dħul ekwivalenti għal distribuzzjoni, mhux iktar tard minn erba’ xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li matulha dan jitqies li tħallas, id-data korrispondenti għall-punt 1, fir-rigward ta’ parteċipazzjoni f’investiment,;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>il-kumpannija ta’ investiment għandha tikkomunika d-data ċċitati fil-punti 1 u 2 b’rabta mar-rapport annwali fis-sens tal-Artikolu 45(1) u tal-Artikolu 122(1) u (2) tal-liġi dwar l-investimenti fil-gazzetta elettronika federali tal-avviżi uffiċjali; l-indikazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat mingħand professjonist awtorizzat sabiex jipprovdi servizzi ta’ konsulenza kummerċjali skont l-Artikolu 3 tal-liġi dwar il-professjoni ta’ konsulent fiskali, ta’ organizzazzjoni ta’ awdituri rikonoxxuta mill-amministrazzjoni jew organizzazzjoni simili li jikkonferma li l-indikazzjonijiet kienu ġew stabbiliti skont ir-regoli tad-dritt fiskali Ġermaniż; l-Artikolu 323 tal-Kodiċi Kummerċjali għandu jkun applikabbli <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>. Jekk id-dikjarazzjoni ma tkunx ġiet ippubblikata fil-gazzetta federali elettronika tal-avviżi uffiċjali skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-investimenti, għandha tiġi indikata wkoll ir-referenza li taħtha ġiet ippubblikata d-dikjarazzjoni fil-lingwa Ġermaniża;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>il-kumpannija ta’ investiment barranija għandha tikkalkola u tikkomunika mal-prezz ta’ rtirar, l-ammont tad-dħul meqjus li jkun tħallas wara l-<DATE ISO="19931231">31 ta’ Diċembru 1993</DATE> lit-titolari ta’ ishma fl-investimenti barranin u li tkun għadha ma tħallsitx taxxa fuqu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>il-kumpannija ta’ investiment barranija għandha turi b’mod komplet lill-uffiċju ċentrali tat-taxxa, fuq talba tiegħu u f’perijodu ta’ tliet xhur, l-awtentiċità tad-data indikata fil-punti 1, 2 u 4. Jekk iċ-ċertifikati jkunu redatti f’lingwa barranija, tista’ tintalab traduzzjoni ċċertifikata fil-lingwa Ġermaniża. Jekk il-kumpannija ta’ investiment barranija tkun ipprovdiet indikazzjonijiet dwar ammont mhux korrett, hija għandha tieħu d-differenza fl-ammont inkunsiderazzjoni minn jeddha jew fuq talba tal-uffiċju federali tal-finanzi, fil-pubblikazzjoni tas-sena kurrenti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Jekk l-indikazzjonijiet imsemmija fil-punt 1(c) jew (f) ma jkunux disponibbli, id-dħul għandu jiġi ntaxxat skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 4 ma jkunx applikabbli<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Kif jindika l-Gvern tal-Ġermanja, l-Artikolu 5 tal-InvStG ġie emendat diversi drabi wara, imma kull darba b’mod marġinali u mingħajr effett fuq il-kawża inkwistjoni.</P></NOTE><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></ALINEA></PARAG></GR.SEQ></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-InvStG fil-verżjoni tiegħu tal-<DATE ISO="20031215">15 ta’ Diċembru 2003</DATE>, applikabbli mill-<DATE ISO="20040101">1 ta’ Jannar 2004</DATE>, jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><ALINEA><TITLE><TI><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>(Tassazzjoni fl-assenza ta’ dikjarazzjoni)</P></TI></TITLE><P>Jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) ma jiġux sodisfatti, l-investitur għandu jiġi ntaxxat fuq id-distribuzzjonijiet ta’ dħul mill-ishma, il-benefiċċju intermedjarju kif ukoll 70 % tal-apprezzament fil-valur li jirriżulta mid-differenza bejn l-ewwel prezz ta’ rtirar stabbilit matul is-sena kalendarja u l-aħħar prezz ta’ rtirar stabbilit matul dik l-istess sena; it-tassazzjoni għandha tiġi ffissata għal mhux inqas minn 6 % tal-aħħar prezz ta’ rtirar stabbilit matul is-sena kalendarja. Jekk ma jkunx ġie ffissat prezz ta’ rtirar, dan għandu jiġi ssostitwit bil-prezz tal-borsa jew bil-prezz tas-suq […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</P></ALINEA></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 26 tagħha, il-konvenzjoni bejn ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja u sabiex tirregola ċerti kwistjonijiet oħra fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul u fuq il-beni, inklużi t-taxxa tan-negozju u t-taxxa finanzjarja, iffirmata fil-<DATE ISO="19670411">11 ta’ April 1967</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>konvenzjoni sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>) tipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>(Skambju ta’ informazzjoni)</P></TI></TITLE><PARAG IDENTIFIER="026.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati kontraenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni neċessarja sabiex japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni u dawk tal-liġijiet interni tal-Istati kontraenti dwar it-taxxi msemmija fil-konvenzjoni, sa fejn it-tassazzjoni li dawn jistabbilixxu jkunu konformi mal-konvenzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></GR.SEQ></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kwistjoni fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>R. van Caster u binha, P. van Caster, ċittadini Belġjani residenti fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, għandhom ishma f’fondi ta’ investiment finanzjarju stabbiliti fi Stat Membru ieħor li ma huwiex ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. L-ishma kienu ġew iddepożitati mal-bank BBL/ING li jinsab fil-Belġju.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>R. u P. van Caster kienu ddikjaraw id-dħul mill-ishma tagħhom fil-fondi ta’ investiment permezz ta’ stima jew evalwazzjoni abbażi ta’ listi mehmuża jew ta’ gazzetta tal-borża jiġifieri, EUR 8,435.43 għas-sena 2003, EUR 10,500.94 għas-sena 2004, EUR 12,318.18 għas-sena 2005, EUR 13,263.04 għas-sena 2006, EUR 12,672.46 għas-sena 2007 u EUR 14,272.88 għas-sena 2008, jiġifieri somma totali ta’ EUR 71,462.93.