14.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 210/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ April 2009

Dwar il-miżuri C 7/07 (ex NN 82/06 u NN 83/06) Implimentati mir-Renju Unit favur Royal Mail

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 2486)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/613/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(et) imsemmija fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-3 ta’ Diċembru 2002, Deutsche Post AG (minn issa ’l quddiem “DP”) ippreżentat ilment kontra sussidji trażversali allegati mogħtija lill-attivitajiet tal-pakketti postali ta’ Royal Mail Group plc (“Royal Mail” jew “RM”).

(2)

B’risposta għat-talbiet tal-Kummissjoni għal informazzjoni, l-awtoritatjiet tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“Renju Unit”) ipprovdew informazzjoni rilevanti għall-argumenti msemmija fl-ilment permezz tal-ittri tal-25 ta’ Frar 2003 u tat-13 ta’ Frar 2004, u permezz ta’ imejl bid-data 17 ta’ Diċembru 2003. Din l-informazzjoni inkludiet miżuri oħra tal-Gvern fir-rigward ta’ RM.

(3)

Fis-27 ta’ Mejju 2003, il-Kummissjoni approvat serje ta’ miżuri favur Post Office Limited (“POL”) li hija sussidjarja ta’ RM (kawża N 784/02) (2). Taħt dawn il-miżuri, kien mogħti kumpens lil POL, iffinanzjat permezz ta’ riserva (“ir-riserva tal-posta”) magħmula minn flus żejda ġġenerati minn RM. Fit-22 ta’ Frar 2006 il-Kummissjoni ma qajmet ebda oġġezzjoni għall-kontinwazzjoni ta’ waħda minn dawn il-miżuri (sostenn għan-netwerk rurali) għal perjodu itwal (kawża N 166/05) (3).

(4)

Fit-8 ta’ Ottubru 2003, DP ressqet rikors għall-annullament (T-343/03) kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 784/02, bl-argument li din id-deċiżjoni kienet ċaħdet b’mod impliċitu l-ilment CP 206/02 tagħha. Fis-16 ta’ Novembru 2005, il-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tad-DP billi ddikjarat li d-Deċiżjoni N 784/02 ma kinitx timplika ċ-ċaħda tal-ilment u li l-Kummissjoni kienet qed twettaq investigazzjonijiet (kif muri mill-korrispondenza ppreżentata quddiem il-Qorti).

(5)

Fl-10 ta’ Awwissu 2006, DP bagħtet ittra li talbet lill-Kummissjoni biex tieħu pożizzjoni rigward l-ilment tagħha tal-2002 f’perjodu ta’ xahrejn, fuq il-bażi tal-Artikolu 232 tat-Trattat. L-istess ittra kien fiha informazzjoni rigward serje ta’ miżuri allegati ta’ għajnuna mill-Istat ġodda. Dawn il-miżuri huma differenti minn dawk li kienu s-suġġett tal-ilment tal-2002 u l-ilment kontrihom kien għalhekk ittrattat bħala lment separat li kien mogħti r-referenza CP 221/06, sussegwentement NN 83/06. Il-miżuri allegati kienu kif ġej:

(a)

Trasferiment ta’ GBP 850 miljun f’kont speċjali għall-iffinanzjar tal-pensjonijiet tar-RM;

(b)

Deċiżjoni mid-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industrija sabiex ikun miżjud l-ammont ta’ self mogħti lil RM minn GBP 844 miljun għal GBP 900 miljun;

(c)

Ksur tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 166/05 rigward sostenn għan-netwerk rurali ta’ POL, peress li GBP 150 miljun kienu trasferiti lil POL direttament mill-baġit tal-Istat u mhux, kif approvat mid-Deċiżjoni, minn riserva speċjali, imdawra b’limiti.

(6)

Bħala risposta għat-talbiet tal-Kummissjoni għal informazzjoni, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ipprovdew informazzjoni rigward l-argumenti mqajma fiż-żewġ ilmenti permezz tal-ittri tas-6 ta’ Ottubru u tal-31 ta’ Ottubru 2006. Permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Diċembru 2006, huma saħħew din l-informazzjoni fir-rigward tal-miżuri favur POL msemmija fil-premessa (3).

(7)

Permezz ta’ ittra tas-27 ta’ Ottubru 2006, il-Mail Competition Forum (MCF), entità li tirrappreżenta parteċipanti fis-suq postali fl-Ingilterra, issottomettiet ilment dwar il-kont speċjali ddedikat għall-iffinanzjar tal-pensjonijiet tar-RM kopert ukoll mit-tieni lment ta’ DP. L-ilment ta’ MCF kien mogħti r-referenza CP 164/06, sussegwentement NN 82/06. Verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment kienet mibgħuta lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fl-20 ta’ Novembru 2006. L-awtoritajiet tar-Renju Unit ipprovdew kummenti dwar l-ilment permezz ta’ ittra tad-19 ta’ Diċembru 2006.

(8)

Permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni infurmat lil DP li ma sabitx biżżejjed raġunijiet sabiex tkompli l-investigazzjoni rigward l-ilment CP 206/02, u li jekk ma tismax mingħand DP fi żmien 20 jum tax-xogħol, l-ilment ikun ikkunsidrat bħala rtirat. Ebda risposta ma ntbagħtet sal-iskadenza. Dak l-ilment kien għalhekk ikkunsidrat bħala rtirat.

(9)

Fis-7 ta’ Diċembru 2006, r-Renju Unit bagħat notifika tal-estensjoni proposta ta’ miżura oħra favur POL (iffinanzjar ta’ ħlas ta’ djun) koperta minn N 784/02 li altrimenti kellha tiskadi fl-2007. Il-Kummissjoni awtorizzat din l-għajnuna taħt referenza N 822/06 permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Marzu 2007 (4).

(10)

Fit-8 ta’ Frar 2007, ir-Renju Unit bagħat lill-Kummissjoni t-termini ta’ tħabbira rigward “il-miżura tal-pensjoni”, il-faċilità tas-self ta’ GBP 900 miljun u wkoll self ġdid ta’ GBP 300 miljun lil Royal Mail.

(11)

Fil-21 ta’ Frar 2007, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta’ investigazzjoni fuq il-miżuri li ġejjin:

(a)

Self ta’ GBP 500 miljun mogħti fl-2001, li jitħallas lura wara l-2021 u mogħti b’rata ta’ imgħax fissa, li ffinanzja l-akkwisti barranin ta’ Royal Mail.

(b)

GBP 1 biljun ta’ faċilitajiet ta’ self magħmula disponibbli lil Royal Mail minn sorsi tal-Istat fl-2003, li minnhom GBP 900 miljun kellhom ikunu estiżi għal wara l-2007.

(c)

“Il-miżura ta-pensjoni”: li tqiegħed GBP 850 miljun f’kont f′idejn terzi li jtawwal il-perjodu li fih Royal Mail għandha tindirizza d-defiċit kurrenti fil-fond tal-pensjoni tagħha u għalhekk inaqqas il-kontribuzzjonijiet li tagħmel fis-snin tal-bidu tal-perjodu.

(d)

Is-self ta’ GBP 300 miljun imħabbar fit-8 ta’ Frar 2007.

(12)

Id-deċiżjoni tal-21 ta’ Frar ikkonfermat l-irtirar tal-ilment CP 206/02 u kkonfermat li l-Kummissjoni ma qajmet ebda oġġezzjoni għall-iffinanzjar tal-miżuri awtorizzati għal POL mill-baġit tal-istat pjuttost milli mir-riżerva tal-posta.

(13)

Permezz ta’ ittra bid-data tat-22 ta’ Frar 2007, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju Unit bid-deċiżjoni tagħha li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat fir-rigward tal-miżuri msemmija fil-premessa (11).

(14)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom fuq il-miżuri.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

2.1.   Il-benefiċjarju tal- allegata għajnuna mill-Istat

(15)

Il-benefiċjarju tal-allegata għajnuna mill-Istat huwa Royal Mail Group plc, sussegwentement Royal Mail Group Ltd (“RM”) li (permezz tal-kumpanija possedenti, Royal Mail Holdings plc) hija kumpanija posseduta 100 % mill-Istat. RM huwa l-operatur postali ewlieni tar-Renju Unit u kellu monopolju legali fuq il-parti l-kbira tas-servizzi bażiċi tal-posta sat-tmiem tal-2005. In-netwerk tal-uffiċċju postali huwa mħaddem minn POL, li hija sussidjarja ta’ RM.

(16)

Qabel l-2001, l-attivitajiet postali fir-Renju Unit kienu mwettqa minn The Post Office Corporation, korp statutarju maħluq mill-Att dwar l-Uffiċċju Postali tal-1969. L-assi u r-responsabbiltajiet ta’ The Post Office Corporation kienu trasferiti lil Consignia Holdings (issa mogħtija l-isem ġdid ta′ Royal Mail Holdings plc) u lis-sussidjarja tagħha, Consignia plc (issa RM) fis-26 ta’ Marzu 2001, taħt it-termini tal-Att dwar is-Servizzi Postali tal-2000.

(17)

RM għandha diviżjoni tal-kummerċ tal-pakketti separata, Parcelforce, li kienet imsemmija bħala l-benefiċjarja fl-ilment ta’ DP tal-2002. Parcelforce għandha infrastruttura ta’ trasport tagħha stess. Fl-2003, parti mill-attività tal-pakketti (inkluż il-provvista ta’ servizz universali għal pakketti miġjuba fl-uffiċċji postali) kienet trasferita minn Parcelforce għad-diviżjoni tal-ittri ta’ RM u issa hija mħaddma permezz ta’ dik l-infrastruttura. Illum, Parcelforce tittratta biss pakketti urġenti.

2.2.   Sistema finanzjarja tal-benefiċjarju u r-relazzjoni mal-Istat

(18)

Skont is-sistema eżistenti qabel l-inkorporazzjoni u trasferimenti tal-2001, il-Post Office Corporation ma kinitx meħtieġa tħallas dividendi lill-awtoritajiet tar-Renju Unit u dan m’għamlitux. Kienet, madankollu, obbligata tinvesti parti mill-profitt li ġġenerat kull sena f’titoli tal-Gvern jew depożiti ta’ Fondi ta’ Self Nazzjonali. Dawn l-investimenti, ikklassifikati bħala assi kurrenti u ħafna drabi b’referenza bħala “titoli tal-Istat”, baqgħu ma′ RM wara t-trasferimenti tal-2001 u kienu jammontaw għal GBP 1 800 miljun fil-31 ta’ Marzu 2002. Fuq direzzjonijiet tal-awtoritajiet tar-Renju Unit, fit-30 ta’ Jannar 2003, taħt it-taqsima 72 tal-Att dwar l-Uffiċċju Postali tal-2000, RM qiegħdet dawn l-assi f’riserva speċjali (“ir-riserva postali”) sabiex ikunu użati biex jiffinanzjaw miżuri speċifiċi kif ordnat.

2.3.   Il-miżuri kkonċernati fil-proċedura ta’ investigazzjoni

2.3.1.   Is-self tal-2001

(19)

Fi Frar tal-2001, l-awtoritajiet tar-Renju Unit għamlu self ta’ GBP 500 miljun lil RM sabiex tiffinanzja akkwisti barranin għall-kummerċ tal-posta u tal-pakketti. Is-self għandu jitħallas bejn l-2021 u 2025 u għandu rata ta’ imgħax medja ta’ madwar 5,8 %. L-awtoritajiet tar-Renju Unit iddikjaraw f’korrispondenza mal-Kummissjoni li dan is-self kien fuq termini kummerċjali, u li huma segwew parir mill-konsulenti maħsub sabiex jiżgura li dan ikun il-każ. Is-sigurtà fuq is-self kienet l-ishma ta’ RM fil-General Logistics Systems International Holdings BV u ċerti assi oħra ta’ RM. Is-self ma kienx iddikjarat lill-Kummissjoni.

2.3.2.   Il-faċilitajiet ta’ self

(20)

Fl-2003, l-awtoritajiet tar-Renju Unit għamlu diversi faċilitajiet ta’ self disponibbli lil RM sabiex tiffinanzja l-“pjan ta’ tiġdid” tagħha (inkluż ir-ristrutturazzjoni ta’ Parcelforce). Dawn il-faċilitajiet, deskritti mill-awtoritajiet tar-Renju Unit bħala pakkett kummerċjali, kienu negozjati bejn RM u l-awtoritajiet tar-Renju Unit u kkonsistew f’faċilità ta’ self ta’ GBP 544 miljun mill-Fond Nazzjonali tas-Self (“NLF”) assigurat fuq bilanċi akkumulati ta’ kontanti ta’ RM (b’mod partikolari l-fondi allokati lir-riserva tal-posta) u l-akkwist mill-awtoritajiet ta’ żewġ bonds maħruġa minn RM (wieħed ta’ GBP 300 miljun u wieħed ta’ GBP 200 miljun). Għal darb’oħra, l-awtoritajiet tar-Renju Unit iddikjaraw f’korrispondenza mal-Kummissjoni li dawn il-faċilitajiet ta’ self kienu fuq termini kummerċjali, u li huma segwew parir minn konsulenti mqabbda biex jassiguraw li jseħħ dan. Huma infurmaw lill-Kummissjoni wkoll li sa Ottubru 2006 dawn il-faċilitajiet ta’ self ma kinux inġibdu, minbarra GBP 50 miljun għall-ittestjar tal-proċess ta’ ġbid ta’ fondi li kienu mħallsa lura f’7 ijiem, u li l-faċilità ta’ GBP 200 miljun sa dak iż-żmien kienet laħqet skadiet. Miżati tal-impenn ta’ madwar GBP 2,5 miljun kienu madankollu mħallsa minn RM. Dawn il-faċilitajiet tas-self ma kinux notifikati lill-Kummissjoni.

(21)

F’Mejju 2006, l-awtoritajiet tar-Renju Unit iddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jestendu l-faċilitajiet ta’ self li jibqa’ u li jżidu l-livell tagħhom minn GBP 844 miljun għal GBP 900 miljun. L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw fil-31 ta’ Ottubru 2006 li t-termini preċiżi ta’ din l-estensjoni kienu għadhom qed ikunu ffinalizzati iżda l-intenzjoni kienet li tkun fuq termini kummerċjali u li s-self ma jkunx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

2.3.3.   Il-kontijiet f′idejn terzi tal-pensjonijiet

(22)

Fl-2006, l-awtoritajiet tar-Renju Unit iddeċidew li joħorġu GBP 850 miljun mill-bilanċ tal-kontanti li kien baqa′ fir-riserva postali fir-RM sabiex iwaqqfu “kont f′idejn terzi”, li jistgħu jinġibdu l-flus minnu għal Royal Mail Pension Plan (“RMPP”) f’ċerti ċirkostanzi jekk RM tfalli bħala negozju. L-isfond ta’ din il-miżura kien li diversi skemi ta’ pensjoni ta’ RM, li minnhom RMPP hija bil-wisq l-ikbar, uriet defiċit totali (eċċess ta’ piżijiet proġettati fuq assi, fuq ċerti assunzjonijiet prudenzjali) ta’ GBP 5 600 miljun fil-kontijiet tagħha tal-2005/2006, fejn għall-ewwel darba dan id-defiċit kien inkluż fil-karta tal-bilanċ ta’ RM. Ir-RMPP, bħal skemi oħra ta’ pensjonijiet tax-xogħol fir-Renju Unit, hija skema ffinanzjata li hija mitluba li żżomm assi fir-rigward tar-responsabbiltajiet tagħha. Skont l-awtoritajiet tar-Renju Unit, RM ma tkunx kapaċi tħallas dan id-defiċit malajr u timmodernizza l-kumpanija fl-istess ħin, skont il-flussi tal-kontanti pproġettati. Il-kont għalhekk jippermetti lil RM biex jaqbel mal-amministraturi tal-RMPP għal perjodu itwal għall-ħlas tad-defiċit u għalhekk inaqqas il-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet tiegħu fis-snin tal-bidu. L-awtoritajiet tar-Renju Unit iddikjaraw li huma jemmnu li l-użu tar-riżerva tal-posta għal dan l-għan huwa fl-aħjar interessi kummerċjali ta’ RM, u li billi jippermettu lil RM jikkompleta l-pjan strateġiku tiegħu huma jġibu żieda fil-valur tas-sehem tal-awtoritajiet tar-Renju Unit. il-kont f′idejn terzi u l-estensjoni tal-faċilitajiet tas-self, l-awtoritajiet tar-Renju Unit jiddikjaraw li hemm possibbiltà li l-valur tal-azzjonist ikun imħassar u mhux imtejjeb, u li huma għalhekk qed jaġixxu b’mod kummerċjali.

