<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.1000886301.case.xml"><NO.CASE>C-355/06</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62006J0355</NO.CELEX><NO.SEQ>0003.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>8875</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8886</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20071018">18.10.2007</DATE> — KAWŻA C-355/06</LEFT><RIGHT>VAN DER STEEN</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20071018">18 ta' Ottubra 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-355/06,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (l-Olanda), permezz ta' Deċiżjoni tat-<DATE ISO="20060828">28 ta' Awwissu 2006</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20060830">30 ta' Awwissu 2006</DATE>, fil-kawża</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>J, A. van der Steen,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht-Gooi/kantoor Utrecht,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn C. W. A. Timmermans, President ta' l-Awla, L. Bay Larsen, K. Schiemann, P. Kūris (Relatur), u C. Toader, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-8876"?><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn H. G. Sevenster, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn D. Triantafyllou u A. Weimar, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta ta' l-<DATE ISO="20070614">14 ta' Ġunju 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju, 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="1">ĠU L 145, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem is-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Sitt Direttiva<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-8877"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta' kawża bejn J. A. van der Steen u l-Inspecteur van de Belastingdienst Utrecht-Gooi/kantoor Utrecht (iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>ispettur<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>, dwar iċ-ċaħda ta' lment kontra deċiżjoni ta' dan ta' l-aħħar li tikkunsidra lil kumpannija u lir-rikorrent innifsu, li huwa l-uniku direttur, l-uniku azzjonist u l-uniku impjegat ta' l-imsemmija kumpannija, bħala entità fiskali waħda, għall-finijiet tal-ġbir tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>VAT<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva, jissuġġetta għall-VAT il-prowista ta' oggetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="2018"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="2019"/> tfisser kull persuna li b'mod indipendenti twettaq fi kwalunkwe post attività ekonomika msemmija fil-paragrafu 2, ikun x'ikun l-iskop jew ir-riżultati ta' dik l-attività.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-attivitajiet ekonomiċi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-attivitajiet koliha ta' produtturi, kummerċjanti u persuni li jagħtu [servizzi], magħduda attivitajiet fil-minjieri u fl-agrikoltura u attivitajiet fil-professjonijiet. L-<?PAGE NO="I-8878"?>isfruttament ta' proprjetà tanġibbli jew intanġibbli għal skop ta' dħul minnha fuq bażi kontinwa għandu wkoll jitqies bħala attività ekonomika.</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-użu tal-frażi <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>b'mod indipendenti<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/> fil-paragrafu 1 għandha teskludi mit-taxxa persuni mpjegati jew persuni oħra sakemm huma jkunu marbutin ma' min jimpjega b'kuntratt ta' impjieg jew b'kull irbit legali ieħor li joħloq ir-relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat dwar kondizzjonijiet ta' xogħol, ħlas u responsabbiltà ta' min jimpjega.</TXT><P>Bla ħsara għall-konsultazzjonijet imsemmija fl-Artikolu 29, kull Stat Membru jista' jqis bħala persuna taxxabbli waħedha persuni stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x'jaqsmu mill-qrib ma xulxin b'rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi.</P></NP><P>[...]<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tal-Liġi dwar it-taxxa fuq il-fatturat (Wet op de omzetbelasting), tat-<DATE ISO="19680628">28 ta' Ġunju 1968</DATE> <HT TYPE="ITALIC">(Staatsblad</HT> 1968, Nru 329, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>), jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Kummerċjant huwa kull persuna li tmexxi negozju b'mod indipendenti.<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-8879"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 7(2) tal-Liġi dwar il-VAT, <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>negozju<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/> jinkludi kemm l-eżerċizzju ta kummerċ jew professjoni kif ukoll l-isfruttament ta' proprjetà sabiex jinkiseb dħul fuq bażi kontinwa.