<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-218/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0218</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:755">EU:C:2017:755</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20171012">12.10.2017</DATE> – Kawża C-218/16</P><P>Kubicka</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20171012">12 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 650/2012</KEYWORD><KEYWORD>Suċċessjonijiet u Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru li ma jirrikonoxxix il-legat <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ rikonoxximent tal-effetti reali ta’ tali legat</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑218/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim (qorti reġjonali ta’ Gorzów Wielkopolski, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160308">8 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Aleksandra Kubicka</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Przemysława Bac, li qed taġixxi bħala nutar,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Rosas, C. Toader (Relatur), A. Prechal, u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Y. Bot,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170301">1 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Przemysława Bac, minn M. Margoński, zastępca notarialny,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u M. Nowak kif ukoll minn S. Żyrek, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze, J. Möller u M. Hellmann kif ukoll minn J. Mentgen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn E. Tsaousi u A. Magrippi, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn V. Ester Casas u S. Jiménez García, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Z. Fehér u G. Koós kif ukoll minn M. Tátrai, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin u A. Stobiecka-Kuik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(k) u (l) u tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) tal-Parlament u tal-Kunsill Nru 650/2012, tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE>, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="107" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 201, p. 107</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri mibdija minn Aleksandra Kubicka kontra nutar stabbilit fi Slubice (il-Polonja), sabiex jiġi redatt testment awtentiku li jipprevedi legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 7, 8, 15, 18, 19 u 37 tar-Regolament Nru 650/2012 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(7)</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi ffaċilitat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern billi jitneħħew l-ostakoli għall-moviment liberu ta’ persuni li llum il-ġurnata jiġu affaċċjati b’diffikultajiet biex jimplimentaw id-drittijiet tagħhom fil-kuntest ta’ suċċessjoni li għandha implikazzjonijiet transkonfinali. Fiż-żona Ewropea tal-ġustizzja, iċ-ċittadini għandhom ikunu fil-pożizzjoni li jorganizzaw is-suċċessjoni tagħhom bil-quddiem. Id-drittijiet tal-werrieta u l-legatarji, tal-persuni l-oħra qrib tad-deċedut kif ukoll tal-kredituri tas-suċċessjoni għandhom ikunu garantiti b’mod effettiv.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet, dan ir-Regolament għandu jiġbor flimkien id-dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent, jew, skont il-każ, l-aċċettazzjoni, l-infurzabbiltà u l-infurzar tad-deċiżjonijiet, strumenti awtentiċi u tranżazzjonijiet ġudizzjarji u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament għandu jippermetti l-ħolqien jew it-trasferiment permezz tas-suċċessjoni ta’ dritt fil-proprjetà immobbli jew mobbli kif previst fil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni. Madankollu dan ma għandux jaffettwa l-għadd limitat (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>numerus clausus<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) tad-drittijiet reali magħrufa fid-dritt nazzjonali ta’ xi Stati Membri. Stat Membru ma għandux jintalab jirrikonoxxi dritt in rem relatat ma’ proprjetà li tinsab f’dak l-Istat Membru jekk id-dritt in rem ikkonċernat ma jkunx magħruf fil-liġi tiegħu.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni f’reġistru ta’ dritt fi proprjetà immobbli jew mobbli għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru (għal proprjetà immobbli, il-lex rei sitaelex rei sitae) li<?PAGE NO="3"?