|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6799 |
30.12.2025 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2025/6799)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Cévennes”
PGI-FR-A1151-AM02 — 24.9.2025
1. Isem il-prodott
Cévennes
2. Tip ta’ Indikazzjoni Ġeografika
|
☐ |
Denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) |
|
☒ |
Indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) |
|
☐ |
Indikazzjoni ġeografika (IĠ) |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☒ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Ministeru tal-agrikoltura, l-ikel, is-sajd, l-affarijiet rurali u l-ippjanar spazjali
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-emendi li saru f’din l-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendi standard kif definiti fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
L-applikazzjoni għal emenda tal-IĠP Cévennes ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) 2024//1143; speċifikament:
|
(a) |
ma tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti identifikati bl-indikazzjoni ġeografika; |
|
(b) |
ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; |
|
(c) |
ma tinvolvix aktar restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni hija għal emenda standard.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
7.1. Żona ġeografika u żona fil-prossimità immedjata
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-indikazzjoni ġeografika protetta Cévennes ġiet emendata fil-Kapitolu 1, it-Taqsima 4 — Żoni ġeografiċi fejn isiru d-diversi operazzjonijiet; il-punt 4.1 – Żona ġeografika, u l-punt 4.2 – Żona fil-prossimità immedjata, trid tiddaħħal referenza għall-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-1 ta’ Jannar 2023.
Din l-emenda editorjali tippermetti li ż-żona ġeografika tiġi identifikata b’referenza għal-lista attwali ta’ muniċipalitajiet, kif stabbilita mill-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2023, li ġie ppubblikat mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u tal-Istudji Ekonomiċi (INSEE, Institut national de la statistique et des études économiques). Din tagħti ċertezza legali lid-definizzjoni taż-żona ġeografika.
L-istess referenza ddaħħlet fid-dokument uniku taħt l-intestaturi “Żona ġeografika” u “Rekwiżiti oħra – żona fil-prossimità immedjata”.
7.2. Estensjoni taż-żona ġeografika
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta Cévennes ġiet emendata fil-Kapitolu 1, il-punt 4.1 “Żona ġeografika”, biex tinkludi 40 muniċipalità ġirien fin-Nofsinhar tad-dipartiment ta’ Lozère (48):
Altier, Barre-des-Cévennes, Bassurels, Bédouès-Cocurès, Cans et Cévennes, Cassagnas, Le Collet-de-Dèze, Florac Trois Rivières, Fraissinet-de-Fourques, Gabriac, Gatuzières, Gorges du Tarn Causses, Ispagnac, La Malène, Massegros Causses Gorges (il-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Les Vignes), Meyrueis, Moissac-Vallée-Française, Molezon, Pied-de-Borne, Le Pompidou, Pont de Montvert - Sud Mont Lozère, Pourcharesses, Rousses, Le Rozier, Saint-André-Capcèze, Saint-André-de-Lancize, Sainte-Croix-Vallée-Française, Saint-Étienne-Vallée-Française, Saint-Germain-de-Calberte, Saint-Hilaire-de-Lavit, Saint-Julien-des-Points, Saint-Martin-de-Boubaux, Saint-Martin-de-Lansuscle, Saint-Michel-de-Dèze, Saint-Pierre-des-Tripiers, Saint-Privat-de-Vallongue, Vebron, Ventalon en Cévennes, Vialas, Villefort.
Ir-raġuni mogħtija mill-operaturi hija biex jinbnew mill-ġdid il-vinji storiċi ta’ Cévennes fuq it-terroirs kontigwi b’potenzjal ta’ kwalità għolja sabiex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-immaġni tal-prodott u l-Park Nazzjonali ta’ Cévennes. Din l-estensjoni ssaħħaħ ir-rabta kawżali, li ma nbidlitx.