2.3.4.   Is-self ġdid mill-azzjonist ta’ GBP 300 miljun

(23)

Fit-8 ta’ Frar 2007, l-awtoritajiet tar-Renju Unit iddikjaraw il-qbil tagħhom li jipprovdu lil RM b’self mill-azzjonist ta’ GBP 300 miljun. Dan is-self ma kienx notifikat lill-Kummissjoni. Kien ċar mit-termini tad-dikjarazzjoni li dan is-self huwa parti minn pakkett ta’ miżuri bil-kont f′idejn terzi tal-pensjonijiet u l-faċilità tas-self.

2.4.   Raġunijiet għall-inizjazzjoni tal-proċedura

(24)

Fid-deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-argumenti miġjuba mill-awtoritajiet tar-Renju Unit li l-miżuri ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għax kien provduti fuq termini kummerċjali u għalhekk ma pprovdew ebda vantaġġ lil Royal Mail. Il-kummerċ tal-kunsinna ta’ ittri u pakketti huwa internazzjonali u l-Kummissjoni temmen li vantaġġ selettiv favur RM jew Parcelforce jgħawweġ il-kompetizzjoni u jaffettwa n-negozju bejn l-Istati Membri. Il-miżuri kienu kollha mogħtija minn fondi taħt il-kontroll dirett tal-Istat u għalhekk kienu jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat. Il-miżuri kienu kollha imputabbli lill-Istat u kienu selettivi peress li kienu mogħtija biss lil RM. Għalhekk jekk ipprovdew vantaġġ lil Royal Mail ikunu jissodisfaw il-kriterji biex ikunu kkunsidrati bħala għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni evalwat il-kwistjoni ta’ vantaġġ fir-rigward tal-miżuri li fuqhom fetħet il-proċedura.

2.4.1.   Is-self tal-2001

(25)

Kif imsemmi fil-premessa (19), is-self tal-2001 għandu jitħallas bejn l-2021 u 2025 u għandu rata ta’ imgħax medja ta’ madwar 5,8 %. Dan huwa b’mod sinifikanti iktar baxx mir-rata ta’ referenza applikabbli għar-Renju Unit fl-2001 (7,06 %), meta r-Renju Unit informa preċedentement lill-Kummissjoni li s-self kien mogħti. L-awtoritajiet tar-Renju Uniti pprovdew ċerta evidenza li, dak iż-żmien, il-kurva tal-qligħ fir-Renju Unit kienet nieżla ’l isfel u li għalhekk ir-rati tal-imgħax għal dan is-self għal terminu twil setgħu jkunu iktar baxxi mir-rata ta’ referenza (li dak iż-żmien kienet ibbażata fuq rati ta’ ħames snin) mingħajr ma jiksru l-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq. Madankollu, din l-evidenza dehret li tindika wkoll li parti mis-self kien mogħti fl-1999 u fl-2000. Dan mhux biss ikkontradixxa informazzjoni preċedenti, iżda involva perjodu meta r-rata ta’ referenza kienet ogħla minn hekk (7,64 % fl-2000). Il-Kummissjoni osservat ukoll li, għall-inqas fl-2001, il-prestazzjoni finanzjarja ta’ Royal Mail kienet bdiet tonqos. Dan normalment ikun rifless fit-termini ta’ kwalunkwe self. Għal dan l-għan, fl-evalwazzjoni ta’ self lil kumpanija f’diffikultajiet finanzjarji, il-Kummissjoni tista’ tuża rata ogħla mir-rata ta’ referenza bħala punt ta’ paragun.

2.4.2.   Il-faċilitajiet tas-self

(26)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit kienu infurmaw lill-Kummissjoni li sa Ottubru 2006 l-faċilitajiet tas-self mogħtija fl-2003 ma kienux inġibdu. Madankollu, ma setax ikun konkluż minn dan il-punt biss li l-faċilitajiet tas-self ma pprovdew ebda vantagġ, peress li d-disponibbiltà tal-faċilitajiet tas-self kellhom ‘valur ta’ alternattiva’ għall-kumpannija. Ma setax ikun magħruf fl-2003 li ma kinux se jinġibdu. It-termini tal-faċilitajiet tas-self għalhekk hemm bżonn li jkunu stmati bl-istess mod bħas-self tal-2001. Jista’ jkun osservat li dawn il-faċilitajiet ta’ self kienu konnessi mal-pjan ta’ tiġdid ta’ RM.

(27)

Is-self GBP ta’ 544 m mill-NLF kien mogħti fuq “25 punt bażi ’l fuq mil-Libor jew titoli rilevanti tal-Istat” (6). Għandu jkun osservat li r-rata ta’ referenza hija stabbilita bħala 75 punti ’l fuq minn interbank swap rate. L-awtoritajiet tar-Renju Unit iġġustifikaw il-marġini baxx b’referenza għas-sigurtà provduta, jiġifieri r-riservi tal-kontanti ta’ RM. Madankollu, l-Kummissjoni osservat li dawn ir-riservi jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat li fuqhom l-awtoritajiet tar-Renju Unit kellhom kontroll permezz ta’ leġiżlazzjoni speċifika. Il-Kummissjoni għalhekk staqsiet jekk l-użu tagħhom bħala titoli setax neċessarjament ineħħi dubji dwar il-karattru ta’ għajnuna tal-miżura. Hija osservat li kieku s-self kellu iinġibed, iffrankar ta’ 50 punt bażi kien ikun ħafna akbar mill-valur tal-ħlasijiet tal-impenn li kienu mħallsa minn RM.

(28)

Il-bonds ta’ GBP 300 miljun u GBP 200 miljun kienu maħruġa b’rati ta’ 50 u 200 punt bażi ’l fuq mit-“titoli rilevanti tal-Istat”. L-ikbar bond kien assigurat permezz ta’ floating charge fuq l-assi kollha ta’ RM filwaqt li l-iżgħar waħda kellha sigurtà iktar baxxa. Il-marġni ta’ 50 punti bażi ogħla mir-rata bbażata fuq titoli tal-Gvern (li huma tipikament iktar baxxi minn rati interbankarji) jimplika li s-self ta’ GBP 300 miljun seta’ kien b’rata iktar baxxa mir-rata ta’ referenza tal-Kummissjoni.

(29)

L-awtoritajiet tar-Renju Unit infurmaw lill-Kummissjoni fil-31 ta’ Ottubru 2006 li t-termini li fuqhom il-faċilitajiet tas-self tal-2003, li kienu għadhom eżistenti f’Ottubru 2006 (jiġifieri s-self ta’ GBP 544 m tal-Fondi tas-Self Nazzjonali u l-bond ta’ GBP 300 miljun), kellhom ikunu estiżi kienu għadhom qed ikunu negozjati iżda li huma kienu qed ifittxu parir minn konsulenti sabiex jiżguraw li t-termini kienu kummerċjali.

2.4.3.   Il-kontijiet f′idejn terzi tal-pensjonijiet

(30)

Skont l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, effett wieħed tal-kont f′idejn terzi kien li jnaqqas il-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet li RM għandu jagħmel lil RMPP sabiex iħallas id-defiċit tiegħu fis-snin tal-bidu. Il-Kummissjoni osservat li dan kien indikazzjoni li l-miżura tista’ tipprovdi vantaġġ lil RM u għalhekk tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni kellha dubji dwar l-argument li l-miżura tista’ tkun ġustifikata bħala l-intervent ta’ investitur fl-ekonomija tas-suq, li ma kienx appoġġjat minn projezzjonijiet jew minn analiżi finanzjarja.

(31)

Il-Kummissjoni identifikat tliet punti li se tikkunsidra. Peress li l-fondi ta’ riserva fir-riserva diġà kienu miżmuma f′Royal Mail u fuq il-karta tal-bilanċ tagħha, punt minnhom kien jekk il-ħolqien ta’ kont f′idejn terzi jistax ikun ikkunsidrat bħala deċiżjoni kummerċjali minn RM minkejja l-involviment tal-awtoritajiet tar-Renju Unit, li qam permezz tas-sistema legali applikabbli partikolari. It-tieni punt, fir-rigward tal-poteri partikolari meħuda mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fuq dawn ir-riservi, kien jekk azzjonist li jaġixxi kummerċjalment jaqbilx ma′ dan l-użu tal-ekwità tal-azzjonisti. It-tielet punt, b’kunsiderazzjoni li l-użu tar-riservi għall-miżura tal-pensjoni jitlob li l-awtoritajiet jiffinanzjaw il-miżuri POL mill-baġit tal-istat, kien jekk azzjonist ikunx jaqbel li jġib ekwità ġdida sabiex jiġi ffinanzjat kont f′idejn terzi ta’ dan it-tip.

2.4.4.   Is-self ġdid mill-azzjonist ta’ GBP 300 miljun

(32)

It-termini tas-self ma kinux komunikati lill-Kummissjoni fil-ħin tal-ftuħ tal-investigazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ma setgħetx tevalwa jekk it-termini tiegħu kinux jinkludu għajnuna. B’kunsiderazzjoni tal-fatt li s-self kien parti minn pakkett ta’ miżuri fejn il-Kummissjoni ma kinitx warrbet id-dubji tagħha li għajnuna mill-Istat tista’ tkun involuta, it-termini tas-self ma setgħu, f’ebda każ, ikunu evalwati indipendentement.

2.4.5.   Kompatibbiltà ta’ kwalunkwe għajnuna mill-Istat

(33)

Il-Kummissjoni esprimiet dubji wkoll dwar, jekk kienu fil-fatt jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, il-miżuri jistgħux jinstabu kumpatibbli mas-suq komuni. Hija osservat li l-bażi legali tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat ma kienx jidher li huwa disponibbli anki jekk RM għandu f’idejh servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. Is-self u l-faċilitajiet tas-self kienu espressament konnessi mill-awtoritajiet tar-Renju Unit ma’ proġetti oħra mhux mal-provvista ta’ dawn is-servizzi, jiġifieri l-akkwisti barranin ta’ RM u l-pjan ta’ tiġdid adottat fl-2003. Il-kont f′idejn terzi tal-pensjonijiet bl-istess mod ma kien konness ma ebda servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali mwettaq minn RM.

(34)

L-unika bażi għall-kompatibbiltà ta’ dawn il-miżuri, jekk jinkludu għajnuna mill-Istat, deher li kien l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat. Madankollu, il-miżuri ma dehru li jikkonformaw ma′ ebda waħda mir-regoli li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ dak is-sub-paragrafu li Kummissjoni ppromulgat s’issa. Kieku għajnuna mill-Istat kienet involuta, il-Kummissjoni ddubitat allura jekk dawn il-miżuri kinux ikunu kumpatibbli mas-suq komuni.

3.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

3.1.   Deutsche Post

(35)

Deutsche Post ikkummentat li l-investigazzjoni kopriet biss parti mill-għajnuna mogħtija lil Royal Mail fis-snin riċenti. Il-Kummissjoni kienet approvat serje sħiħa ta’ miżuri ta’ għajnuna mir-Renju Unit li rriżultaw fil-fatt li tkun l-ikbar reċipjent ta’ għajnuna fis-settur postali (wara Poste Italiane) fis-snin riċenti. DPAG semmiet li, minkejja dawn il-miżuri kollha, il-fornitur tas-servizz liberalizzat tal-kunsinna tal-pakketti ta’ Royal Mail, Parcelforce, kien għal ħafna snin qed jagħmel telf kbir. Peress li fl-istess ħin Royal Mail ma kinitx qalgħet biżżejjed dħul mill-kumpaniji l-oħra tagħha sabiex tpatti għal dan it-telf, dan għandu neċessarjament ikun kopert minn riżorsi tal-Istat. Skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2002 (kawża C 61/99, Deutsche Post AG (7)), dan it-telf tal-kumpens jikkostitwixxi għajnuna mill-istat li mhix kumpatibbli mas-suq komuni. DPAG iddispjaċiha li l-Kummissjoni ma kinitx ikkunsidrat dan il-fatt, li DPAG diġà enfasizzat fl-ilment tagħha tat-3 ta’ Diċembru 2002, f’dawn il-proċedimenti.

(36)

Fir-rigward tas-self tal-2001, DP osservat li f’Jannar 1999 Royal Mail akkwistat il-fornitur tas-servizz tal-pakketti Ġermaniż German Parcel GmbH (“German Parcel”) għal EUR 424 miljun. Fil-ħarifa tal-1999 German Parcel GmbH saret parti mis-Sistema Ġenerali tal-Loġistika (“GLS”) ġdida. GLS għamlet ħafna akkwisti fis-suq Ewropew. Matul il-perjodu 2000-2003, Royal Mail ma ġġenerat kważi ebda profitt biex minnhom tiffinanzja dawn l-akkwisti. Jekk is-self li jiffinanzja dawn l-akkwisti kien mogħti fuq termini li dak iż-żmien ma setgħux ikunu akkwistati fis-suq, allura tkun involuta għajnuna mill-Istat illegali li għandha tkun imħallsa lura.

(37)

Fir-rigward tal-faċilitajiet tas-self, DPAG ikkunsidrat li huwa diffiċli tifhem għaliex Royal Mail ma ffinanzjatx it-tiġdid tal-infrastruttura postali tagħha mid-dħul tagħha tas-snin riċenti (skont iċ-ċifri tagħha, fis-sena finanzjarja 2005/2006 Royal Mail kellha profitt operattiv ta’ GBP 355 miljun). Ir-regolatur Postcomm diġà kien ħa l-obbligi tas-servizz universali tal-kumpannija estensivament inkunsiderazzjoni fl-approvazzjonijiet tiegħu tar-rati. Kien hemm biża’ għalhekk li l-effett ġenerali tal-ħafna miżuri ta’ sostenn fil-forma ta’ pagamenti diretti mill-Istat, self u miżuri approvati ta’ ipprezzar kienu li jingħata kumpens żejjed għall-ispejjeż tas-servizz universali b’tali mod li ma jkunx ammissibbli taħt regoli ta’ għajnuna mill-istat. Dan jista’ b’mod apprezzabbli jaffettwa l-kompetizzjoni fis-suq tal-ittri, pakketti u kurrier espress fir-Renju Unit, fejn DPAG kisbet dħul mill-bejgħ li jaqbeż l- EUR 1 000 miljun fl-2006.

(38)

DPAG ħeġġet lill-Kummissjoni biex tissuġġetta l-miżuri tal-għajnuna mill-istat imsemmija fid-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedimenti għal eżami kritiku fl-isfond tal-ħafna miżuri ta’ sostenn mill-istat diġà approvati għal Royal Mail b’mod partikolari.

3.2.   TNT Post UK Limited

(39)

Bħala l-ewwel risposta għall-ftuħ ta’ proċedura, TNT Post UK Ltd (“TNT”) appoġġjat totalment l-investigazzjoni bħala Membru tal-Forum tal-Kompetizzjoni tal-Posta li ssottomettiet ilment dwar il-miżura tal-pensjonijiet. Bħala parteċipant fis-suq, kienet direttament affettwat minn kwalunkwe forma ta’ ffinanzjar magħmul fuq kull ħaġa minbarra termini kummerċjali skont il-prinċipju tal-arm′s length. Dan l-iffinanzjar kien ifisser li Royal Mail hija f’pożizzjoni li żżomm il-prezzijiet tagħha baxxi b’mod artifiċjali, u għalhekk inaqqas il-kapaċità ta’ TNT li tikkompeti.