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, billi qieset li l-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikolu 5 tal-InvStG ma kinux ġew sodisfatti, il-Finanzamt Essen-Süd stabbiliet dan id-dħul skont l-Artikolu 6 tal-InvStG, li jistabbilixxi li t-tassazzjoni għandha tiġi ffissata b’rata fissa ta’ mhux anqas minn 6 % tal-aħħar prezz ta’ rtirar stabbilit matul is-sena kalendarja. Dan il-metodu ta’ tassazzjoni wassal għall-ammonti li ġejjin: EUR 38,503.53 għas-sena 2003, EUR 32,691.41 għas-sena 2004, EUR 63,603.62 għas-sena 2005, EUR 49,463.21 għas-sena 2006, EUR 37,045.03 għas-sena 2007 u EUR 25,139.27 għas-sena 2008, jiġifieri ammont totali ta’ EUR 246,446.07.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>R. u P. van Caster ikkontestaw din id-deċiżjoni tal-Finanzamt Essen-Süd quddiem il-Finanzgericht Düsseldorf billi sostnew li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-InvStG, applikabbli mill-2004, kienu jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tat-TFUE dwar il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta quddiem il-qorti tar-rinviju, il-partijiet fil-kawża prinċipali ftiehmu fuq il-mertu għas-sena 2003 fis-sens li d-dħul għal dik is-sena kellu jkun stmat għal 4 % tal-prezz ta’ rtirar stabbilit fil-<DATE ISO="20031231">31 ta’ Diċembru 2003</DATE>, jiġifieri EUR 19,848.07.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-snin 2004 sa 2008, R. u P. van Caster talbu lill-qorti tar-rinviju temenda l-avviż ta’ tassazzjoni sabiex il-bażi ta’ tassazzjoni tad-dħul inkwistjoni tiġi ddeterminata abbażi tal-ammonti ddikjarati. Il-Finanzamt Essen-Süd iddeċidiet li tiċħad ir-rikors billi qieset li l-Artikolu 6 tal-InvStG huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Düsseldorf iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Taxxa b’rata fissa tad-dħul li jirriżulta mill-fondi ta’ investiment (nazzjonali u) barranin magħrufa bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>mhux trasparenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> taħt l-Artikolu 6 tal-Investmentsteuergesetz (Liġi dwar it-tassazzjoni ta’ investimenti) tikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 56 KE) minħabba li tikkositwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu tal-kapital [Artikolu 58(3) KE ]?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20120710">10 ta’ Lulju 2012</DATE>. R. u P. van Caster, il-Finanzamt Essen-Süd, il-Gvernijiet tal-Ġermanja u tar-Renju Unit kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub u, bl-eċċezzjoni tal-Gvern tar-Renju Unit, ippreżentaw l-osservazzjonijiet orali tagħhom fis-seduta tad-<DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari dwar l-Artikoli 5 u 6 tal-InvStG</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5 tal-InvStG, jekk il-kumpannija ta’ investiment tikkonforma ruħha mal-obbligi li tipprovdi, fil-lingwa Ġermaniża, ċerta informazzjoni lill-investituri u lill-awtoritajiet Ġermaniżi, fil-forom u fit-termini stabbiliti, id-dħul ta’ ishma f’fondi ta’ investiment ikun suġġett għas-sistema ġenerali ta’ tassazzjoni trasparenti (Artikoli 2 u 4 tal-InvStG), jiġifieri, kif tenfasizza l-Kummissjoni, tassazzjoni bbażata fuq il-valuri reali jew, mill-inqas, stmati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 162 tal-Kodiċi tat-taxxa Ġermaniża u mhux fuq valuri fissi, bħallikieku l-persuna taxxabbli kienet investiet direttament l-assi tagħha minflok ma użat fond ta’ investiment.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Meta kumpannija ta’ investiment ma tikkonformax ruħha mal-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikolu 5(1) tal-InvStG, l-investitur huwa allura obbligat iħallas it-taxxa fuq ammont b’rata fissa stabbilita bl-Artikolu 6 ta’ din il-liġi għal mill-inqas 6 % tal-aħħar prezz ta’ rtirar stabbilit matul is-sena kalendarja. Skont il-qorti tar-rinviju, dan il-kalkolu b’rata fissa ma jippermetti l-ebda deroga, li tkun tippermetti lill-persuna taxxabbli tiġi ntaxxata fuq valur reali jew f’kull każ stmat mid-dħul rċevut.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-persuna taxxabbli li għandha tbati l-konsegwenzi tal-fatt li l-kumpannija li tmexxi l-fond ta’ investiment ma tikkonformax ruħha mad-dispożizzjonijiet tal-InvStG.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>B’mod ġenerali, l-Artikoli 5 u 6 tal-InvStG huma applikabbli mingħajr distinzjoni għall-kumpanniji ta’ investiment Ġermaniżi u barranin, bl-eċċezzjoni, minn naħa, tal-obbligu li tiġi kkalkolata u marbuta mal-prezz ta’ rtirar, is-somma tad-dħul li jitqies li tħallas wara l-<DATE ISO="19931231">31 ta’ Diċembru 1993</DATE> lill-proprjetarju tal-ishma fl-investimenti barranin [ir-raba punt tal-Artikolu 5(1) tal-InvStG] u, min-naħa l-oħra, tal-obbligu li tintwera b’mod komplet lill-uffiċju ċentrali federali tat-taxxa l-awtentiċità ta’ ċerta data [il-ħames punt tal-Artikolu 5(1) tal-InvStG]. Dawn iż-żewġ obbligi huma imposti biss fuq il-kumpanniji ta’ investiment barranin.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan l-aħħar obbligu, nikkonstata li dan jimponi obbligu fuq l-investituri li jipprovaw l-awtentiċità tad-data lill-uffiċju ċentrali federali tat-taxxa fuq sempliċi talba ta’ dan tal-aħħar mingħajr ma’ dan ikun obbligat li b’xi mod jiġġustifika din it-talba. Xejn fil-proċess ma jispjega għaliex dan l-obbligu tal-prova ma huwiex impost ukoll fuq il-kumpanniji ta’ investiment Ġermaniżi.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-InvStG għall-fatti ta’ din il-kawża, ninnota li l-qorti tar-rinviju ma tindikax il-kundizzjoni(jiet) tal-Artikolu 5 tal-InvStG li ma ġewx osservati mill-kumpannija ta’ investiment barranija inkwistjoni. Dan ma għandu l-ebda effett fuq l-analiżi tiegħi għaliex, kif sostniet il-Kummissjoni u kif aċċettat il-Finanzamt Essen-Süd waqt is-seduta, in-nuqqas ta’ osservanza anki ta’ wieħed biss mill-elementi stabbiliti bl-Artikolu 5(1) tal-InvStG iwassal għat-tassazzjoni b’rata fissa stabbilita bl-Artikolu 6 tal-InvStG.