|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1890 |
19.9.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1890
tat-18 ta’ Settembru 2025
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 (2), il-Kunsill impona dazji anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ħadid fondut bil-grafit sferojdali, bl-esklużjoni ta’ komponenti ta’ fittings b’kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13 u kaxxi fejn jingħaqdu l-kejbils tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr ma jkollhom għatu, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 19 10 (kodiċi TARIC 7307 19 10 10) u ex 7307 19 90 (kodiċi TARIC 7307 19 90 10) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u mit-Tajlandja (“l-investigazzjoni oriġinali”). |
|
(2) |
Id-dazju, ibbażat fuq l-eliminazzjoni tal-livell tad-dumping, varja bejn 14,9 % u 57,8 %. L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. |
|
(3) |
Fit-12 ta’ Ġunju 2013, il-produttur esportatur Ċiniż Jinan Meide Castings Co., Ltd (“Jinan Meide”), ippreżenta rikors fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fejn talab l-annullament tar-Regolament (UE) Nru 430/2013 sa fejn kien japplika għalih. Fit-30 ta’ Ġunju 2016, fis-sentenza tagħha l-Qorti Ġenerali sabet li d-drittijiet tad-difiża ta’ Jinan Meide nkisru u annullat ir-Regolament ikkontestat sa fejn kien jimponi dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, immanifatturati minn Jinan Meide. |
|
(4) |
Wara s-sentenza msemmija hawn fuq, b’Avviż tat-28 ta’ Ottubru 2016 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) fetħet mill-ġdid l-investigazzjoni anti-dumping li tikkonċerna l-fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, immanifatturati minn Jinan Meide. |
|
(5) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1146 (4), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv ta’ 39,2 % fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-RPĊ, immanifatturati minn Jinan Meide. |
|
(6) |
Fil-25 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni fetħet rieżami interim parzjali, wara t-talba ta’ Metpro Limited, rigward ċerti tipi ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin ta’ ħadid fondut malleabbli li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajlandja biex tiddetermina jekk kinux jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping applikabbli. Il-Kummissjoni temmet dan ir-rieżami interim parzjali fit-18 ta’ Lulju 2016, permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1176 (5), wara li l-applikant irtira t-talba tiegħu. |
|
(7) |
Fit-23 ta’ Mejju 2017, il-Kummissjoni fetħet rieżami interim parzjali, wara t-talba ta’ Hebei Yulong Casting Co., Ltd, rigward ċerti tipi ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin ta’ ħadid fondut malleabbli li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajlandja biex tiddetermina jekk jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping applikabbli. Il-Kummissjoni temmet dan ir-rieżami interim parzjali permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/52 (6), wara li l-applikant irtira t-talba tiegħu. |
|
(8) |
Fit-12 ta’ Lulju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (7) ddeċidiet li l-fittings magħmula minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili) ma jikkorrispondux għall-kunċett ta’ “ħadid fondut malleabbli”, kif definit fis-subintestatura 7307 19 10 tan-NM. Il-Qorti kkonkludiet li l-fittings magħmula minn ħadid fondut bil-grafit sferojdali jridu jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 7307 19 90 tan-NM (bħala oġġetti oħra ta’ ħadid ieħor). |
|
(9) |
Fl-14 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/262 (8) li jemenda r-referenzi għall-kodiċijiet TARIC sabiex dawn ikunu allinjati mal-konklużjonijiet tal-Qorti. Minħabba li l-miżuri anti-dumping jiġu imposti skont id-definizzjoni tal-prodott irrispettivament mill-klassifikazzjoni tariffarja, din l-emenda ma kellha ebda impatt fuq l-ambitu tal-prodott tal-miżuri attwali. |
|
(10) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1259 (9) il-Kummissjoni Ewropea imponiet mill-ġdid il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, wara rieżami ta’ skadenza (“ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti”). |
|
(11) |
Jinan Meide kkontesta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1146 quddiem il-Qorti Ġenerali. Fl-20 ta’ Settembru 2019, il-Qorti Ġenerali ħarġet is-sentenza tagħha fil-Kawża T-650/17 (10) dwar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1146. |
|
(12) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1210 (11), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv ta’ 36,0 % fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-RPĊ, immanifatturati minn Jinan Meide. |
|
(13) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2202 (12) il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-prodotti li ġejjin mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri anti-dumping:
|
|
(14) |
Id-dazji anti-dumping fis-seħħ bħalissa jvarjaw bejn 24,6 % u 57,8 % fuq l-importazzjonijiet miċ-Ċina u bejn 14,9 % u 15,5 % fuq l-importazzjonijiet mit-Tajlandja. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(15) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (13), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(16) |
It-talba għal rieżami tressqet fil-25 ta’ April 2024 mill- Kumitat Ad Hoc tad-Difiża tal-industrija tal-Fittings Fonduti ta’ Pajpijiet ta’ Ħadid Fondut Malleabbli tal-Unjoni Ewropea (‘‘l-applikant’’) f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping u l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
1.3. Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(17) |
Wara li l-Kummissjoni ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fl-24 ta’ Lulju 2024, hija bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw miċ-Ċina u mit-Tajlandja (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (14) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
1.4. Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu kkunsidrat
|
(18) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”). |
1.5. Partijiet interessati
|
(19) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni biex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikanti, lill-produtturi magħrufin oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi magħrufin fiċ-Ċina u fit-Tajlandja, lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u tat-Tajlandja, u lill-importaturi magħrufin, kif ukoll lill-utenti u l-kummerċjanti dwar il-bidu tal-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza u stednithom jipparteċipaw. |
|
(20) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ għal proċedimenti dwar il-kummerċ. L-ebda parti interessata ma talbet seduta ta’ smigħ. |
1.6. Kampjunar
|
(21) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(22) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tar-rappreżentattività f’termini tad-daqs tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott taħt investigazzjoni waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(23) |
Il-kampjun kien jikkonsisti f’żewġ produtturi tal-Unjoni li kienu jirrappreżentaw madwar 70 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-kampjun kien jiżgura wkoll firxa ġeografika tajba. |
|
(24) |
F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kampjun kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
Kampjunar tal-importaturi
|
(25) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(26) |
L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba jew qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
Kampjunar ta’ produtturi fiċ-Ċina
|
(27) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi kollha fiċ-Ċina sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi oħrajn, jekk kien hemm, li setgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(28) |
L-ebda produttur fiċ-Ċina ma pprovda l-informazzjoni mitluba jew qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-ebda produttur fiċ-Ċina ma kkoopera mal-investigazzjoni. |
Kampjunar ta’ produtturi fit-Tajlandja
|
(29) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi kollha fit-Tajlandja sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tat-Tajlandja għall-Unjoni Ewropea tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi oħra, jekk kien hemm, li setgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(30) |
L-ebda produttur fit-Tajlandja ma pprovda l-informazzjoni mitluba jew qabel li jiġi inkluż fil-kampjun. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-ebda produttur fit-Tajlandja ma kkoopera mal-investigazzjoni. |
1.7. Tweġibiet għall-kwestjonarju
|
(31) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda tweġiba għal dan il-kwestjonarju. Għalhekk, ma kienx hemm kooperazzjoni mill-GTĊ. |
|
(32) |
Il-Kummissjoni talbet lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biex jimlew il-kwestjonarji, li kienu disponibbli fuq is-sit web tagħha fil-jum tal-bidu. |
|
(33) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand iż-żewġ produtturi tal-Unjoni fil-kampjun: Berg Montana Fittings EAD u Georg Fischer Fittings GmbH. |
1.8. Verifika
|
(34) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa meħtieġa biex tiddetermina l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu, kif ukoll l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.9. Proċedura sussegwenti
|
(35) |
Fl-10 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni ddivulgat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kellha l-ħsieb li żżomm id-dazji anti-dumping fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(36) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-applikat, li fihom huma qablu mas-sejbiet tagħha. Ma ġew irċevuti l-ebda kumment jew talba għal smigħ. |
2. PRODOTT TAĦT RIEŻAMI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt rieżami
|
(37) |
Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, jiġifieri fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7307 19 10 (kodiċijiet TARIC 7307 19 10 10 u 7307 19 10 20) (“il-prodott taħt rieżami” jew “MTF”). |
|
(38) |
Il-prodotti li ġejjin huma esklużi: korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13; kaxxi tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr għatu fejn jingħaqdu l-kejbils; tees li jikklampjaw tal-ħadid duttili bl-issiġillar tal-lastiku u toqba tal-iżbokk; tappijiet tal-ħadid duttili skanalati għall-użu fuq pajpijiet tal-azzar skanalati bi żbokk bil-kamin; riduċenti tal-ħadid duttili bil-kamin fit-tarf; tees riduċenti tal-ħadid duttili skanalati bi żbokk bil-kamin; kullari tal-ħadid duttili għall-ibblankjar tal-pajpijiet mingħajr żbokki bil-kamin użati biex jissiġillaw toqba f’tubu jew pajp. |
|
(39) |
Il-materja prima ewlenija li tintuża bħala input hija ruttam tal-metalli, kokk/elettriku/gass, ramel (għall-immudellar) u żingu (għall-galvanizzazzjoni). L-ewwel pass fil-proċess tal-manifattura huwa t-tidwib tar-ruttam tal-metalli. Dan ikun segwit mill-proċess tal-immudellar u l-iffundar ta’ diversi forom li mbagħad jiġu separati f’biċċiet waħdiena. Il-prodotti jridu jgħaddu minn proċess twil ta’ ttemprar sabiex jiġi żgurat li jkunu malleabbli biżżejjed biex jintużaw f’applikazzjonijiet fejn pereżempju tkun meħtieġa reżistenza għad-daqqiet u għall-vibrazzjonijiet u sabiex jifilħu għal bidliet rapidi fit-temperatura. Wara dan, il-fittings ikunu jistgħu jiġu ggalvanizzati. Imbagħad isir l-iffurmar tal-kamin u xogħol ieħor bil-magni. |
|
(40) |
Il-prodott taħt rieżami jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju għat-tqabbid flimkien ta’ żewġ pajpijiet jew tubi jew aktar, għat-tqabbid ta’ pajp ma’ apparat, għall-bdil tad-direzzjoni tal-fluss ta’ fluwidu, jew għall-għeluq ta’ pajp. Il-fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin jintużaw prinċipalment fis-sistemi tal-gass, tal-ilma u tat-tisħin ta’ bini residenzjali u mhux residenzjali. Dawn jintużaw ukoll fis-sistemi tal-pajpijiet tar-raffineriji taż-żejt. Dawn il-fittings huma disponibbli f’ħafna konfigurazzjonijiet, l-iżjed komuni jkunu l-elbows ta’ 90 grad, it-tees, il-couplings, il-crosses, u l-unions. Huma jiġu prodotti kemm f’forma sewda (mhux galvanizzata) kif ukoll f’forma galvanizzata. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(41) |
Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa l-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina u mit-Tajlandja. |
2.3. Prodott simili
|
(42) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(43) |
Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Iċ-Ċina
3.1.1. Kummenti preliminari
|
(44) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet ta’ “MTF” miċ-Ċina komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni. |
|
(45) |
Skont il-Eurostat u informazzjoni mill-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet ta’ MTF miċ-Ċina kienu jammontaw għal madwar 19 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 47 % matul l-investigazzjoni oriġinali u 21 % matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. |
|
(46) |
Kif imsemmi fil-premessi (28) u (30), l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi miċ-Ċina ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet taċ-Ċina li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward iċ-Ċina. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Smigħ f’dan ir-rigward. |
|
(47) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping fir-rigward taċ-Ċina kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri l-informazzjoni fit-talba għal rieżami, l-istatistika miġbura, u sorsi pubbliċi oħra identifikati fejn applikabbli. |
3.1.2. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina
|
(48) |
Minħabba li l-evidenza disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni kienet biżżejjed biex turi, fir-rigward taċ-Ċina, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(49) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”). Barra minn hekk, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jressqu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(50) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
|
(51) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. L-applikant uża l-Brażil bħala pajjiż rappreżentattiv fit-talba tiegħu għal rieżami. |
|
(52) |
Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi xierqa possibbli oħrajn f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(53) |
Fl-10 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni ippubblikat Nota biex tinforma lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. |
|
(54) |
F’dik in-Nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li ggwidaw l-għażla tal-prezzijiet jew tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(55) |
Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, dawk ġenerali u amministrattivi (“kostijiet SG&A”, selling, general and administrative costs) u l-profitti abbażi ta’ data disponibbli minn tliet kumpaniji Tajlandiżi li jagħmlu profitt. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar in-Nota mingħand l-applikant, li ddikjara li jaċċetta lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.1.3. Valur normali
|
(57) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(58) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, jekk “jiġi determinat […] li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni” , u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” ( “kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” hawn taħt se jissejħu “kostijiet SG&A”). |
|
(59) |
Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli, u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ u mill-produtturi Ċiniżi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.1.3.1.
|
(60) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza fil-fajl biex tiddeċiedi jekk jeżistux distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, li jwasslu biex l-użu tal-prezzijiet u tal-kostijiet domestiċi f’dak il-pajjiż ma jkunx xieraq. Dik l-analiżi kopriet l-elementi evidenzjarji li ġejjin dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(61) |
L-ewwel, l-evidenza li ġiet ipprovduta fit-talba kienet tinkludi l-elementi li ġejjin u li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(62) |
L-applikant argumenta li s-suq Ċiniż tal-prodott taħt rieżami huwa servut minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni jew il-gwida tal-politika tal-awtoritajiet Ċiniżi. L-applikant innota l-eżistenza ta’ sjieda tal-Istat fis-settur tal-ħadid u tal-azzar, b’mod partikolari permezz tar-rabtiet stretti bejn l-intrapriżi u l-Partit Komunista Ċiniż (PKĊ). Sjieda bħal din hija partikolarment evidenti fis-settur tal-MTF, permezz tal-gwida pprovduta fl-objettivi tal-Assoċjazzjoni Ċiniża tal-Ħadid u tal-Azzar (“CISA”, Chinese Iron and Steel Association) (15). |
|
(63) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tas-CISA, l-assoċjazzjoni “għandha sservi lill-intrapriżi, għandha sservi lis-settur u għandha sservi lill-gvern (…) u għandha tiżgura rwol ta’ forza ta’ tqarrib bejn il-gvern u l-intrapriżi involuti”. Barra minn hekk, l-Artikolu 24 jipprevedi li s-CISA “twettaq kwalunkwe kompitu ieħor kif inkarigat mill-gvern u mill-amministrazzjoni rilevanti”, filwaqt li l-Artikolu 26 jistipula li s-CISA “żżomm kif xieraq mal-linja, mal-linji gwida, mal-politiki u mal-governanza politika tal-Partit”. |
|
(64) |
L-applikant argumenta wkoll li l-preżenza tal-Istat Ċiniż fil-produtturi tal-MTF tippermetti lill-Istat jinterferixxi fil-prezzijiet u l-kostijiet. L-applikant sostna li dan huwa l-każ kemm għall-intrapriżi tal-Istat (“SOEs”, state-owned enterprises) kif ukoll għall-kumpaniji privati. Fil-fatt, l-applikant innota l-obbligu kostituzzjonali, skont l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li “[o]rganizzazzjonijiet tal-Partit fil-livell primarju f’entitajiet mhux tas-settur pubbliku għandhom jimplimentaw il-prinċipji u l-politiki tal-Partit, jiggwidaw u jissorveljaw lill-intrapriżi tagħhom fl-osservanza tal-liġijiet u tar-regolamenti tal-Istat”. L-Artikolu 19 tal-liġi taċ-Ċina dwar il-kumpaniji jenfasizza d-dmir tal-kumpaniji “li jipprovdu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-Partit” u r-rekwiżit li jaħtru fi ħdan il-kumpanija, “organizzazzjoni tal-Partit Komunista taċ-Ċina […] biex twettaq l-attivitajiet tal-Partit”. |
|
(65) |
It-talba għal rieżami nnotat il-preżenza qawwija tal-Istat fis-settur tal-azzar kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak muniċipali. L-applikant semma l-investigazzjoni anti-dumping reċenti dwar l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar miċ-Ċina (16), fejn il-Kummissjoni kkwotat il-pjan ta’ azzjoni tal-Ħadid u l-Azzar għall-2022 tal-Muniċipalità ta’ Hebei Tangshan, li fiha entitajiet muniċipali differenti jingħataw il-kompitu li “jfittxu u jiggwidaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu lill-intrapriżi tal-ħadid u tal-azzar self b’imgħax baxx li jippermettilhom jaqilbu għal industriji ġodda, u fl-istess ħin […] jipprovdu sussidji fil-forma ta’ skont fir-rata ta’ imgħax”. L-applikant innota li din il-preżenza tal-Istat fil-kumpaniji tal-azzar, hija riflessa wkoll f’dawk fis-settur tal-MTF. |
|
(66) |
L-applikant indika li l-awtoritajiet Ċiniżi japplikaw politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles. L-applikant innota li s-settur tal-azzar fiċ-Ċina huwa soġġett għal bosta pjanijiet nazzjonali u muniċipali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ottimizzazzjoni u l-iżvilupp tal-industrija tal-azzar u l-modernizzazzjoni fil-livell tal-katina tal-provvista. |
|
(67) |
L-applikant jissottolinja wkoll in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat ta’ liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà. Skont l-applikant, dan huwa ċar mill-influwenza tal-GTĊ fil-proċedimenti ta’ insolvenza. Minħabba s-subordinazzjoni tal-qrati għall-GTĊ, ħafna ditti insolventi jibbenefikaw minn pjanijiet ta’ ristrutturar li jirriżultaw mill-garanziji governattivi de facto lill-SOEs. Barra minn hekk, l-applikant irrefera għan-nuqqas ta’ trasparenza tar-regoli dwar l-għoti u l-akkwist tal-art. |
|
(68) |
Fir-rigward tas-settur tal-ħadid u tal-azzar, u b’mod speċifiku l-produtturi tal-MTF, l-applikant enfasizza l-konklużjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, li fih ġie stabbilit li jeżistu distorsjonijiet peress li “kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà fis-settur tal-ħadid u tal-azzar, inkluż fir-rigward tal-prodott taħt rieżami.” |
|
(69) |
It-talba ssottolinjat li l-kostijiet tal-pagi qed jiġu distorti fiċ-Ċina u b’mod speċifiku fis-settur tal-MTF. Rigward dan, l-applikant ikkumenta dak li ġie stabbilit fl-Ewwel Rieżami ta’ Skadenza (17): “Għaldaqstant, is-settur tal-fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet hu affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jkun qed jagħmel il-prodott taħt rieżami) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għall-kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ)”. Skont l-applikant, is-sitwazzjoni ma nbidlitx f’dak li għandu x’jaqsam mad-distorsjonijiet fil-kostijiet tal-pagi u kkonferma li għad hemm distorsjonijiet sinifikanti fil-kostijiet tal-pagi, kemm direttament kif ukoll indirettament, fis-settur tal-fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet. |
|
(70) |
It-tieni, f’investigazzjonijiet reċenti li jikkonċernaw is-settur tal-ħadid u tal-azzar fiċ-Ċina (18), il-Kummissjoni sabet li kien hemm distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. F’dawk l-investigazzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li hemm intervent sostanzjali tal-gvern fiċ-Ċina u li dan jirriżulta f’distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (19). |
|
(71) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni kkonkludiet li fis-settur tal-ħadid u tal-azzar, mhux biss għad hemm grad sostanzjali ta’ sjieda mill-GTĊ fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku (20), iżda l-GTĊ jinsab ukoll f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku (21). |
|
(72) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji, kif ukoll fil-provvediment tal-materja prima u tal-inputs, għandhom ukoll effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq. Tabilħaqq, b’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fl-indirizzar tar-riżorsi lejn setturi ddeżinjati mill-GTĊ bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti, minflok jiġu allokati b’mod konformi mal-forzi tas-suq (22). |
|
(73) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż, tar-Regolament bażiku, u b’hekk jiġġeneraw distorsjonijiet b’mod partikolari meta jmantnu ditti insolventi u meta jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art fiċ-Ċina (23). |
|
(74) |
Il-Kummissjoni sabet distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi fis-settur tal-ħadid u tal-azzar fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż, tar-Regolament bażiku (24), kif ukoll distorsjonijiet fis-swieq finanzjarji fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari dwar l-aċċess għal kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina (25). |
|
(75) |
Fl-aktar rieżami ta’ skadenza reċenti dwar il-prodott taħt rieżami (26), il-Kummissjoni kkonkludiet li kienu jeżistu distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni ma taf bl-ebda bidla strutturali kbira fiċ-Ċina b’mod ġenerali, u/jew fis-settur rilevanti b’mod partikolari, li tista’ taffettwa dik il-konklużjoni. |
|
(76) |
Evidenza addizzjonali disponibbli fir-Rapport dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija taċ-Ċina (“ir-Rapport”) (27), imħejji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku, indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti wkoll matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(77) |
F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juri l-kuntrarju. |
|
(78) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-evidenza disponibbli wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, kif muri mill-impatt reali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. |
|
(79) |
Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. |
|
(80) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklużivament fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, fuq il-bażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.1.3.2.