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 7(4) ta' l-imsemmija Liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Il-persuni fiżiċi u l-korpi fis-sens tal-Liġi generali fuq it-taxxi ta' l-Istat li huma kummerċjanti fis-sens ta' dan l-Artikolu, li huma residenti jew stabbiliti fl-Olanda jew li għandhom stabbiliment fiss fl-Olanda u li huma marbuta finanzjarjament, b'mod organizzattiv u ekonomikament b'mod li jiffurmaw entità, għandhom jiġu kkunsidrati, fuq talba ta' wieħed jew iktar minnhom jew fin-nuqqas ta' tali talba, permezz ta' deċiżjoni ta' l-ispettur li hija appellabbli, bħala kummerċjant wieħed mill-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara dak li fih l-ispettur ikun ta din d-deċiżjoni. Ilmod kif l-entità fiskali tiġi ffurmata, mibdula u mitmuma jista' jiġi stabbilit b'digriet ministerjali.<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Sas-<DATE ISO="19980306">6 ta' Marzu 1998</DATE>, J. A. van der Steen kien imexxi, waħdu, negozju li jipprovdi servizzi ta' tindif. F'din il-kapaċità, huwa kien kummerċjant fis-sens tal-Liġi dwar il-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Mis-<DATE ISO="19980306">6 ta' Marzu 1998</DATE>, il-persuna kkonċernata saret direttur uniku u azzjonista unika tal-kumpannija b'responsabbiltà limitata J. A. van der Steen Schoonmaakdiensten<?PAGE NO="I-8880"?> BV (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>kumpannija<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>) stabbilita fl-<DATE ISO="19910704">4 ta' Lulju 1991</DATE> li kompliet l-attività li qabel kien iwettaq in-negozju mmexxi minn persuna waħda. Bħala tali, il-kumpannija kienet negozju fis-sens tal-Liġi dwar il-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>J.A. van der Steen kien ikkonkluda kuntratt ta' impjieg mal-kumpannija li permezz tiegħu kien jitħallas paga fissa fix-xahar kif ukoll pagament annwali għall-vaganzi li jirrappreżenta 8 % tal-paga annwali tiegħu. Il-kumpannija kienet tnaqqas mill-paga tiegħu t-taxxa fuq id-dħul u l-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali. Huwa kien l-uniku impjegat tal-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Meta l-kumpannija saret insolventi, ġiet ippreżentata dikjarazzjoni ta' falliment matul ix-xahar ta' Diċembru 2002. Il-kumpannija ġiet iddikjarata falluta fil-<DATE ISO="20050105">5 ta' Jannar 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-ittra tat-<DATE ISO="20021218">18 ta' Diċembru 2002</DATE> li J. A. van der Steen tālab lill-ispettur li jingħata numru tal-VAT separat minn dak tal-kumpannija sabiex ma jikkostitwixxix entità fiskali mal-kumpannija tiegħu fis-sens tal-Liġi dwar il-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>B'deċiżjoni tat-<DATE ISO="20040428">28 ta April 2004</DATE>, l-ispettur iddeċieda li J. A. van der Steen u l-kumpannija kienu jikkostitwixxu, mill-<DATE ISO="20040501">1 ta Mejju 2004</DATE>, entità fiskali skond l-Artikolu 7(4) tal-Liġi dwar il-VAT. In sostenn ta din id-deċiżjoni, huwa rrefera għas-sentenza Nru <FT TYPE="NUMBER">35775</FT> tal-Hoge Raad der Nederlanden, tas-<DATE ISO="20020426">26 ta' April 2002</DATE>. Wara li sar ilment, huwa kkonferma l-pożizzjoni tiegħu fis-<DATE ISO="20040816">16 ta' Awwissu 2004</DATE> billi għamel referenza għal deċiżjoni ta' l-iStaatssecretaris van Financiën (Segretarju ta' l-Istat għall-Finanzi), ta' l-<DATE ISO="20020724">24 ta' Lulju 2002</DATE>, ibbażata fuq din is-sentenza.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8881"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>J.A. van der Steen ressaq appell kontra dawn id-deċiżjonijiet quddiem il-Gerechtshof te Amsterdam li jenfasizza li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jiġu ġġustifikati biss jekk il-persuna kkonċernata tissodisfa l-kundizzjonijiet li jikkwalifikawha bħala kummerċjant fis-sens tal-Ligi dwar il-VAT, iżda mhijiex ċerta jekk din l-evalwazzjoni hijiex kompatibbli mad-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Gerechtshof te Amsterdam iqis li ma jistax jingħad li J. A. van der Steen kien jinsab f'relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat mal-kumpannija. Madankollu hija tistaqsi jekk, b'applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(4) tal-Liġi dwar il-VAT li jittrasponu, fid-dritt nazzjonali, id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva, il-persuna kkonċernata tistax tkun ikkunsidrata li teżerċita l-attivitajiet tagħha b'mod indipendenti