L-iżvilupp tal-vinji fid-dipartiment ta’ Lozère huwa ġġustifikat mil-leġittimità storika taż-żona ta’ Cévennes u l-kontinwità tal-produzzjoni bejn il-parti tan-Nofsinhar tad-dipartiment ta’ Lozère u l-parti tat-Tramuntana tad-dipartiment ta’ Gard.
Ġew inklużi biss il-muniċipalitajiet tal-vitikultura f’Lozère li jinsabu fil-qiegħ tal-widien jew fuq l-inklinazzjonijiet u li għandhom substrat ikkaratterizzat minn ħamrija karbonata. Din ir-rikostruzzjoni taż-żona ta’ Cévennes hija koerenti u tirrispetta t-topografija ta’ Cévennes, li hija kkaratterizzata minn widien iffurmati mill-erożjoni.
Il-kontinwità taż-żona ġeografika għalhekk tissaħħaħ fir-rigward kemm taż-żona inizjali tagħha kif ukoll tal-estensjoni tagħha. Ir-rabta kawżali tinżamm u hija bbażata fuq it-taħlita ta’:
|
— |
substrat ta’ ħamrija karbonata; |
|
— |
ġeomorfoloġija karatteristika magħrufa bħala l-massif tal-altitudni medja ta’ Cévennes, li hija magħmula minn sensiela ta’ widien żgħar u inklinazzjonijiet li jgħaddu minnhom ix-xmajjar; |
|
— |
klima Mediterranja moderata b’perjodi ta’ xita qawwija; |
|
— |
varjetà ta’ varjetajiet ta’ dwieli, li jikkombinaw il-varjetajiet Mediterranji u varjetajiet ta’ fama internazzjonali biex jipproduċu nbejjed eleganti b’aromi qawwija u bi ħjiel ta’ freskezza, speċjalment fil-widien fid-dipartimenti ta’ Gard u Lozère, li huma ż-żoni ewlenin li fihom jitħawlu d-dwieli. |
L-estensjoni taż-żona ġeografika se jkollha biss impatt limitat f’termini tal-volum u tal-erja tas-superfiċe (10 ha, b’rendiment potenzjali ta’ 290 hl) u mhux se taffettwa l-ekwilibriju mal-IĠP reġjonali u dipartimentali. Se tankra l-IĠP Cévennes b’mod aktar sod u tippermettilha tilħaq il-potenzjal tagħha b’mod aktar sħiħ fl-attivitajiet u fid-dinamika tal-Park Nazzjonali ta’ Cévennes.
Din l-emenda hi meqjusa bħala emenda standard, kif definita fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
Il-lista ta’ 40 muniċipalità fid-dipartiment ta’ Lozère ġiet inkluża fid-dokument uniku taħt l-intestatura “Żona ġeografika”.
Fir-rigward tal-ispeċifiċità taż-żona ġeografika, ir-referenza għad-dipartiment ta’ Gard ġiet issupplimentata b’referenza għad-dipartiment ta’ Lozère fit-taqsima tad-dokument uniku dwar ir-rabta maż-żona ġeografika. Din il-kjarifika saret ukoll fit-Taqsima 7 – “Rabta maż-żona ġeografika” tal-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
7.3. Estensjoni taż-żona fil-prossimità immedjata
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-indikazzjoni ġeografika protetta Cévennes ġiet emendata fil-Kapitolu 1, il-punt 4.2 – “Żona fil-prossimità immedjata”, biex tinkludi 29 muniċipalità fin-Nofsinhar tad-dipartiment ta’ Ardèche li jmissu maż-żona ġeografika tal-IĠP Cévennes:
Les Assions, Banne, Beaulieu, Berrias-et-Casteljau, Bessas, Chambonas, Chandolas, Grospierres, Joyeuse, Labastide-de-Virac, Labeaume, Lablachère, Lagorce, Malbosc, Orgnac-l’Aven, Payzac, Rosières, Ruoms, Saint-Alban-Auriolles, Saint-André-de-Cruzières, Saint-Genest-de-Beauzon, Saint-Paul-le-Jeune, Saint-Remèze, Saint-Sauveur-de-Cruzières, Salavas, Sampzon, Vagnas, Vallon-Pont-d’Arc, Les Vans.