|
(81) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(82) |
Kif spjegat fil-premessa (53) hawn fuq, il-Kummissjoni ħarġet Nota fl-10 ta’ Frar 2025 dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Din in-Nota informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(83) |
Fin-Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat l-Arġentina, il-Brażil, it-Turkija u t-Tajlandja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħaċ-Ċina skont il-Bank Dinji, jiġifieri huma kollha kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross fejn kien magħruf li sseħħ il-manifattura tal-prodott taħt rieżami. |
|
(84) |
Fin-Nota, il-Kummissjoni analizzat id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fl-erba’ pajjiżi rappreżentattivi possibbli kif ġej. |
|
(85) |
Għall-Arġentina, ma kien hemm l-ebda data finanzjarja faċilment disponibbli għall-uniku manifattur magħruf tal-MTF u l-Arġentina ma timportax ruttam tal-azzar, il-materja prima ewlenija. |
|
(86) |
Għat-Turkija, l-uniku produttur magħruf tal-MTF ma għamilx profitt fl-2023. |
|
(87) |
Kemm għat-Tajlandja kif ukoll għall-Brażil, il-Kummissjoni sabet data għall-manifatturi fiż-żewġ pajjiżi, jiġifieri tliet kumpaniji fit-Tajlandja u waħda fil-Brażil. Madankollu, il-kumpaniji Tajlandiżi kienu manifatturi tal-MTF, filwaqt li l-kumpanija Brażiljana kienet grupp kbir b’informazzjoni finanzjarja konsolidata. |
|
(88) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni informat lill-partijiet ikkonċernati li hija kienet beħsiebha tuża lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u t-tliet manifatturi Tajlandiżi, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku, sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali. |
|
(89) |
Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja kienet il-pajjiż rappreżentattiv xieraq, fuq il-bażi tal-elementi kollha msemmijin hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(90) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Tajlandja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.1.3.3.
|
(91) |
Fin-Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija kienet se tuża l-Global Trade Atlas (“GTA”) sabiex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. In-Nota stabbiliet ukoll is-sorsi li l-Kummissjoni kienet se tuża għal fatturi oħra tal-produzzjoni, li huma stabbiliti hawn taħt. |
Fatturi ta’ produzzjoni
|
(92) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-applikant biex tispeċifika l-fatturi ta’ produzzjoni użati fil-produzzjoni ta’ MTF. |
|
(93) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha bbażata fuq it-talba, ġew identifikati l-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom biex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(94) |
L-applikant indika li l-materja prima użata għall-produzzjoni tal-MTF inbidlet meta mqabbla mar-rieżami ta’ skadenza preċedenti. Fil-premessa (134) sa (135) tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, il-Kummissjoni sabet li l-akbar produttur Ċiniż ipproduċa MTF f’forn b’cupola li juża l-kokk biex idewweb il-materja prima. Madankollu, l-applikant sab informazzjoni li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami l-akbar żewġ produtturi fiċ-Ċina użaw fran elettriċi biex jipproduċu l-prodott taħt rieżami li jużaw materja prima differenti fil-proċess tat-tisħin. |
Materja prima
|
(95) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif ikkonsenjata sal-bieb tal-fabbrika ta’ produttur tal-pajjiż rappreżentattiv, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fit-Tajlandja, kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni. Prezz tal-importazzjoni fit-Tajlandja ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha eskluża ċ-Ċina u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO, u li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31). |
|
(96) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn it-Tajlandja minħabba li kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. |
|
(97) |
Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara li ġew esklużi l-importazzjonijiet miċ-Ċina lejn il-pajjiż rappreżentattiv, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ rappreżentattiv. |
|
(98) |
Fir-rigward tad-dazji fuq l-importazzjoni l-Kummissjoni nnotat li t-Tajlandja kienet timporta l-materja prima rilevanti minn ħafna pajjiż b’tariffi differenti ta’ dazju fuq l-importazzjoni u differenzi sinifikanti fil-kwantitajiet. Għalkemm f’rieżami ta’ skadenza ma huwiex meħtieġ li jiġi kkalkolat marġni eżatt ta’ dumping, iżda pjuttost li tiġi stabbilita l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, il-Kummissjoni ħadet id-dazji tal-importazzjoni kif estratti mill-GTA għal kull pajjiż ta’ oriġini. |
Manodopera
|
(99) |
Il-Kummissjoni użat l-aħħar data disponibbli għall-pubbliku mill-Bank tat-Tajlandja għall-pagi medji fit-Tajlandja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (32). Dawn ġew aġġustati biex jinkludu l-imposti soċjali (33). Fl-aħħar nett, il-kost lavorattiv annwali totali ġie diviż bin-numru ta’ sigħat fis-sena (jiġifieri 8 sigħat kuljum, immultiplikati b’5 ijiem ta’ xogħol fil-ġimgħa u bl-għadd ta’ ġimgħat f’sena). |
Elettriku
|
(100) |
Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-faxxa ta’ konsum korrispondenti f’kWh ippubblikati mill-Awtorità Provinċjali Tajlandiża tal-Elettriku (34). Din it-tariffa tal-enerġija ma nbidlitx mill-2018 u hija aġġornata kull xahar bl-użu tal-istrument imsejjaħ “Ft surcharge”. Għalhekk, il-ħlasijiet tal-elettriku fatturati għal kull xahar ġew ikkalkolati bħala:
|
|
(101) |
Meta kkalkolat il-valur referenzjarju, il-Kummissjoni żiedet it-tariffa medja aġġustata tal-enerġija mal-imposta bażi tal-elettriku, għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
Gass naturali
|
(102) |
Sabiex tistabbilixxi l-valur referenzjarju għall-gass, il-Kummissjoni użat il-prezzijiet tal-gass għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Tajlandja ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Politika u tal-Ippjanar tal-Enerġija tal-Ministeru tal-Enerġija (36). Il-prezzijiet varjaw skont il-volum ta’ konsum. Il-Kummissjoni użat il-prezzijiet korrispondenti mit-Tabella 7.2-4: Il-Konsum Finali tal-Enerġija Per Capita. Il-Kummissjoni użat bħala valur referenzjarju l-aktar data reċenti rigward l-2023. |
Kostijiet ġenerali tal-manifattura, kostijiet SG&A, profitti u deprezzament
|
(103) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(104) |
Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta mill-applikant, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet totali tal-manifattura u tal-manodopera. Imbagħad, dan il-persentaġġ ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-kostijiet ġenerali tal-manifattura, skont il-mudell prodott. |
3.1.3.4. Kalkolu tal-valur normali
|
(105) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet valur normali medju fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(106) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-użu ta’ kull fattur (materjal u manodopera) għall-produzzjoni tal-MTF. |
|
(107) |
Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura kif imsemmi hawn fuq, imbagħad il-kostijiet tal-SG&A u l-profitt. Il-kostijiet tal-SG&A u l-profitt ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ tliet manifatturi Tajlandiżi tal-MTF għall-2023 kif irrapportat fil-kontijiet tal-kumpaniji kkonċernati:
|
|
(108) |
Il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura:
|
|
(109) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.1.4. Prezz tal-esportazzjoni
|
(110) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi miċ-Ċina, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data tal-Eurostat, ikkoreġut għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Il-prezz CIF irrapportat mill-Eurostat tnaqqas bi stima tal-kost tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni u l-kost tat-trasport domestiku, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami. |
3.1.5. Tqabbil
|
(111) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq. |
|
(112) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, ma sar l-ebda aġġustament f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
3.1.6. Marġni tad-dumping
|
(113) |
Il-marġnijiet tad-dumping ġew ikkalkolati għal 65 % għall-importazzjonijiet miċ-Ċina. |
3.2. It-Tajlandja
3.2.1. Kummenti preliminari
|
(114) |
Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet ta’ fittings tat-tubi jew tal-pajpijiet malleabbli (“MTF”) mit-Tajlandja komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni. |
|
(115) |
Skont il-Eurostat u informazzjoni mill-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet ta’ MTF mit-Tajlandja kienu jammontaw għal madwar 4 % tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, meta mqabbla ma’ sehem mis-suq ta’ 5,2 % matul l-investigazzjoni oriġinali u 5 % matul ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. |
|
(116) |