(40)

TNT osservat mill-kontijiet interim ta’ Royal Mail Group Limited (qabel plc) li “Royal Mail Group plc hija inadempjenti fil-faċilitajiet ta’ self tagħha mal-Gvern, iżda rċeviet rinunzji formali mid-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industrija, fil-kapaċità tiegħu ta’ min isellef.” TNT ddikjarat li, f’dawn il-kundizzjonijiet, ebda entità kummerċjali li ssellef ma tkun lesta li toffri ammonti oħra sakemm it-termini ma jirriflettux b’mod adegwat iż-żieda fir-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ imgħax jew nuqqas ta’ ħlas lura tal-kapital. TNT osservat ukoll li, f’dokument ta’ Royal Mail bid-data Marzu 2007, imsemmi “Il-pożizzjoni ta’ Royal Mail fuq ir-reviżjoni interim”, Royal Mail ikkonfermat li l-iffinanzjar mill-ġdid kien interdipendenti mal-ħlas tal-kontroll tal-prezz u l-iffinanzjar tad-defiċit tal-pensjoni fi 17-il sena. TNT rat dan bħala perjodu bħala twil wisq u, kieku kellu jirriżulta li l-iffinanzjar sar fuq termini ta’ investitur jew min isellef mhux kummerċjali, dan kien jindika li dan il-perjodu ta’ rkupru huwa twil wisq. Konsegwentement, il-limiti fuq il-kontroll tal-prezzijiet stabbiliti mir-regolatur postali Postcomm kienu jkunu stabbiliti fuq livell baxx wisq. Bħala kompetitur, TNT qalet li kienet affettwata direttament mil-limiti tal-prezzijiet fuq il-posta kummerċjali li kienu stabbiliti fuq livell li jassumi ffinanzjar mill-gvern u perjodu ta’ rkupru twil wisq għad-defiċit tal-fond tal-pensjoni.

(41)

TNT għamlet sottomissjoni oħra li waslet ħafna wara l-iskadenza uffiċjali għall-kummenti iżda li l-Kummissjoni kkunsidrat xorta, minkejja dan. TNT kienet wettqet analiżi taż-żewġ sorsi ta’ ffinanzjar mill-gvern magħmula disponibbli għal Royal Mail, jiġifieri (i) iffinanzjar permezz ta’ self u (ii) ir-rilaxx ta’ riservi kkontrollati mill-gvern f’kont f′idejn terzi aċċessibbli mid-depożitarji tal-fond tal-pensjoni ta’ Royal Mail. Il-konklużjoni ta’ TNT kienet li ż-żewġ riżorsi ta’ ffinanzjar ma kinux ikunu magħmula minn investitur kummerċjali.

(42)

Rigward is-self tal-2001, dan kienu mogħti bħala self mhux assigurat fi Frar 2001 b’dewmien viċin ta’, bħala medja, 21 sena u rata ta’ imgħax fissa ta’, bħala medja, 5,84 %. Fix-xahar tal-ħruġ tas-self, ir-rata ta’ skambju ta’ 20 sena (versus GBP-Libor) kienet ta’ medda ta’ bejn 5,87 % u 6,12 %. Minn dan, wieħed jista’ jikkonkludi li s-self mill-Istat kien konkluż bi skont mir-rati prevalenti interbankarji filwaqt li taħt ċirkustanzi normali dejn mhux assigurat tal-kumpaniji jħallas firxa tal-kreditu ogħla mir-rati interbankarji. Li dan jgħodd ukoll għal Royal Mail huwa ppruvat mill-firxa tal-kreditu ta’ 0,25 % ’l fuq mil-Libor li banek kummerċjali imponew fuq Royal Mail għas-self b’dewmien ħafna inqas. TNT osservat ukoll li l-firxiet tal-kreditu jżidu b’mod sinifikanti għal maturitajiet iktar fit-tul. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, huma jikkonkludu li parti kummerċjali ma kinitx tidħol għas-self ta’ GBP 500 miljun ma’ Royal Mail fuq il-kundizzjonijiet ippubblikati. Fil-fatt, self mogħti fuq termini tas-suq skont il-prinċipju tal-arm′s length kien jippreżenta rata ta’ imgħax sostanzjalment ogħla.

(43)

Fir-rigward tal-bonds maħruġa fl-2003 (jiġifieri, il-faċilitajiet tas-self), TNT rat is-sitwazzjoni ftit differenti peress li deher li l-bonds kienu assigurati minn assi ta’ Royal Mail. Skont is-saħħa ta’ dawn l-assi (li, fuq bażi tal-informazzjoni disponibbli, dehru li huma pjuttost b’saħħithom) il-firxa ’l fuq mil-Libor tkun mistennija li tkun imnaqqsa. Huwa biss l-ammont ta’ dan it-tnaqqis li jqajjem dubji iżda peress li ma kienx ċar għal TNT x’rata Royal Mail kienet attwalment qed tħallas, kien diffiċli li wieħed jiddetermina jekk minn perspettiva kummerċjali dan jistax ikun ġustifikat kemm minn Royal Mail u kif ukoll mill-Gvern tar-Renju Unit.

(44)

Fir-rigward tas-self mogħti fl-2007, TNT osservat li ma kienx possibbli li wieħed jiddetermina l-kummerċjalità tat-termini għax ma kinux magħrufa pubblikament u, ukoll, għax is-self kien apparentament marbut mal-kont f′idejn terzi u l-faċilità ta’ self eżistenti. Madankollu, r-rinunzja ta’ klawżoli ta’ inadempjenza taħt faċilitajiet eżistenti (kif kien ikkonfermat mill-kontijiet regolatorji ta’ nofs is-sena ta’ Royal Mail (8), fin-nota 3 f′paġna 18 “Royal Mail Group plc għandha responsabbiltajiet netti fl-24 ta’ Settembru 2006, primarjament bħala riżultat tad-defiċit tal-pensjoni fil-pjan ewlieni tal-pensjoni tagħha, il-Royal Mail Pension Plan. Konsegwentement, Royal Mail qed tikser il-faċilitajiet ta’ self tagħha mill-Gvern, iżda rċeviet rinunzji formali mid-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industrija, fil-kapaċità tiegħu bħala entità li ssellef”) u l-għoti ta’ finanzjament ta’ self addizzjonali kien xi ħaġa li parti kummerċjali taħt ċirkostanzi normali ma kinitx tagħmel.

(45)

Fir-rigward tal-miżura tal-pensjonijiet, TNT staqsiet jekk, fl-inkorporazzjoni ta’ Royal Mail f’Marzu 2001, it-trasferiment ta’ assi mhux kummerċjali u ekwità relatata magħrufin bħala “riservi postali” kienx kummerċjali. Skont TNT, azzjonist kummerċjali wisq probabbli ma kienx jistabbilixxi kumpannija li kienet tinkludi ass ta’ self (fejn id-debitur kien l-azzjonist) u mbagħad jipprovdi kontribuzzjoni simili f’ekwità. TNT ikkummentat li meta l-operatur Olandiż KPN kien “privatizzat” fl-1989, ftehim simili kien fis-seħħ iżda l-karta tal-bilanċ tal-ftuħ ta’ KPN fl-1989 bħala NV. Olandiża ma kinitx tinkludi la l-assi u lanqas ir-riservi assoċjati.

(46)

Skont TNT, it-trasferiment fil-kont f′idejn terzi mill-awtoritajiet tar-Renju Unit iservi ta′ garanzija lejn il-pension trust, li tiegħu l-benefiċċju għal Royal Mail ikun li tkun tista’ tirkupra d-defiċit fuq perjodu ta’ ffinanzjar itwal u li tuża l-fondi tagħhom stess biex issaħħaħ in-negozju tagħhom. Kieku Royal Mail kellha tiffinanzja d-defiċit mill-ewwel, skont jekk ir-responsabbiltà għall-pensjonijiet fil-karta tal-bilanċ kinux diġà jirriflettu dan id-defiċit, kienu jkunu affaċċjati b’telf sostanzjali u tnaqqis ta’ ekwità u, forsi b’mod iktar importanti, tnaqqis tal-fondi. F’kondizzjonijiet tas-suq normali, jekk kumpanija jkollha bżonn fondi, tista’ tissellef mis-suq tad-dejn jew tgħolli kapital addizzjonali fis-swieq tal-ekwità. Fil-każ ta’ Royal Mail, deher li kien hemm it-tielet possibbiltà, jiġifieri, qbil dwar limitu tal-prezz iktar baxx fil-kontroll tal-prezz tagħha mar-regolatur. Il-prezzijiet setgħu jiżdiedu b’livell sustanzjali mingħajr ma jilħqu livelli għoljin b’mod abbużiv. Peress li l-kunsens ta’ Royal Mail kien meħtieġ sabiex jagħti effett għall-kontroll tal-prezzijiet, din kienet materja fil-poter ta’ Royal Mail u possibbiltà li kienet magħrufa mill-azzjonist tagħha.

(47)

TNT kkummentat li biex jiżdiedu l-flus fis-suq tad-dejn, min jissellef għandu bżonn argument konvinċenti li jkun jista’ jħallas lura d-dejn minn flussi ta’ kontanti futuri. Sabiex iżżid il-flus fis-suq tal-ekwità, kumpanija għandha bżonn argument iktar konvinċenti li se tiġġenera redditu sinifikanti għall-azzjonist fuq il-kontribuzzjoni tal-kapital totali investit. Bħala l-unika azzjonist ta’ Royal Mail, il-Gvern tar-Renju Unit kellu jwettaq l-investigazzjonijiet kollha neċessarji sabiex jissodisfa lilu nnifsu li Royal Mail tkun f’kundizzjoni finanzjarja aħjar li kieku kellha tkun awtorizzata tikkompleta l-pjan strateġiku tagħha. Il-punt kritiku kien jekk it-twettiq ta’ iktar investiment permezz tar-rilaxx ta’ fondi minn riservi kienx jagħmel sens kummerċjalment jew kienx ifisser li qed iqiegħed “flus tajba wara dawk ħżiena”. Analiżi ċara ħafna dwar ir-redditu li għandu jkun miksub mill-investiment addizzjonali tkun importanti ħafna għal kwalunkwe deċiżjoni bħal din. Fin-nuqqas ta’ evidenza ċara li turi li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni – awtorizzat permezz tar-rilaxx tal-fondi mir-riservi – jikseb redditu kummerċjali fuq dan l-investiment għall-azzjonist, TNT kienet temmen li d-deċiżjoni kienet tkun meħuda fuq termini mhux kummerċjali.

4.   KUMMENTI MIR-RENJU UNIT

4.1.   Is-self tal-2001

(48)

Fir-rigward tas-self tal-2001, Ir-Renju Unit iċċara li l-oriġini tas-self kien fl-1999 meta l-Gvern qabel mal-istrateġija ta’ Royal Mail biex tagħmel ċerti akkwisti sabiex tgħin il-kompetittività tan-negozju ewlieni ta’ Royal Mail. Fi qbil ma’ din l-istrateġija, l-awtoritajiet ikkunsidraw b’mod partikolari r-redditu previst mistenni hekk kif Royal Mail ħadmet biex tikseb l-għan strateġiku tagħha. Sal-ħames sena tal-istrateġija ġenerali tagħha għall-akkwist, Royal Mail kienet qed tipprevedi tkabbir fil-fatturat ta’ 40 % u żieda ta′ 210 % fil-profitti. F’diskussjonijiet dwar l-iffinanzjar tal-akkwisti, u b’mod partikolari l-akkwist ta’ German Parcel li rrappreżenta l-ewwel akkwist barrani kbir ta’ Royal Mail, l-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw li xtaqu li Royal Mail tiffinanzja din it-tranżazzjoni (u tranżazzjonijiet futuri) permezz ta’ self mill-NLF tal-Gvern b’rati kummerċjali. Dan irrifletta l-intenzjoni tal-Gvern li jimponi dixxipplini kummerċjali fuq Royal Mail u wkoll li jiżgura li tikkompeti b’mod ġust ma’ operaturi postali oħrajn fis-settur postali waqt li s-suq kien gradwalment miftuħ għal kompetizzjoni.

(49)

Peress li l-NLF ma kienx f’pożizzjoni li jipprovdi s-self fl-1999, il-Gvern tar-Renju Unit qabel li Royal Mail kellha tiffinanzja t-tranżazzjonijiet temporanjament permezz tal-użu ta’ riservi ta’ kontanti fuq il-karta ta’ bilanċ tagħha, skont politika tar-Renju Unit li entitajiet pubbliċi għandhom ġeneralment ma jissellfux minn swieq privati tal-kapital. L-imgħax fuq is-self tan-NLF kellu jkun applikat mid-dati (9) li fihom Royal Mail ġibdet mir-riservi tal-kontanti tagħha bħallikieku s-self kien fis-seħħ minn dak il-punt (kif oriġinarjament maħsub) sabiex iħalli lill-kumpanija newtrali għal ftehim ta’ ffinanzjar interim. Ir-Renju Unit ipprovda lill-Kummissjoni b’ittra bid-data tat-12 ta’ Jannar 1999 li permezz tagħha l-awtoritajiet tar-Renju Unit taw lil Royal Mail l-approvazzjoni tagħhom tal-akkwist ta’ German Parcel, li speċifikat kif l-iffinanzjar kellu jkun provdut.

(50)

Sabiex jikkunsidraw jekk l-akkwisti proposti minn Royal Mail kinux strateġikament u kummerċjalment sensibbli, l-awtoritajiet tar-Renju Unit ingaġġaw l-assistenza ta’ konsulent estern għall-akkwist ta’ German Parcel. Għal akkwisti sussegwenti li wkoll kienu ffinanzjati mis-self ta’ GBP 500 miljun u li kienu jirrikjedu l-kunsens tal-awtoritajiet tar-Renju Unit, kien mitlub parir minn Deloitte & Touche LLP (“Deloitte”), li evalwat kull akkwist fuq bażi individwali, qabel ma l-awtoritajiet tar-Renju Unit awtorizzaw li jitwettqu l-akkwisti kkonċernati. Deloitte ma taw parir kontra l-ebda wieħed mill-akkwisti.

(51)

Deloitte inżammet ukoll biex tgħin sabiex jiġu ddeterminati r-rati ta’ imgħax kummerċjali fuq pagamenti minn NLF lil Royal Mail u b’mod partikolari fuq ir-rata ta’ kreditu għal Royal Mail ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-affidabbiltà tagħha bħala negozju indipendenti, irrilevanti mill-pussess tal-Gvern. Deloitte evalwat ir-riskju ta’ kreditu ta’ RM bħala funzjoni ta’ riskji ta’ negozju u finanzjarji, u permezz tal-użu ta’ apparati użati għat-tqabbil tal-prodotti u ta′ proporzjonijiet finanzjarji, stabbiliet klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ bejn AA u AA. Deloitte irrakkomandat ukoll li r-rata ta’ imgħax imposta fuq Royal Mail tkun determinata permezz ta’ referenza għal rati għal emittenti valutati b′mod komparabbli bbażata fuq “indiċi” ta’ screen pricing ta’ firxiet għall-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbilita fuq bonds tal-Gvern bħala punt ta’ referenza. Fuq din il-bażi, il-firxa rilevanti imposta fuq Royal Mail kellha medda ta’ bejn 76 u 165 punti bażi.

(52)

Royal Mail talbet self għal terminu twil peress li, sabiex timplimenta l-istrateġija tagħha, kellha l-intenzjoni li żżomm in-negozju li akkwistat għal terminu twil. Fuq il-bażi tar-rati kummerċjali ta’ imgħax disponibbli dak iż-żmien (meta r-rati ta’ imgħax għal terminu twil kienu kunsiderevolment iktar baxxi mir-rati ta’ imgħax għal terminu qasir), Royal Mail talbet dewmien tas-self ta’ bejn 20 u 25 sena, kif xieraq, għall-akkwisti ta’ terminu twil ikkonċernati, li jippermettu li GBP 100 miljun mill-ammont totali msellef isir pagabbli lura f’kull waħda mis-snin mill-2021 sa 2025, minflok li Royal Mail tintalab tħallas lura l- GBP 500 miljun kollha f’sena waħda. Is-saffi tas-self kellhom maturitajiet differenti b’medda ta’ bejn 20 sa 25 sena li ma kienx mhux tas-soltu meta wieħed iqis il-ġibda relattiva tar-rati tal-imgħax għal terminu twil dak iż-żmien. Ir-rati ta’ self kienu bbażati fuq dejn rapportat, ukoll mhux assigurat, ta’ maturità ta’ 20 u 25 sena bi klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ AA u mbagħad rati annwali kienu interpolati sabiex tkun miksuba rata xierqa għas-self ta′ Royal Mail.