> tiddetermina taħt liema kondizzjonijiet legali u kif għandha ssir ir-reġistrazzjoni [ta’ dritt in rem] u liema awtoritajiet, bħal reġistri tal-artijiet jew in-nutara, huma responsabbli li jivverifikaw li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha u li d-dokumentazzjoni ppreżentata jew stabbilita [redatta] tkun biżżejjed jew li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja. B’mod partikolari, l-awtoritajiet jistgħu jikkontrollaw li d-dritt ta’ konjuġi [decujus] għall-proprjetà msemmi fid-dokument ippreżentat għar-reġistrazzjoni ikun dritt li jkun reġistrat bħala tali fir-reġistru jew li huwa muri mod ieħor skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru. Sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni ta’ dokumenti, l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni għandhom jaċċettaw tali dokumenti, mfasslin fi Stat Membru ieħor mill-awtoritajiet kompetenti li ċ-ċirkolazzjoni tagħhom hija prevista minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni maħruġ skont dan ir-Regolament għandu jikkostitwixxi dokument validu għar-reġistrar ta’ proprjetà ta’ suċċessjoni f’reġistru ta’ Stat Membru. Dan ma għandux jipprekludi l-awtoritajiet involuti fir-reġistrazzjoni milli jitolbu lill-persuna li tkun qed tapplika għar-reġistrazzjoni biex tipprovdi tali informazzjoni addizzjonali jew tippreżenta tali dokumenti addizzjonali kif meħtieġ skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru, bħala eżempju, informazzjoni jew dokumenti relatati mal-ħlas ta’ dħul [taxxi]. L-awtorità kompetenti tista’ tindika lill-persuna li tkun qed tapplika għar-reġistrazzjoni kif tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni jew id-dokumenti nieqsa.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>L-effetti tar-reġistrar ta’ dritt f’reġistru għandhom wkoll jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru li tiddetermina jekk fil-fatt ir-reġistrar huwiex, bħala eżempju, dikjaratorju jew kostituttiv. B’hekk, fejn bħala eżempju, l-akkwist ta’ dritt fi proprjetà immobbli jeħtieġ li jiġi rreġistrat f’reġistru skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru sabiex jiġi żgurat l-effett erga omnes tar-reġistri jew biex jiġu protetti t-tranżazzjonijiet legali, il-mument ta’ tali akkwist għandu jiġi rregolat mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(37)</NO.P><TXT>Sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu, biċ-ċertezza legali kollha, mill-vantaġġi offruti mis-suq intern, dan ir-Regolament għandu jippermettilhom jkunu jafu minn qabel il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tagħhom. Għandhom jiġu introdotti regoli armonizzati ta’ kunflitti ta’ liġijiet biex jiġu evitati riżultati kontradittorji. Ir-regola prinċipali għandha tiżgura li s-suċċessjoni tkun irregolata minn liġi prevedibbli li magħha tkun marbuta mill-qrib. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suċċessjoni, dik il-liġi għandha tirregola s-suċċessjoni fl-intier tagħha, jiġifieri l-proprjetà kollha li tifforma parti mill-partimonju, irrispettivament min-natura tal-beni u minkejja jekk il-beni jkunux jinsabu fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz.</TXT></NP></CONSID><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika għas-suċċessjoni għall-patrimonji tad-deċeduti. Ma japplikax għall-materji fiskali, doganali u amministrattivi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT>in-natura tad-drittijiet in rem; [u]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>l)</NO.P><TXT>kwalunkwe reġistrar f’reġistru tad-drittijiet fi proprjetà immobbli jew mobbli, inklużi r-rekwiżiti legali għal tali reġistrar, u l-effetti tar-reġistrar jew tan-nuqqas ta’ reġistrar ta’ tali drittijiet f’reġistru.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmi regolament jiddefinixxi s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>is-suċċessjoni għall-patrimonju tad-deċedut u tkopri l-forom kollha ta’ trasferiment ta’ assi, drittijiet u obbligi minħabba mewt, kemm jekk dan ikun trasferiment volontarju skont trasferiment causa mortis, jew trasferiment permezz ta’ suċċessjoni ab intestato<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 650/2012, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għażla ta’ liġi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafi 1 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Persuna tista’ tagħżel bħala l-liġi li tirregola s-suċċessjoni tagħha fl-intier tagħha l-liġi tal-Istat li hija jkollha ċ-ċittadinanza tiegħu fil-mument li fiha tkun qiegħda tagħmel l-għażla [jew fil-ħin tal-mewt].