Kif imsemmi fil-premessi (28) u (30), l-ebda wieħed mill-produtturi mit-Tajlandja ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni informat lill-awtoritajiet tat-Tajlandja li minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku dwar is-sejbiet fir-rigward tat-Tajlandja. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment jew talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Smigħ f’dan ir-rigward. |
|
(117) |
Konsegwentement, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping fir-rigward tat-Tajlandja kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri l-informazzjoni fit-talba għal rieżami, l-istatistika miġbura, u sorsi pubbliċi oħra identifikati fejn applikabbli. |
3.2.2. Valur normali
|
(118) |
L-ebda produttur Tajlandiż tal-MTF ma kkoopera mal-investigazzjoni u għalhekk il-valur normali kien ibbażat fuq l-informazzjoni dwar il-prezzijiet domestiċi Tajlandiżi li tinsab fit-talba għal rieżami u aġġornata mill-applikant biex tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(119) |
L-informazzjoni pprovduta mill-applikant uriet li dan il-bejgħ domestiku sar fl-andament normali tal-kummerċ u għalhekk intuża bħala s-sors tal-valur normali. |
3.2.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(120) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi mit-Tajlandja, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data tal-Eurostat, ikkoreġuta għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Il-prezz CIF irrapportat mill-Eurostat tnaqqas bi stima tal-kost tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar u tal-assigurazzjoni u l-kost tat-trasport domestiku, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami. |
3.2.4. Tqabbil
|
(121) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika kif stabbilit hawn fuq. |
|
(122) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi Tajlandiżi, ma sar l-ebda aġġustament f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
3.2.5. Marġni tad-dumping
|
(123) |
Il-marġnijiet tad-dumping ġew ikkalkolati għal 70 % għall-importazzjonijiet mit-Tajlandja. |
4. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING
4.1. Iċ-Ċina
|
(124) |
Wara s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping miċ-Ċina f’każ li l-miżuri jiġu rrevokati. |
|
(125) |
L-elementi addizzjonali li ġejjin ġew analizzati:
|
|
(126) |
Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi miċ-Ċina, dan l-eżami kien ibbażat fuq l-informazzjoni li kienet disponibbli għall-Kummissjoni, jiġifieri, l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami u informazzjoni minn sorsi indipendenti oħra disponibbli, bħal statistika uffiċjali dwar l-importazzjoni u informazzjoni miksuba fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. |
4.1.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina
|
(127) |
It-talba ma kienx fiha informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva preċiżi tal-prodott taħt rieżami fiċ-Ċina (37). Ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti sab li s-suq Ċiniż huwa frammentat b’ħafna produtturi żgħar u għadd ta’ produtturi kbar. Madankollu, it-talba pprovdiet informazzjoni bbażata fuq informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. B’mod partikolari, hija indikat li Jinan Meide Casting Co. Ltd. żiedet il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha fl-2022 u tipproduċi aktar minn 150 000 tunnellata fis-sena. It-talba indikat ukoll li Jianzhi Group, wieħed mill-manifatturi ewlenin taċ-Ċina, għandu waħdu kapaċità tal-produzzjoni annwali ta’ aktar minn 400 000 tunnellata metrika ta’ MTF (38). |
|
(128) |
It-talba rreferiet ukoll għal investigazzjoni anti-dumping tal-2022 tal-Arġentina dwar l-importazzjonijiet ta’ fittings ta’ tubi jew ta’ pajpijiet malleabbli miċ-Ċina u mill-Brażil, li allegatament iddeterminat li ċ-Ċina għandha kapaċità tal-produzzjoni annwali ta’ 500 000 tunnellata għall-MTF. |
|
(129) |
Skont it-talba għal rieżami, il-konsum domestiku Ċiniż huwa fil-biċċa l-kbira taħt il-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża, u dan kien ikkonfermat fl-investigazzjoni anti-dumping imwettqa mill-Arġentina. |
|
(130) |
Ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti kkonferma li jeżistu kapaċitajiet żejda sostanzjali fiċ-Ċina. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ xi żieda sinifikanti fid-domanda domestika, u lanqas ta’ xi swieq ta’ pajjiżi terzi li kapaċi jassorbu dan l-eċċess mir-rieżami ta’ skadenza preċedenti ‘l hawn. Bl-istess mod, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-kapaċitajiet tal-produzzjoni fiċ-Ċina naqsu. |
|
(131) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-fatti disponibbli, hemm kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina li tista’ tintuża biex tforni lis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.1.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(132) |
Biex jiġi stabbilit l-iżvilupp possibbli tal-importazzjonijiet kieku l-miżuri kellhom jiġu rrevokati, il-Kummissjoni qieset l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet. |
|
(133) |
Minkejja d-dazji anti-dumping fis-seħħ, iċ-Ċina xorta esportat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u kellha sehem mis-suq ta’ 19 %, li juri li l-Unjoni baqgħet suq attraenti u destinazzjoni attraenti għall-esportazzjoni għaċ-Ċina. |
|
(134) |
Minħabba s-sejba ta’ dumping miċ-Ċina, u l-fatt li l-importazzjonijiet għadhom qed jidħlu fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li s-suq tal-Unjoni kompla jkun attraenti għall-produtturi Ċiniżi u jekk il-miżuri kellhom jiskadu, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fl-Unjoni jiżdiedu. |
4.1.3. Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u fiċ-Ċina
|
(135) |
Kif stabbilit fil-premessa (166), il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet miċ-Ċina komplew iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u dan jindika li l-livell tal-prezz fl-Unjoni kien attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, anke bil-miżuri anti-dumping fis-seħħ. |
4.1.4. Konklużjoni
|
(136) |
L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-esportazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li jekk il-miżuri jiskadu hemm probabbiltà kbira li l-produtturi Ċiniżi jesportaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà kbira ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.2. It-Tajlandja
|
(137) |
Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jiġu rrevokati. |
|
(138) |
L-elementi addizzjonali li ġejjin ġew analizzati:
|
|
(139) |
Bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi mit-Tajlandja, dan l-eżami kien ibbażat fuq l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, jiġifieri, l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami u informazzjoni minn sorsi indipendenti oħra disponibbli, bħal statistika uffiċjali dwar l-importazzjoni u informazzjoni miksuba fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti. |
4.2.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fit-Tajlandja
|
(140) |
It-talba ma pprovdietx informazzjoni speċifika dwar il-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva tal-prodott taħt rieżami fit-Tajlandja. Madankollu, hija nnotat li l-esportaturi Tajlandiżi baqgħu jiddependu ħafna fuq is-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet u li s-sehem mis-suq tagħha kiber matul il-perjodu kkunsidrat bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezz. |
|
(141) |
Ir-rieżami ta’ skadenza preċedenti kkonferma li jeżistu kapaċitajiet żejda sostanzjali fit-Tajlandja. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ xi żieda sinifikanti fid-domanda domestika, u lanqas ta’ xi swieq ta’ pajjiżi terzi li kapaċi jassorbu dan l-eċċess mir-rieżami ta’ skadenza preċedenti ‘l hawn. Bl-istess mod, ma kien hemm l-ebda evidenza li l-kapaċitajiet tal-produzzjoni fit-Tajlandja naqsu. |
|
(142) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm kapaċità ta’ riżerva fit-Tajlandja li tista’ tintuża biex tforni lis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.2.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(143) |
Biex jiġi stabbilit l-iżvilupp possibbli tal-importazzjonijiet kieku l-miżuri kellhom jiġu rrevokati, il-Kummissjoni qieset l-attraenza tas-suq tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet. |
|
(144) |
Minkejja d-dazji anti-dumping fis-seħħ, it-Tajlandja xorta esportat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, b’sehem mis-suq ta’ 4 %, li juri li l-Unjoni baqgħet suq attraenti u destinazzjoni attraenti għall-esportazzjoni. |
|
(145) |
Minħabba s-sejba ta’ dumping mit-Tajlandja, u l-fatt li l-importazzjonijiet għadhom qed jidħlu fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li s-suq tal-Unjoni baqa’ jkun attraenti għall-produtturi Tajlandiżi u jekk il-miżuri jiskadu, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fl-Unjoni jiżdiedu. |
4.2.3. Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u fit-Tajlandja.