(53)

Ir-Renju Unit sostna li r-rati ta’ imgħax ta’ referenza tal-Kummissjoni ma kinux apparat li jqabbel il-prodotti validu għar-rati fuq is-self tal-2001, b’mod partikolari għax ir-rati tal-Kummissjoni huma bbażati fuq dati ta’ maturità ta’ ħames snin u s-self inkwistjoni kien jikkonsisti f’dejn għal terminu twil b’medda ta’ dati ta’ maturità bejn 20 u 25 sena, għax is-self mogħti lil Royal Mail kien jirrifletti rati kummerċjali disponibbli għal debituri għal terminu twil pożizzjonati b’mod simili, u għax il-kurva tal-qligħ tar-Renju Unit fl-1999-2000 (il-perjodu rilevanti għall-kalkolu tal-imgħax) kienet nieżla ’l isfel, u b′hekk kienet qed tagħmel lis-self għall-kumpanniji irħas.

(54)

Ebda sigurtà fuq is-self ma kienet ikkunsidrata neċessarja jew xierqa peress li l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Royal Mail kienet ikkunsidrata li hija AA għal faċilitajiet ta’ dejn ta’ sa GBP 1 000 miljun. Is-self propost xorta jżomm id-dejn għal terminu twil ta’ Royal Mail f’dan il-livell u waħdu jinkludi l-maġġoranza sostanzjali tad-dejn ta’ Royal Mail b’maturità ta’ iktar minn sena. Fl-istess ħin li kienu qed jinnegozjaw il-faċilitajiet tad-dejn tal-2003, madankollu, l-awtoritajiet tar-Renju Unit iddeċidew li jiddikjaraw mill-ġdid is-self tal-2001 ta’ GBP 500 miljun b′dokument b’forma simili għall-arranġamenti tal-2003. Dan id-dokument il-ġdid ma biddilx l-ammont tas-self, id-dewmien tas-self jew ir-rati ta’ imgħax applikabbli iżda, skont iż-żieda ġenerali fid-dejn tal-kumpanija, is-sigurtà fuq l-ishma ta’ GLS mogħtija taħt il-faċilitajiet il-ġodda kien estiż ukoll sabiex ikopri s-self tal-2001. Fl-istess ħin, is-self kien assigurat permezz ta’ taxxa fissa u floating charge fuq ċerti assi ta’ Royal Mail.

4.2.   Il-faċilitajiet tas-self

4.2.1.   Il-faċilitajiet mogħtija fl-2003

(55)

Ir-Renju Unit ipprovda iktar dettalji dwar il-faċilitajiet ta’ self magħmula disponibbli fl-2003. It-termini kienu jitolbu li s-self ikun appoġġjat minn sigurtà fuq uħud mid-depożiti tal-kontanti miżmuma fuq il-karta ta’ bilanċ ta’ Royal Mail u kienu għalhekk dejn ta’ riskju speċjalment baxx li jiġġustifika marġni ta’ […] (*1). B’risposta għall-osservazzjoni tal-Kummissjoni li dawn id-depożiti tal-kontanti kienu jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat li fuqhom l-awtoritajiet tar-Renju Unit kellhom kontroll permezz ta’ leġiżlazzjoni speċifika, li l-użu tagħhom bħala sigurtà seta’ għalhekk mhux neċessarjament ineħħi dubji dwar il-karattru ta’ għajnuna tal-miżura, l-awtoritajiet tar-Renju Unit iddikjaraw li kienu qed jippruvaw jiksbu l-użu tad-depożiti tal-kontanti u assi oħrajn tal-kumpanija b’mod li jirrifletti l-prinċipji kummerċjali sabiex dixxiplini effettivi jitqiegħdu fuq il-kumpanija fir-rigward tal-faċilitajiet. L-awtoritajiet ordnaw lil Royal Mail, permezz tal-użu tal-poteri taħt taqsima 72 tal-Att dwar is-Servizzi Postali tal-2000, tħallas id-depożiti tal-kontanti tagħha man-NLF iġġenerati mill-profitti akkumulati tan-negozju (li jammontaw għal madwar GBP 1 800 miljun) għal riserva speċjali fuq il-karta ta’ bilanċ ta’ Royal Mail (ir-Riserva Postali). Ftehim b’ittra separata ppermetta li GBP 549 m mir-riserva jkunu użati bħala sigurtà għall-faċilitajiet tas-self ta’ GBP 544 m ma′ NLF.

(56)

B’risposta għad-domandi tal-Kummissjoni rigward il-miżata ta’ impenn imħallsa minn Royal Mail għall-faċilitajiet ta’ self ta’ NLF, ir-Renju Unit iċċara li l-miżata ta’ impenn annwali f’dan il-każ kienet […] punti bażi tal-valur tas-self, jiġifieri, […] % tal- […] marġni tal-punti bażi imposti ’l fuq mil-Libor. Huma ddikjaraw li l-konvenzjoni tas-suq hija li miżati ta’ impenn ikunu ġeneralment 50 % jew inqas tal-marġni ’l fuq mil- Libor, u kienu ppreżentati eżempji sabiex juru dan il-punt. Marġni relattivament baxxi – madwar 50 punt bażi jew inqas – kienu komuni għal dejn ogħla f’dan il-perjodu. B’kunsiderazzjoni tal-fatt li d-disponibbiltà tal-faċilitajiet l-oħra (il-bonds) kienet kundizzjonali fuq l-approvazzjoni mill-Parlament tal-provvista ta’ fondi għad-dipartiment rilevanti tal-Gvern f’tali ħin li kienet teħtieġ il-fondi sabiex tixtri l-bonds li għandhom ikunu maħruġa minn Royal Mail, miżata ta’ impenn għal dawn il-faċilitajiet l-oħrajn ma kinitx xierqa peress li l-faċilitajiet qatt ma kienu attwalment kommessi lil Royal Mail. Il-prattika tas-suq, f’kuntest ta’ self privat, hija li miżata ta’ impenn tkun imħallsa biss ladarba min isellef ikun kiseb l-approvazzjonijiet interni meħtieġa kollha sabiex il-flus ikunu formalment marbuta ma’ (u disponibbli mingħajr kundizzjonijiet) min jissellef.

(57)

Ir-Renju Unit iddeskriva wkoll l-analiżi tal-faċilitajiet tas-self proposti li kienet magħmula qabel ma kienu mogħtija, inkluż kalkolu tan-Net Present Value (“NPV”) ta’ redditu tal-fluss tal-kontanti mill-iffinanzjar mill-ġdid propost kif ukoll xi għażliet alternattivi. L-għażla proposta kienet evalwata bħala li twassal għal irkupru ta’ GBP […] filwaqt li l-alternattivi kellhom irkupru ta’ GBP […] bħala l-aħjar każ. Ir-Renju Unit ikkonferma wkoll li l-faċilitajiet mogħtija fl-2003 ma kinux miġbuda, ħlief għal test ta’ ġbid imħallas lura fi żmien ġimgħa, qabel ma spiċċaw jew qabel ma kienu mtennija fil-faċilitajiet mogħtija fl-2007.

4.2.2.   Il-faċilitajiet mogħtija fl-2007

(58)

Ir-Renju Unit spjega li faċilitajiet ta’ self mogħtija fl-2007 kienu jikkonsistu f-faċilità ta’ dejn ogħla ta’ GBP 900 miljun. Dan jifforma parti minn pakkett ta’ ffinanzjar li jinkludi l-miżura tal-pensjonijiet u s-self subordinat ta’ GBP 300 miljun. Il-faċilitajiet tas-self huma maħsuba biex jiffinanzjaw il-programm ta’ trasformazzjoni u investiment ta’ Royal Mail, inklużi spejjeż tal-qgħad. Is-self ogħla ta’ GBP 900 miljun jissostitwixxi u jestendi l-faċilitajiet ta’ self ta’ GBP 844 m provduti fl-2003 u huwa strutturat f’żewġ saffi: il-saff ta’ GBP […] li huwa awtorizzat biss biex jiffinanzja t-trasformazzjoni u GBP […]li huwa għal skopijiet ġenerali ta’ kapital ċirkolanti fin-negozju (bl-esklużjoni ta’ Post Office Limited). Il-miżura saret effettiva mid-19 ta’ Marzu 2007 u għandha terminu ta’ maturità ta’ […] snin minn din id-data. Għandha marġini ta’ […] bps ’il fuq mil-Libor rilevanti (10) għall-ewwel […] xhur. Wara dan, il-marġini jiddependi fuq il-livell ta’ kopertura ta’ taxxa fissa (profitabbiltà bħala multipla ta’ pagamenti ta’ imgħax), b’minimu ta’ […] bps. Il-faċilità ta’ GBP 900 miljun hija assigurata kontra ishma f’kumpanija sussidjarja ġdida li Royal Mail stabbilew, Royal Mail Estates Limited, li għandha virtwalment l-assi proprjetarji tagħhom kollha (bl-esklużjoni ta’ dawk li jirrigwardaw Post Office Limited), b’valur tas-suq totali stmat minn Atis Real f’Settembru 2006 bħala GBP […].

(59)

Ir-Renju Unit iddeskriva l-miżuri meħuda biex ikun żgurat li r-rekwiżiti tal-Prinċipju tal-Investitur fl-Ekonomija tas-Suq kienu milħuqa, filwaqt li osserva li l-kummerċjalità tal-pakkett ta’ ffinanzjar tal-2007 kellha tkun evalwata totalment (ara iktar fil-premessi (64) u (65)). Kemm Credit Suisse kif ukoll Deloitte kienu taw il-parir li l-faċilità hija fuq termini kummerċjali u li l-imgħax pagabbli huwa b’rati tas-suq, inkluż permezz ta’ punti ta’ referenza ta’ self magħmul fis-suq. Għalkemm dik l-analiżi ssuġġeriet li t-terminu ta’ seba’ snin huwa fil-parti ta’ fuq tal-medda tas-suq, il-miżata ta’ arranġament, il-miżata ta’ impenn, u t-testijiet għall-ġbid u għall-inadempjiment kollha jidhru skont ir-regoli tas-suq għal self żgurat fuq il-bażi tas-self ta’ Royal Mail (f’dan il-każ b’mod predominanti fuq proprjetà). L-arranġamenti ta’ sigurtà kienu differenti mill-prattika tas-suq (taxxa fuq ishma pjuttost milli fuq proprjetà) iżda r-Renju Unit ikkunsidra li dan kien attwalment ta’ vantaġġ ikbar mill-perspettiva ta’ min isellef għal raġunijiet ta’ ħlas, ħin u amministrazzjoni.

(60)

Fir-rigward tas-sottomissjoni ta’ TNT li tirreferi għall-ksur tal-faċilitajiet tas-self ta’ RM mal-Gvern, u l-irċevuta ta’ rinunzji formali mid-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Industrija, ir-Renju Unit spjega li r-rinunzja kienet neċessarja minħabba punt purament tekniku rigward l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ kontabbiltà ġodda għall-pensjonijiet (FRS17), u mhux bħala riżultat ta’ xi deterjorazzjoni fil-bażi tal-prestazzjoni kummerċjali tan-negozju. Huma osservaw ukoll li l-faċilitajiet tal-2007 ma kinux ‘addizzjonali’ kif suġġerit minn TNT, iżda pjuttost issostitwixxew il-faċilitajiet tal-2003.

4.3.   Il-miżura tal-pensjonijiet

(61)

Ir-Renju Unit iċċara l-mekkaniżmi tal-istabbiliment tal-arranġament f′idejn terzi, inkluż is-sigurtà mogħtija lill-amministraturi tal-fond tal-pensjonijiet fuq l-ammont. F’każ li l-kont f′idejn terzi ta’ GBP 850 miljun kellu jkun iffinanzjat mir-riserva tal-posta għal GBP 796 m u permezz ta’ injezzjoni tal-kapital għall-GBP 54 m li jibqa’. Skont l-arranġamenti l-Amministraturi huma intitolati li jeżerċitaw is-sigurtà fuq il-kontijiet f′idejn terzi jekk iseħħu ċerti avvenimenti limitati ta’ inadempjiment, prinċipalment relatati ma′ jekk in-n-negozju rilevanti (Royal Mail Holdings plc jew Royal Mail Group Limited) jispiċċa f’likwidazzjoni insolventi jew jekk is-sigurtà kostitwita mill-kontijiet f′idejn terzi ma tibqax infurzabbli. Il-ftehimiet ta’ sigurtà jistabbilixxu wkoll iċ-ċirkustanzi li fihom il-fondi fil-kontijiet jistgħu jkunu rilaxxati mis-sigurtà maħluqa mill-arranġamenti ta’ sigurtà, li b’mod wiesa’ jkunu ladarba l-fond tal-pensjoni jilħaq livell ta’ solvenza ta’ 75 %. Ladarba l-fondi jkunu rilaxxati mis-sigurtà maħluqa mill-ftehim ta’ sigurtà ta’ Royal Mail Holdings, il-partijiet irrikonoxxew li l-azzjonist jista’ jiddeċiedi li l-fondi f′idejn terzi ta’ GBP 850 miljun (kif ukoll imgħax akkumulat) li jiġu rilaxxati mis-sigurtà maħluqa minn ftehim ta’ sigurtà ta’ Royal Mail Holdings jistgħu jingħataw lill-azzjonist permezz tal-poteri skont l-Att tas-Servizzi Postali 2000 jew skont drittijiet jew poteri applikabbli oħra.

(62)

Id-dispożizzjoni tal-kont f′idejn terzi rriżultat fil-qbil tal-amministraturi dwar perjodu ta’ 17-il sena għall-irkupru tad-defiċit tal-pensjonijiet. L-awtoritajiet tar-Renju Unit ġibdu l-attenzjoni għal dikjarazzjonijiet mir-regolatur tal-fond tal-pensjonijiet li perjodi ta’ rkupru itwal minn għaxar snin ikunu suġġetti għal skrutinju partikolari, inkluż dwar jekk l-amministraturi jkunux għamlu użu minn “ass kontinġenti” (bħal fond f′idejn terzi) sabiex inaqqsu riskji li jirriżultaw mill-pjan ta’ rkupru. Ir-Renju Unit esprima dubji rigward is-suġġeriment tal-Kummissjoni li l-arranġament f′idejn terzi jippermetti lil Royal Mail tnaqqas il-kontribuzzjonijiet tagħha għall-pensjonijiet, filwaqt li argumenta li r-riżultat fin-nuqqas ta’ kont f′idejn terzi ikun suġġett għal negozjati u ma jistax ikun previst. Nuqqas ta’ qbil kien ipoġġi d-disponibbiltà tal-fondi għall-investiment kummerċjali fir-riskju.

4.4.   Self mill-azzjonist ta’ GBP 300 miljun

(63)

Ir-Renju Unit ikkonferma li kien qed jipprovdi lil Royal Mail b’self mill-azzjonist permezz ta’ dejn subordinat ta’ GBP 300 miljun b’rata ta’ imgħax ta’ […] % b’dan l-imgħax miżjud sal-maturità tas-self. Il-faċilità kienet disponibbli għal sentejn, bil-maturità tkun l-aktar waħda tard bejn id-data tal-ħlas lura finali tal-faċilità tad-dejn ogħla […], jew ir-rilaxx tal-flejjes f′idejn terzi tal-pensjonijiet. It-termini tas-self subordinat kienu negozjati bħala parti mill-pakkett totali għall-kuntrarju ta’ faċilità indipendenti. Ir-Renju Unit iddikjara li l-kundizzjoni li taħtha ħlas lura seta’ jseħħ biss wara r-rilaxx tal-kont f′idejn terzi tal-pensjonijiet kienet konsegwenza tan-natura subordinata tas-self. Dan min-naħa tiegħu kien rifless fir-rata għolja ta’ imgħax li, b’rikonoxximent tar-riskji kummerċjali, kienet ogħla mill-medda ppreżentata mill-konsulenti tal-Gvern għall-kost xieraq tal-għażla tal-ishma. Il-ftehim kien ikkonfermat mill-konsulenti tal-Gvern bħala “totalment kummerċjali”.

