|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3472 |
16.7.2025 |
Riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-prijoritajiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2025-2030
(C/2025/3472)
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)
WARA LI KKUNSIDRA:
|
— |
L-Aġenda Strateġika għall-2024-2029 tal-Kunsill Ewropew; |
|
— |
Il-Linji Gwida Politiċi tal-Kummissjoni Ewropea għall-2024-2029. |
|
— |
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni mal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea; |
Il-KtR iqis li #Koeżjoni, #Reżiljenza u #Prossimità huma l-prijoritajiet ewlenin tiegħu għall-mandat 2025-2030.
I. #Koeżjoni
Il-KtR jenfasizza li:
|
1. |
il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali huma objettivi ewlenin tal-Unjoni Ewropea u li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa essenzjali biex jintlaħqu dawn l-objettivi permezz tal-governanza f’diversi livelli kif espress ukoll fl-Alleanza għall-Koeżjoni; |
Il-kompetittività
|
2. |
L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma muturi ewlenin tal-kompetittività minħabba r-rabtiet mill-qrib tagħhom maċ-ċittadini, l-atturi ekonomiċi, l-akkademja u partijiet ikkonċernati oħra. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jwettqu l-aġenda strateġika tal-UE fil-prattika u jappoġġjaw b’mod effettiv l-ekosistemi tal-innovazzjoni permezz tal-investiment u l-akkwist pubbliku, jipprovdu servizzi pubbliċi ta’ kwalità biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp reġjonali u jippermettu politika industrijali bbażata fuq il-post biex jinkisbu d-dekarbonizzazzjoni, il-kompetittività u impjiegi ta’ kwalità għolja; |
|
3. |
jappoġġja bis-sħiħ l-10 Programm Qafas u Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) kuraġġużi, ibbażati fuq il-post u territorjalment inklużivi b’appoġġ imsaħħaħ għall-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali u reġjonali, sinerġiji mtejba bejn il-koeżjoni u l-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni, u r-rikonoxximent sħiħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala faċilitaturi tal-ekonomija bbażata fuq l-għarfien; |
|
4. |
jenfasizza l-importanza li l-pożizzjoni taż-żgħażagħ tiġi msaħħa permezz tal-edukazzjoni u li ż-żgħażagħ jiġu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa biex jirnexxu fis-suq tax-xogħol tal-ġejjieni u biex jiġi indirizzat l-għadd insuffiċjenti ta’ ħaddiema; il-migrazzjoni legali tista’ tkun ukoll mutur fundamentali tat-tkabbir u tarrikkixxi l-ekonomiji lokali u ssaħħaħ il-kompetittività reġjonali; |
|
5. |
Il-kompetittività Ewropea teħtieġ dimensjoni territorjali żviluppata sew u strutturi ta’ governanza msaħħa f’diversi livelli għall-koordinazzjoni tal-politika industrijali peress li ma jistax ikun hemm kompetittività mingħajr reġjuni kompetittivi; |
|
6. |
it-tlestija tas-Suq Uniku, inkluż il-moviment liberu tas-servizzi, l-unjoni tas-swieq kapitali u t-tisħiħ tal-investiment huma ingredjenti ewlenin biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-Ewropa. Suq uniku b’saħħtu, innovattiv u reżiljenti jeħtieġ politika ta’ koeżjoni b’saħħitha b’komponent ta’ kompetittività b’saħħtu; |
|
7. |
biex l-ekonomija Ewropea ssir aktar kompetittiva jeħtieġ isiru sforzi mġedda biex tinkiseb sussidjarjetà attiva b’kooperazzjoni kostruttiva fil-livelli kollha u abbażi tal-esperjenzi tal-bliet u r-reġjuni, li qed jimplimentaw il-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni tal-UE, waqt li jinżammu l-istandards ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħha u tiġi żgurata l-istabbiltà regolatorja; |
|
8. |
l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) huma s-sinsla tal-komunitajiet lokali, jipprovdu taħriġ, impjiegi u oġġetti u servizzi essenzjali u fl-istess ħin irawmu r-reżiljenza u d-diversifikazzjoni; |