Ir-raġuni mogħtija mill-operaturi hija biex iqisu l-istruttura ekonomika tal-produzzjoni mill-kooperattivi tal-produzzjoni tal-inbid fid-dipartimenti ta’ Gard u Ardèche, li l-membri tagħhom għandhom vinji mifruxa fuq iż-żewġ dipartimenti. Ġew inklużi biss il-muniċipalitajiet fejn iseħħu dawn il-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid. Dawn jiffurmaw żona kontinwa u omoġenja li ssaħħaħ l-unità taż-żona tal-produzzjoni ta’ Cévennes.
Din l-estensjoni tagħmilha possibbli li l-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid fid-dipartimenti ta’ Gard u Ardèche jiġu allinjati u tgħin biex tinżamm ir-rabta kawżali.
Din l-emenda hi meqjusa bħala emenda standard, kif definita fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
Din l-estensjoni tagħmilha possibbli li l-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid fid-dipartimenti ta’ Gard u Ardèche jiġu allinjati u tgħin biex tinżamm ir-rabta kawżali.
Il-lista ta’ 29 muniċipalità fid-dipartiment ta’ Ardèche ġiet inkluża fid-dokument uniku taħt l-intestatura “Rekwiżiti oħra – żona fil-prossimità immedjata”.
7.4. Korp ta’ spezzjoni
Il-Kapitolu 3 “Referenza għall-korp ta’ spezzjoni” tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġie emendat biex it-titolu tiegħu jinbidel f’“Korp ta’ spezzjoni” u biex jiġi speċifikat li l-kontrolli b’rabta mal-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott iridu jitwettqu abbażi ta’ pjan ta’ spezzjoni approvat, u minn korp terz li joffri garanziji ta’ kompetenza, imparzjalità u indipendenza u li huwa delegat mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità (INAO, Institut national de l’origine et de la qualité).
Din l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ma taffettwax id-dokument uniku.
DOKUMENT UNIKU
PGI-FR-A1151-AM02 — 24.9.2025
1. Isem/Ismijiet
Cévennes
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
IĠP - indikazzjoni ġeografika protetta
3. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
16. |
Inbid minn għeneb misjur iżżejjed |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL
2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
4. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
4.1. Inbejjed ħomor bla gass
L-indikazzjoni ġeografika protetta Cévennes tkopri nbejjed ħomor, rożè u bojod bla gass u nbejjed ħomor, rożè u bojod minn għeneb misjur iżżejjed. L-inbejjed ħomor huma kkaratterizzati mill-eleganza tagħhom, mill-aroma qawwija tagħhom u mill-istrutturi tanniċi li jvarjaw skont it-teknoloġiji tal-vinifikazzjoni użati. Il-kulur tagħhom huwa lewn ir-rubini bi sfumaturi vjola. Dawn l-inbejjed għandhom aroma intensa u distinta b’noti ta’ frott aħmar u iswed. Għandhom togħma qawwija, mimlija u bnina fuq il-palat.
Għall-inbejjed bla gass, il-qawwa alkoħolika totali (minima jew massima) skont il-volum, l-aċidità totali, l-aċidità volatili u t-total ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 9 |
|
— |
Aċidità totali minima: — |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
4.2. Inbejjed rożè bla gass
L-inbejjed rożè huma magħmulin prinċipalment mill-varjetajiet Cinsault, Grenache u Syrah waħidhom jew imħalltin. Il-kulur tagħhom ivarja minn roża ċar għal roża lewn is-salamun. Ir-riħa hija sottili u delikata bi ħjiel żgħir ta’ frott aħmar. Is-sensazzjoni fuq il-palat hija mimlija, ibbilanċjata u delikata, bi freskezza notevoli u b’firxa aromatika simili għal dik tar-riħa tiegħu.
