|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2777 |
15.12.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2777
tat-3 ta’ Ottubru 2023
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni għal ċerti prodotti tal-azzar ittrasferiti lejn l-Irlanda ta’ Fuq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2020/2170 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1a, u l-Artikolu 1b tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness tar-Regolament (UE) 2020/2170 fih lista ta’ merkanzija li toriġina mir-Renju Unit u li hija soġġetta għall-miżuri ta’ salvagwardja skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 (2) li tiddaħħal fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ trasport dirett minn partijiet oħra tar-Renju Unit u li għandha tkun eliġibbli għal trattament skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni jekk dik il-merkanzija tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(2) |
Kif stabbilit fil-premessa (4) tar-Regolament (UE) 2023/1321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), ir-Renju Unit ipprovda evidenza li turi li ċerti prodotti tal-azzar li joriġinaw mir-Renju Unit li bħalissa huma soġġetti għall-miżuri ta’ salvagwardja skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/159 (“il-prodotti kkonċernati”) ġew ittrasferiti fi kwantitajiet sinifikanti lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit. Sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika ta’ dawk it-trasferimenti u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi fl-Irlanda ta’ Fuq, kien meqjus xieraq li l-prodotti kkonċernati jitħallew jibbenefikaw ukoll mill-kwoti tariffarji tal-Unjoni rilevanti meta jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(3) |
Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1321, ir-Renju Unit ipprovda evidenza simili għall-evidenza msemmija fil-premessa (2) hawn fuq, li turi li ħames kategoriji addizzjonali tal-prodotti kkonċernati ġew ittrasferiti wkoll fi kwantitajiet sinifikanti lejn l-Irlanda ta’ Fuq minn partijiet oħra tar-Renju Unit. Għalhekk, ir-Renju Unit talab li dawn il-ħames kategoriji tal-prodotti kkonċernati jkunu eliġibbli wkoll għal trattament skont il-kwoti tariffarji tal-importazzjoni tal-Unjoni jekk jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fit-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex xieraq, sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika ta’ dawk it-trasferimenti u fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċifiċi fl-Irlanda ta’ Fuq, li dawn il-ħames kategoriji addizzjonali tal-prodotti kkonċernati jitħallew jibbenefikaw ukoll mill-kwoti tariffarji tal-Unjoni rilevanti meta jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-evidenza pprovduta mir-Renju Unit turi li hemm il-ħtieġa li dawn il-ħames kategoriji tal-prodotti kkonċernati jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Irlanda ta’ Fuq, |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament (UE) 2020/2170 jiġi emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) 2020/2170 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ottubru 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 432, 21.12.2020, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).
(3) Ir-Regolament (UE) 2023/1321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2023, li jemenda r-Regolament (UE) 2020/2170 fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-Unjoni u ta’ kwoti oħra tal-importazzjoni (ĠU L 166, 30.6.2023, p. 1).
ANNESS
“ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-Kwota Tariffarja (Tariff Rate Quota, TRQ) |
Kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) (1) |
|
Il-kategorija 7 tal-azzar |
7208 51 20 , 7208 51 91 , 7208 51 98 , 7208 52 91 , 7208 90 20 , 7208 90 80 , 7210 90 30 , 7225 40 12 , 7225 40 40 , 7225 40 60 , 7225 99 00 |
|
Il-kategorija 8 tal-azzar |
7219 11 00 , 7219 12 10 , 7219 12 90 , 7219 13 10 , 7219 13 90 , 7219 14 10 , 7219 14 90 , 7219 22 10 , 7219 22 90 , 7219 23 00 , 7219 24 00 , 7220 11 00 , 7220 12 00 |
|
Il-kategorija 9 tal-azzar |
7219 31 00 , 7219 32 10 , 7219 32 90 , 7219 33 10 , 7219 33 90 , 7219 34 10 , 7219 34 90 , 7219 35 10 , 7219 35 90 , 7219 90 20 , 7219 90 80 , 7220 20 21 , 7220 20 29 , 7220 20 41 , 7220 20 49 , 7220 20 81 , 7220 20 89 , 7220 90 20 , 7220 90 80 |
|
Il-kategorija 13 tal-azzar |
7214 20 00 , 7214 99 10 |
|
Il-kategorija 17 tal-azzar |
7216 31 10 , 7216 31 90 , 7216 32 11 , 7216 32 19 , 7216 32 91 , 7216 32 99 , 7216 33 10 , 7216 33 90 |
|
Il-kategorija 25 A tal-azzar |
7305 11 00 , 7305 12 00 |
|
Il-kategorija 28 tal-azzar |
7217 10 10 , 7217 10 31 , 7217 10 39 , 7217 10 50 , 7217 10 90 , 7217 20 10 , 7217 20 30 , 7217 20 50 , 7217 20 90 , 7217 30 41 , 7217 30 49 , 7217 30 50 , 7217 30 90 , 7217 90 20 , 7217 90 50 , 7217 90 90 |
(1) Kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/2777/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)