|
(146) |
Kif stabbilit fil-premessa (166), il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet mit-Tajlandja komplew iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u dan jindika li l-livell tal-prezz fl-Unjoni kien attraenti għall-produtturi esportaturi Tajlandiżi, anke bil-miżuri anti-dumping fis-seħħ. |
4.2.4. Konklużjoni
|
(147) |
L-investigazzjoni wriet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-esportazzjonijiet Tajlandiżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll li jekk il-miżuri jiskadu hemm probabbiltà kbira li l-produtturi Tajlandiżi jesportaw kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. B’hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà kbira ta’ kontinwazzjoni tad-dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
5. DANNU
5.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(148) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn ħames produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. It-talba għal rieżami indikat li wieħed mill-produtturi, Odlewnia Zawiercie S.A., kien qed jipproċessa biss fittings tat-tubi jew tal-pajpijiet mingħajr kamin importati billi jagħmlilhom il-kamin u għalhekk ma għandux jitqies bħala parti mill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(149) |
Peress li l-fittings tat-tubi jew tal-pajpijiet mingħajr kamin ma humiex parti mill-prodott taħt rieżami u jaqgħu taħt kodiċi TARIC differenti, il-Kummissjoni qieset li l-iffurmar tal-kamin ta’ dawn il-prodotti huwa pass ta’ produzzjoni li jikkostitwixxi l-manifattura tal-prodott taħt rieżami u, għalhekk, li Odlewnia Zawiercie S.A. hija parti mill-industrija tal-Unjoni għall-investigazzjoni attwali. |
|
(150) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ħames kumpaniji jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(151) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal madwar 20 774 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tad-data pprovduta mill-applikant u mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Żewġ produtturi tal-Unjoni ġew inklużi fil-kampjun; dawn instabu li jirrappreżentaw madwar 60 % tal-volumi totali vverifikati tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-Unjoni tal-prodott simili. |
|
(152) |
Ta’ min jinnota li l-Kummissjoni kkuntattjat lil Odlewnia Zawiercie S.A. biex tipprovdi d-data tal-kumpanija relatata mal-indikaturi makroekonomiċi stabbiliti fit-taqsima 5.5.2 hawn taħt, iżda li l-kumpanija ddeċidiet li ma tikkooperax ma’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, id-data relatata ma’ din il-kumpanija kienet ibbażata fuq stimi pprovduti mill-applikant fil-kwestjonarju dwar indikaturi makroekonomiċi. |
5.2. Konsum tal-Unjoni
|
(153) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet flimkien il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat, kif irrapportat fl-Eurostat. It-tweġiba tal-applikant għall-kwestjonarju dwar indikaturi makroekonomiċi u d-data uffiċjali mill-Eurostat kienu s-sors tal-informazzjoni. |
|
(154) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||
|
(155) |
Il-konsum totali tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat ra tnaqqis notevoli mill-2021 sa tmiem il-PIR. Fl-2022, il-konsum tal-Unjoni tnaqqas bi 8 % meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Fl-2023, meta l-ekonomija tal-Unjoni esperjenzat tkabbir aktar kajman meta mqabbel mal-2022, il-konsum tal-Unjoni kompla jonqos b’14-il punt perċentwali, filwaqt li fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma kien hemm l-ebda bidla sostanzjali. |
5.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
5.3.1. Kwantità u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(156) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data mill-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-importazzjonijiet u l-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(157) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Kwantità tal-importazzjoni (tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(158) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, fl-2022 dawn l-importazzjonijiet żdiedu b’14 % mill-2021, minkejja li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 8 % matul l-istess perjodu. Għall-istess sena, is-sehem mis-suq taċ-Ċina żdied għal 22 %, u dan jindika penetrazzjoni ulterjuri sinifikanti fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, fl-2023, sena meta l-konsum tal-Unjoni naqas b’14-il punt perċentwali, l-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu b’26 punt perċentwali. Madankollu, fl-2023, is-sehem mis-suq taċ-Ċina baqa’ relattivament għoli b’19 %. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu bi ftit għal 5 420 tunnellata, żieda marġinali mill-2023, filwaqt li s-sehem mis-suq baqa’ kostanti b’19 %, li jindika stabbiltà fil-preżenza tas-suq relattiva taċ-Ċina. |
|
(159) |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja, kien hemm żieda sinifikanti ta’ 25 % fl-2022 meta mqabbla mas-sena preċedenti. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Tajlandiżi żdied ukoll minn 3 % għal 4 % fl-istess perjodu. Fl-2023, simili għall-importazzjonijiet Ċiniżi, l-importazzjonijiet mit-Tajlandja naqsu b’26 punt perċentwali u reġgħu lura qrib il-livelli tal-2021. Is-sehem mis-suq baqa’ l-istess għal 4 % li jissuġġerixxi reżiljenza fil-preżenza tas-suq tat-Tajlandja minkejja tnaqqis fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-PIR, l-importazzjonijiet mit-Tajlandja żdiedu bi 11-il punt perċentwali meta mqabbla mal-2023 b’sehem mis-suq li baqa’ l-istess għal 4 %. |
5.3.2. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u twaqqigħ tal-prezz
|
(160) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi ta’ data tal-Eurostat. It-twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet ġie stabbilit fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju pprovduti mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. |
|
(161) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(162) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina esperjenzaw żieda ta’ 29 % mill-2021 sal-2022, segwita minn tnaqqis ta’ 17-il punt perċentwali fl-2023 u żieda ta’ 5 punti perċentwali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, ix-xejra turi volatilità b’żieda massima fil-prezzijiet fl-2022. Għall-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu bi 17 %. |
|
(163) |
Għall-kuntrarju, il-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Tajlandja wrew xejra aktar stabbli b’żieda modesta fl-2022, segwita minn tnaqqis fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għall-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet mit-Tajlandja żdiedu b’1 %. |
|
(164) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
|
(165) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar permezz ta’ data mill-industrija tal-Unjoni fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut meta meħtieġ, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. |
|
(166) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wera twaqqigħ sinifikanti tal-prezz mill-importazzjonijiet kemm miċ-Ċina (26 %) kif ukoll mit-Tajlandja (48 %) fis-suq tal-Unjoni. |
5.4. Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina u t-Tajlandja
|
(167) |
L-importazzjonijiet ta’ MTF minn pajjiżi oħra minbarra ċ-Ċina u t-Tajlandja kienu prinċipalment mill-Indoneżja u mill-Brażil. |
|
(168) |
Il-kwantità ta’ importazzjonijiet fl-Unjoni kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet fil-prezzijiet għall-importazzjonijiet ta’ MTF minn pajjiżi oħrajn żviluppaw kif ġej: Tabella 5 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(169) |
F’dak li jirrigwarda l-importazzjonijiet mill-Indoneżja, id-data wriet xejra ġeneralment volatili iżda li qed tiżdied. Il-kwantità ta’ importazzjonijiet mill-Indoneżja rat żieda sinifikanti fl-2022, meta żdiedet minn 1 391 tunnellata fl-2021 għal 2 233 tunnellata, qabel ma naqset għal 1 451 tunnellata fl-2023. Minkejja dawn il-varjazzjonijiet, is-sehem mis-suq tal-Indoneżja żdied b’mod konsistenti, u laħaq 7,2 % matul il-perjodu ta’ rieżami. Il-prezz medju għal kull tunnellata ta’ importazzjonijiet mill-Indoneżja varja b’mod konsiderevoli, bl-ogħla livell ta’ EUR 4 105 fl-2022 segwit minn tnaqqis għal EUR 2 837 fl-2023, qabel ma stabbilizza għal EUR 2 783 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(170) |
F’dak li jirrigwarda l-importazzjonijiet mill-Brażil, id-data indikat tnaqqis gradwali fil-kwantitajiet importati, bi tnaqqis minn 525 tunnellata fl-2021 għal 405 tunnellati fl-2023, bi rkupru żgħir għal 523 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Minkejja t-tnaqqis fil-volum, is-sehem mis-suq tal-Brażil ra żieda żgħira, minn 1,5 % fl-2021 għal 1,9 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Xejra notevoli għall-Brażil hija ż-żieda sinifikanti fil-prezz medju għal kull tunnellata, li tela’ għal EUR 5 720 fl-2023 qabel ma naqas bi ftit għal EUR 5 119 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(171) |
Id-data dwar l-importazzjoni għal pajjiżi oħra, minbarra l-Indoneżja u l-Brażil kif ukoll iċ-Ċina u t-Tajlandja, uriet żieda kostanti kemm fil-kwantità tal-importazzjonijiet kif ukoll fis-sehem mis-suq matul il-perjodu osservat. Il-kwantitajiet tal-importazzjoni telgħu b’mod konsistenti minn 515-il tunnellata fl-2021 għal 835 tunnellata matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u dan irriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq minn 1,4 % għal 3 %. Il-prezz medju għal kull tunnellata ra tnaqqis minn EUR 4 476 fl-2022 għal EUR 3 776 matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5.5. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.5.1. Kummenti ġenerali
|
(172) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(173) |
Kif imsemmi fil-premessa (22), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(174) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju dwar dawn l-indikaturi pprovdut mill-applikant. |
|
(175) |
Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data kienet relatata mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(176) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat. |
|
(177) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
5.5.2. Indikaturi makroekonomiċi
5.5.2.1.