<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, fil-paragrafi 1 u 2(b) u (e) tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-liġi determinata skont l-Artikolu 21 jew l-Artikolu 22 għandha tirregola s-suċċessjoni fl-intier tagħha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dik il-liġi tirregola, b’mod partikolari:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>id-determinazzjoni tal-benefiċjarji, tas-sehem rispettiv tagħhom u tal-obbligi li jistgħu jiġu imposti fuqhom mid-deċedut, u d-determinazzjoni ta’ drittijiet oħra ta’ suċċessjoni, inklużi d-drittijiet ta’ suċċessjoni ta’ mart/żewġ jew tas-sieħba/sieħeb superstiti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>it-trasferiment lill-eredi u, skont il-każ, lil-legatarji tal-assi, id-drittijiet u l-obbligi li jagħmlu parti mill-patrimonju, inklużi l-kondizzjonijiet u l-effetti tal-aċċettazzjoni jew ir-rinunzja tas-suċċessjoni jew tal-legat.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 31 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Adattament ta’ drittijiet in rem<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Meta persuna tinvoka dritt in rem li hija tkun intitolata għalih skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, u l-liġi tal-Istat Membru fejn id-dritt huwa invokat ma jirrikonoxxix id-dritt in rem inkwistjoni, dak id-dritt għandu, jekk meħtieġ u safejn possibbli, jiġi adattat għall-eqreb dritt in rem ekwivalenti skont il-liġi ta’ dak l-Istat waqt li jittieħed kont tal-għanijiet u tal-interessi li jfittex id-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Kapitolu VI tar-Regolament Nru 650/2012, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, huwa magħmul mill-Artikoli 62 sa 73 tiegħu. L-Artikolu 62 ta’ dan tal-aħħar jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="062.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament joħloq Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (minn hawn 'il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>iċ-Ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) li għandu jinħareġ għall-użu fi Stat Membru ieħor u għandu jipproduċi l-effetti elenkati fl-Artikolu 69.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="062.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-użu taċ-Ċertifikat ma għandux ikun mandatorju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="062.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-Ċertifikat ma għandux jieħu l-post tad-dokumenti interni li jintużaw għal finijiet simili fl-Istati Membri. Madankollu, ladarba jinħareġ għall-użu fi Stat Membru ieħor, iċ-Ċertifikat għandu jipproduċi l-effetti elenkati fl-Artikolu 69 fl-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu ħarġuh f’konformità ma’ dan il-Kapitolu.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 650/2012, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Fini taċ-Ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fil-paragrafi 1 u 2(b) tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="063.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-Ċertifikat hu għall-użu minn werrieta, legatarji li għandhom drittijiet diretti fis-suċċessjoni u […] li, fi Stat Membru ieħor, jkunu jeħtieġu jinvokaw l-istatus tagħhom jew li jeżerċitaw rispettivament id-drittijiet tagħhom bħala werrieta jew legatarji […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="063.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iċ-Ċertifikat jista’ jintuża, b’mod partikolari, biex jiġi muri wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-istatus u/jew id-drittijiet ta’ kull werriet, jew skont il-każ, ta’ kull legatarju msemmi fiċ-Ċertifikat u s-sehem rispettiv tagħhom tal-patrimonju;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-attribuzzjoni ta’ ass speċifiku jew assi speċifiċi li jagħmlu parti mill-patrimonju għall-werriet(a), jew skont il-każ, għal-legatarju/i msemmi(ja) fiċ-Ċertifikat;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 68 tal-istess regolament, li jirregola l-kontenut taċ-ċertifikat, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Iċ-Ċertifikat għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja sa fejn meħtieġ għall-fini li għalih jinħareġ:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>m)</NO.P><TXT>il-lista ta’ drittijiet u/jew assi għal kwalunkwe legatarju partikolari;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 69 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Kontenut taċ-Ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="069.