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eżistenza ta’ restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tirreferi għall-Artikoli 56 KE u 58(3) KE fis-seħħ fiż-żmien tal-fatti, li, mingħajr emendi, saru l-Artikoli 63 TFUE u 65(3) TFUE.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-pożizzjoni tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-Finanzamt Essen-Süd kif ukoll il-Gvernijiet tal-Ġermanja u tar-Renju Unit jiċħdu l-eżistenza ta’ restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital. Huma jikkunsidraw li liġi nazzjonali, bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, li hija applikabbli mingħajr distinzjoni għall-kumpanniji ta’ investiment Ġermaniżi u barranin, ma tikkostitwixxix restrizzjoni fuq il-libertà msemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, huma tal-fehma li f’dan il-każ lanqas ma teżisti restrizzjoni moħbija. Skont il-Finanzamt Essen-Süd u l-Gvern tal-Ġermanja, l-awtoritajiet Ġermaniżi jistgħu jeħtieġu ġustament mingħand il-persuni taxxabbli kull prova li huma jqisu meħtieġa sabiex jikkalkolaw korrettement it-taxxa dovuta fuq id-dħul.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Huma josservaw li fil-verità l-leġiżlazzjoni inkwistjoni ma timponix diffikultajiet partikolari fuq il-kumpanniji ta’ investiment barranin. Huma jqisu li dan jgħodd ukoll għaż-żewġ rekwiżiti li huma imposti biss fuq il-kumpanniji ta’ investiment barranin, jiġifieri l-obbligu li jiġi kkomunikat il-prezz ta’ rtirar u l-ammont tad-dħul meqjus li tħallas, wara l-<DATE ISO="19931231">31 ta’ Diċembru 1993</DATE>, lill-proprjetarji tal-ishma fl-investimenti barranin [punt 4 tal-Artikolu 5(1) tal-InvStG], u l-obbligu li tintwera b’mod komplet lill-uffiċju ċentrali federali tat-taxxa l-awtentiċità ta’ ċerta data [punt 5 tal-Artikolu 5(1) tal-InvStG].</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Insostenn tat-teżi tagħhom, il-Finanzamt Essen-Süd u l-Gvern tal-Ġermanja jirreferu għall-fatt li fl-2011 l-Uffiċju Ċentrali Federali tat-Taxxa eżamina madwar 31,800 komunikazzjoni ta’ kumpanniji ta’ investiment barranin. Il-Gvern tal-Ġermanja jżid li ksur tal-obbligi ta’ kalkolu u ta’ komunikazzjoni imposti bl‑Artikolu 5 tal-InvStG ġie kkonstatat biss għal 25 % ta’ dawn il-kumpanniji ta’ investiment barranin.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Filwaqt li tibda mill-prinċipju li l-qorti tar-rinviju ma tinvokax il-kundizzjonijiet irriżervati għall-kumpanniji ta’ investiment barranin bil-punti 4 u 5 tal-Artikolu 5(1) tal-InvStG, il-Kummissjoni tikkonċentra l-analiżi tagħha fuq iż-żewġ obbligi mogħtija bħala eżempju mill-qorti tar-rinviju li l-kumpanniji ta’ investiment barranin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ta’ spiss<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> ma jissodisfawx, jiġifieri l-obbligi tal-komunikazzjoni tad-dħul mill-investimenti fil-lingwa Ġermaniża u tal-pubblikazzjoni tad-data mitluba mill-InvStG fil-verżjoni elettronika fil-gazzetta federali tal-avviżi uffiċjali.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel wieħed minn dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tinnota li l-leġiżlazzjoni prudenzjali applikabbli għall-fondi ta’ investiment matul is-snin inkwistjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 47 tad-Direttiva 85/611/KEE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE, tal-<DATE ISO="19851220">20 ta’ Diċembru 1985</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 139).</P></NOTE>, kienet tistabbilixxi rekwiżiti lingwistiċi biss għad-data li kienet rilevanti għall-finijiet tas-sorveljanza prudenzjali u li minħabba f’hekk kellha tiġi ppubblikata.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni obbligu, il-Kummissjoni tinnota li huma l-interessi kummerċjali tagħhom pjuttost milli d-dispożizzjonijiet tal-InvStG li jinkoraġġixxu lill-fondi barranin sabiex jikkomunikaw tali data lill-investituri Ġermaniżi fil-lingwa Ġermaniża u sabiex jippubblikawhom f’din il-lingwa fil-gazzetta federali tal-avviżi uffiċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tassazzjoni b’rata fissa stabbilita bl-Artikolu 6 tal-InvStG, il-Kummissjoni tqis li huwa plawżibbli, mingħajr preġudizzju għall-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, li din hija restrizzjoni moħbija għaliex il-vantaġġ fiskali, jiġifieri t-tassazzjoni abbażi tal-valuri reali jew stmati jiddependi minn formalitajiet li, b’mod differenti minn kumpanniji barranin, jissodisfawhom naturalment il-kumpanniji nazzjonali fejn il-klijentela mmirata tagħhom hija prinċipalment nazzjonali u li magħha huma jikkomunikaw bil-lingwa komuni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kumpannija ta’ investiment barranija ma tissodisfahomx f’każ ta’ kummerċjalizzazzjoni passiva tal-ishma tagħha fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, peress li l-unika raġuni sabiex hija tikkonforma ruħha hija t-tassazzjoni tal-investituri stabbiliti f’dan il-pajjiż u mhux il-bżonnijiet kummerċjali tagħha stess.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħhom, R. u P. Caster jaqblu mal-pożizzjoni meħuda mill-qorti tar-rinviju li, minkejja l-applikazzjoni mingħajr distinzjoni tal-Artikolu 5 tal-InvStG għall-kumpanniji ta’ investiment nazzjonali u barranin, teżisti diskriminazzjoni moħbija jew fattwali bi żvantaġġ għal dawn tal-aħħar, għaliex il‑kumpanniji ta’ investiment Ġermaniżi jissodisfaw kważi r-rekwiżiti kollha tal-Artikolu 5 tal-InvStG filwaqt li ta’ spiss il-kumpanniji ta’ investiment barranin ma għandhomx għalfejn jissodisfawhom.