4.5.   Konformità tal-pakkett tal-2007 mal-prinċipju tal-Investitur fl-Ekonomija tas-Suq

(64)

Ir-Renju Unit iddikjara li l-komponenti tal-pakkett ta’ finanzjament tal-2007 kienu negozjati bħala elementi ta’ total integrat u li l-kummerċjalità tagħhom ma kinitx u m’għandhiex tkunu evalwata fuq bażi indipendenti, għalkemm it-termini individwali tagħhom kienu magħmula b′ekwivalenti kummerċjali bħala punti ta’ referenza. In-natura kummerċjali tal-pakkett, u b’mod partikolari tal-arranġament tal-arranġament f′idejn terzi, kienu analizzati minn Deloitte u Credit Suisse u l-Gvern qagħad fuq il-parir tagħhom.

(65)

L-approċċ ta’ Deloitte kien li tikkunsidra l-valur intraprenditorjali tan-negozju skont il-Pjan Strateġiku filwaqt li jassumi li jkun magħmul l-investiment f′idejn terzi ta’ GBP 1 biljun. Dan il-valur intraprenditorjali huwa stmat permezz ta’ tnaqqis ta’ flussi tal-kontanti pproġettati qabel l-iffinanzjar bil-ħlas medju ta’ kapital tal-kummerċ. Skont ir-Renju Unit, l-investiment f′idejn terzi huwa xieraq għal investitur ta’ ekwità kummerċjali eżistenti jekk:

(a)

jagħti valur ta’ ekwità pożittiv lill-investitur (li jnaqqas id-dejn finanzjarju nett, il-valur tad-defiċit tal-pensjonijiet u l-ħlas nett tal-arranġament f′idejn terzi mill-valur tal-intrapriża); u

(b)

valur ogħla ma jistax ikun miksub permezz tan-nuqqas ta’ investiment fil-kontijiet f′idejn terzi kif propost.

Deloitte ikkalkulat ukoll rata interna ta’ ritorn assoċjata (IRR), definita bħala r-rata ta’ skont għal flussi ta’ kontanti futuri li naqqsu l-valur ta’ ekwità tan-negozju għal […]. L-analiżi mwettqa minn Deloitte indikat valur ta’ ekwità ta′ wara l-investment ta’ iktar minn GBP […] u rendita finali (“IRR”) ta’ […], u li dawn ir-redditi kien robust għal sensiela ta’ analiżi ta’ sensittività. Kienu eżaminati żewġ xenarji alternattivi mingħajr investiment ′idejn terzi li taħthom, skont Deloitte, il-valur tal-ekwità tal-azzjonist potenzjalment kienet jiġi affettwat negattivament b’mod sinifikanti. B’kuntrast ma’ dan, bl-investiment propost, il-valur tal-investiment kien mistenni li jkun mgħolli b’mod sinifikanti biż-żmien.

5.   EVALWAZZJONI TAL-MIŻURI: L-EŻISTENZA TA’ GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(66)

Kif osservat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-kwistjoni dwar jekk kull waħda mill-miżuri kkunsidrati tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat tiddependi fuq il-preżenza ta’ vantaġġ lil Royal Mail skont it-tifsira tal-Artikolu 87 tat-Trattat, jekk il-kriterji l-oħra għall-eżistenza ta’ għajnuna jkunu sodisfatti b′mod ċar. Sabiex ikun determinat jekk miżura kinitx tipprovdi vantaġġ lil RM, il-Kummissjoni teżamina jekk operatur privat, li jaġixxi f’ekonomija tas-suq, kienx ikun ippreparat li jipprovdi finanzi fuq l-istess termini.

5.1.   Is-self tal-2001

(67)

Il-kjarifiki pprovduti mill-awtoritajiet tar-Renju Unit jispjegaw għaliex ir-rata ta’ imgħax li biha kienu magħmula s-saffi tas-self kienet stabbilita fuq rata medja għal terminu twil (20 sena) ta’ 5,8 %, taħt ir-rata ta’ referenza tal-Kummissjoni fis-seħħ dak iż-żmien, li hija rata għal terminu iżgħar (11). Huma jispjegaw ukoll, fl-ittra msemmija fil-premessa (49), kif l-oriġini tas-self kienu fl-1999 u kif it-termini kienu stabbiliti f’din id-data. Huma jirrispondu l-punti magħmula minn TNT (ara premessa (42)) għax TNT għamlet paraguni mar-rati tas-self fl-2001, li ma kienx meta kienu stabbiliti r-rati tas-self. Huma jispjegaw ukoll in-nuqqas ta’ sigurtà fuq is-self (li kien fi kwalunkwe każ emendat sussegwentement meta s-self tal-2003 kien maħruġ). Fl-aħħarnett, huma jirrispondu l-punt imqajjem mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni li fetħet il-proċedura li, mill-inqas fl-2001, it-tnaqqis fil-prestazzjoni finanzjarja ta’ Royal Mail kien qed jibda. Dan ma kienx il-każ fl-1999 meta kien mogħti impenn lis-self u fil-perjodu 1999-2000 li huma dati rilevanti għall-istabbiliment ta’ rati ta’ imgħax.

(68)

Fiż-żmien ta’ meta kien hemm qbil dwar is-self, ir-rati ta’ imgħax ta’ referenza tal-Kummissjoni kienu stabbiliti taħt l-avviż tal-Kummissjoni tal-1997 dwar il-metodu għall-istabbiliment ta’ rati ta’ referenza u ta’ skont (“l-avviż tar-rata ta’ referenza tal-1997”) (12). Skont dak l-avviż, il-Kummissjoni ddefiniet rati bbażati fuq ir-rati ta’ skambju interbankarji ta’ ħames snin, kif ukoll primjum, iżda żammet id-dritt li tuża rata bażi iqsar (per eżempju, rata ta’ sena LIBOR) jew rata ta’ bażi itwal (per eżempju, ir-rata fuq bonds ta’ għaxar snin) pjuttost milli r-rata ta’ skambju interbankarju ta’ ħames snin. Minħabba d-dewmien itwal fiss tas-self, il-Kummissjoni temmen li l-użu ta’ din ir-rata ta’ terminu twil huwa xieraq f’dan il-każ.

(69)

Il-Kummissjoni osservat li r-rati imposti waslu għalihom permezz ta’ proċess ibbażat fuq tranżazzjonijiet osservati ta’ self kummerċjali li mbagħad kienu mqabbla mal-bond rilevanti tal-Gvern (13). Il-firxa tal-bonds tal-Gvern kellha medda ta’ bejn 76 u 165 punti bażi, li huwa għalhekk biżżejjed b’paragun mal-75 punt bażi stabbiliti fl-avviż ta’ rata ta’ referenza. Il-Kummissjoni qabblet ukoll ir-rati imposti mar-rati ta’ skambju interbankarju ta’ 20 sena fid-dati rilevanti. Ir-rati imposti huma estremament viċin għal dawn ir-rati (ġeneralment inqas minn 10 punti bażi ta’ differenza). Il-Kummissjoni tosserva li r-Renju Unit u l-konsulenti tiegħu ma bbażawx ruħhom fuq l-iskambju interbankarju rilevanti jew rata ppubblikata oħra iżda pjuttost fittxu punti ta’ referenza kummerċjali diretti. Fid-dawl ta’ dak kollu hawn fuq imsemmi, il-Kummissjoni taċċetta li l-miżura inkwistjoni ma pprovdietx vantaġġ lil Royal Mail u ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

5.2.   Il-faċilitajiet tas-self

5.2.1.   Il-faċilitajiet mogħtija fl-2003

(70)

Kif ġie osservat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, dawn il-faċilitajiet qatt ma kienu użati fil-perjodu qabel ma kienu estiżi jew modifikati fl-2007. Il-Kummissjoni għalhekk ma fetħitx il-proċedura rigward it-termini tas-self u din id-deċiżjoni ma tevalwax l-adegwatezza tar-rata miftehma. Il-Kummissjoni, madankollu, qajmet id-domanda dwar jekk il-faċilitajiet minkejja dan kellhomx valur ta’ għażla lill-kumpanija li għandu jkun evalwat għall-kontenut ta’ għajnuna mill-Istat. Dwar dan is-suġġett, il-Kummissjoni stabbiliet li l-faċilitajiet, minkejja li ma kinux użati, kienu madankollu s-suġġett ta’ miżata ta’ impenn ta’ […] per annum għal dawk il-faċilitajiet li kienu mwettqa. Il-Kummissjoni stabbiliet għas-sodisfazzjon tagħha li din kienet rata tas-suq, stabbilita bħala perċentwali tal-marġni fuq il-Libor tas-self ta’ bażi, li hija l-prattika tas-suq, u fuq livell ([…]) skont dik il-prattika (il-Kummissjoni osservat eżempji li jvarjaw minn 16 sa 50 %). Faċilitajiet oħra qatt ma kienu approvati mill-Parlament u għalhekk qatt ma kienu mibdija, li normalment ma jwassalx għalhekk għal miżata. Il-Kummissjoni hija għalhekk sodisfatta li l-faċilitajiet mwettqa fl-2003 fil-prattika ma tawx għajnuna mill-Istat lil Royal Mail.

5.2.2.   Il-faċilitajiet mogħtija fl-2007

(71)

Fl-2007, il-faċilitajiet li kien fadal mill-2003 (14) kienu sostitwiti minn “faċilità ta’ dejn ogħla” ta’ GBP 900 miljun, taħt termini riveduti. Il-Kummissjoni rrivediet it-termini ta’ din il-faċilità. Ir-rata ta’ imgħax imposta hija ta’ […] punti bażi fuq il-LIBOR rilevanti għall-ewwel 12-il xahar, bir-rata minn hemm ’il quddiem tvarja skont kopertura ta’ taxxa fissa iżda qatt ma tkun inqas minn […] punti bażi ’l fuq mil-LIBOR rilevanti. Il-faċilità hija assigurata minn floating charge (15) fuq l-assi ta’ Royal Mail, taxxa fissa fuq l-ishma ta’ sussidjarja ġdida, Royal Mail Estates Ltd, li għandha l-portafoll tal-proprjetà ta’ RM, u floating charge fuq l-assi ta’ dik il-kumpanija. Il-valur tas-suq tal-proprjetà miżmuma fil-proprjetajiet ta’ RM kienet valutata għal […] GBP. Il-Kummissjoni evalwat dawn it-termini taħt l-avviż tar-rata ta’ referenza tal-1997 li kien japplika meta kienu stabbiliti. Peress li l-valur tal-assi li fuqhom hija miżmuma taxxa fir-rigward tas-self jaqbeż il-valur tas-self bi kważi 50 % l-kollaterali huwa kkunsidrat “għoli”. Il-marġini ’l fuq mil-LIBOR ta’ bejn […] u […] bps huwa għalhekk suffiċjenti fit-termini tal-avviż li stabilixxa marġini ta’ 75 bps (kif osservat fil-premessa (68), il-Kummissjoni ipprevediet fl-avviż tar-rata ta’ referenza tal-1997 l-użu possibbli tal-LIBOR bħala bażi għal valutazzjoni). Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit minn tranżazzjonijiet oħrajn assigurati fuq kumpaniji ta’ proprjetà li jidher li turi li t-termini kienu mfassla bi tranżazzjonijiet kummerċjali kumparabbli bħala “punti ta’ referenza”. Il-Kummissjoni ddeterminat fuq il-bażi tal-analiżi tar-rata ta’ referenza tagħha li dawn il-faċilitajiet ta’ self ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

(72)

Peress li l-faċilitajiet tal-2007 kienu magħmula disponibbli bħala parti minn pakkett flimkien ma’ miżuri oħra, u minħabba l-insistenza tar-Renju Unit li l-komponenti tal-pakkett ta’ ffinanzjar tal-2007 m’għandhomx ikunu evalwati wieħed wieħed, il-Kummissjoni jkollha bżonn tiddetermina jekk il-valutazzjoni separata fil-premessa (71) tistax tkun konklużiva. Din id-domanda hija trattata iktar fil-fond fit-taqsima 5.5 hawn taħt.

5.3.   Il-kont f’idejn terzi tal-pensjonijiet

5.3.1.   Eżistenza ta’ għajnuna

(73)

Wara l-kummenti u l-ispjegazzjoni tal-awtoritajiet tar-Renju Unit il-Kummissjoni setgħet tifhem il-mekkaniżmu involut fil-miżura tal-pensjonijiet. Kif deskritt fil-premessa (22) hawn fuq, Royal Mail hija mitluba tagħti spjega tad-defiċit kbir tal-pensjonijiet tagħha fuq il-karta tal-bilanċ tagħha, u l-liġi tal-pensjonijiet tar-Renju Unit titlob li din tiftiehem mal-amministraturi rigward pjan, u b’mod partikolari perjodu, għall-eliminazzjoni ta’ dak id-defiċit permezz ta’ pagamenti tad-defiċit għall-fondi tal-iskema. Il-miżura ppermettiet lil Royal Mail testendi dak il-perjodu b’effett konsegwenti fuq il-pagamenti li għandha tagħmel. Il-Kummissjoni osservat mill-bidu li n-natura legali tal-miżura (li tinvolvi r-rilaxx ta’ riservi li fuqhom l-istat kellu kontroll effettiv permezz ta’ leġislazzjoni speċifika għal użu f’arranġament f′idejn terzi favur il-fond tal-pensjonijiet) ma kellha ebda parallel immedjat fi tranżazzjonijiet kummerċjali normali, anke jekk il-mudell ta’ tqegħid ta’ fondi f’kont f′idejn terzi jista’ jkun stabbilit fis-settur privat (16). Sabiex tkun evalwata l-affermazzjoni tar-Renju Unit li l-miżura kienet fuq termini kummerċjali, għalhekk, il-Kummissjoni kellha tiddetermina ma′ liema punt ta’ referenza xieraq ma min tqabbilha.

(74)

Il-miżura tirrilaxxa fondi li kienu totalment taħt il-kontroll tal-azzjonist biex ikunu użati minn RM sabiex tibdel il-pagamenti tad-defiċit li hija obbligata tagħmel lill-iskema tal-pensjoni tagħha billi tpoġġi dawk il-fondi f’kont f′idejn terzi (minkejja li r-Riserva Postali hija formalment fuq il-karta tal-bilanċ tagħha RM ma setgħetx tagħmel użu mir-riservi u l-assi assoċjati mingħajr l-approvazzjoni tal-gvern). Għalkemm dan ir-rilaxx tal-fondi mhux injezzjoni pura ta’ ekwità, jista’ jkun assimilat l-aħjar, fit-termini tal-effett tiegħu, ma′ din l-operazzjoni. Kieku l-fondi ma kinux rilaxxati, Royal Mail ma kinitx tkun tista′ tikkostitwixxi l-kont f′idejn terzi mingħajr ma żżid il-kapital minn sorsi oħra jew mingħajr ma tiġbed minn riservi oħra. Huwa veru li l-miżura ppreskriviet li, fuq ir-rilaxx tal-kont ta’ depożitu ta’ fondi f’idejn terz, il-fondi jirritornaw għall-kontroll tal-istat. Madankollu, it-tul ta’ żmien mistenni li jkun neċessarju sabiex iseħħ dan (17-il sena), l-inċertezza assoċjata li tikkonċerna jekk il-fondi jistgħux fil-prattika jkunu ritornati lill-azzjonist jekk il-prestazzjoni finanzjarja ta’ RM tonqos matul dan il-perjodu, u n-nuqqas ta’ dħul ta’ imgħax garantit wasslu lill-Kummissjoni biex telimina l-possibbiltà li tassimila t-tranżazzjoni mal-provvista ta’ self. Il-Kummissjoni ddeċidiet li din il-konklużjoni kienet iktar raġonevoli peress li r-riserva postali ammontat biss għal GBP 796 m fil-31 ta’ Marzu 2007, l-awtoritajiet tar-Renju Unit injettaw GBP 54 m bħala ekwità ġdida sabiex iġibu r-riserva postali għal-livell miftiehem ta’ GBP 850 miljun qabel l-istabbiliment ta’ kont tal-kont f′idejn terzi. Fid-dawl ta’ dak hawn fuq imsemmi u għar-raġunijiet tal-analiżi tal-konformità tagħha mal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni analizzat ir-rilaxx tal-fondi li kienu totalment taħt il-kontroll tal-azzjonist li għandhom ikunu użati minn RM bħala injezzjoni ta’ ekwità.