|
(178) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(179) |
Fir-rigward tal-kwantità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, id-data wriet tnaqqis konsistenti mill-2021 sa tmiem il-PIR. Mid-29 432 tunnellata fl-2021, il-produzzjoni naqset għal 25 166 tunnellata fl-2022, jiġifieri tnaqqis ta’ 14 %. Din ix-xejra ‘l isfel kompliet fl-2023, bil-produzzjoni tkompli tonqos għal 22 151 tunnellata (jiġifieri tnaqqis ta’ 9 punti perċentwali mill-2022), u mbagħad għal 20 774 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jimmarka tnaqqis ġenerali ta’ 29 % mil-livelli tal-2021. |
|
(180) |
Matul dan il-perjodu, il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet kostanti għal 61 500 tunnellata. Għaldaqstant, l-użu tal-kapaċità naqas ukoll matul is-snin. Dan beda f’livell ta’ 48 % fl-2021, naqas għal 41 % fl-2022, kompla jonqos għal 36 % fl-2023, u laħaq 34 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. It-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità kien jirrifletti t-tnaqqis fil-kwantitajiet tal-produzzjoni meta mqabbel mal-kapaċità tal-produzzjoni li baqgħet l-istess. |
5.5.2.2.
|
(181) |
Il-kwantità tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Kwantità tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(182) |
Fir-rigward tal-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, id-data indikat li hemm tnaqqis konsistenti mill-2021 sa tmiem il-PIR, bi tnaqqis totali ta’ 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis huwa notevolment aktar mgħaġġel mit-tnaqqis fil-konsum li naqas bi 22 % matul l-istess perjodu. Fl-istess ħin, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas minn 72 % fl-2021 għal 64 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri tnaqqis ta’ 8 punti perċentwali. |
5.5.2.3.
|
(183) |
F’kuntest ta’ tnaqqis fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni mhux biss tilfet il-volumi ta’ bejgħ fl-Unjoni iżda wkoll is-sehem mis-suq, għall-kuntrarju tal-importazzjonijiet Ċiniżi u Tajlandiżi li kisbu sehem mis-suq fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.5.2.4.
|
(184) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 8 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(185) |
F’dak li jirrigwarda l-impjiegi, hemm xejra ċara ta’ tnaqqis fl-għadd ta’ impjiegi mill-2021 sa tmiem il-PIR, bi tnaqqis totali ta’ madwar 15 % mill-2021. Minn 1 226 impjegat fl-2021, il-forza tax-xogħol tnaqqset għal 1 039 impjegat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(186) |
Barra minn hekk, id-data indikat li l-produttività mkejla f’tunnellati għal kull impjegat rat tnaqqis notevoli matul il-perjodu kkunsidrat; b’mod ġenerali naqset bi 17 %. B’mod partikolari, minn 24 tunnellata għal kull impjegat fl-2021, il-produttività naqset għal 20 tunnellata għal kull impjegat fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5.5.2.5.
|
(187) |
Il-marġnijiet tad-dumping Ċiniżi u Tajlandiżi kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-effett tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Tajlandja. |
|
(188) |
L-ipprezzar inġust kontinwu mill-esportaturi miċ-Ċina u mit-Tajlandja għamilha wkoll impossibbli għall-industrija tal-Unjoni li tirkupra mill-prattiki ta’ dumping tal-passat. |
5.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi
5.5.3.1.
|
(189) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 Prezzijiet tal-bejgħ u kost tal-produzzjoni fl-Unjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(190) |
L-evoluzzjoni tal-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni mill-2021 sa tmiem il-PIR wriet xejra ċara ‘l fuq. Minn [EUR 4 100 – EUR 4 300] fl-2021, il-prezzijiet żdiedu b’mod sostanzjali fl-2022 għal [EUR 5 100 – EUR 5 300] u komplew jiżdiedu fl-2023 għal [EUR 5 600 – EUR 5 800], b’żieda żgħira ulterjuri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Kumplessivament, il-prezzijiet medji tal-bejgħ għal kull unità telgħu b’36 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(191) |
F’konformità max-xejra tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, il-kost tal-produzzjoni ta’ unità esperjenza wkoll żieda sinifikanti matul l-istess perjodu. Il-kostijiet żdiedu bi 28 % fl-2022, b’6 punti perċentwali oħra fl-2023, u żdiedu marġinalment aktar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Kumplessivament, il-kostijiet ta’ produzzjoni żdiedu b’35 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.5.3.2.
|
(192) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||
|
(193) |
Fir-rigward tal-kostijiet lavorattivi, id-data indikat xejra ta’ żieda konsistenti fil-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat matul il-perjodu mill-2021 sa tmiem il-PIR. Minn [EUR 36 000 – EUR 37 000] fl-2021, il-kostijiet żdiedu b’6 % fl-2022, segwiti minn żieda sinifikanti bi 13-il punt perċentwali fl-2023, u fl-aħħar laħqu [EUR 47 000 – EUR 48 000] matul il-perjodu ta’ rieżami. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-kostijiet lavorattivi medji żdiedu b’31 %. |
5.5.3.3.
|
(194) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Stokks
|
||||||||||||||||||||||
|
(195) |
Fir-rigward tad-data dwar l-istokks tal-għeluq, id-data indikat xejra li tvarja fil-livelli tal-istokks tal-għeluq matul il-perjodu mill-2021 sa tmiem il-PIR. Fl-2022, kien hemm żieda fl-istokks tal-għeluq, li żdiedet bi 30 % meta mqabbla mal-2021. Madankollu, l-2023 rat tnaqqis ta’ 11-il punt perċentwali b’irkupru ta’ 4 punti perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
5.5.3.4.
|
(196) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(197) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(198) |
Id-data turi xejriet ta’ sfida fil-profittabbiltà, fil-fluss tal-flus, fl-investimenti, u fir-redditu fuq l-investimenti mill-2021 sa tmiem il-PIR. Il-profittabbiltà bdiet minn punt ta’ ekwilibriju fl-2021 iżda marret għall-agħar fl-2022 għal [-4 % – -2 %] u baqgħet fl-istess livell fl-2023, qabel ma tjiebet xi ftit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal livell ta’ [-3 % – -1 %] li xorta kien livell ta’ telf. L-indiċijiet negattivi assoċjati mal-profittabbiltà jindikaw prestazzjoni li qed tmur għall-agħar meta mqabbla mal-2021. |
|
(199) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss ta’ flus nett varjat ħafna matul il-perjodu kkunsidrat: din niżlet għal ammont negattiv fl-2022 ta’ [EUR -4 350 000 – EUR -4 050 000], li jirrifletti ħruġ sinifikanti ta’ flus fir-rigward tal-2021. Madankollu, fl-2023, il-fluss tal-flus nett irkupra sostanzjalment għal [EUR 6 600 000 – EUR 6 900 000], qabel ma stabbilizza matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal [EUR 5 000 000 – EUR 5 300 000]. |
|
(200) |
L-ammonti ta’ investiment baqgħu relattivament stabbli matul is-snin, għal [EUR 3 750 000 – EUR 3 850 000] fl-2021 u esperjenzaw varjazzjonijiet żgħar, li spiċċaw jiżdiedu għal [EUR 4 100 000 – EUR 4 200 000] matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri dan jissuġġerixxi żieda moderata ta’ 9 % fl-attività ta’ investiment matul il-perjodu kkunsidrat. Instab li dawn l-investimenti kienu prinċipalment relatati mal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol u l-ambjent. |
|
(201) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan beda b’mod pożittiv fl-2021 meta kien [14 % – 18 %]; baqa’ stabbli fl-2022; imbagħad naqas b’mod drammatiku fl-2023 għal [-4 % – -2 %] u stabbilizza ruħu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal [-3 % – 1 %], u dan jirrifletti tnaqqis qawwi fir-redditi fuq l-investiment minkejja livelli ta’ investiment konsistenti. B’mod ġenerali, id-data indikat instabbiltà finanzjarja, b’perjodi twal ta’ nuqqas ta’ profittabbiltà, fluss tal-flus li jvarja, investimenti stabbli, u redditi mnaqqsa fuq l-investimenti, li jissuġġerixxu li l-produtturi tal-Unjoni ffaċċjaw sfidi operazzjonali sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.6. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(202) |
Il-parti l-kbira tal-indikaturi tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(203) |
Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien attribwibbli għal tnaqqis fil-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. B’mod ġenerali, il-produzzjoni naqset b’29 %, filwaqt li l-bejgħ naqas bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien rifless f’telf tas-sehem mis-suq, li niżel minn 72 % fl-2021 għal 64 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, li jirrappreżenta tnaqqis totali ta’ 8 punti perċentwali. Dan it-telf fis-sehem mis-suq kien ta’ benefiċċju għall-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Tajlandja matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(204) |
L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikkumpensa għall-volumi tal-bejgħ mitlufa fis-suq tal-Unjoni permezz ta’ żieda fl-esportazzjonijiet, peress li l-esportazzjonijiet naqsu b’20 % fil-perjodu kkunsidrat. |
|
(205) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni baqgħet stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. L-użu tal-kapaċità tal-produzzjoni naqas b’29 % fil-perjodu kkunsidrat f’konformità ma’ tnaqqis ekwivalenti fil-produzzjoni. |
|
(206) |
L-impjiegi naqsu bi 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-produttività żviluppat f’konformità mal-bidliet fil-produzzjoni u fl-impjiegi, jiġifieri naqset bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(207) |
Il-kost medju tal-produzzjoni żdied b’mod sinifikanti fl-2022 (bi 28 % mill-2021) u laħaq il-quċċata tiegħu fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (b’35 % mill-2021). |
|
(208) |
Il-prezz medju tal-produtturi tal-Unjoni żdied b’36 % matul il-perjodu kkunsidrat, biex ilaħħaq maż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni. |
|
(209) |
Il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset matul il-perjodu kkunsidrat, billi naqset b’mod sinifikanti fl-2022 u fl-2023 u tjiebet kemxejn fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, b’indiċijiet negattivi li jindikaw tnaqqis fil-prestazzjoni meta mqabbla mal-2021. |
|
(210) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. |
6. KAWŻALITÀ
|
(211) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħra għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi għajr iċ-Ċina u t-Tajlandja, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, it-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fil-kost. |
6.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(212) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet tal-prodott simili oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mit-Tajlandja żiedu s-sehem mis-suq tagħhom. Is-sehem mis-suq taċ-Ċina kien ta’ 19 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel ma’ 18 % fl-2021; filwaqt li s-sehem mis-suq tat-Tajlandja kien ta’ 4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbel ma’ 3 % fl-2021. Din iż-żieda seħħet minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ u t-tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta’ 22% fl-Unjoni. |
|
(213) |
Il-kwantità assoluta tal-importazzjonijiet Ċiniżi tnaqqset bi 15 %, jiġifieri f’livell aktar baxx meta mqabbla mat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. Il-kwantità assoluta tal-importazzjonijiet mit-Tajlandja żdiedet b’10 %. Fl-istess ħin, il-kwantità ta’ bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni niżlet bi 30 % minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. |
|
(214) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mit-Tajlandja raw tnaqqis ta’ 1 % fl-istess perjodu. B’kuntrast ma’ dan, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b’36 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
6.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
|
(215) |
L-analiżi tad-dannu wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi u Tajlandiżi fl-Unjoni żiedu s-sehem mis-suq tagħhom minkejja l-miżuri anti-dumping eżistenti u t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni. Maż-żmien, dan ikkoinċida mad-deterjorament tal-indikaturi tal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħal tnaqqis fil-profittabbiltà, li rriżulta f’telf sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi u Tajlandiżi kienet għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, li tilfet il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq. |