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Evalwazzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, għalkemm it-tassazzjoni diretta taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, dawn tal-aħħar għandhom, madankollu, jeżerċitaw din il-kompetenza skont id-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20040304">4 ta’ Marzu 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-334/02" PAGE.ECR="I-2229" YEAR="2004">C-334/02, Ġabra p. I-2229</REF.DOC.ECR>, punt 21); tal-<DATE ISO="20110120">20 ta’ Jannar 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-155/09" PAGE.ECR="I-65" YEAR="2011">C-155/09, Ġabra p. I-65</REF.DOC.ECR>, punt 39), u tas-<DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-10/10" PAGE.ECR="I-5389" YEAR="2011">C-10/10, Ġabra p. I-5389</REF.DOC.ECR>, punt 23); u tal-<DATE ISO="20120510">10 ta’ Mejju 2012</DATE>, Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C‑338/11 sa C‑347/11, punt 14).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Jirriżulta wkoll minn ġurisprudenza stabbilita li l-miżuri pprojbiti permezz tal-Artikolu 63(1) TFUE, inkwantu restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-kapital, jinkludu dawk li jistgħu jiskoraġġixxu persuni mhux residenti milli jwettqu investimenti fi Stat Membru jew jiskoraġġixxu lir-residenti ta’ dak l-Istat Membru milli jwettqu investimenti fi Stati Membri oħra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20070125">25 ta’ Jannar 2007</DATE>, Festersen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/05" PAGE.ECR="I-1129" YEAR="2007">C-370/05, Ġabra p. I-1129</REF.DOC.ECR>, punt 24); tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, A (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-101/05" PAGE.ECR="I-11531" YEAR="2007">C-101/05, Ġabra p. I-11531</REF.DOC.ECR>, punt 40); tal-<DATE ISO="20110210">10 ta’ Frar 2011</DATE>, Haribo Lakritzen Hans Riegel u Österreichische Salinen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-436/08+C-437/08" PAGE.ECR="I-305" YEAR="2011">C-436/08 u C-437/08, Ġabra p. I-305</REF.DOC.ECR>, punt 50); kif ukoll Santander Asset Management SGIIC <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq (punt 15).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet fil-kawża li wasslet għas-sentenza tas-<DATE ISO="20090127">27 ta’ Jannar 2009</DATE>, Persche, rigward il-possibbiltà li fil-Ġermanja jinkiseb tnaqqis tat-taxxa għal donazzjonijiet magħmula lil korpi rikonoxxuti li huma ta’ interess ġenerali meta dawn ikunu stabbiliti fi Stati Membri oħra, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[…] peress li l-possibbiltà li jinkiseb tnaqqis tat-taxxa jista’ jinfluwixxi b’mod sinjifikattiv fuq l-attitudni tad-donatur, in-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ tnaqqis fil-Ġermanja għad-donazzjonijiet mogħtija<?PAGE NO="9"?> lil korpi rikonoxxuti li huma ta’ interess ġenerali meta dawn ikunu stabbiliti fi Stati Membri oħra huwa tali li jaffettwa d-disponibbiltà tal-persuni taxxabbli Ġermaniżi sabiex jagħmlu donazzjonijiet għall-benefiċċju tagħhom. Leġiżlazzjoni bħal din tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital ipprojbita, bħala regola ġenerali, mill-Artikolu [63 TFUE]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P><REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-318/07" PAGE.ECR="I-359" YEAR="2009">C-318/07, Ġabra p. I-359</REF.DOC.ECR>, punti 38 u 39.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet reċentement, fir-rigward ta’ dispożizzjoni tad-dritt Pollakk li tillimita l-investimenti barra l-pajjiż tal-fondi ta’ pensjoni Pollakki miftuħa għal 5 % tal-valur tal-assi tal-fond ikkonċernat, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[d]ispożizzjoni bħal din tipproduċi wkoll effett restrittiv fir-rigward ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri oħra għaliex hija tikkostitwixxi, fir-rigward tagħhom, ostakolu għall-ġbir ta’ kapital fil-Polonja, sa fejn l-akkwist ta’ ishma jew ta’ partijiet f’korpi ta’ investiment kollettiv huwa limitat […]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Polonja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-271/09" PAGE.ECR="I-13613" YEAR="2011">C-271/09, Ġabra p. I-13613</REF.DOC.ECR>,, punt 52). Ara, ukoll, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20000606">6 ta’ Ġunju 2000</DATE>, Verkooijen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/98" PAGE.ECR="I-4071" YEAR="2000">C-35/98, Ġabra p. I-4071</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 35), u tal-<DATE ISO="20040715">15 ta’ Lulju 2004</DATE>, Weidert u Paulus (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-242/03" PAGE.ECR="I-7379" YEAR="2004">C-242/03, Ġabra p. I-7379</REF.DOC.ECR>, punti 13 u 14).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jirriżulta b’mod ċar mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li dispożizzjoni nazzjonali li għandha l-effett li tiddisswadi lir-residenti ta’ Stat Membru milli jinvestu f’impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor kif ukoll li timpedixxi lill-impriżi stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra milli jattiraw investituri stabbiliti jew residenti f’dak l-Istat Membru tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-kwistjoni hija jekk l-Artikoli 5 u 6 tal-InvStG għandhomx dan l-effett dissważiv.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Għalkemm huwa minnu li r-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tal-InvStG huma applikabbli mingħajr distinzjoni għall-kumpanniji ta’ investiment nazzjonali u barranin [bl-eċċezzjoni tal-obbligi stabbiliti fil-punti 4 u 5 tal-Artikolu 5(1)] u li, kif jinnota l-Gvern tar-Renju Unit, ma huwiex impossibbli li jiġu sodisfatti minn bank internazzjonali kbir, jibqa’ ugwalment inkontestabbli li indipendentement mid-diffikultajiet tekniċi li jinvolvu, kumpannija ta’ investiment barranija li ftit li xejn timmira s-suq Ġermaniż ma tantx għandha inċentiv li tikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti. U dan iktar u iktar għaliex ser ikun l-investitur li jbati l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tal-kumpannija li tamministra l-fondi li ma tkunx konformi magħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-konsegwenzi għall-investitur jistgħu jkunu serji. Bil-kontra tal-Gvern tal-Ġermanja li jqis li t-tassazzjoni b’rata fissa taħt l-Artikolu 6 tal-InvStG hija moderata, jiena naqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li tassazzjoni stabbilita b’rata fissa għal 6 % hija minnha nnifisha għolja, fuq kollox meta r-rati ta’ interessi jinżammu fuq livelli baxxi għal perijodu twil. Waqt is-seduta, il-Gvern tal-Ġermanja indika li din iċ-ċifra kienet ġiet iffissata fl-2004, mad-dħul fis-seħħ tal-verżjoni attwali tal-InvStG u ma nbidlitx minn dakinhar.