Għall-inbejjed bla gass, il-qawwa alkoħolika totali (minima jew massima) skont il-volum, l-aċidità totali, l-aċidità volatili u t-total ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 9 |
|
— |
Aċidità totali minima: — |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
4.3. Inbejjed bojod bla gass
L-inbejjed bojod huma notevoli għad-delikatezza u l-freskezza karatteristika tagħhom. Dawn għandhom kulur isfar ċar ileqq, xi drabi bi sfumaturi ħodor pjaċevoli. Għandhom riħa karatteristika, b’noti ta’ frott ta’ polpa ċara u xi drabi ta’ frott taċ-ċitru u ta’ buks, iżda dejjem bi freskezza notevoli. Dawn l-inbejjed għandhom konsistenza vivaċi fuq il-palat, ifuħu u huma delikati b’persistenza artomatika kunsiderevoli.
Għall-inbejjed bla gass, il-qawwa alkoħolika totali (minima jew massima) skont il-volum, l-aċidità totali, l-aċidità volatili u t-total ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 9 |
|
— |
Aċidità totali minima: — |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
4.4. Inbejjed ħomor, rożè u bojod minn għeneb misjur iżżejjed
L-inbejjed minn għeneb misjur iżżejjed għandhom aromi ta’ frott misjur.
Għall-inbejjed minn għeneb misjur izżejjed, il-qawwa alkoħolika effettiva (minima jew massima) skont il-volum, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum, il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum u t-total ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Aċidità totali minima: — |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
Prattika enoloġika speċifika
Il-prattiki kollha tal-produzzjoni tal-inbid segwiti jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-livell tal-UE u fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.
5.2. Rendimenti massimi
90 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika definita
Il-produzzjoni tal-għeneb, il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-inbejjed bl-IĠP Cévennes isiru fil-muniċipalitajiet li ġejjin, f’konformità mal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2023:
|
— |
Fid-dipartiment ta’ Gard: Aigaliers, Aigremont, Aiguèze, Alès, Allègre-les-Fumades, Alzon, Anduze, Arpaillargues-et-Aureillac, Arphy, Arre, Arrigas, Aspères, Aubussargues, Aujac, Aulas, Aumessas, Avèze, Bagard, Barjac, Baron, La Bastide-d’Engras, Bessèges, Bez-et-Esparon, Blandas, Blauzac, Boisset-et-Gaujac, Bonnevaux, Bordezac, Boucoiran-et-Nozières, Bouquet, Bourdic, Bragassargues, Branoux-les-Taillades, Bréau-Mars, Brignon, Brouzet-lès-Alès, La Bruguière, La Cadière-et-Cambo, La Calmette, Campestre-et-Luc, Canaules-et-Argentières, Cannes-et-Clairan, La Capelle-et-Masmolène, Cardet, Carnas, Cassagnoles, Castelnau-Valence, Causse-Bégon, Cavillargues, Cendras, Chambon, Chamborigaud, Collorgues, Colognac, Combas, Combas, Concoules, Conqueyrac, Corbès, Courry, Crespian, Cros, Cruviers-Lascours, Deaux, Dions, Domessargues, Dourbies, Durfort-et-Saint-Martin-de-Sossenac, L’Estréchure, Euzet, Foissac, Fons, Fons-sur-Lussan, Fontanès, Fontarèches, Fressac, Gagnières, Gailhan, Gajan, Le