|
(216) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(217) |
Is-suq tal-Unjoni ċkien bi 22 % matul il-perjodu kkunsidrat, dovut għal tkabbir ekonomiku aktar kajman u għal prezzijiet għoljin tal-enerġija. Madankollu, is-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni naqas b’mod sproporzjonat meta mqabbel mal-gwadanji mill-importazzjonijiet Ċiniżi, Tajlandiżi u oħrajn. |
|
(218) |
Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni ffaċċjaw żieda sinifikanti ta’ 35 % fil-kostijiet tal-produzzjoni. Minkejja li rnexxielhom iżidu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom b’mod proporzjonali, huma ma setgħux ikopru l-kostijiet matul il-biċċa l-kbira tal-perjodu kkunsidrat. |
|
(219) |
Minbarra li kien hemm żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina u mit-Tajlandja, dan kien ikkawżat l-aktar minn importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, b’mod partikolari mill-Indoneżja, li żdiedu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat (minn 3,9 % għal 7,2 % tas-sehem mis-suq) bi twaqqigħ tal-prezzijiet. |
|
(220) |
Barra minn hekk, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni wriet tnaqqis ta’ 20 % matul il-perjodu kkunsidrat. Billi l-bejgħ tal-esportazzjoni kien jammonta biss għal 9 % tal-bejgħ totali tagħhom, kien hemm impatt negattiv iżda limitat fuq id-dannu tal-industrija minn tnaqqis fl-esportazzjonijiet. |
|
(221) |
Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mit-Tajlandja kkontribwew għad-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami; madankollu, fatturi oħra, b’mod partikolari l-importazzjonijiet mill-Indoneżja u prestazzjoni ta’ esportazzjoni agħar għall-industrija tal-Unjoni, setgħu kellhom ukoll effett fuq is-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tkompli tivvaluta jekk id-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mit-Tajlandja aktarx ikompli jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
7. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DANNU
|
(222) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (210) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà li d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mit-Tajlandja jkomplix jew jerġax jokkorri f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. |
|
(223) |
F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin mill-Kummissjoni:
|
7.1. Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina u fit-Tajlandja
|
(224) |
Kif muri fit-taqsimiet 4.1.1 u 4.2.1 hawn fuq, il-Kummissjoni qagħdet fuq informazzjoni mit-talba u mir-rieżami ta’ skadenza preċedenti u sabet li kemm iċ-Ċina kif ukoll it-Tajlandja kellhom kapaċitajiet ta’ produzzjoni sinifikanti li setgħu jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet saħansitra akbar bi prezzijiet li jkunu oġġett ta’ dumping kieku l-miżuri anti-dumping kellhom jieqfu. |
7.2. Attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(225) |
Kif muri fit-taqsimiet 4.1.2 u 4.2.2 hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li minħabba l-preżenza persistenti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mit-Tajlandja u ż-żieda fis-sehem mis-suq tagħhom fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, is-suq tal-Unjoni jibqa’ attraenti għall-produtturi miċ-Ċina u mit-Tajlandja. |
7.3. Twaqqigħ tal-prezz
|
(226) |
Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni fl-Unjoni miċ-Ċina u mit-Tajlandja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu ferm aktar baxxi mill-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Kif stabbilit fil-premessa (166), matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-prezzijiet Ċiniżi u dawk Tajlandiżi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’26 % u 48 %, rispettivament, bid-dazji anti-dumping imħallsa. |
|
(227) |
Kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu, il-livell ta’ twaqqigħ tal-prezz jiżdied għal 47 % għall-importazzjonijiet Ċiniżi u 55 % għall-importazzjonijiet mit-Tajlandja. |
7.4. Konklużjoni
|
(228) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-revoka tal-miżuri probabbilment tirriżulta f’żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mit-Tajlandja b’livelli ta’ prezzijiet dannużi, u għalhekk ikomplu jaggravaw id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju. |
8. INTERESS TAL-UNJONI
|
(229) |
F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
8.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(230) |
L-investigazzjoni wriet li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, dan x’aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tiddeterjora malajr f’termini ta’ volumi aktar baxxi ta’ bejgħ u prezzijiet tal-bejgħ li jirriżultaw fi tnaqqis qawwi fil-profittabilità. Il-kontinwazzjoni tal-miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tagħha fis-suq tal-Unjoni li jassigura kundizzjonijiet ekwi. |
|
(231) |
Għaldaqstant, iż-żamma tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
8.2. Interess ta’ importaturi mhux relatati
|
(232) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u stednithom jikkooperaw f’din l-investigazzjoni. L-ebda importatur ma kkoopera. |
|
(233) |
Fl-investigazzjoni oriġinali nstab li, fid-dawl tal-profitti u tas-sorsi tal-provvista tal-importaturi, kwalunkwe impatt negattiv tal-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi, jekk jeżisti, ma jkunx sproporzjonat. |
|
(234) |
F’din l-investigazzjoni, bħalma ġara fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, ma hemm l-ebda evidenza disponibbli għall-Kummissjoni li tissuġġerixxi l-oppost, u għalhekk jista’ jiġi kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-importaturi u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwahomx indebitament. |
8.3. Interess tal-utenti
|
(235) |
Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-utenti magħrufa kollha f’din l-investigazzjoni u stednithom jikkooperaw. L-ebda utent ma kkoopera. |
|
(236) |
F’din l-investigazzjoni ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ affettwaw lill-utenti b’xi mod negattiv. Is-sehem tal-prodott taħt rieżami mill-kostijiet totali tal-kostruzzjoni jew tal-installazzjoni l-ġdida huwa limitat. |
|
(237) |
Fuq dik il-bażi huwa kkonfermat li l-miżuri fis-seħħ bħalissa ma kellhom l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-utenti u li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma taffettwahomx indebitament. |
8.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(238) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw miċ-Ċina u mit-Tajlandja. |
9. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(239) |
Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping, il-kontinwazzjoni tad-dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri anti-dumping fuq il-fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw miċ-Ċina u mit-Tajlandja jenħtieġ li jinżammu. |
|
(240) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, jenħtieġu miżuri speċjali sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali u tal-eżenzjonijiet mill-estensjonijiet tal-miżuri wara l-investigazzjonijiet ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni. |
|
(241) |
L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali jew tal-eżenzjonijiet hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha”. |
|
(242) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali u l-eżenzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, ma hijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. |
|
(243) |
Anki jekk tip ppreżentata fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport bil-baħar, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa jew tal-eżenzjoni tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(244) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-kwantità wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-kwantità tista’ titqies bħala li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’ teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju applikabbli għall-pajjiż kollu. |
|
(245) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament japplikaw esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina u mit-Tajlandja u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmijin. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għal “l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(246) |
Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk hija sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (39). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(247) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Ma wasal l-ebda kumment. |
|
(248) |
Jenħtieġ li esportaturi jew produtturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu użat biex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju li huwa applikabbli bħalissa għall-esportazzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu li ntuża sabiex jiġi stabbilit il-livell tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tiegħu; (ii) mhuwiex relatat ma’ kumpanija li għamlet dan u, għalhekk, huwa soġġett għad-dazji anti-dumping; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali. |
|
(249) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40) meta jkollu jiġi rrimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-kapital tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(250) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv hu impost fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7307 19 10 (kodiċijiet TARIC 7307 19 10 10 u 7307 19 10 20) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja. Il-prodotti li ġejjin huma esklużi: korpi ta’ fittings ta’ kompressjoni bl-użu tal-kamin metriku ISO DIN 13; kaxxi tal-ħadid malleabbli bil-kamin ċirkolari mingħajr għatu fejn jingħaqdu l-kejbils; tees li jikklampjaw tal-ħadid duttili bl-issiġillar tal-lastiku u toqba tal-iżbokk; tappijiet tal-ħadid duttili skanalati għall-użu fuq pajpijiet tal-azzar skanalati bi żbokk bil-kamin; riduċenti tal-ħadid duttili bil-kamin fit-tarf; tees riduċenti tal-ħadid duttili skanalati bi żbokk bil-kamin; kullari tal-ħadid duttili għall-ibblankjar tal-pajpijiet mingħajr żbokki bil-kamin użati biex jissiġillaw toqba f’tubu jew pajp.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u immanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Iċ-Ċina |
Hebei Jianzhi Casting Group Ltd |
57,8 % |
B335 |
|
|
Jinan Meide Casting Co., Ltd |
36,0 % |
B336 |
|
|
Qingdao Madison Industrial Co., Ltd |
24,6 % |
B337 |
|
|
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
41,1 % |
|
|
|
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw miċ-Ċina |
57,8 % |
B999 |
|
It-Tajlandja |
BIS Pipe Fitting Industry Co. Ltd |
15,5 % |
B347 |
|
|
Siam Fittings Co., Ltd |
14,9 % |
B348 |
|
|
L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mit-Tajlandja |
15,5 % |
B999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u bil-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(kwantità) ta’ (prodott taħt rieżami) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat sabiex jiżdiedu produtturi esportaturi ġodda u jiġu soġġetti għar-rata ta’ dazju anti-dumping medja ponderata xierqa għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:
|
(a) |
ma esportax il-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) li joriġinaw miċ-Ċina jew mit-Tajlandja matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2011 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”); |
|
(b) |
ma huwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li kkoopera jew seta’ kkoopera fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazju; u |
|
(c) |
jew effettivament esporta l-prodott taħt rieżami li joriġina miċ-Ċina jew mit-Tajlandja jew inkella daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. |
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Settembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU L 129, 14.5.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/430/oj).