(75)

L-approċċ tal-Kummissjoni għall-konformità mas-suq tal-injezzjonijiet tal-ekwità huwa li tqabbel il-valur nett preżenti tal-pussess ta’ ekwità tal-awtoritjiet pubbliċi b’investiment (wara l-flus) u mingħajru (qabel il-flus) (17). Jekk id-differenza tkun iktar mill-kapital injettat l-injezzjoni tiġi kkunsidrata konformi mal-MEIP. Dan l-approċċ “inkrementali” huwa neċessarju għax inkella ma jkunx ovvju liema parti tar-redditu lill-azzjonist (dividendi jew, fil-każ ta’ bejgħ tas-sehem, il-prezz tal-bejgħ) jirriżulta mill-investiment u dak li jseħħ indipendentement minnu. Il-metodu għall-kalkolu tal-valur tal-pussess ta’ ekwità fiż-żewġ każijiet ta’ wara u qabel il-flus fuq perjodu definit huwa li jkun miżjud il-valur imnaqqas tal-flussi tal-kontanti futuri estratti minn dak il-pussess ta’ ekwità fuq dak il-perjodu (normalment dividendi iżda t-tnaqqis ta’ kapital ikun possibbiltà oħra) għal kwalunkwe żieda fil-valur fuq dak il-perjodu.

(76)

Ir-risposta inizjali tar-Renju Unit kienet tinkludi rapport mill-konsulenti Deloitte li pprova juri IRR għall-investimenti ppjanati ta’ […]. Wara investigazzjoni, madankollu, kien hemm diversi problemi bil-metodoloġija użata.

(77)

L-ewwel nett, il-kalkolu kkonċerna biss il-każ ta’ investiment u ma kienx ibbażat fuq paragun bejn xenarji ta’ investiment u ta′ nuqqas ta’ investiment. B’risposta għal din il-kritika, ir-Renju Unit irrisponda li għall-każ ta’ nuqqas ta’ investiment kien mistenni valur ta’ ekwità ta’ […]. L-argument li l-każ ta’ nuqqas ta’ investiment irriżulta f’valur ta’ ekwità ta’ […] madankollu la kien magħmul fir-rapport ta’ Deloitte u lanqas rriżulta minnu,. Għalhekk il-Kummissjoni ma segħetx tikkunsidra r-rapport oriġinali ta’ Deloitte bħala li kien segwa dak li l-Kummissjoni tikkunsidra bħala l-metodoloġija xierqa, jiġifieri dik ibbażata fuq paragun bejn il-projezzjonijiet bl-investiment u mingħajru.

(78)

Fit-tieni lok, il-metodu għall-valutazzjoni tal-pussess ta’ ekwità kien li jkun ikkalkulat valur intraprenditorjali (jiġifieri, is-somma ta’ klejms tad-detenturi ta’ dejn kif ukoll tal-azzjonisti) bl-użu tal-flussi ta’ kontanti fuq livell ta’ intrapriża u l-valur terminali u li jitnaqqsu d-djun wara. Filwaqt li dan mhuwiex metodu skorrett, ma jurix b’mod ċar il-flussi ta’ kontanti liberi disponibbli għall-azzjonisti biss, li huwa wieħed mill-indikaturi (anke jekk mhux l-uniku determinant) ta′ jekk injezzjoni ta’ ekwità tkunx konformi mal-prinċipju tal-investitur fl-ekonomija tas-suq. Il-Kummissjoni għalhekk tippreferi l-metodu li jinvolvi t-tnaqqis tal-flussi ta’ kontanti direttament imħallsa lill-azzjonist (dividendi) u l-użu tal-valur terminali li ma jirrappreżentax valur intraprenditorjali iżda valur ta’ ekwità. Dan jinvolvi wkoll l-użu tal-ħlas ta’ ekwità bħala rata mnaqqsa minflok il-Kost Medju Meqjus tal-Kapital. Dan kien il-metodu użat fil-kawżi Landesbanken imsemmija preċedentement (ara n-nota 17 ta′ qiegħ il-paġna).

(79)

Fit-tielet lok, il-faċilità ta’ dejn ogħla diskussa fil-premessa (71), u r-rilaxx tar-Riserva Postali, kienu valutati flimkien f’dan il-kalkolu filwaqt li normalment it-test għal self u għal injezzjoni ta’ ekwità huwa differenti (test tal-investitur privat vs tas-sellief privat) u għalhekk għandhom ikunu mwettqa separatament (18). Filwaqt li huwa veru li huwa komuni li azzjonist jaġixxi wkoll bħala sellief fi gruppi kbar, il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa diffiċli li tevalwa ż-żewġ miżuri fl-istess qafas minħabba n-natura differenti tagħhom. Dan ma jfissirx, madankollu, li l-effetti taż-żewġ miżuri fuq xulxin m’għandhomx ikunu kkunsidrati. Għall-kuntrarju ta’ dan, l-analiżi tar-rilaxx tal-fondi li kienu totalment taħt il-kontroll tal-azzjonist għall-użu minn RM hija bbażata fuq flussi ta’ kontanti li jirriflettu l-assunzjoni li s-self diskuss f’din id-deċiżjoni huwa magħmul lil RM.

(80)

Il-Kummissjoni għalhekk talbet li r-Renju Unit jipprovdi l-valutazzjoni tal-ekwità inkrementali fuq il-każ “mhux ta’ investiment” li jkun l-aħjar possibbli iżda, madankollu, realistiku. Fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-każ alternattiv, il-previżjonijiet ta’ RM stess f′każ fejn ma jsirx investiment (il-“każ ta’ ġestjoni għall-kontanti” jew MFCC) wassal għal […]. Deloitte għalhekk abbozzat “każ alternattiv” (AC) differenti li taħtu […] u indirizzat id-defiċit tal-pensjonijiet tagħha fuq 12-il sena minflok fuq 17-il sena. Madankollu, il-valutazzjoni ta’ Deloitte ta’ dan il-każ kienet li filwaqt li l-problema tal-pensjonijiet tkun indirizzata effettivament fit-terminu l-qasir […]. Għandu jkun osservat li l-Kummissjoni ma tistax tkun żgura li din l-alternattiva hija l-każ ta’ nuqqas ta’ investiment li huwa “l-aħjar disponibbli”, li naturalment ikun jifforma l-bażi ta’ valutazzjoni ta’ investitur fl-ekonomija tas-suq. Jista’, madankollu, jintqal li kwalunkwe dubji rigward il-każ ta’ investiment ikunu mkabbra kontra kull “alternattiva aħjar” li tista’ tkun maħsuba.

(81)

Fuq talba tal-Kummissjoni, ir-Renju Unit ipprovda ċifri li jippermettu li l-każ ta’ investiment ikun evalwat kontra ż-żewġ alternattivi. Għal raġunijiet imsemmija fil-premessa (78) il-Kummissjoni kienet teħtieġ li l-projezzjonijiet jużaw flussi ta’ kontanti liberi disponibbli għad-detenturi ta’ ekwità, valur ta’ ekwità għal valur terminali u l-ħlas ta’ ekwità bħal rata ta’ tnaqqis.

(82)

Ir-Renju Unit ipprovda l-projezzjonijiet li ġejjin (19). It-tabella turi l-kalkolu tal-pussess tal-ekwità tal-Gvern bl-investiment (każ ta’ investiment), segwit mir-riżultat tal-istess kalkolu fil-każ alternattiv. Fuq il-bażi ta′ dawn iċ-ċifri, il-valur tal-pusess tal-ekwità tal-Gvern huwa GBP […] fil-każ ta’ investiment filwaqt li jkun GBP […] fil-każ alternattiv mingħajr investiment.

KAŻ TA’ INVESTIMENT – investiment ta′ GBP 1.15 bn

PV

Flussi ta’ kontanti inizjali

07/08

08/09

09/10

10/11

11/12

12/13

13/14

14/15

15/16

16/17

17/18

18/19

19/20

20/21

21/22

22/23

NPV sena 1-10 (fluss ta’ kontanti ħieles skontat minbarra d-djun)

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

Valur terminali

[…]

—

—

—

—

—

—

—

—

—

—

[…]

—

—

—

—

—

 

NPV tal-Allowance ta’ Postcomm

[…]

—

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Valur tal-intrapriża

[…]

—

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Flussi ta’ kontanti tal-imgħax

[…]

—

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Ġbid u ħlas lura ta’ dejn/investiment ta’ fondi

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

—

—

—

—

—

—

[…]

[…]

[…]

Dejn li jifdal fi tmien tal-perjodu previst

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

[…]

Valutazzjoni tad-defiċit tal-pensjoni

[…]

—

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Bilanċ f′idejn terzi inkluż imgħax akkumulat

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ħlas lura tal-kont f′idejn terzi (mhux ta’ nofs is-sena)

[…]

—

—

—

—

—

—

—

—

—

—

—

—

—

—

—

—

[…]

 

[…]

[…]

—

—

—

—

—

—

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Ħtieġa ta’ kont f′idejn terzi

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Self mill-azzjonist

[…]

[…]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Valur tal-ekwità

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

KAŻ ALTERNATTIV

Valur tal-ekwità

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

Valur inkrementali tal-ekwità

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[..]

[…]

[…]

[..]

[…]

[..]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

(83)

Peress li d-differenza ta’ GBP […]hija akbar mis-somma investita, ir-Renju Unit jargumenta li huwa wera li l-investiment huwa fuq bażi kummerċjali. Il-Kummissjoni ddeterminat, madankollu, li dik id-dikjarazzjoni jeħtieġ li tiġi eżaminata iktar.

(84)

Mit-tabella jista’ jidher li:

(a)

il-flus ġenerati mill-każ ta’ investiment ma jipprovdu ebda redditu għad-detenturi tal-ekwità fl-ewwel […] snin tal-pjan,

(b)

il-każ ta’ investiment għalhekk jiddependi b’mod qawwi fuq il-valur terminali kkalkulat fl-2016/2017;

(c)

il-każ ta’ investiment huwa prezz negattiv għall-ewwel […] snin, u warajhom il-flus kontanti ġenerati huma dedikati fl-intier tagħhom għall-pagamenti tad-dejn u tad-defiċit tal-pensjoni sal-2013/2014;

(d)

għas-snin wara 2016/2017 (u filwaqt li jkun aċċettat li dipendenza limitata biss tista’ tkun imqiegħda fuq projezzjonijiet f’dik id-distanza) il-każ alternattiv jiġġenera redditu iktar b’saħħtu għax id-defiċit tal-pensjonijiet kien imħallas lura, filwaqt li jikkanċella r-redditu pożittiv fl-2013-2016. Din il-kunsiderazzjoni għalhekk tqiegħed piż akbar fuq il-valur terminali fil-każ ta’ investiment.

(85)

Barra minn hekk il-Kummissjoni kkonfermat li anke oltre l-ewwel […] snin, m’hemmx ċertezza dwar jekk iċ-ċifri fis-snin […] humiex fil-fatt dividendi li jistgħu jitqassmu lill-azzjonist. Dan għaliex l-inklużjoni ta’ defiċit tal-pensjonijiet ta’ RM fuq il-karta tal-bilanċ (skont regoli ġodda tal-kontabbiltà) tirriżulta f’valur negattiv tal-kumpanija fuq bażi ta’ kontabbiltà, li tqiegħed limiti serji fuq kwalunkwe ġbid ta’ flus fil-forma ta’ dividendi anke minn […]. Fir-rapport oriġinali ta’ Deloitte sottomess mir-Renju Unit, […].

(86)

Minħabba l-mod kif kienu mqassmin ir-redditi lill-azzjonist (prattikament kollu kemm hu jirriżulta mill-valur terminali u prattikament xejn minn dividendi) il-Kummissjoni temmen li investitur privat jistenna xi redditi f′kontanti fis-[…] snin ta′ wara l-investiment u ma jkunx komdu li s-sehem kollu jew dak predominanti tar-redditu mill-investiment jiġi mill-valur terminali fis-[…] sena. Il-valur terminali huwa essenzjalment il-valur fil-flussi tal-kontanti mill-[…] sena ’l quddiem imnaqqas għall-[…] sena, l-investitur privat huwa mitlub jemmen li għalkemm l-investiment tiegħu ma jipproduċi ebda redditi f′[…] snin, huwa madankollu investiment tajjeb fuq il-bażi tal-prospetti wara l-[…] sena. Minħabba li l-previżjonijiet fuq perjodu daqshekk twil huma esposti għal ħafna varjanti mhux prevedibbli u huma għalhekk skont in-natura tagħhom stess ta’ affidabbiltà limitata, il-Kummissjoni ssib li investitur privat ma jkunx lest jinvesti fuq termini bħal dawn speċjalment fis-settur postali, li l-prospetti għal terminu twil tiegħu huma inċerti. Il-Kummissjoni tistaqsi wkoll jekk tali investitur kienx ikun ippreparat li jissubbordina l-interessi tiegħu bħala azzjonist b’mod daqshekk estensiv għal dawk ta’ l-impjegati/pensjonanti u l-ħlas lura ta’ dejn.

(87)

Mhux biss il-każ ta’ investiment jiddependi b’mod qawwi fuq il-valur terminali kkalkulat fl-2016/2017, iżda l-valur terminali jista’ jkun hemm dubju dwaru wkoll kemm minħabba l-metodoloġija tal-kalkolu kif ukoll minħabba ċ-ċifri ta’ bażi. Fir-rigward tal-metodoloġija, il-valur terminali nstab permezz tal-multiplikazzjoni taċ-ċifra EBITDA fis-sena terminali b’fattur li huwa l-proporzjoni bejn il-Valur Intraprenditorjali u EBIDTA f’ekwivalenti tas-settur. TNT u Deutsche Post/DHL kienu magħżula għar-raġuni li anke jekk RM mhix fuq livell ta’ dawk il-kumpaniji issa, se tkun hekk wara […] snin tal-pjan ta’ investiment. Ir-riżultat ta’ dan l-approċċ huwa Valur Intraprenditorjali (bejn wieħed u ieħor dejn flimkien ma’ ekwità), li mhuwiex konsistenti mal-approċċ deskritt fil-premessa (81), li jitlob l-użu ta’ valur ta’ ekwità bħala valur terminali. Jekk ekwità xierqa tkun użata l-valur terminali jinbidel b’mod sinifikanti – jonqos. Fir-rigward taċ-ċifri ta’ bażi li jwasslu għall-valur terminali, il-Kummissjoni tinnota b’mod partikolari li l-qligħ ta’ RM qabel l-imgħax, it-taxxa u d-deprezzament (EBITDA) kienu pproġettati li jikbru b’iktar minn […] annwalment fil-perjodu tal-pjan. Il-Kummissjoni kkunsidrat din il-projezzjoni bħala estremament ottimista f’settur liberalizzat riċentament, regolat u matur.

(88)

Il-Kummissjoni ssuġġettat il-kalkolu ppreżentat mir-Renju Unit għal diversi testijiet billi varjat l-assunzjonijiet użati u l-metodoloġija ta’ kalkolu, b’mod partikolari għall-valur terminali. Hija sabet li, b’kunsiderazzjoni tal-importanza tal-valur terminali fiċ-ċifri provduti, varjazzjonijiet minuri biss fil-metodoloġija bħall-kalkolu differenti tal-valur terminali u tkabbir tal-profitti inqas ottimisti jista’ jbiddel sostanzjalment l-evalwazzjoni tal-investiment.

(89)

B’konklużjoni, il-Kummissjoni ma kinitx kapaċi ssib li r-rilaxx tal-fondi li kienu totalment taħt il-kontroll tal-azzjonist biex ikunu użati minn RM biex tbiddel il-pagamenti ta’ defiċit li hija obbligata li tagħmel għall-iskema tal-pensjoni tagħha billi tqiegħed dawk il-fondi f’kont f′idejn terzi huwa konformi mal-MEIP.

(90)

Il-Kummissjoni għalhekk wettqet eżami tal-kumpatibbiltà ta’ kwalunkwe għajnuna inkluża fil-miżura (ara taqsima 6).