Garn, Garrigues-Sainte-Eulalie, Gaujac, Générargues, Génolhac, Goudargues, La Grand-Combe, Issirac, Lamelouze, Lanuéjols, Lasalle, Laval-Pradel, Laval-Saint-Roman, Lecques, Lédignan, Lézan, Liouc, Logrian-Florian, Lussan, Les Mages, Malons-et-Elze, Mandagout, Martignargues, Le Martinet, Maruéjols-lès-Gardon, Massanes, Massillargues-Attuech, Mauressargues, Méjannes-le-Clap, Méjannes-lès-Alès, Meyrannes, Mialet, Molières-Cavaillac, Molières-sur-Cèze, Monoblet, Mons, Montagnac, Montclus, Montdardier, Monteils, Montignargues, Montmirat, Montpezat, Moulézan, Moussac, Navacelles, Ners, Orthoux-Sérignac-Quilhan, Peyremale, Peyrolles, Le Pin, Les Plans, Les Plantiers, Pommiers, Pompignan, Ponteils-et-Brésis, Portes, Potelières, Pougnadoresse, Puechredon, Quissac, Revens, Ribaute-les-Tavernes, Rivières, Robiac-Rochessadoule, Rochegude, Rogues, Roquedur, Rousson, La Rouvière, Saint-Ambroix, Sainte-Anastasie, Saint-André-de-Majencoules, Saint-André-de-Roquepertuis, Saint-André-de-Valborgne, Saint-Bauzély, Saint-Bénézet, Saint-Bonnet-de-Salendrinque, Saint-Brès, Saint-Bresson, Sainte-Cécile-d’Andorge, Saint-Césaire-de-Gauzignan, Saint-Chaptes, Saint-Christol-de-Rodières, Saint-Christol-lez-Alès, Saint-Clément, Sainte-Croix-de-Caderle, Saint-Denis, Saint-Dézéry, Saint-Étienne-de-l’Olm, Saint-Félix-de-Pallières, Saint-Florent-sur-Auzonnet, Saint-Geniès-de-Malgoirès, Saint-Hilaire-de-Brethmas, Saint-Hippolyte-de-Caton, Saint-Hippolyte-de-Montaigu, Saint-Hippolyte-du-Fort, Saint-Jean-de-Ceyrargues, Saint-Jean-de-Crieulon, Saint-Jean-de-Maruéjols-et-Avéjan, Saint-Jean-de-Serres, Saint-Jean-de-Valériscle, Saint-Jean-du-Gard, Saint-Jean-du-Pin, Saint-Julien-de-Cassagnas, Saint-Julien-de-la-Nef, Saint-Julien-les-Rosiers, Saint-Just-et-Vacquières, Saint-Laurent-la-Vernède, Saint-Laurent-le-Minier, Saint-Mamert-du-Gard, Saint-Martial, Saint-Martin-de-Valgalgues, Saint-Maurice-de-Cazevieille, Saint-Nazaire-des-Gardies, Saint-Paul-la-Coste, Saint-Pons-la-Calm, Saint-Privat-de-Champclos, Saint-Privat-des-Vieux, Saint-Roman-de-Codières, Saint-Sauveur-Camprieu, Saint-Sébastien-d’Aigrefeuille, Saint-Théodorit, Saint-Victor-des-Oules, Saint-Victor-de-Malcap, Salindres, Salinelles, Les Salles-du-Gardon, Sardan, Saumane, Sauve, Sauzet, Savignargues, Sénéchas, Servas, Serviers-et-Labaume, Seynes, Soudorgues, Soustelle, Souvignargues, Sumène, Tharaux, Thoiras, Tornac, Trèves, Vabres, Vallabrix, Vallérargues, Val-d’Aigoual, Verfeuil, La Vernarède, Vézénobres, Vic-le-Fesq, Le Vigan, Villevieille, Vissec. |
|
— |