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-proċess inkwistjoni, l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-InvStG għandha l-konsegwenza li tbiddel id-dħul taxxabbli R. u P. van Caster minn valur reali jew stmat ta’ EUR 71,462.93 għal valur stabbilit b’rata fissa ta’ EUR 246,446.07.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Għaldaqstant jien tal-opinjoni li, kif barra minn hekk tissuġġerixxi l-qorti tar-rinviju, l-effett kombinat tal-Artikoli 5 u 6 tal-InvStG, jiġifieri r-riskju għoli ta’ tassazzjoni iktar oneruża (wara d-determinazzjoni b’rata fissa tad-dħul taxxabbli) marbut mal-possibbiltà kbira li l-kumpanniji ta’ investiment barranin ma jikkonformawx ruħhom mar-rekwiżiti tal-Artikoli 5 u 6 tal-InvStG, huwa li jiddisswadi lill-investituri Ġermaniżi milli jinvestu f’fondi ta’ investiment barranin.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu tal-kapital hija msaħħa mill-fatt li l-Artikolu 6 tal-InvStG jeskludi kull determinazzjoni jew stima differenti, u b’mod partikolari abbażi ta’ data pprovduta mill-investitur taxxabbli nnifsu.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fil-fatt, anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ spiss aċċettat din iċ-ċirkustanza fl-istadju tal-ġustifikazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19990708">8 ta’ Lulju 1999</DATE>, Baxter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-254/97" PAGE.ECR="I-4809" YEAR="1999">C-254/97, Ġabra p. I-4809</REF.DOC.ECR>, punti 19 u 20); tat-<DATE ISO="19991028">28 ta’ Ottubru 1999</DATE>, Vestergaard (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-55/98" PAGE.ECR="I-7641" YEAR="1999">C-55/98, Ġabra p. I-7641</REF.DOC.ECR>, punt 26); tal-<DATE ISO="20071011">11 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ELISA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-451/05" PAGE.ECR="I-8251" YEAR="2007">C-451/05, Ġabra p. I-8251</REF.DOC.ECR>, punt 95); Persche, iċċitata iktar ’il fuq (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-318/07" PAGE.ECR="I-359" YEAR="2007">C-318/07, Ġabra p. I-359</REF.DOC.ECR>, punt 53); tas-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-493/09" PAGE.ECR="I-9247" YEAR="2011">C-493/09, Ġabra p. I-9247</REF.DOC.ECR>, punt 46), u tat-<DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, Petersen u Petersen (C‑544/11, punt 51).</P></NOTE>, u jien ser nagħmel hekk iktar ’il quddiem, fis-sentenza Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[…] leġiżlazzjoni nazzjonali […] li permezz tagħha l-kreditu fiskali jingħata biss permezz tal-produzzjoni ta’ dikjarazzjoni li tkun konformi mas-sistema interna tal-Istat Membru kkonċernat, <HT TYPE="ITALIC">mingħajr ebda possibbiltà għall-azzjonist li jipprova permezz ta’ provi u informazzjoni oħra rilevanti l-ammont tat-taxxa effettivament imħallsa mill-kumpannija li tqassam id-dividendi</HT>, tikkostitwixxi restrizzjoni moħbija fuq il-moviment liberu tal-kapital li hija pprojbita permezz tal-Artikolu 65(3) TFUE […]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-262/09" PAGE.ECR="I-5669" YEAR="2011">C-262/09, Ġabra p. I-5669</REF.DOC.ECR>, punt 40). Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, nikkonkludi li l-effett kombinat tal-Artikoli 5 u 6 tal-InvStG iwassal għal restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġustifikazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għad irid jiġi eżaminat jekk din ir-restrizzjoni tistax tiġi ġġustifikata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tat-TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li l-moviment liberu tal-kapital jista’ jkun limitat b’leġiżlazzjoni nazzjonali biss jekk din tista’ tkun iġġustifikata b’waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 65 TFUE jew b’raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20080214">14 ta’ Frar 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (C‑274/06, punt 35), u ta’ Il-Kummissjoni vs Il-Polonja iċċitata iktar ’il fuq, punt 55.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Il-Finanzamt Essen-Süd u l-Gvern tal-Ġermanja ma jinvokaw l-ebda waħda mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 65 TFUE, iżda pjuttost żewġ raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li diġà ġew rikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja bħala raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni fuq il-libertajiet ta’ moviment, jiġifieri l-preservazzjoni tat-tqassim tal-kompetenzi fiskali bejn l-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, Marks &amp; Spencer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/03" PAGE.ECR="I-10837" YEAR="2005">C-446/03, Ġabra p. I-10837</REF.DOC.ECR>, punt 45); tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, N (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-470/04" PAGE.ECR="I-7409" YEAR="2006">C-470/04, Ġabra p. I-7409</REF.DOC.ECR>, punt 42); tat-<DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, Oy AA (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-231/05" PAGE.ECR="I-6373" YEAR="2007">C-231/05, Ġabra p. I-6373</REF.DOC.ECR>, punt 51); tal-<DATE ISO="20080515">15 ta’ Mejju 2008</DATE>, Lidl Belgium (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-414/06" PAGE.ECR="I-3601" YEAR="2008">C-414/06, Ġabra p. I-3601</REF.DOC.ECR>, punt 31); u tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>, X Holding (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-337/08" PAGE.ECR="I-1215" YEAR="2010">C-337/08, Ġabra p. I-1215</REF.DOC.ECR>, punt 28); kif ukoll tad-<DATE ISO="20111129">29 ta’ Novembru 2011</DATE>, National‑Grid Indus (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-371/10" PAGE.ECR="I-12273" YEAR="2011">C-371/10, Ġabra p. I-12273</REF.DOC.ECR>, punt 45).