|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1916 |
1.3.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11334 – DPI / PI / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/1916)
1.
Fl-20 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Deutsche Post International B.V. (iktar ‘il quddiem “DPI”, in-Netherlands), ikkontrollata minn Deutsche Post AG (il-Ġermanja), |
|
— |
Poste Italiane S.p.A. (“PI”, l-Italja). |
DPI u PI se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida ta’ impriża konġunta (“NewCo”).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
DPI hija kumpanija azzjonarja involuta fil-parteċipazzjoni, fil-finanzjament u fil-ġestjoni ta’ negozji, li topera indirettament fis-suq tas-servizzi ta’ konsenja ta’ pakketti żgħar permezz tas-sussidjarji tagħha, |
|
— |
PI hija kumpanija holding li toffri servizzi li jvarjaw minn konsenja ta’ ittri u pakketti, loġistika, servizzi finanzjarji u tal-assigurazzjoni għal sistemi ta’ ħlas, telekomunikazzjoni u servizzi tal-enerġija. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ EAC huma li ġejjin: l-iżvilupp ta’ network ta’ lockers minn fejn jinġabru l-pakketti fl-Italja għall-konsenja ta’ pakketti żgħar.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11334 – DPI / PI / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1916/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)