fid-dipartiment ta’ Lozère: Altier, Barre-des-Cévennes, Bassurels, Bédouès-Cocurès, Cans et Cévennes, Cassagnas, Le Collet-de-Dèze, Florac Trois Rivières, Fraissinet-de-Fourques, Gabriac, Gatuzières, Gorges du Tarn Causses, Ispagnac, La Malène, Massegros Causses Gorges (il-parti li tikkorrispondi għat-territorju tal-muniċipalità delegata ta’ Les Vignes), Meyrueis, Moissac-Vallée-Française, Molezon, Pied-de-Borne, Le Pompidou, Pont de Montvert - Sud Mont Lozère, Pourcharesses, Rousses, Le Rozier, Saint-André-Capcèze, Saint-André-de-Lancize, Sainte-Croix-Vallée-Française, Saint-Étienne-Vallée-Française, Saint-Germain-de-Calberte, Saint-Hilaire-de-Lavit, Saint-Julien-des-Points, Saint-Martin-de-Boubaux, Saint-Martin-de-Lansuscle, Saint-Michel-de-Dèze, Saint-Pierre-des-Tripiers, Saint-Privat-de-Vallongue, Vebron, Ventalon en Cévennes, Vialas, Villefort. |
7. Varjetà jew varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid
Alicante Henri Bouschet N
Alphonse Lavallée N
Altesse B
Alvarinho - Albariño
Aramon N
Aramon Blanc B
Aramon Gris G
Aranel B
Arinarnoa N
Artaban N
Arvine B - Petite Arvine
Aubun N - Murescola
Bourboulenc B - Doucillon Blanc
Brun Argenté N - Vaccarèse
Cabernet Blanc B
Cabernet Cortis N
Cabernet Franc N
Cabernet-Sauvignon N
Caladoc N
Cardinal Rg
Carignan N
Carignan Blanc B
Carmenère N
Chardonnay B
Chasan B
Chasselas B
Chenanson N
Chenin B
Cinsaut N - Cinsault
Clairette B
Clairette Rose Rs
Colombard B
Cot N - Malbec
Couderc Noir N
Counoise N
Danlas B
Egiodola N
Floreal B
Gamay N
Gamay de Chaudenay N
Gewurztraminer Rs
Grenache N
Grenache Blanc B
Grenache Gris G
Gros Manseng B
Lival N
Lledoner Pelut N
Macabeu B - Macabeo
Marsanne B
Marselan N
Maréchal Foch N
Mauzac B
Merlot N
Mondeuse N
Morrastel N - Minustellu, Graciano
Mourvèdre N - Monastrell
Muscaris B
Muscat d’Alexandrie B - Muscat, Moscato
Muscat de Hambourg N - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains blancs B - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains roses Rs - Muscat, Moscato
Muscat à petits grains rouges Rg - Muscat, Moscato
Nielluccio N - Nielluciu
Négrette N
Petit Manseng B
Petit Verdot N
Pinot Gris G
Pinot Noir N
Piquepoul Blanc B
Piquepoul Gris G
Piquepoul Noir N
Portan N
Riesling B
Rivairenc N - Aspiran Noir
Roussanne B
Sauvignon B - Sauvignon Blanc
Sauvignon Gris G - Fié Gris
Sciaccarello N
Semillon B
Servant B
Soreli B
Souvignier Gris Rs
Sylvaner B
Syrah N - Shiraz
Tannat N
Tempranillo N
Terret Blanc B
Terret Gris G
Terret Noir N
Ugni Blanc B
Verdelho B
Vermentino B - Rolle
Vidoc N
Villard Blanc B
Villard Noir N
Viognier B
Voltis B
8. Deskrizzjoni tar-rabta jew tar-rabtiet
Il-vinji ta’ Cévennes jinsabu fid-dipartimenti ta’ Gard u ta’ Lozère fir-reġjun ta’ Languedoc-Roussillon fin-Nofsinhar ta’ Franza. Isimhom ġej mill-massif ta’ Cévennes, li hija l-medda ta’ muntanji l-aktar fin-Nofsinhar tal-Massif Central. Minħabba l-ambjent imħarbat u varjat tagħhom, is-Cévennes wasslu lill-kultivaturi biex ivarjaw l-attivitajiet tagħhom skont il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima. Huwa għalhekk li, b’mod ġenerali, il-vinji jibdew fejn jispiċċaw is-siġar tal-qastan. Imħawla fil-biċċa l-kbira fuq ħamrija karbonata, il-vinji jinsabu f’terren