</P></NOTE> u l-effikaċja tal-kontroll fiskali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="19790220">20 ta’ Frar 1979</DATE>, Rewe-Zentral, imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Cassis de Dijon<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="120/78" PAGE.ECR="649" YEAR="1979">120/78, Ġabra p. 649</REF.DOC.ECR>, punt 8); tal-<DATE ISO="19970515">15 ta’ Mejju 1997</DATE>, Futura Participations u Singer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-250/95" PAGE.ECR="I-2471" YEAR="1997">C-250/95, Ġabra p. I-2471</REF.DOC.ECR>, punt 31); tal-<DATE ISO="20050310">10 ta’ Marzu 2005</DATE>, Laboratoires Fournier (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/04" PAGE.ECR="I-2057" YEAR="2005">C-39/04, Ġabra p. I-2057</REF.DOC.ECR>, punt 24); tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, X u Passenheim-van Schoot (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-155/08+C-157/08" PAGE.ECR="I-5093" YEAR="2009">C-155/08 u C-157/08, Ġabra p. I-5093</REF.DOC.ECR>, punt 45); tal-<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>, Dijkman u Dijkman-Lavaleije (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-233/09" PAGE.ECR="I-6649" YEAR="2010">C-233/09, Ġabra p. I-6649</REF.DOC.ECR>, punt 58); tas-<DATE ISO="20111006">6 ta’ Ottubru 2011</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, iċċitata iktar ’il fuq (punt 42), u Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq (punt 41), u tal-<DATE ISO="20120705">5 ta’ Lulju 2012</DATE>, SIAT (C‑318/10, punt 36); kif ukoll Petersen iċċitata iktar ’il fuq (punt 50).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-salvagwardja tat-tqassim tal-kompetenzi fiskali bejn l-Istati Membri, li ma ġietx invokata waqt is-seduta, il-Finanzamt Essen-Süd u l-Gvern tal-Ġermanja jinnotaw fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom li d-dispożizzjonijiet tal-InvStG huma intiżi sabiex jittrattaw fiskalment bl-istess mod kemm, minn naħa, l-investimenti fil-fondi u l-investimenti mwettqa direttament u min-naħa l-oħra, l-investimenti fil-fondi barranin u l-investimenti fil-fondi nazzjonali. Il-Finanzamt Essen-Süd tfakkar li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja tintaxxa d-dħul madwar id-dinja tar-residenti tagħha li għaldaqstant għandhom jiġu suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul b’mod illimitat.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, jirriżulta b’mod ċar mill-proċess li hawnhekk ma hemm l-ebda kwistjoni ta’ tqassim tal-kompetenzi fiskali bejn l-Istati Membri. Fil-fatt, din ir-raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali tikkonċerna sistema li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>hija intiża sabiex tipprevjeni aġir li jista’ jippreġudika d-dritt tal-Istati Membri li jeżerċitaw is-setgħa ta’ tassazzjoni tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet mwettqa fit-territorju tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20100121">21 ta’ Jannar 2010</DATE>, SGI (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-311/08" PAGE.ECR="I-487" YEAR="2010">C-311/08, Ġabra p. I-487</REF.DOC.ECR>, punt 60 u l-ġurisprudenza ċċitata). Ara, ukoll, is-sentenzi Oy AA, iċċitata iktar ’il fuq (punt 54), u tat-<DATE ISO="20090618">18 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Aberdeen Property Fininvest Alpha (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-303/07" PAGE.ECR="I-5145" YEAR="2009">C-303/07, Ġabra p. I-5145</REF.DOC.ECR>, punt 66).</P></NOTE>, u b’mod partikolari, meta l-persuni taxxabbli jfittxu li jikkontestaw il-kompetenza fiskali ta’ Stat Membru favur dik ta’ ieħor li tkun iktar favorevoli għalihom. Dan ma huwiex il-każ hawnhekk, għaliex is-setgħa ta’ tassazzjoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja tibqa’ intatta fuq id-dħul miksub mir-residenti tagħha, anki jekk ġej mill-investimenti tagħhom f’fondi barranin. Għaldaqstant, ma hemmx kwistjoni ta’ tqassim ta’ setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ir-raġunament tal-Finanzamt Essen-Süd u tal-Gvern tal-Ġermanja bl-ebda mod ma jikkonċerna l-protezzjoni tat-tqassim tal-kompetenzi fiskali bejn l-Istati Membri imma pjuttost l-ugwaljanza bejn ir-residenti Ġermaniżi fir-rigward tat-taxxi Ġermaniżi indipendentement mit-tip u mill-post tal-investimenti tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-effikaċja tal-kontroll fiskali, il-Finanzamt Essen-Süd u l-Gvern tal-Ġermanja jqisu li hemm riskju li s-servizz tat-taxxa Ġermaniż ma jkunx jista’ effettivament jiġbor it-taxxa fuq id-dħul li ġej minn fondi ta’ investiment barranin u dan speċjalment meta d-dħul mill-fondi ta’ investiment barranin ikunu maħżuna — għaliex f’dan il-każ huwa involut fond ta’ kapitalizzazzjoni ‑ u għalhekk ma jkun hemm l-ebda ħlas fil-pajjiż fejn għandha titħallas it-taxxa fuq id-dħul mill-kapital.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-ħtieġa li jiġu żgurati kontrolli fiskali effikaċi tikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika restrizzjoni tal-eżerċizzju tal-libertajiet ta’ moviment iggarantiti mit-TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Cassis de Dijon (punt 8); Futura Participations u Singer, iċċitata iktar ’il fuq (punt 31); Laboratoires Fournier, iċċitata iktar ’il fuq (punt 24); X u Passenheim-van Schoot, iċċitata iktar ’il fuq (punt 45); Dijkman u Dijkman-Lavaleije, iċċitata iktar ’il fuq (punt 58); Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (punt 42); Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punt 41), SIAT (punt 36) u Petersen (punt 50).