31995R0834



Official Journal L 084 , 14/04/1995 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 834/95

tat-12 ta' April 1995

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerta merkanzija fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali [1], kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3330/94 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament imsemmi, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness ma "dan ir-Regolament;"

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali sabiex tiġi interpretata n-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija fl-intier tagħha jew f'parti minnha msejsa fuqha jew li żżid kull suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi Komunitarji, bil-ħsieb li jiġu applikati l-miżuri tat-tariffi jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ fl-oġġetti;

Billi, bis-saħħa tar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża mar-Regolament preżenti għandhom jiġu klassifikati skond il-kodiċijiet xierqa tan-NM indikati fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ipprovduti fil-kolonna 3;

Billi huwa xieraq li, bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar is-sistemi ta' verifika doppja u sorveljanza ta' qabel u retrospettiva tal-prodotti tat-tessuti fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, informazzjoni li torbot tat-tariffa fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax ma "dan ir-Regolament tista" tkompli tkun invokata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru, li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [3], għall-perjodu ta' 60 ġurnata mid-detentur;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-taqsima tan-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella mehmuża huma issa klassifikati ġewwa n-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet approprjati tan-NM indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija.

Artikolu 2

Bla ħsara għall-miżuri fis-seħħ fil-Komunità dwar is-sistemi ta' verifika doppja u sorveljanza ta' qabel u retrospettiva tal-prodotti tat-tessuti fuq l-importazzjoni ġewwa l-Komunità, informazzjoni li torbot tat-tariffa fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-merkanzija fin-nomenklatura maqgħuda maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax iżjed ma "dan ir-Regolament tista" tkompli tkun invokata skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 għall-perjodu ta' 60 ġurnata.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-12 ta' April 1995.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 52.

[3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifikazzjoni (kodiċi NM) | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Artikoli magħmulin (knee-pads) ta' tessut innittjat gommat li jgħatti l-irkoppa u parti mis-sieq, b'fetħa għall-galletta u fetħa iżgħar wara l-irkoppa. Lastri żgħar tal-metall miksija bil-ġilda f'kull ġenb jaġixxu bħala ċappetta. In-knee-pads huma aġġustabbli permezz ta' żewġ strixxi tal-velkro. (Ara ritratt Nru 468) [1] | 63079010 | Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u l-kliem tal-kodiċijiet NM 6307, 630790 u 63079010. |

+++++ TIFF +++++

[1] Ir-ritratti huma purament għall-iskopijiet illustrattivi.

--------------------------------------------------