|
9. |
Se tippromovi ambjent kompetittiv u favorevoli għall-SMEs fir-reġjuni tal-UE permezz ta’ politiki bbażati fuq il-post, semplifikazzjoni, tnaqqis tal-piż amministrattiv u investimenti fil-ħiliet u l-innovazzjoni; |
Baġit tal-UE
|
10. |
il-baġit tal-UE jrid jiżgura politiki sinifikanti bbażati fuq il-post fit-tul jekk irid jaġixxi bħala għodda ewlenija ta’ investiment u stabbilizzatur biex jindirizza l-prijoritajiet li qed jevolvu tal-UE f’kuntest ġeopolitiku diffiċli b’inugwaljanza ekonomika dejjem akbar u l-kriżi klimatika li qed taċċellera; |
|
11. |
l-UE trid tkun mgħammra b’mezzi finanzjarji suffiċjenti sabiex it-twettiq ta’ objettivi ġodda importanti ħafna ma jipperikolax il-prijoritajiet u l-għanijiet tat-Trattat li ilhom jeżistu; |
|
12. |
għandu jiġi żviluppat QFP effettiv għal wara l-2027 f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala msieħba strateġiċi, minħabba l-fehim uniku tagħhom tal-ħtiġijiet ta’ investiment lokali. Il-prinċipju tas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli huma għalhekk fatturi ta’ suċċess essenzjali biex l-UE ssir aktar kompetittiva, inklużiva, sigura, reżiljenti u sostenibbli. Kwalunkwe ċentralizzazzjoni tat-tfassil jew it-twassil ta’ programmi pluriennali għandha tiġi rrifjutata; |
|
13. |
id-deċentralizzazzjoni fiskali tibqa’ kruċjali għall-kisba ta’ servizzi pubbliċi effiċjenti, il-promozzjoni tal-kompetittività u l-għoti tas-setgħa liċ-ċittadini; |
|
14. |
riżorsi proprji ġodda kif ukoll inċentivi biex jiġi attirat kapital privat għall-Unjoni Ewropea għandhom ikunu parti mid-diskussjoni usa’ dwar il-finanzjament tal-baġit fit-tul tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi fundamentali ġodda li qed tiffaċċja; |
Tranżizzjoni ġusta
|
15. |
strateġija komprensiva u olistika b’approċċ immirat ibbażat fuq il-post hija kruċjali għall-ġestjoni tal-impatti soċjoekonomiċi tat-tranżizzjoni tripla (ekoloġika, diġitali u demografika) minħabba l-punti tat-tluq, il-punti b’saħħithom u l-vulnerabbiltajiet asimmetriċi differenti tar-reġjuni tal-UE. L-appoġġ għal tranżizzjoni ġusta fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni jrid jibqa’ robust, peress li jista’ jagħti lok għal dinamika potenzjali u pożittiva għall-iżvilupp sostenibbli; |
Akkomodazzjoni sostenibbli u affordabbli
|
16. |
kulħadd għandu d-dritt għal post deċenti u affordabbli fejn jgħix. Ħafna ċittadini tal-UE jsibuha diffiċli biex jaċċessaw is-swieq tal-proprjetà u tal-kiri, b’impatt fuq il-koeżjoni tal-UE, il-kwalità tal-ħajja u l-ippjanar urban, kif ukoll l-aċċessibbiltà u s-sikurezza tal-bliet tagħna. Hemm ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata l-kriżi serja tal-akkomodazzjoni f’ħafna partijiet tal-UE u li sal-2030 tinqered il-problema ta’ persuni mingħajr dar; |
II. #Reżiljenza
Il-KtR jenfasizza li:
|
17. |
ir-reżiljenza f’sens wiesa’ hija l-kapaċità ta’ reazzjoni għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, theddid għas-sigurtà u instabbiltà ekonomika u politika fl-UE u fil-bqija tad-dinja. Il-kisba tar-reżiljenza tiddependi fuq kooperazzjoni mill-qrib fil-livelli kollha ta’ governanza u trid tinkludi t-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jirreaġixxu għal forom differenti ta’ kriżijiet permezz ta’ strumenti u mezzi finanzjarji adegwati; |
Kooperazzjoni transfruntiera
|
18. |
jemmen li, bħala l-qofol tal-valur miżjud Ewropew, il-kooperazzjoni territorjali Ewropea għandha rwol ewlieni u jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta bħala prijorità u msaħħa fil-QFP li jmiss; |
It-tibdil fil-klima
|
19. |