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Kif josserva l-Gvern tal-Ġermanja, l-awtoritajiet fiskali ta’ Stat Membru jistgħu jitolbu mingħand il-persuni taxxabbli l-provi kollha li jidhrilhom neċessarji sabiex jiddeċiedu l-kwistjoni jekk il-kundizzjonijiet ta’ benefiċċju fiskali humiex sodisfatti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20021003">3 ta’ Ottubru 2002</DATE>, Danner (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-136/00" PAGE.ECR="I-8147" YEAR="2002">C-136/00, Ġabra p. I-8147</REF.DOC.ECR>, punt 50); tas-<DATE ISO="20030626">26 ta’ Ġunju 2003</DATE>, Skandia u Ramstedt (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-422/01" PAGE.ECR="I-6817" YEAR="2003">C-422/01, Ġabra p. I-6817</REF.DOC.ECR>, punt 43), u Persche, iċċitata iktar ’il fuq (punt 54).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Filwaqt li jiċċita s-sentenza tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Établissements Rimbaud (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-72/09" PAGE.ECR="I-10659" YEAR="2010">C-72/09, Ġabra p. I-10659</REF.DOC.ECR>, punt 35) il-Gvern tar-Renju Unit iżid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Stat Membru jista’ japplika miżuri li jippermettu li jiġi vverifikat, b’mod ċar u preċiż, l-ammont dovut mill-persuni taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li jimplika li ma huwiex eċċessiv għal Stat Membru li jeskludi ċerti sitwazzjonijiet ta’ benefiċċju fiskali meta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>huwa ma jistax jipproċedi għal kontroll reali u effettiv tar-rispett tal-kundizzjonijiet li għalihom il-liġi nazzjonali tissuġġetta dan il-benefiċċju<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (punt 134 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-kawża li wasslet għas-sentenza A, iċċitata iktar ’il fuq, punt 134).</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Madankollu, sabiex tkun iġġustifikata bil-ħtieġa li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali, kull miżura restrittiva għandha tosserva l-prinċipju tal-proporzjonalità, fis-sens li fl-istess ħin, hija għandha tkun adegwata sabiex tiggarantixxi l-għan li tfittex u ma tistax tmur lil hinn minn dak neċessarju sabiex tilħqu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara s-sentenza Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq (punt 42). Ara, ukoll, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19951130">30 ta’ Novembru 1995</DATE>, Gebhard (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-55/94" PAGE.ECR="I-4165" YEAR="1995">C-55/94, Ġabra 1995 p. I-4165</REF.DOC.ECR>, punt 37); u A, iċċitata iktar ’il fuq (punt 56); u Persche, iċċitata iktar ’il fuq (punt 52).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Huwa probbabli li l-informazzjoni kif ukoll il-kontroll tal-awtentiċità ta’ ċerta data mitluba permezz tal-Artikolu 5 tal-InvStG għandhom jippermettu lill-awtoritajiet fiskali Ġermaniżi li jistabbilixxu korrettement it-taxxa fuq id-dħul provenjenti minn fondi ta’ investiment u dan abbażi tal-valur reali jew stmat tagħhom. Madankollu għandi raġunijiet serji sabiex naħseb li l-leġiżlazzjoni Ġermaniża tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan li tiġi korrettement stabbilita t-taxxa dovuta.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Kif diġà osservajt, il-qorti tar-rinviju ma indikatx l-obbligi imposti permezz tal-Artikolu 5 tal-InvStG, li ma ġewx osservati fil-proċess ta’ R. u P. Van Caster imma l-punti komuni tad-diversi kategoriji ta’ rekwiżiti stabbiliti minn dan l-Artikolu 5 jippermettu li jiġu dedotti l-elementi li ġejjin.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Qabelxejn, l-Artikolu 5 tal-InvStG jimponi obbligi biss fuq il-kumpanniji ta’ investiment u mhux fuq il-persuni taxxabbli li d-dħul tagħhom huwa taxxabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Meta dawn il-kumpanniji li jamministraw il-fondi ta’ investiment ikunu barranin, mhux biss ma humiex taxxabbli f’dan l-Istat Membru imma lanqas ma huma suġġetti għad-dritt Ġermaniż.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Madankollu, għall-inqas għal serje sħiħa ta’ informazzjoni mitluba permezz tal-Artikolu 5 tal-InvStG, l-awtoritajiet fiskali Ġermaniżi setgħu jitolbu l-assistenza tal-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru fejn il-kumpannija ta’ investiment hija stabbilita, f’dan il-każ ir-Renju tal-Belġju, abbażi tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 77/799 jew inkella jirrikorru għall-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja ffirmata bejn ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, u, suġġett għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, dan ma sarx.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Tabilħaqq, kif diġà sostniet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Persche, iċċitata iktar ’il fuq, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>l-awtoritajiet fiskali kkonċernati jistgħu, skont id-Direttiva 77/799, jitolbu lill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor sabiex jiksbu <HT TYPE="ITALIC">kull informazzjoni neċessarja</HT> sabiex tiġi stabbilita b’mod korrett it-taxxa ta’ persuna taxxabbli […] Fil-fatt, l-informazzjoni li d-Direttiva 77/799 tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li jitolbu hija preċiżament <HT TYPE="ITALIC">l-informazzjoni kollha li jidhrilhom li hija neċessarja sabiex jistabbilixxu l-ammont korrett tat-taxxa</HT> fid-dawl tal-leġiżlazzjoni li huma msejħa japplikaw huma stess<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Punti 61 u 62 tas-sentenza Persche, iċċitata iktar ’il fuq. Enfasi miżjud minni. Ara, ukoll, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19950811">11 ta’ Awwissu 1995</DATE>, Wielockx (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-80/94" PAGE.ECR="I-2493" YEAR="1995">C-80/94, Ġabra