(3) ĠU C 398, 28.10.2016, p. 57.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1146 tat-28 ta’ Ġunju 2017 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, manifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd (ĠU L 166, 29.6.2017, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1146/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1176 tat-18 ta’ Lulju 2016 li ttemm ir-rieżami interim parzjali dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 115, ELI: 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1176/oj).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/52 tal-11 ta’ Jannar 2018 li ttemm ir-rieżami interim parzjali dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja (ĠU L 7, 12.1.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/52/oj).
(7) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2018, Profit Europe NV vs Belgische Staat, C-397/17 u C-398/17, ECLI:EU:C:2018:564.
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/262 tal-14 ta’ Frar 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 430/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajlandja u li jtemm il-proċediment fir-rigward tal-Indoneżja (ĠU L 44, 15.2.2019, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/262/oj).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1259 tal-24 ta’ Lulju 2019 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 197, 25.7.2019, p. 2, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1259/oj).
(10) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Settembru 2019, Jinan Meide Casting Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-650/17, ECLI:EU:T:2019:644.
(11) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1210 tad-19 ta’ Awwissu 2020 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ fittings tal-fondut għal tubi jew pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, manifatturati minn Jinan Meide Castings Co., Ltd wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-650/17 (ĠU L 274, 21.8.2020, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1210/oj).
(12) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2202 tas-16 ta’ Ottubru 2023 li jemenda ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1259 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ fittings fonduti ta’ tubi jew ta’ pajpijiet bil-kamin, ta’ ħadid fondut malleabbli u ta’ ħadid fondut bil-grafit sferojdali, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajlandja (ĠU L, 2023/2202, 17.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2202/oj).
(13) ĠU C, C/2023/387, 25.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/387/oj.
(14) ĠU C, C/2024/4656, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4656/oj.
(15) Ara: https://www.chinaisa.org.cn/gxportal/xfgl/portal/index.html.
(16) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija (ĠU L 177, 12.7.2023, p. 63, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1444/oj).
(17) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1259.
(18) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666 tas-6 ta’ Ġunju 2024 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils tal-azzar ikkonsenjati mill-Marokk u mir-Repubblika tal-Korea, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw minn dawn il-pajjiżi u sew jekk le, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1666/oj; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-pjanċi b’bastun tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Turkija, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1444/oj; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100 tal-11 ta’ Jannar 2023 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ kartelli tal-azzar inossidabbli li jistgħu jimtlew mill-ġdid u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/100/oj; ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Federazzjoni Russa wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2068/oj; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191 tas-16 ta’ Frar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti elementi tal-irbit tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/191/oj.
(19) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 76; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 66; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 58; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 80; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 208.
(20) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 60; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 38; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 192.
(21) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessi 66 sa 68; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 58; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 40; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 66; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessi 193 sa 194. Filwaqt li d-dritt li l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat jaħtru u jneħħu persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies bħala li jirrifletti d-drittijiet tas-sjieda korrispondenti, iċ-ċelloli tal-PKĊ fl-intrapriżi, kemm f’tal-Istat kif ukoll f’dawk privati, jirrappreżentaw mezz ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont id-dritt tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tal-PKĊ (li jkollha mill-anqas tliet membri tal-PKĊ kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tal-PKĊ) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, tal-inqas mill-2016, il-PKĊ saħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla deċiżjonijiet tan-negozju fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrappurtat ukoll li l-PKĊ jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u jsegwu d-dixxiplina tal-partit. Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partit f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem tikber biex l-organizzazzjonijiet tal-PKĊ ikollhom l-aħħar kelma fid-deċiżjonijiet tan-negozju fil-kumpaniji rispettivi tagħhom. Dawn ir-regoli japplikaw b’mod ġenerali għall-ekonomija Ċiniża kollha, fis-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott taħt rieżami u l-fornituri tal-inputs tagħhom.
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessi 61 sa 65; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 59; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 43; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 68; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessi 195 sa 201.
(23) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666 tas-6 ta’ Ġunju 2024, il-premessa 54; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444 tal-11 ta’ Lulju 2023, il-premessa 62; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 52; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068 tas-26 ta’ Ottubru 2022, il-premessa 74; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 202.
(24) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 72; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 45; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 33; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 74; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 203.
(25) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1666, il-premessa 73; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1444, il-premessa 64; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/100, il-premessa 54; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2068, il-premessa 76; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/191, il-premessa 204.
(26) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1259.
(27) Commission Staff Working Document, on Significant Distortions in the Economy of the People’s Republic of China for the Purposes of Trade Defence Investigations, 10 ta’ April 2024, SWD (2024) 91 final.
(28) World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(29) Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur tal-prodott taħt rieżami.
(30) “Magna tal-ibblastjar” huwa t-terminu tal-industrija għall-granuli li jintużaw fil-proċess tal-ibblastjar
(31) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(32) https://app.bot.or.th/BTWS_STAT/statistics/BOTWEBSTAT.aspx?reportID=636&language=ENG, u b’mod partikolari l-Paga medja kklassifikata skont l-industrija (ISIC Rev.4) għas-settur tal-manifattura, matul il-PI. Id-data mbagħad ġiet aġġustata biex tinkludi 5,2 % f’imposti soċjali għall-impjegatur u 5 % oħra f’imposti soċjali għall-impjegat (sors: https://www.papayaglobal.com/countrypedia/country/thailand)
(33) https://www.papayaglobal.com/countrypedia/country/thailand/
(34) Provincial Electricity Authority, Data ta’ Mejju 2023, Tariffa tal-ħin tal-użu (tariffa TOU) - Large General Service), Livell ta’ vultaġġ taħt it-22 Kv https://www.pea.co.th/sites/default/files/documents/tariff/EN_Electricity_Tariffs_May_2023.pdf.
(35) https://www.mea.or.th/en/our-services/tariff-calculation/latestft.
(36) Il-Ministeru tal-Enerġija – L-Uffiċċju tal-politika u tal-ippjanar tal-enerġija (Tabella 7.2.4) https://www.eppo.go.th/index.php/en/en-energystatistics/energy-economy-static.
(37) Ara t-Taqsima 5.1 tat-Talba.
(38) https://www.jianzhipipefitting.com/about-us/ aċċessat fit-3 ta’ Ġunju 2025.
(39) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(40) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).
ANNESS
Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun
|
Isem il-Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Hebei XinJia Casting Co., Ltd |
B338 |
|
Shijiazhuang Donghuan Malleable Iron Castings Co., Ltd |
B339 |
|
Linyi Oriental Pipe Fittings Co., Ltd |
B340 |
|
China Shanxi Taigu County Jingu Cast Co., Ltd |
B341 |
|
Yutian Yongli Casting Factory Co., Ltd |
B342 |
|
Langfang Pannext Pipe Fitting Co., Ltd |
B343 |
|
Tangshan Daocheng Casting Co., Ltd |
B344 |
|
Tangshan Fangyuan Malleable Steel Co., Ltd |
B345 |
|
Taigu Tongde Casting Co., Ltd |
B346 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1890/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)