mingħajr madankollu ma tkun ikkunsidrata li twettaq attivitajiet ekonomiċi b'mod indipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) ta' l-imsemmija Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Gerechtshof te Amsterdam iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u jressaq lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Għandu l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva jiġi interpretat li jfisser illi jekk persuna fiżika għandha bħala attività biss li twettaq ix-xogħol kollu li jirriżulta mill-attivitajiet ta' kumpannija b'responsabbiltà limitata li tagħha tkun l-uniku direttur, l-unika azzjonista u l-unika <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="2018"/>membru tal-persuna<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="2019"/>, dak ix-xogħol mhuwiex attività ekonomika għax huwa mwettaq matul it-tmexxija u r-rappreżentanza tal-kumpannija b'responsabbiltà limitata u għalhekk mhux matul tranżazzjonijiet ekonomiċi?<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8882"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva, persuna fiżika li twettaq ix-xogħol kollu f'isem u fl-interess ta' kumpannija taxxabbli taħt kuntratt ta' impjieg li jorbotha ma' l-imsemmija kumpannija li tagħha hija lunika azzjonista, l-uniku dirittur u l-uniku membru tal-persunal, għandhiex hija stess tkun ikkunsidrata bħala persuna taxxabbli fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Qabel xejn, għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva jikkunsidra bħala persuna taxxabbli kull persuna li b'mod indipendenti twettaq attività ekonomika msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-istess Artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva jispeċifika li l-frażi <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>b'mod indipendenti<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/> teskludi mit-taxxa persuni mpjegati jew persuni oħra sakemm huma jkunu marbutin ma min jimpjega b'kuntratt ta' impjieg jew b'kull irbit legali ieħor li joħloq ir-relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat dwar kundizzjonijiet ta' xogħol, ħlas u responsabbiltà ta' min jimpjega.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu ta' l-imsemmi Artikolu 4(4) jipprovdi li l-Istati Membri jistgħu, bla ħsara għall-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 29 tas-Sitt Direttiva, iqisu bħala persuna taxxabbli waħedha persuni stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x'jaqsmu mill-qrib ma' xulxin b'rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8883"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, f'sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, għandu jiġi aċċettat li bejn iż-żewġ persuni kkonċernati teżisti relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel nett, għandu jiġi mfakkar li għalkemm l-attività ta' tindif tal-kumpannija kienet imwettqa biss minn J. A. van der Steen, il-kuntratti ta' tindif kienu konklużi mill-kumpannija li kienet tħallas lill-persuna kkonċernata paga fixxahar u pagament annwali għall-vaganzi fissi. It-taxxa fuq id-dħul u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kienu jitnaqqsu mill-paga tiegħu mill-kumpannija. Għaldaqstant, J. A. van der Steen kien jiddependi mill-kumpannija sabiex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tar-rimunerazzjoni tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi osservai li meta J. A. van der Steen kien jipprovdi s-servizzi tiegħu bħala impjegat, huwa ma kienx qed jaġixxi f'ismu, fl-interess tiegħu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu stess, iżda fl-interess u taħt ir-responsabbiltà tal-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, f'dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' rimunerazzjoni, mhemmx relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat meta l-persuni kkonċernati jerfgħu r-riskju ekonomiku ta' l-attività tagħhom (ara ssentenza tal-<DATE ISO="19910725">25 ta' Lulju 1991</DATE>, Ayuntamiento de Sevilla, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-202/90" YEAR="1991" PAGE.ECR="I-4247">C-202/90, Ġabra p. I-4247, punt 13</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tispeċifika li J. A. van der Steen ma kien jerfa' lebda riskju ekonomiku meta kien jaġixxi fil-kwalità tiegħu ta' direttur tal-kumpannija u meta kien jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fil-kuntest tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-kumpannija ma' terzi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8884"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li impjegat