l-esponiment dejjem jikber tal-bliet u r-reġjuni tal-UE għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali kontinwa huwa ta’ tħassib serju, u jirrikjedi aktar enfasi fuq il-prevenzjoni u l-adattament u l-mezzi finanzjarji għalihom. Il-mira tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050 trid tinkiseb permezz ta’ mira legalment vinkolanti sal-2040 ta’ tnaqqis ta’ 90 % tas-CO2 u sforzi ambizzjużi kif ukoll realistiċi, kif deskritt fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku; |
|
20. |
hemm ħtieġa urġenti li tissaħħaħ il-kapaċità strutturali u finanzjarja tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex joħolqu sinerġija bejn l-azzjoni klimatika u l-preservazzjoni tal-bijodiversità, waqt li jsaħħu r-riċerka u l-innovazzjoni, u biex itaffu t-tibdil fil-klima u jadattaw għalih, waqt li jimmaniġġjaw ir-riskji u jtejbu t-tħejjija tagħhom għad-diżastri klimatiċi; |
Ir-reżiljenza tal-ilma
|
21. |
ir-reżiljenza tal-ilma bħala sfida globali kritika hija kruċjali għall-kompetittività tal-UE u fattur ewlieni biex jinkiseb l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-bijodiversità, it-tnaqqis tat-tniġġis, is-sigurtà tal-ikel, l-ekonomija ċirkolari u s-saħħa pubblika. Għalhekk għandha tiġi integrata fil-politiki rilevanti l-oħra kollha tal-UE; |
|
22. |
għandhom jiġu żviluppati u implimentati strateġiji integrati għall-ġestjoni tal-ilma li jikkombinaw soluzzjonijiet innovattivi bbażati fuq in-natura fil-livell lokali u reġjonali; |
Enerġija nadifa, sigura u affordabbli
|
23. |
tranżizzjoni tal-enerġija lokali effiċjenti, ekonomikament sostenibbli, nadifa u ġusta hija kruċjali biex jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi, u biex jiġu kkombinati l-miri ambjentali u l-kompetittività; |
|
24. |
f’sitwazzjoni ġeopolitika dejjem aktar kumplessa, huwa ta’ importanza kruċjali li tiġi promossa l-produzzjoni mikro tal-enerġija u tas-sistemi tal-enerġija deċentralizzati u rinnovabbli; |
|
25. |
it-tlestija tal-Unjoni Ewropea tal-Enerġija b’suq kompletament integrat u interkonness madwar l-UE u sistema ta’ governanza li tiffunzjona tajjeb fil-qalba tagħha se jkunu fundamentali biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija tal-UE u jiġi evitat li l-prezzijiet tal-enerġija jsiru restrizzjoni kbira għall-industrija tal-UE u piż għaċ-ċittadini; |
|
26. |
ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa kruċjali biex tinkiseb tranżizzjoni tal-enerġija sostenibbli u soċjalment ġusta, tiġi żgurata l-kompetittività tan-negozji lokali u jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku, iżda sabiex jiżdiedu l-effiċjenza enerġetika u l-produzzjoni tal-enerġija lokali, dawn iridu jiddependu fuq finanzjament adegwat, inklużi fondi diretti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
Is-saħħa
|
27. |
popolazzjoni f’saħħitha u settur tal-kura tas-saħħa b’saħħtu, aċċessibbli b’mod universali u innovattiv huma fatturi importanti fir-reżiljenza tas-soċjetà tal-UE u pilastru ċentrali tal-awtonomija strateġika tal-UE; |
|
28. |
Il-bini u l-implimentazzjoni tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa mill-UE, flimkien mal-Istati Membri, ir-reġjuni, il-bliet u ż-żoni rurali tagħha, iridu jindirizzaw sfidi bħal forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa li qed tonqos, problemi ta’ provvista ta’ mediċini kritiċi, il-vulnerabbiltà għolja tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa għaċ-ċiberattakki, l-inugwaljanzi persistenti fis-saħħa u l-għadd dejjem jikber ta’ mard kroniku u problemi ta’ saħħa mentali fi żmien ta’ instabbiltà u kriżi; |
L-agrikoltura
|
29. |
Politika Agrikola Komuni (PAK) b’saħħitha se tkun essenzjali biex jiżdiedu r-reżiljenza, is-sostenibbiltà, il-kompetittività, is-sovranità u s-sigurtà tal-ikel tal-UE, u l-protezzjoni tal-bdiewa tagħha, u trid tidderieġi l-fondi pubbliċi lejn prattiki agrikoli ambjentalment sostenibbli; |
|
30. |
l-iżvilupp rurali jrid ikun ukoll element ewlieni tal-PAK, li jappoġġja żoni rurali vibranti b’servizzi pubbliċi u infrastruttura b’saħħithom u jindirizza l-isfidi demografiċi u ekonomiċi; |