p. I-2493</REF.DOC.ECR>, punt 26); Futura Participations u Singer, iċċitata iktar ’il fuq (punt 41); Vestergaard (iċċitata iktar ’il fuq, punti 26 u 28); Danner (iċċitata iktar ’il fuq, punt 49); Skandia u Ramstedt (iċċitata iktar ’il fuq, punt 42); tal-<DATE ISO="20060914">14 ta’ Settembru 2006</DATE>, Centro di Musicologia Walter Stauffer (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/04" PAGE.ECR="I-8203" YEAR="2006">C-386/04, Ġabra p. I-8203</REF.DOC.ECR>, punt 50), u tat-<DATE ISO="20070130">30 ta’ Jannar 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Danemark (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-150/04" PAGE.ECR="I-1163" YEAR="2007">C-150/04, Ġabra p. I-1163</REF.DOC.ECR>, punt 52); tad-<DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE>, Rewe Zentralfinanz (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-347/04" PAGE.ECR="I-2647" YEAR="2007">C-347/04, Ġabra p. I-2647</REF.DOC.ECR>, punt 56), u tas-<DATE ISO="20070927">27 ta’ Settembru 2007</DATE>, Twoh International (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-184/05" PAGE.ECR="I-7897" YEAR="2007">C-184/05, Ġabra p. I-7897</REF.DOC.ECR>, punt 36).</P></NOTE>. Għaldaqstant l‑awtoritajiet Ġermaniżi kienu liberi li jitolbu mingħand l-awtoritajiet Belġjani l-informazzjoni elenkata fil-punti 1 u 2 tal-Artikolu 5(1) tal-InvStG.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara s-sentenza Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq (punti 43 u 44). Ara, ukoll, f’dan is-sens, is-sentenzi iċċitati iktar ’il fuq, Baxter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (punti 19 u 20); Laboratoires Fournier, iċċitata iktar ’il fuq (punt 25); ELISA, iċċitata iktar ’il fuq (punt 96); Persche, iċċitata iktar ’il fuq (punt 53), u Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, iċċitata iktar ’il fuq (punt 46).</P></NOTE>, indipendentement mill-applikazzjoni ta’ dawn l-istrumenti ta’ skambju ta’ informazzjoni, li huma d-Direttiva 77/799 u l-Konvenzjoni sabiex tiġi evitata tassazzjoni doppja ffirmata bejn ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, projbizzjoni assoluta li tipprekludi lill-persuna taxxabbli milli tipprovdi lill-awtoritajiet fiskali l-informazzjoni neċessarja, f’dan il-każ lil R. u P. van Caster milli jipprovaw il-valur reali jew stmat tal-ishma tagħhom fil-fond ta’ investiment barrani huwa inferjuri għal dak preżunt bl-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-InvStG, ma tistax tiġi ġġustifikata f’sitwazzjoni interna fl-Unjoni fir-rigward tal-moviment liberu tal-kapital.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet ferm ċara fis-sentenza tagħha Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT> fejn hija ddeċidiet li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>43.</NO.P><TXT>[…] leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprekludi b’mod assolut lill-persuni suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul prinċipalment f’dan l-Istat Membru li jkunu investew f’kumpanniji b’kapital azzjonarju stabbiliti fi Stat Membru ieħor milli jipproduċu provi li jissodisfaw kriterji differenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-preżentazzjoni, minn dawk previsti għall-investimenti nazzjonali mil-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru mhux biss tmur kontra l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, iżda fuq kollox tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ effettività tal-kontrolli fiskali.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma jistax jiġi eskluż, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, li l-imsemmija azzjonisti jkunu f’pożizzjoni li jipprovdu dokumenti rilevanti li jippermettu lill-awtoritajiet fiskali tal-Istat Membru li jintaxxa li jivverifikaw, b’mod ċar u preċiż, l-awtentiċità u n-natura tat-taxxi imposti fi Stati Membri oħra […]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq (punti 43 u 44).</P></NOTE>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Gvern tal-Ġermanja ssuġġerixxa li jkun inutili li l-investitur taxxabbli jiġi permess li jipprovdi huwa stess l-informazzjoni inkluża fl-Artikolu 5(1) tal-InvStG għaliex din ma hijiex informazzjoni li normalment tkun disponibbli għalih. Jien ma narax għalfejn din il-possibbiltà għandha tiġi eskluża għal kollox, speċjalment meta xejn ma jeskludi l-possibbiltà li investitur taxxabbli jkun jista’ jitlob u jirċievi l-informazzjoni mingħand il-kumpannija li tamministra l-fond. F’dan il-każ, ma niġġustifikax ir-rifjut tal-awtoritajiet fiskali Ġermaniżi li jieħdu din l-informazzjoni inkunsiderazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet kollha, inqis li l-miżura restrittiva kkostitwita mill-Artikoli 5 u 6 tal-InvStG, ikkunsidrati flimkien, ma tistax tiġi ġġustifikata bil-ħtieġa li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>VI –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi b’dan il-mod għad-domanda preliminari magħmula mill-Finanzgericht Düsseldorf:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħalma huma l-Artikoli 5 u 6 tal-liġi Ġermaniża dwar it-tassazzjoni tal-investimenti (Investmentsteuergesetz) inkwistjoni, li l-effett kombinat tagħhom huwa li d-dħul irċevut minn residenti ta’ Stat Membru minn fondi ta’ investiment barranin jiġi suġġett għal tassazzjoni b’rata fissa fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi ta’ trasparenza u ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni stabbiliti minn dik il-liġi pjuttost milli għal tassazzjoni abbażi tal-valuri reali jew stmati, tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital ipprojbita mill-Artikolu 63 TFUE u ma tistax tiġi ġġustifikata la bil-ħtieġa li jiġi ppreżervat it-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri u lanqas bil-ħtieġa li tiġi żgurata l-effikaċja tal-kontrolli fiskali.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>