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-Ċertifikat għandu jipproduċi l-effetti tiegħu fl-Istati Membri kollha mingħajr il-ħtiega ta’ xi proċedura speċjali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="069.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun preżunt li ċ-Ċertifikat juri b’mod preċiż elementi li jkunu ġew stabbiliti skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni jew skont kwalunkwe liġi oħra applikabbli għal elementi speċifiċi. Il-persuna msemmija fiċ-Ċertifikat bħala l-werrieta, il-legatarju, […] għandha titqies li għandha l-istatus imsemmi fiċ-Ċertifikat u/jew li għandha d-drittijiet jew is-setgħat imsemmijin fiċ-Ċertifikat bl-ebda kondizzjoni u/jew restrizzjoni marbuta ma’ dawk id-drittijiet jew setgħat ħlief minn dawk iddikjarati fiċ-Ċertifikat.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="069.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-Ċertifikat għandu jikkostitwixxi dokument validu għar-reġistrazzjoni ta’ proprjetà tas-suċċessjoni fir-reġistru rilevanti ta’ Stat Membru, mingħajr preġudizzju għall-punti (k) u (l) tal-Artikolu 1(2).<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt Pollakk</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il‑kodiċi ċivili</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 981<HT TYPE="SUP">1</HT>, tal-Kodeks Cywilny (kodiċi ċivili) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>It-testatur jista’ jiddeċiedi, permezz ta’ testment notarili, li persuna partikolari takkwista l-oġġett ta’ legat mill-mument tal-ftuħ tas-suċċessjoni (legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>).</ALINEA><?PAGE NO="6"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont il-punt 2 tat-tieni paragrafu ta’ dan l-Artikolu 981<HT TYPE="SUP">1</HT>, l-oġġett ta’ tali legat jista’ b’mod partikolari jikkonsisti f’sehem ta’ proprjetà fuq immobbli, li jikkostitwixxi dritt patrimonjali trasferibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 968 tal-kodiċi ċivili jikkonċerna il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>legat b’eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, li permezz tiegħu t-testatur jista’ jagħżel kull forma testamentarja legali, inkluż it-testment olografiku. B’din id-dispożizzjoni, il-werriet huwa obbligat jittrasferixxi d-dritt fuq il-proprjetà lil-legatarju, li jagħti li dan tal-aħħar id-dritt li jitlob l-eżekuzzjoni tal-legat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il‑kodiċi notarili</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 81 tal-Prawo o notariacie (liġi li tintroduċi kodiċi notarili), tal-<DATE ISO="19910214">14 ta’ Frar 1991</DATE> (Dz. U. Nru 22, pożizzjoni 91), kif emendata bil-liġi tat-<DATE ISO="20131213">13 ta’ Diċembru 2013</DATE>, (Dz. U. tal-2014, pożizzjoni 164) (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>kodiċi notarili<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), in-nutar huwa obbligat li jirrifjuta li jeżegwixxi att notarili illeċitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 83(2) tal-kodiċi notarili jirriżulta jipprevedi li l-persuna li tiġi rrifjutata, minn nutar, li jiġi redatt att notarili, tista’ tippreżenta rikors kontra dan ir-rifjut. Dan tal-aħħar qabel kollox ikun suġġett ta’ awtokontroll min-nutar stess, li, jekk jiddeċiedi li huwa fondat, jirrediġi l-att notarili mitlub. Għal-kuntrarju, meta n-nutar stess ma jilqax ir-rikors, dan jiġi eżaminat mis-Sąd Okręgowy (qorti reġjonali, il-Polonja) tal-post fejn huwa stabbilit in-nutar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-fatti fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>A. Kubicka, ċittadina Pollakka li tirrisjedi fi Frankfurt an der Oder (il-Ġermanja), hija miżżewġa lil ċittadin Ġermaniż u minn din l-unjoni twieldu żewġ ulied, li għadhom minorenni. Il-konjuġi huma koproprjetarji nofs kull wieħed ta’ art fi Frankfurt an der Oder li fuqha hija mibnija d-dar tal-familja tagħhom. Sabiex tagħmel it-testment tagħha, A. Kubicka marret għand nutar li jeżerċita fi Słubice.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>A. Kubicka tixtieq idaħħal fit-testment tagħha legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, permess mid-dritt Pollakk, favur żewġha, fuq is-sehem li hija proprjetarja tiegħu fl-immobbli komuni li jinsab fi Frankfurt an der Oder. Għall-kumplament tal-patrimonju tagħha, hija ppreferiet iżżomm l-ordni ta’ suċċessjoni legali, li permezz tagħha żewġha u uliedha jirtu f’ishma indaqs.