|
31. |
ir-reġjuni jeħtiġilhom jaqdu rwol prominenti fil-governanza tal-pjani strateġiċi futuri biex jiżguraw li jitqiesu l-karatteristiċi territorjali u settorjali speċifiċi u li l-PAK tkun iffukata fuq l-appoġġ għall-produzzjoni sostenibbli tal-ikel adattata għall-kundizzjonijiet lokali, fuq it-tiġdid ġenerazzjonali u fuq iż-żamma tas-settur agroalimentari bħala assi strateġiku; |
Is-sigurtà
|
32. |
L-Ewropej u l-UE qed jiffaċċjaw theddid li qed jevolvi u multidimensjonali u r-rispons għal dawn l-isfidi jrid isir responsabbiltà kondiviża u kollettiva, kif enfasizzat mir-rapport Niinistö. Jeħtieġ li jsir aktar biex jiġu żgurati l-kapaċitajiet ta’ preparatezza u difiża tal-Ewropa. L-appoġġ sod tal-KtR għall-bliet u r-reġjuni tal-Ukrajna, li huwa espress permezz tal-Alleanza għar-Rikostruzzjoni tal-Ukrajna, huwa wkoll investiment fir-reżiljenza tal-bliet u r-reġjuni tal-UE peress li jipprovdi l-opportunità li wieħed jitgħallem mill-esperjenza tal-imsieħba Ukreni; |
|
33. |
il-preparatezza għall-kriżijiet, kemm fir-rigward tat-tensjonijiet ġeopolitiċi kif ukoll tad-diżastri naturali, hija essenzjali u l-perspettivi lokali u reġjonali jeħtieġ li jiġu riflessi bis-sħiħ fil-politiki tal-UE sabiex ikunu jistgħu jkunu effettivi fil-prattika. L-involviment attiv tal-bliet u r-reġjuni, speċifikament fit-tisħiħ tal-industrija tad-difiża, il-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi u l-infrastrutturi kritiċi u l-bini tar-reżiljenza u ċ-ċibersigurtà permezz ta’ approċċ tas-soċjetà kollha, huwa kruċjali; |
III. #Prossimità
Il-KtR jirrimarka li:
|
34. |
il-gvernijiet lokali u reġjonali jinsabu f’pożizzjoni unika biex jindirizzaw il-ħtiġijiet li qed jevolvu taċ-ċittadini. It-tisħiħ tal-kapaċità tal-gvernijiet lokali huwa essenzjali biex tinżamm il-koeżjoni, jitrawmu komunitajiet inklużivi u tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi; |
Tibdil demografiku
|
35. |
it-tibdil demografiku b’popolazzjoni li qed tixjieħ u problemi bħall-eżodu ta’ mħuħ, l-abbandun tal-art u d-deżertifikazzjoni, il-proporzjonijiet ta’ dipendenza dejjem akbar, ċerti reġjuni li jaqgħu f’nases tal-iżvilupp u popolazzjoni li qed tonqos b’mod ġenerali jirriżultaw f’inugwaljanzi severi bejn it-territorji u l-komunitajiet, li jimminaw il-koeżjoni. Il-politika ta’ koeżjoni tibqa’ ċentrali biex jiġi indirizzat u mmitigat it-tibdil demografiku, u biex jinħolqu opportunitajiet għall-popolazzjonijiet ta’ reġjuni inqas żviluppati u żvantaġġati. L-enfasi fuq l-isfidi demografiċi fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni għandha tinkludi l-promozzjoni ta’ politiki favur il-familja u l-ġustizzja interġenerazzjonali u l-iżvilupp ta’ perkorsi intelliġenti u sostenibbli għal reġjuni li qed jiċkienu. Dan ifisser li jsir iżjed faċli għal dawk li jixtiequ jibqgħu jew jirritornaw fir-reġjuni u l-bliet tagħhom billi jiġi promoss ambjent tan-negozju tajjeb li jista’ joffri impjieg u billi jiġu pprovduti servizzi pubbliċi u infrastruttura ta’ kwalità għolja; |
Demokrazija lokali
|
36. |
il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jindirizzaw it-theddid sistemiku kontra d-demokrazija jeħtieġ li tissaħħaħ; |
|
37. |
it-tnaqqis tad-distakk bejn l-istituzzjonijiet u ċ-ċittadini u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt huma ta’ tħassib ewlieni li jeħtieġ li jiġi indirizzat fil-livelli kollha ta’ governanza; |
|
38. |
huwa daqstant importanti li titrawwem il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, speċjalment il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, u jiġi żgurat li l-ġenerazzjonijiet kollha jkollhom vuċi fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan huwa essenzjali għall-bini ta’ sistema ta’ governanza ġusta, trasparenti u responsabbli; |
|
39. |