fis-sitwazzjoni tar-rikorrent fil-kawża prinċipali ma jistax jiġi kkunsidrat bħala persuna taxxabbli fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Is-sentenzi tas-<DATE ISO="19960627">27 ta' Ġunju 1996</DATE>, Asscher (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-107/94" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-3089">C-107/94, Ġabra p. I-3089</REF.DOC.ECR>) u tas-<DATE ISO="20000127">27 ta Jannar 2000</DATE>, Heerma (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-23/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-419">C-23/98, Ġabra p. I-419</REF.DOC.ECR>), ma jistgħux iwasslu għal interpretazzjoni differenti ta' l-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, fis-sentenza Heerma, iċċitata iktar 'il fuq, wara li kkonstatat li l-kiri ta' proprjetà mill-persuna kkonċernata lis-soċjetà ċivili li kien soċju tagħha u li għalih kien jirċievi l-kera jikkostitwixxi provvista bi ħlas fis-sens ta' l-Artikolu 2 tas-Sitt Direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fil-punt 17, li soċju li jikri proprjetà immobbli lis-soċjetà li hija persuna taxxabbli u li huwa soċju tagħha jaġixxi b'mod indipendenti fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fil-punt 18 ta' l-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tispeċifika li fir-rigward ta' l-attività in kwistjoni, bejn is-soċjetà u s-soċju mhemmx relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat, simili għal dik imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva. Għall-kuntrarju, meta s-soċju jikri proprjetà tanġibbli lis-soċjetà, huwa jaġixxi f'ismu stess, fl-interess tiegħu stess u taħt irresponsibbiltà tiegħu stess, anke jekk fl-istess ħin huwa maniġer tas-soċjetà li qed j ikri.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, huwa paċifiku li ghalkemm J. A. van der Steen kien l-uniku direttur u l-uniku azzjonist tal-kumpannija, huwa madankollu kien jeżerċita lattivitajiet tieghu fil-kuntest ta' kuntratt ta' impjieg. Minn dan isegwi li s-sitwazzjoni ta' J. A. van der Steen mhijiex l-istess bhal dak deskritta fis-sentenza Heerma, iċċitata iktar 'il fuq, u li, kif ikkonstata l-Avukat Ġenerali fil-punt 22 tal-konklużjonijiet tieghu, safejn ix-xoghol li l-persuna kkonċernata pprovdiet lillkumpannija kien jaqa' fl-ambitu tal-kuntratt ta' impjieg, dan huwa bħala prinċipju eskluż mill-ambitu tal-VAT permezz tat-termini ċari ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-8885"?><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn dan, ir-raġunament adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja, li ddeċidiet, fil-punt 26 tas-sentenza Asscher, iċċitata iktar 'il fuq, li direttur ta' kumpannija li tagħha huwa l-uniku azzjonist ma jkunx qed iwettaq l-attività tiegħu fil-kuntest ta' relazzjoni ta' bejn min jimpjega u impjegat, u għalhekk ma jistax jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>ħaddiem<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat KE (li, wara li ġie emendat, sar l-Artikolu 39 KE), iżda bħala persuna li twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fis-sens ta' l-Artikolu 52 tat-Trattat KE (li, wara li ġie emendat, sar l-Artikolu 43 KE), ma jistax jiġi traspost għall-każ in kwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma jirrigwardax il-moviment liberu tal-persuni u jirrigwar da biss il-qasam tal-VAT u ddefinizzjoni ta' persuna taxxabbli għall-finijiet tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak kollu li ntqal iktar 'il fuq, ir-risposta għad-domanda mressqa għandha tkun li għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4 (4) tas-Sitt Direttiva, persuna fiżika li twettaq ix-xogħol kollu f'isem u fl-interess ta' kumpannija taxxabbli taħt kuntratt ta' impjieg li jorbotha ma' l-imsemmija kumpannija li tagħha hija l-unika azzjonista, l-uniku direttur u l-uniku membru tal-persunal, mhijiex hija stess persuna taxxabbli fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) ta' l-imsemmija Direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-8886"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Gustizzja (It-Tieni Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta' Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima, persuna fiżika li twettaq ix-xogħol kóliu f'isem u fl-interess ta' kumpannija taxxabbli taħt kuntratt ta' impjieg li jorbotha ma' l-imsemmija kumpannija li tagħha hija lunika azzjonista, l-uniku direttur u l-uniku membru tal-persunal, mhijiex hija stess persuna taxxabbli fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) ta' l-imsemmija Direttiva.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>