bl-għoljiet iffurmat mix-xmajjar li jinżlu mis-Cévennes, fejn id-dwieli jikbru maġenb l-imsaġar tal-frott, is-siġar taż-żebbuġ u l-għelejjel taċ-ċereali. L-għoljiet baxxi tas-Cévennes huma kkaratterizzati minn klima Mediterranja moderata, b’kuntrast qawwi bejn l-istaġuni u b’perjodi ta’ xita spiss qawwija waqt l-ekwinożji (magħrufa bħala épisodes Cévenols). Bis-saħħa tal-preżenza tal-muntanji, ir-riħ mit-Tramuntana huwa ħafif u jkun hemm varjazzjonijiet sinifikanti fit-temperatura matul l-istadju tas-sajran, li jtejbu l-kwalità tal-għeneb. Id-dwieli ilhom sekli sħaħ jitkabbru flimkien ma’ għelejjel oħra u l-inbid prodott kien jiġi kkunsmat lokalment. Għalhekk meta t-tkabbir tas-siġar tal-qastan u taċ-ċawsli spiċċa fi kriżi, il-vitikultura setgħet tieħu post dawn l-attivitajiet. Il-vinji esperjenzaw il-perjodu tal-akbar żvilupp tagħhom fis-seklu 19, għalkemm qatt ma kien hemm monokultura tad-dielja bħalma kien hemm fil-pjanura ta’ isfel ta’ Languedoc. L-inbid ta’ Cévennes ġie rikonoxxut l-ewwel darba bid-Digriet tas-27 ta’ Awwissu 1992. Il-volum tal-inbid prodott fiż-żona ġeografika jammonta għal madwar 100 000 ettolitru, li jinkludu nbejjed ħomor, rożè u bojod, b’żieda notevoli fil-produzzjoni tal-inbejjed rożè. L-inbejjed tipikament isiru b’taħlita ta’ varjetajiet ta’ dwieli Mediterranji tradizzjonali (Carignan, Grenache, Cinsaut) u ta’ varjetajiet ta’ fama internazzjonali, bħal Merlot, Cabernet-Sauvignon u Syrah għall-inbejjed ħomor u Chardonnay, Sauvignon u Viognier għall-inbejjed bojod. L-inbejjed ħomor huma kkaratterizzati mill-eleganza u mill-aroma qawwija tagħhom u l-inbejjed rożè u bojod huma kkaratterizzati mid-delikatezza u l-freskezza tipika tagħhom. L-inbejjed spumanti, magħmula minn għażla tal-inbejjed bla gass l-aktar adattati, għandhom l-istess karatteristiċi aromatiċi. L-introduzzjoni ta’ varjetajiet ġodda fl-aħħar 4 deċennji ppermettiet lill-vinifikaturi jiddiversifikaw, b’mod partikolari bl-introduzzjoni ta’ varjetajiet aktar bikrija li huma partikolarment adattati għall-klima tal-għoljiet baxxi tas-Cévennes. L-inbejjed ġeneralment ikollhom bilanċ tajjeb bejn l-eleganza u l-freskezza, riflessjoni li tinħass tal-klima unika taż-żona. Għalhekk, il-vinifikazzjoni għandha post speċjali fl-ekonomija agrikola tas-Cévennes u, flimkien ma’ prodotti oħra bħall-basal ħelu, il-qastan u l-ġobon Pélardon, tikkontribwixxi għall-fama tal-prodotti taż-żona. Dawn il-prodotti, flimkien mal-iżvilupp tal-ekonomija turistika – b’mod partikolari madwar il-Park Nazzjonali tas-Cévennes – taw lir-reġjun stabbiltà ġdida u qegħdin jgħinu jippreservaw il-pajsaġġi meraviljużi ffurmati mill-attività umana tul is-sekli.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Informazzjoni addizzjonali dwar it-tikkettar
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
L-indikazzjoni ġeografika protetta Cévennes tista’ tiġi ssupplimentata bl-isem ta’ varjeta waħda jew aktar ta’ dwieli.