5.3.2.   Kwantifikazzjoni tal-għajnuna

(91)

L-effett tal-miżura fuq Royal Mail hija fuq il-pagamenti tagħha lill-iskema tal-pensjoni sabiex tħallas id-defiċit tal-pensjonijiet, li jista, bħala riżultat tal-miżura, jkun mifrux fuq numru akbar ta’ snin milli kieku kien ikun il-każ. Dawn il-pagamenti huma għalhekk iktar baxxi għall-ewwel snin (għax mingħajr il-miżura, RM ikollha tħallas id-defiċit iktar malajr u għalhekk tagħmel kontribuzzjonijiet tad-defiċit ogħla) iżda ogħla fis-snin ta’ wara, meta d-defiċit kieku kien ikun imħallas.

(92)

Il-valutazzjoni ta’ dan il-vantaġġ, permezz tal-kalkolu tal-valur nett preżenti tal-pagamenti emendati tal-fluss tal-kontanti, titlob li jsiru ċertu assunzjonijiet, notevolment dwar il-perjodu li fuqu d-defiċit ikollu jkun imħallas fin-nuqqas tal-miżura, u billi tkun magħżula rata ta’ skont. Il-Kummissjoni aċċettat li tuża perjodu ta’ tnax-il sena sabiex tindirizza d-defiċit, li kien il-bażi tal-“każ alternattiv” eżaminat fil-premessa (80) u li kien ippreżentat minn Royal Mail lir-regolatur postali tar-Renju Unit fil-kuntest tar-reviżjoni tal-ipprezzar. Din iċ-ċifra taqbeż kemm kemm il-perjodu ta’ għaxar snin li huwa użat bħala punt ta’ referenza mir-regolatur tal-pensjonijiet tar-Renju Unit (20). Madankollu, b’kunsiderazzjoni tal-użu taċ-ċifra ta’ tnax-il sena għal skopijiet oħrajn u flimkien mad-daqs kbir tad-defiċit fir-rigward tal-kumpanija, li ġeneralment għalhekk ikun jeħtieġ perjodu itwal sabiex ikun imħallas, il-Kummissjoni temmen li din hija assunzjoni aċċettabbli. Il-Kummissjoni applikat rata ta’ skont ta’ 12 % li tirrappreżenta l-ħlas tal-ekwità. Fuq din il-bażi l-valur lil Royal Mail tal-bidla fil-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni bħala riżultat tal-miżura jammonta għal ċifra ta’ GBP […].

5.4.   Is-self mill-azzjonist ta’ GBP 300 miljun

(93)

Kif diġà ġie osservat, is-self mill-azzjonist huwa subordinat kemm għad-dejn l-ieħor ta’ RM kif ukoll għall-imgħax tal-pensjonanti (ma jistax ikun imħallas lura qabel ma jkun rilaxxat il-kont f′idejn terzi). Dan wassal lill-Kummissjoni biex tikkunsidra jekk il-miżura għandhiex tkun assimilata għal injezzjoni ta’ ekwità (ara wkoll nota 19 ta′ qiegħ il-paġna).

(94)

Il-Kummissjoni madankollu ddeterminat (21) li subordinazzjoni ma tipprevenix evalwazzjoni tas-self għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-istat bl-istess mod bħal self mhux subordinat. Tali self jista’ għalhekk ikun valutat skont it-termini tal-avviż ta’ rati ta’ referenza (22), għalkemm fuq livell ta’ rata iktar baxx mill-ekwivalenti tagħhom mhux subordinati.

(95)

L-avviż tar-rata ta’ referenza tal-1997, li kien fis-seħħ fl-2007, stabbilixxa rati b’referenza għal rati ta’ dewmien speċifiku, jiġifieri ħames snin, li ġew osservati, Il-miżura valutata, madankollu, isservi daqs il-kont f′idejn terzi, stmat għal 17-il sena. Fiż-żmien meta kien maħruġ is-self, il-kurva tal-qligħ tar-Renju Unit kienet nieżla ’l isfel bħalma kienet fl-1999. Għalkemm ir-rata ta’ referenza kienet ta’ 5,9 % sterlini, skambji tar-rata ta’ imgħax ta’ 15-il sena sa tmiem Marzu 2007 kienu ta’ 5,2 %. Il-punt ta’ referenza użat fl-avviż tar-rata ta’ referenza tal-1997 kien ir-rati ta’ skambju interbankarji ta’ ħames snin u l-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra r-rata korrispondenti ta’ 15-il sena bħala punt ta’ referenza xieraq għall-miżura inkwistjoni. Dan għandu jkun miżjud mill-primjum standard skont l-avviż ta’ 75 punt bażi, għal 5,95 %.

(96)

Ir-rata determinata b′dan il-mod ikun hemm bżonn li tkun aġġustata aħjar sabiex tirrifletti l-livell ta’ sigurtà u ta’ subordinazzjoni.

(97)

Is-self mill-azzjonist m’huwiex assigurat u s-sigurtà tiegħu għandha għalhekk tkun ikkunsidrata bħala inqas minn dak li normalment ikun meħtieġ mill-banek. F’dawn il-każijiet, l-avviż tar-rata ta’ referenza tal-1997 jistabbilixxi marġni fuq il-punt ta’ referenza rilevanti ta’ 400 punt bażi jew iktar jekk ebda bank privat ma jkun aċċetta li jagħti s-self rilevanti. Skont id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni (23) taħt l-avviż tar-rata ta’ referenza tal-1997, il-Kummissjoni temmen li r-rata għandha tkun miżjuda minn primjum ta’ 400 punt bażi li jirriflettu n-nuqqas ta’ sigurtà u 200 punt bażi għan-natura subordinata tal-istrument.

(98)

Wara li osservat li r-rata ta’ self ta’ […] % hija ikbar mis-somma ta’ 5,95 % u 600 punt bażi, il-Kummissjoni tista’ taċċetta li, meta wieħed iqisha għaliha waħedha, il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.

(99)

Minħabba l-fatt li l-faċilitajiet tal-2007 kienu magħmula disponibbli bħala parti minn pakkett flimkien ma’ miżuri oħra, il-Kummissjoni jkollha bżonn tiddetermina jekk din il-valutazzjoni separata tistax tkun konklużiva. Din id-domanda hija trattata aħjar fit-taqsima 5.5.

5.5.   Valutazzjoni separata tal-miżuri tal-2007

(100)

Il-Kummissjoni ddeterminat li tnejn mill-miżuri tal-2007 meħuda indipendentement (faċilitajiet ta’ self tal-2007 u self mill-azzjonist ta’ GBP 300 miljun) ma jikkostiwixxux għajnuna mil-Istat, iżda ma setgħetx tagħmel tali determinazzjoni fir-rigward tal-miżura tal-pensjonijiet. Minħabba li l-miżuri tħabbru fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk tistax tikkonferma r-riżultat li ma kien hemm ebda għajnuna, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti (24).

(101)

Il-Kummissjoni nnutat li l-faċilitajiet tas-self estiżi fl-2007 kienu, fil-prattika, il-kontinwazzjoni tal-miżuri mogħtija fl-2003, għalkemm b’termini riveduti. Jirriżulta li meta l-miżura kienet mogħtija għall-ewwel darba, il-miżura tal-pensjonijiet ma kinitx teżisti. L-iskopijiet tal-faċilitajiet tas-self u l-miżura tal-pensjonijiet jistgħu jiddistingwu ruħhom ukoll; dik tal-ewwel tipprovi sors estern ta’ finanzi għall-pjan ta’ trasformazzjoni ta’ Royal Mail, filwaqt li t-tieni waħda hija biex tipprovdi sigurtà għall-ħlas tad-defiċit fi 17-il sena. Kif osservat hawn fuq, is-sigurtà meħuda fuq l-assi ta’ RM fir-rigward tal-faċilitajiet tas-self kien b’mod konformi mal-prattika tas-suq, It-tliet kriterji stabbiliti mill-qorti (kronoloġija, skop u s-sitwazzjoni fiż-żmien meta kienet meħudha l-miżura) kollha huma favur li l-karatteristika ta’ għajnuna tal-faċilitajiet ta’ self tkun evalwata separatament.

(102)

Fir-rigward tas-self mill-azzjonist, id-deċiżjoni li tkun mogħtija din il-miżura seħħet wara l-miżuri l-oħra tal-2007. Is-self kien miżjud mal-qafas finanzjarju mħabbar preċedentement sabiex jipprovdi headroom ta’ finanzjament suffiċjenti sabiex jippermetti lil Royal Mail twettaq il-pjan ta’ trasformazzjoni tagħha, wara tnaqqis fir-riżultat ipproġettat fil-perjodu tal-pjan. L-iskop tal-miżura jista’ jiddistingwi ruħu minn dak tal-miżura tal-pensjonijiet bl-istess mod bħal ta’ faċilitajiet ta’ self. Fl-aħħar nett, is-sitwazzjoni ta’ RM fiż-żmien meta kien mogħti s-self ma jinvalidax ir-riżultat li ma kienx hemm għajnuna, peress li s-sitwazzjoni diġà hija kkunsidrata fl-evalwazzjoni tal-adegwatezza tar-rata ta’ imgħax.

(103)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-unika miżura li għaliha l-element ta’ għajnuna ma jistax ikun eskluż, u li għalhekk jeħtieġ li tkun evalwata għall-kumpatibbiltà, hija l-miżura tal-pensjonijiet. Dik l-evalwazzjoni ġejja fit-taqsima li jmiss.

6.   KUMPATIBBILTÀ MAS-SUQ KOMUNI

6.1.   Bażi għall-valutazzjoni

(104)

Il-miżura tal-pensjonijiet tista’ tkun iddikjarata kumpatibbli biss mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat, li jiddikjara li għajnuna biex ikun faċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi tista’ tkun iddikjarata kumpatibbli mas-suq komuni fejn din l-għajnuna ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa tali punt fejn tkun kontra l-interess komuni (25). Barra minn hekk, ġurisprudenza li tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat għas-sitwazzjoni speċifika tal-miżuri tal-pensjonijiet, u l-analiżi hawn taħt tevalwa l-miżura fid-dawl ta’ dik il-ġurisprudenza. Jirriżulta li din id-deċiżjoni ma tirrappreżentax applikazzjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà għall-iskopijiet tat-taqsima 3.3 tal-linji gwida tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (26).

6.2.   L-istorja tal-arranġamenti tal-pensjoni ta’ Royal Mail

(105)

Sabiex tkun evalwata l-kumpatibbiltà tal-miżura tal-pensjonijiet, huwa neċessarju li wieħed l-ewwel jiddeskrivi l-istorja ta’ Royal Mail u l-arranġamenti tal-pensjoni tagħha.

(106)

Fl-1969, Royal Mail (dak iż-żmien kienet tissejjaħ il-Post Office) ma baqgħetx dipartiment tal-Gvern u saret “entità statutarja”, skont l-Att dwar l-Uffiċċju Postali tal- 1969. Taħt it-taqsima 43(1) tal-Att, l-arranġamenti tal-pensjoni għall-persunal tal-Uffiċċju Postali kienu suġġetti għall-approvazzjoni tal-Ministru tal-Posta u t-Telekomunikazzjonijiet. L-impjegati ma’ baqgħux formalment impjegati ċivili, iżda żammew id-drittijiet tal-pensjoni akkwistati u komplew jakkwistaw iktar drittijiet fuq essenzjalment l-istess termini bħall-impjegati ċivili. Skont dawn it-termini, il-pensjoni finali kienet determinata skont is-snin ta’ servizz u l-paga finali. Kien għalhekk skema ta’ “benefiċċju definit” fis-sens li l-livell tal-pensjoni kien stabbilit mir-regoli tal-iskema. L-iskema tal-pensjoni kienet separata mill-iskema tas-servizz ċivili u saret skema ffinanzjata li żżomm assi kontra piżijiet futuri (bħal skemi ta’ pensjoni korporattivi fir-Renju Unit).

(107)

Reviżjonijiet sinifikanti għall-arranġamenti tal-pensjonijiet seħħew fl-1987 u fl-2008 (fit-tieni każ, dawn il-miżuri kienu diġà qed ikunu ppreparati meta l-miżura tal-pensjonijiet kienet adottata). It-termini riveduti tal-1987 kienu għadhom termini ta’ “benefiċċju definit”, jiġifieri, pensjoni bbażata fuq paga finali u proporzjonali għal servizz ta’ numru ta’ snin. Skont ir-reviżjoni tal-2008, membri ġodda jingħaqdu fuq bażi ta’ “kontribuzzjoni definita” fejn il-livell tal-pensjoni finali jiddependi fuq il-prestazzjoni tal-assi tal-fond. Fiż-żewġ każijiet, impjegati ġodda kienu obbligati li jingħaqdu skont it-termini riveduti filwaqt li impjegati eżistenti komplew jakkwistaw drittijiet fuq l-istess termini jew termini simili bħal qabel.

6.3.   Deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni rigward responsabbiltajiet għall- pensjonijiet u l-applikabbiltà tagħhhom għas-sitwazzjoni ta’ Royal Mail

(108)

Fid-deċiżjoni tagħha tas-16 ta’ Diċembru 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija minn Franza lil EDF u lill-industriji tad-dawl u tal-gass (27), il-Kummissjoni ddikjarat kumpatibbli mas-suq komuni għajnuna mill-Istat li għenet impriżi f’settur partikolari ta’ responsabbiltajiet speċifiċi tal-pensjoni li kienu jeċċedu dawk li jirriżultaw mill-arranġamenti ġenerali ta’ rtirar li kienu definiti matul il-perjodu ta’ monopolju. Hija kienet tal-opinjoni wkoll li l-mitigazzjoni parzjali tal-ispejjeż li jirriżultaw mill-mekkaniżmu għall-iffinanzjar tad-drittijiet speċifiċi tal-pensjoni miksuba qabel id-data tar-riforma kkostitwixxew għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat li jistgħu jitqiesu li huma kumpatibbli mas-suq komuni. Fl-analiżi tagħha tal-kontijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sitwazzjoni ta’ EDF ma kinitx intrinsikament differenti ħafna minn dik ta’ “spejjeż li mhumiex rekuperabbli (stranded costs)” fis-settur tal-enerġija.

(109)

Fid-deċiżjoni tagħha tal-10 ta’ Ottubru 2007 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Franza b’rabta mar-riforma tal-arranġamenti għall-iffinanzjar tal-pensjonijiet tal-irtirar ta’ ħaddiema taċ-ċivil li jaħdmu għal La Poste (28), il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li l-miżuri tal-għajnuna inkwistjoni lil La Poste neħħewlha minn fuqha responsabbiltajiet speċifiċi għall-pensjonijiet li kienu ikbar minn dawk li jirriżultaw mill-arranġamenti ordinarji tal-pensjonijiet u li kienu ġew definiti matul il-perjodu ta’ monopolju. Dawn il-piżijiet irriżultaw, l-ewwel nett, mill-kontribuzzjonijiet ogħla tal-pensjoni pagabbli fir-rigward ta’ impjegati bi stat ta’ ħaddiem taċ-ċivil u, fit-tieni lok, mir-rekwiżit sabiex ikun żgurat l-ekwilibriju tal-iskema ta’ rtirar tagħha għal dawn l-impjegati.

(110)

Il-Kummissjoni sabet li dawn il-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li, madankollu, kienet kompatibbli mas-suq komuni taħt l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat. Fl-istess waqt, hija osservat li l-miżuri kienu limitati għal dak li kien strettament neċessarju sabiex ikunu stabbiliti l-istess kondizzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u għall-pagamenti tat-taxxa u fl-aħħar mill-aħħar għalhekk tiffavorixxi l-iżvilupp tal-kompetizzjoni u ta′ aktar liberalizzazzjoni tas-settur postali. Hija osservat ukoll, permezz ta’ paragun mad-deċiżjoni tal-EDF, li La Poste ma kinitx għadha tħaddem ħaddiema taċ-ċivil, li l-ħlasijiet ta’ pensjonijiet futuri ta’ La Poste kienu jpoġġuha f’sitwazzjoni kumparabbli vis-à-vis l-kompetituri tagħha fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-pagamenti tat-taxxa, u li l-obbligi li jirriżultaw mil-Liġi tal-1990 qabel il-liberalizzazzjoni tas-settur postali kienu jaffettwaw il-kompetittività ta’ La Poste f’ambjent li għaddej minn liberalizzazzjoni.