permezz tal-membri tiegħu u n-networks u l-inizjattivi tiegħu bħall-Kunsilliera Lokali tal-UE, il-Politiċi Eletti Żgħażagħ jew il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet, il-KtR għandu għodod uniċi għad-dispożizzjoni tiegħu biex iqarreb lill-Ewropa lejn iċ-ċittadini u biex jidderieġi l-kontribut tagħhom lejn il-livell tal-UE; |
|
40. |
is-salvagwardja tad-demokrazija lokali tibqa’ imperattiva, kemm fi ħdan il-fruntieri tal-UE kif ukoll fil-pajjiżi tat-tkabbir u l-pajjiżi fil-viċinati tan-Nofsinhar u tal-Lvant; |
L-ugwaljanza bejn il-ġeneri
|
41. |
il-kontribut għall-istrateġija li jmiss tal-UE għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u t-twettiq tal-Pjan Direzzjonali tal-UE għad-Drittijiet tan-Nisa f’riżultati tanġibbli fuq il-post, se jkunu prijorità trasversali għall-KtR fl-2025-2030; il-KtR se jappoġġja b’mod attiv lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala msieħba strateġiċi biex jiksbu paga ugwali għal xogħol ugwali u awtonomizzazzjoni ekonomika, l-aċċess ugwali għal servizzi tas-saħħa ta’ kwalità, kura tat-tfal aċċessibbli, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u opportunitajiet ta’ impjieg indaqs. Il-KtR jappoġġja wkoll l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kollha tal-UE – mit-tfassil sal-implimentazzjoni – f’kooperazzjoni mill-qrib mal-livelli kollha ta’ governanza; dan jinkludi impenn għall-intersezzjonalità, b’mod partikolari l-inklużjoni tan-nisa minn gruppi emarġinati u vulnerabbli, inklużi l-persuni LGBTIQ+; il-KtR jenfasizza l-importanza li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika, u jappella għar-rappreżentanza ugwali tagħhom fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-pożizzjonijiet ta’ tmexxija fl-istituzzjonijiet tal-UE; jistieden lill-istituzzjonijiet politiċi jadottaw kodiċijiet ta’ kondotta sensittivi għall-ġeneru u jinfurzaw salvagwardji kontra l-fastidju; dan huwa essenzjali biex tiġi ssalvagwardjata d-demokrazija lokali u jiġi żgurat li l-ugwaljanza ma tkunx biss prinċipju iżda realtà ħajja fl-Ewropa kollha; |
Iż-żgħażagħ
|
42. |
l-istrateġija attwali tal-UE għaż-Żgħażagħ, li tiffoka fuq il-parteċipazzjoni attiva u opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ biex jitgħallmu u jaħdmu, li tkun ta’ benefiċċju għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żgħażagħ, jistħoqqilha viżibbiltà msaħħa u enfasi aktar b’saħħitha fuq l-implimentazzjoni tagħha. Dan imur flimkien ma’ appoġġ imsaħħaħ tal-UE għall-edukazzjoni bħala aspett ewlieni tal-Unjoni tal-Ħiliet, li huwa essenzjali għall-ġenerazzjonijiet futuri biex jaċċessaw impjiegi u akkomodazzjoni ta’ kwalità; |
Il-KtR, fid-dawl tal-ħames snin li ġejjin:
|
43. |
jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma atturi ewlenin fl-indirizzar tal-isfidi u l-objettivi ta’ politika msemmija hawn fuq minħabba l-leġittimità politika tagħhom, ir-rwoli kostituzzjonali tagħhom, l-għarfien u s-setgħat ta’ investiment tagħhom, u permezz tal-impenn tagħhom għall-koeżjoni, ir-reżiljenza u l-prossimità; |
|
44. |
huwa konvint li l-bliet u r-reġjuni m’għandhomx jitqiesu biss bħala partijiet interessati f’dan il-proċess iżda bħala parteċipanti attivi fit-tħejjija tal-Unjoni Ewropea għall-futur fil-kuntest ta’ aġenda ta’ riforma ambizzjuża fid-dawl tat-tkabbir tagħha; |
|
45. |
jagħmilha ċara li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp tal-proċess ta’ politika tal-UE tal-ġejjieni, ibbażat fuq il-prinċipji tas-sussidjarjetà attiva, is-sħubija u l-governanza f’diversi livelli, huwa l-uniku mod biex jintlaħaq b’mod effettiv l-għan tal-UE li tpoġġi lir-reġjuni “fiċ-ċentru tal-ħidma tal-UE”. |
Brussell, il-15 ta’ Mejju 2025.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Kata TÜTTŐ
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3472/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)