L-indikazzjoni ġeografika protetta Cévennes tista’ tiġi ssupplimentata bl-indikazzjonijiet “primeur” jew “nouveau”. L-indikazzjonijiet “primeur” u “nouveau” jintużaw biss għall-inbejjed bla gass.
Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea jrid jidher fuq it-tikketta jekk il-kliem “Indication géographique protégée” (indikazzjoni ġeografika protetta) jiġi ssostitwit bit-terminu tradizzjonali “Vin de Pays”.
Żona fil-prossimità immedjata
Qafas legali:
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Iż-żona fil-prossimità immedjata, iddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni u għall-iżvilupp ta’ nbejjed bl-IĠP Cévennes, hija magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tal-2023:
|
— |
Fid-dipartiment ta’ Gard: Aigues-Mortes, Aigues-Vives, Aimargues, Les Angles, Aramon, Argilliers, Aubais, Aubord, Aujargues, Bagnols-sur-Cèze, Beaucaire, Beauvoisin, Bellegarde, Belvézet, Bernis, Bezouce, Boissières, Bouillargues, Cabrières, Le Cailar, Caissargues, Calvisson, Carsan, Castillon-du-Gard, Caveirac, Chusclan, Clarensac, Codognan, Codolet, Collias, Comps, Congénies, Connaux, Cornillon, Domazan, Estézargues, Flaux, Fournès, Fourques, Gallargues-le-Montueux, Garons, Générac, Le Grau-du-Roi, Jonquières-Saint-Vincent, Junas, Langlade, Laudun-l’Ardoise, Lédenon, Lirac, Manduel, Marguerittes, Meynes, Milhaud, Montaren-et-Saint-Médiers, Montfaucon, Montfrin, Mus, Nages-et-Solorgues, Nîmes, Orsan, Parignargues, Pont-Saint-Esprit, Poulx, Pouzilhac, Pujaut, Redessan, Remoulins, Rochefort-du-Gard, Rodilhan, Roquemaure, La Roque-sur-Cèze, Sabran, Saint-Alexandre, Saint-André-d’Olérargues, Saint-Bonnet-du-Gard, Saint-Côme-et-Maruéjols, Saint-Dionisy, Saint-Étienne-des-Sorts, Saint-Geniès-de-Comolas, Saint-Gervais, Saint-Gervasy, Saint-Gilles, Saint-Hilaire-d’Ozilhan, Saint-Julien-de-Peyrolas, Saint-Laurent-d’Aigouze, Saint-Laurent-de-Carnols, Saint-Laurent-des-Arbres, Saint-Marcel-de-Careiret, Saint-Maximin, Saint-Michel-d’Euzet, Saint-Nazaire, Saint-Paul-les-Fonts, Saint-Paulet-de-Caisson, Saint-Quentin-la-Poterie, Saint-Siffret, Saint-Victor-la-Coste, Salazac, Sanilhac-Sagriès, Sauveterre, Saze, Sernhac, Sommières, Tavel, Théziers, Tresques, Uchaud, Uzès, Vallabrègues, Valliguières, Vauvert, Vénéjan, Vergèze, Vers-Pont-du-Gard, Vestric-et-Candiac, Villeneuve-lès-Avignon. |
|
— |
Fid-dipartiment ta’ Ardèche: Les Assions, Banne, Beaulieu, Berrias-et-Casteljau, Bessas, Chambonas, Chandolas, Grospierres, Joyeuse, Labastide-de-Virac, Labeaume, Lablachère, Lagorce, Malbosc, Orgnac-l’Aven, Payzac, Rosières, Ruoms, Saint-Alban-Auriolles, Saint-André-de-Cruzières, Saint-Genest-de-Beauzon, Saint-Paul-le-Jeune, Saint-Remèze, Saint-Sauveur-de-Cruzières, Salavas, Sampzon, Vagnas, Vallon-Pont-d’Arc, Les Vans. |
LINK GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6799/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)