(111)

Fi Franza, skemi ta’ pensjoni tax-xogħol (“pilastru 2”) huma obbligatorji u huma ffinanzjati fuq bażi ta’ ħlas mal-paga (pay-as-you-go). Ġeneralment, il-ħlas minn min jimpjega tal-kontribuzzjonijiet jeħilsu minn responsabbiltà oħra għall-iffinanzjar tad-drittijiet li jirriżultaw għall-pensjonijiet. Bil-fatt li La Poste intalbet, taħt Liġi tal-1990, tiżgura l-ekwilibriju tal-iskema ta’ rtirar tagħha għall-impjegati taċ-ċivil, l-impriża kienet suġġetta għal obbligu li impriżi oħra ma kellhomx iġorru.

(112)

Fir-Renju Unit, l-arranġamenti tal-pensjonijiet huma differenti minn dawk fi Franza. Ħafna skemi tal-pensjoni tax-xogħol huma ‘mogħtija b’kuntratt’ barra mill-arranġamenti tal-pensjonijiet tal-Istat magħrufa bħala l-Iskema ta’ Pensjonijiet tal-Istat Relatati mal-Qligħ. Ħafna mill-entitajiet li jħaddmu ħafna nies imexxu l-iskemi tal-pensjoni tagħhom stess. Skont il-liġi tal-pensjonijiet Ingliża, dawn l-iskemi għandhom jipprovdu intitolament għal pensjoni li tilħaq ċerti standards, u dawk li jimpjegaw għandhom ċerti obbligi li jiżguraw li l-iskemi jkunu ffinanzjati b’mod xieraq. Skont l-istandards ta’ kontabbilità kurrenti (IFRS), min iħaddem għandu jniżżel id-defiċits f’dawn l-iskemi tal-pensjoni fuq il-karti tal-bilanċ tiegħu. Ir-regoli li jitolbu li Royal Mail tagħti spjega għad-defiċit tagħha mhumiex għalhekk differenti minn dawk li japplikaw għal kumpaniji oħra. Madankollu, il-livell ta’ dak id-defiċit jirriżulta mit-termini u kondizzjonijiet li kienu stabbiliti bħala riżultat tal-pussess tal-Gvern.

(113)

Il-kuntest fattwali u leġiżlattiv ta’ Royal Mail huwa għalhekk differenti minn dak tad-deċiżjonijiet ta’ EDF u La Poste. Madankollu, hemm ċerti aspetti ta’ dawk il-każijiet li l-Kummissjoni temmen li huma applikabbli għal Royal Mail. B’mod partikolari, il-każijiet jindikaw li kontribuzzjonijiet ta’ pensjonijiet ogħla li jirriżultaw minn stat spċifiku (u b’mod partikolari stat ta’ impjegat ċivili) u definiti matul perjodu ta’ monopolju jistgħu jkunu kkunsidrati bħala spejjeż anormali li l-kumpens tagħhom mill-Istat jista’ jkun kumpatibbli mas-suq komuni taħt l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat.

6.4.   Valutazzjoni tal-miżura tal-pensjonijiet

(114)

Fil-każ ta’ Royal Mail, id-drittijiet tal-pensjoni akkwistati minn impjegati li ngħaqdu mal-iskema tal-pensjoni qabel l-1987 kienu allinjati b’mod ċar ma’ dawk tas-servizz ċivili. Mill-31 ta’ Marzu 2007, l-iskema tal-pensjoni kellha 153 125 membru diġà rtirati u li jiġbdu l-pensjoni tagħhom li kienu ingħaqdu mal-iskema fuq dawk it-termini. Dawn huma għalhekk impjegati preċedenti li diġà rtiraw u li s-servizzi tagħhom mhumiex iktar ta’ benefiċċju għall-kumpanija. Skont informazzjoni provduta mill-awtoritajiet tar-Renju Unit, it-termini applikabbli għal membri li ngħaqdu mal-iskema wara l-1987 la jistgħu jkunu deskritti bħala termini ta’ servizz ċivili u lanqas bħala termini tas-settur privat tat-tip li x’aktarx ikunu prattikati mill-kompetituri ta’ RM fis-suq postali liberalizzat riċentement. Kif diġà ġie osservat, dawn it-termini ma baqgħux ikunu disponibbli għal membri ġodda wara l-2008. Bħala medja, ir-responsabbiltajiet fir-rigward tal-membri li ngħaqdu mal-iskema tal-pensjoni qabel l-1987 jaqbżu b’mod konsiderevoli dawk ta’ membri li ngħaqdu mal-iskema fuq it-termini li nkisbu wara r-riforma tal-1987 sakemm saret ir-riforma l-oħra fl-2008. Il-valur ta’ dawk ir-responsabbiltajiet addizzjonali kien kwantifikat għal GBP […] għal kull impjegat.

(115)

Jirriżulta li l-iskema tal-pensjoni ta’ Royal Mail għadha ġġorr responsabbiltajiet sostanzjali li bdew biss bħala riżultat tal-impjegar ta’ persunal fuq it-termini tas-servizz ċivili, u f’perjodu ta’ żmien meta Royal Mail kienet tgawdi monopolju fuq il-posta tal-ittri ordinarji. Dawn il-kundizzjonijiet jikkorrispondu ma’ dawk li eżistew fil-każ ta’ La Poste. Il-Kummissjoni stabbiliet, fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mir-Renju Unit, ir-responsabbiltajiet addizzjonali bħal dawn għall-ammont ta’ GBP […] (is-somma ta’ 153,125 u GBP […]) li għalhekk jaqbżu, b’marġini kunsiderevoli, il-kwantifikazzjoni ta’ GBP […] għall-kontenut ta’ għajnuna possibbli tal-miżura. Il-Kummissjoni ma sabitx li huwa neċessarju, fit-twettiq ta’ din l-analiżi, li tistabbilixxi jekk dawn ir-responsabbiltajiet għall-iskema tal-pensjoni jikkostitwixxux l-ammont totali tal-piżijiet tal-iskema li jistgħu jkunu kkunsidrati anormali, ladarba stabbiliet li fi kwalunkwe każ huma jaqbżu l-kontenut possibbli ta’ għajnuna tal-miżura.

(116)

Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li, bħall-karatteristiċi tal-miżuri f’La Poste deskritti fil-paragrafu (107), it-termini li jwasslu għal spejjeż addizzjonali mhumiex disponibbli iktar għal impjegati ġodda u fil-fatt ilhom ma jkunu mill-1987, u li l-obbligi li jirriżultaw minn dawk it-termini qabel il-liberalizzazzjoni tas-settur postali kienu kieku jaffettwaw l-iżvilupp tal-kompetizzjoni effettiva f’ambjent li għaddej minn liberalizzazzjoni. Fil-każ ta’ Royal Mail, il-miżura ma taffettwax il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-pagamenti tat-taxxa għall-impjegati attwali u għalhekk ma tpoġġix lil RM f’pożizzjoni aħjar fir-rigward tal-kompetiturit tagħha f’dan ir-rigward.

(117)

Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-forma tal-miżura ħalliet ir-responsabbiltajiet għall-pensjonijiet ta’ Royal Mail intatti u ppermettiet biss li l-kumpanija tħallas id-defiċit fuq perjodu itwal, pjuttost milli tneħħi dawk il-piżijiet fl-intier tagħhom. Din tal-aħħar kienet il-forma tal-miżura f’La Poste, li jfisser li l-benefiċjarju kien permanentement meħlus mir-responsbabiltajiet li kieku kien ikollu jġorr, u bħala konsegwenza mhux meħtieġ li jagħti spjega għalihom fil-karta tal-bilanċ tiegħu. Fil-każ ta’ Royal Mail, il-miżura ma tagħmel ebda differenza għall-ammont tad-defiċit tal-pensjonijiet li l-kumpanija għandha tniżżel fil-karta tal-bilanċ tagħha skont ir-regoli internazzjonali ta’ kontabbiltà. Il-kumpanija tibqa’ mitluba, skont il-liġi tal-pensjonijiet tar-Renju Unit, li tieħu passi biex telimina dan id-defiċit. L-effett tal-miżura huwa biss biex jittawwal il-perjodu li fih tista’ tagħmel dan. Filwaqt li din il-karatteristika hija diġà riflessa fl-analiżi ta′ hawn fuq li kwalunkwe element ta’ għajnuna huwa valutat bħala GBP […] u mhux GBP 850 miljun, il-Kummissjoni temmen li, ġeneralment, miżura li titlob li benefiċjarju jħallas ir-responsabbiltajiet akkumulati tiegħu totalment hemm inqas ċans li tkun tgħawweġ milli miżura li teħlishom.

(118)

Għal dak li jirrigwarda l-effett tal-miżura fuq il-kompetizzjoni, jista’ jkun osservat li l-ħlas tad-defiċit li Royal Mail hija mitluba tagħmel lill-iskema tal-pensjoni, ladarba jiġi stabbilit wara negozjati bejn il-kumpanija u l-amministraturi tal-pensjonijiet, ma jvarjawx skont il-livelli ta’ output jew input. It-tnaqqis tagħhom fis-snin tal-bidu permezz tal-miżura għalhekk ma jaffettwax l-ispejjeż marġinali u mhux tali li jaffettwa d-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ Royal Mail, u b’mod partikolari d-deċiżjonijiet ta’ investiment futuri tagħha (29). Il-Kummissjoni għalhekk issib li l-effett fuq il-kompetizzjoni mhux tali li jaffettwa b’mod negattiv il-kondizzjonijiet tan-negozju sal punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni fis-sens tal-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat.

(119)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li, sal-punt li l-miżura tal-pensjonijiet tinkludi element ta’ għajnuna, dan l-element ikun kumpatibbli mas-suq komuni.

7.   KONKLUŻJONI

(120)

Il-Kummissjoni ssib li, sal-punt li l-miżura tal-pensjonijiet tinkludi element ta’ għajnuna, dan kien implimentat illegalment mir-Renju Unit bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Madankollu, il-Kummissjoni ssib li dik l-għajnuna hija kumpatibbli. Il-Kummissjoni ssib li l-miżuri l-oħra ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-self tal-2001, il-faċilitajiet tas-self u s-self mill-azzjonist tal-2007 ma jagħtux għajnuna mill-Istat lil Royal Mail.

Artikolu 2

Il-miżura tal-pensjonijiet, sal-punt li tinkludi għajnuna mill-Istat, hija kumpatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 91, 26.4.2007, p. 34.

(2)   ĠU C 269, 8.11.2003, p. 23.

(3)   ĠU C 141, 16.6.2006, p. 2.

(4)   ĠU C 80, 13.4.2007, p. 5.

(5)  Ara nota 1.

(6)  Ittra mill-awtoritajiet tar-Renju Unit bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2006. Titolu tal-Istat huwa titolu tal-Gvern tar-Renju Unit.

(7)   ĠU L 247, 14.9.2002, p. 27.

(8)  Royal Mail Holdings plc, Rapport interim mhux verifikat għal nofs is-sena li tispiċċa fl-24 ta’ Settembru 2006.

(9)  Is-‘self tal-2001’ kien jikkonsisti fil-fatt f’20 self ta’ 25 miljun GBP kull wieħed, li għalih ir-rata ta’ imgħax hija stabbilita skont id-data fl-1999-2000 tal-ġbid korrispondenti mir-riservi tal-kontanti. Dan is-self individwali huwa msemmija bħala ‘saffi’ tas-self tal-2001 f’din id-deċiżjoni.

(*1)  Sigriet kummerċjali.

(10)  […].

(11)  It-terminu tar-rati ta’ referenza tal-Kummissjoni kien ta’ 5 snin taħt il-metodoloġija fis-seħħ sal-31 ta′ Diċembru 2007, sena taħt il-Komunikazzjoni adottata fil-bidu tal-2008.

(12)   ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.

(13)  Peress li s-self jikkonsisti f’saffi differernti li għalihom ir-rata tiddependi fuq id-data u d-dewmien li għalihom il-fondi rilevanti kienu miġbudin għall-ewwel darba mir-riservi ta’ Royal Mail (ara nota 6 hawn fuq), kull saff huwa suġġett għal rata differenti. Dan jispjega għaliex 5,8 % hija rata medja. Ir-rata rilevanti ta’ bonds tal-Gvern kienet ir-rata għal bond l-iktar viċin id-dewmien tas-saff inkwistjoni fid-data tal-ġbid.

(14)  Parti waħda mill-faċilitajiet tas-self kienet għaddiet sa dal-punt, u għalhekk il-faċilitajiet li kien fadal kienu ta’ GBP 844 m.

(15)  Floating charge hija forma ta’ sigurtà li mhix marbuta ma’ ass partikolari iżda pjuttost ma’ klassi ta’ assi.

(16)  Il-possibbiltà hija msemmija fil-Kodiċi ta’ prattika Regolatorju 03, ppubblikat mir-Regolatur tal-Pensjonijiet Ingliż, “Funding Defined Benefits”, Frar 2006, paragrafu 104. Madankollu, l-Ingilterra ma tat ebda eżempji tal-użu tal-possibbiltà.

(17)  Ara pereżempju l-każijiet Landesbanken bħad-deċiżjoni HSH NN 71/05, kif ukoll NN 72/05, NN 19/06 u NN 34/07.

(18)  Ir-Renju Unit jinsisti li l-intrapriżi pubbliċi tiegħu jissellfu biss mill-Istat. Il-Kummissjoni ma tiddubitax din il-politika f’din id-deċiżjoni iżda hija tal-opinjoni li l-miżuri għandu jkollhom il-kapaċità ta’ skrutinju separat. Fi kwalunkwe każ ikun stramb ħafna li investitur fl-ekonomija tas-suq ikun kemm l-uniku azzjonist ta’ kumpanija li mhix parti minn grupp usa′, bħal Royal Mail, u l-uniku bankarju tal-kumpanija.

(19)  Għall-iskopijiet ta’ dawn il-projezzjonijiet l-investiment inkluda l-GBP 300 miljun tas-self tal-azzjonist, peress li l-Kummissjoni kkunsidrat f’ċertu punt tal-investigazzjoni l-possibbiltà li din il-miżura tista’ tkun assimilata wkoll ma’ ekwità. Il-Kummissjoni finalment iddeċidiet li tevalwa din il-miżura bħala self, kif deskritt hawn taħt. Il-bidla ta’ trattament fit-tabella ma tibdilx il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar il-konformità mas-suq tal-miżura tal-kont f′idejn terzi tal-pensjonijiet.

(20)  Ir-Regolatur tal-Pensjonijiet: Id-dikjarazzjoni tar-regolatur, Mejju 2006, “How the Pensions Regulator will regulate the funding of defined benefits”, paragrafu 3.16.

(21)  N 55/08 – Il-Ġermanja – GA/ERDF self subordinat. Ara wkoll kawża C 38/05 – Il-Ġermanja – Biria li kkonċernat “parteċipazzjoni siekta” evalwata taħt l-avviż tar-rata ta’ referenza tal-1997.

(22)  Avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-istabbiliment ta’ rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3).

(23)  Kawżi C 38/05, Biria, (ĠU L 183, 13.7.2007, p. 27); C 38/07, Arbel Fauvet Rail SA, (ĠU L 238, 5.9.2008, p. 27); C 95/01, Siderurgica Añon(ĠU L 311, 26.11.2005, p. 22); C 20/2000, Sniace (ĠU L 108, 30.4.2003, p. 35).

(24)  Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Kamra, kompożizzjoni estiża) tal-15 ta’ Settembru 1998, BP Chemicals Limited vs il-Kummissjoni, Kawża T-11/95, ECR [1998] p. 14 II-3235, paragrafi 170ff.

(25)  Ir-Renju Unit ma użax l-Artikolu 86(2) tat-Trattat bħala ġustifikazzjoni għall-kumpatibbiltà ta’ kwalunkwe għajnuna mogħtija lil Royal Mail taħt il-miżura tal-pensjonijiet.

(26)   ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(27)   ĠU L 49, 22.2.2005, p. 9.

(28)   ĠU L 63, 7.3.2008, p. 16.

(29)  Ara paragrafu 170 tad-deċiżjoni fuq La Poste.