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Hija espressament eskludiet l-użu tal-legat ordinarju (legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>b’eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>), previst mill-Artikolu 968 tal-kodiċi ċivili, sa fejn dan jikkawża diffikultajiet marbuta mal-rappreżentazzjoni tal-ulied minuri tagħha, li għandhom dritt ta’ suċċessjoni, kif ukoll spejjeż supplimentari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20151104">4 ta’ Novembru 2015</DATE>, l-assistent tan-nutar irrifjuta li jirrediġi t- testment li fin il-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> mixtieq minn A. Kubicka peress li r-redazzjoni ta’ testment li fih tali legat hija kontra l-leġiżlazzjoni u l-ġurisprudenza Ġermaniża dwar id-drittijiet in rem u r-reġistru tal-artijiet, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni skont l-Artikolu 1(2)(k) u (l), kif ukoll l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012 u li tali att huwa, konsegwentement, illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Huwa speċifika li, fil-Ġermanja, ir-reġistrazzjoni tal-legatarju fir-reġistru tal-artijiet ma tistax issir ħlief permezz ta’ att notarili li huwa kuntratt ta’ trasferiment tal-proprjetà fuq l-immobbli bejn il-werrieta u l-legatarju. Il-legati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> barranin huma suġġetti, fil-Ġermanja, li jiġu adattati għal legati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>b’eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012. Din l-interpretazzjoni tirriżulta mill-motivi tal-liġi Ġermaniża li tittrasponi r-Regolament Nru 650/2012 [Internationales Erbrechtsverfahrensgesetz (liġi dwar il-proċeduri dwar id-dritt tas-suċċessjoni internazzjonali) tad-<DATE ISO="20150629">29 ta’ Ġunju 2015</DATE>, BGBl. I, p. 1042).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20151116">16 ta’ Novembru 2015</DATE>, A. Kubicka ippreżenta, skont l-Artikolu 83 tal-kodiċi notarili, quddiem in-nutar tal-att, rikors kontra d-deċiżjoni li tirrifjuta li jiġi redatt testment li fih l-imsemmi legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>. Hija sostniet li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 650/2012 għandhom jiġu interpretat b’mod awtonomu u, essenzjalment, li ebda dispożizzjoni tagħha ma tiġġustifika restrizzjoni tal-istatus tas-suċċessjoni b’mod li tiġġustifika l-assenza ta’ rikonoxximent ta’ effetti reali tal-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Peress li r-rikors ippreżentat minn A. Kubicka quddiem l-assistent tan-nutar ma ntlaqgħax, hija ppreżentat rikors quddiem is-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim (qorti reġjonali ta’ Gorzów Wielkopolski, il-Polonja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li, skont l-Artikolu 23(2)(b) u (e), kif ukoll l-Artikolu 68(m) tar-Regolament Nru 650/2012, il-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> jaqa’ fil-kamp tal-istatus ta’ suċċessjoni, iżda tistaqsi sa fejn il-liġi applikabbli għall-post fejn ikun jinsab il-beni tista’ twassal għal limitazzjoni tal-effetti reali ta’ legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> previst mil-liġi tas-suċċessjoni magħżula.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Peress li, skont l-Artikolu 1(2)(k) tar-Regolament Nru 650/2012 regolament, in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>natura tad-drittijiet in rem<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, il-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> previst mil-liġi tas-suċċessjoni ma jistax joħloq fuq beni drittijiet li ma humiex rikonoxxuti mil-lex rei sitae tal-proprjetà tal-legat. Madankollu, għandu jiġi stabbilit jekk din l-istess dispożizzjoni teskludix ukoll mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament il-bażijiet possibbli għall-akkwist ta’ drittijiet in rem. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tqis li l-kwistjoni tal-kisba ta’ drittijiet in rem permezz ta’ legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> taqa’ esklużivament fl-istatus ta’ suċċessjoni. Id-duttrina Pollakka f’dan il-qasam għandha l-istess pożizzjoni, filwaqt li l-ispjegazzjoni tal-motivi tal-abbozz ta’ liġi tas-suċċessjoni internazzjonali u li temenda d-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikat ta’ wirt kif ukoll dispożizzjonijiet oħra [Gesetzesentwurf der Bundesregierung, BT-Drs. 17/5451 tal-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>] tipprevedi li ma huwiex obbligatorju, fil-kuntest tar-Regolament Nru 650/2012, li d-dritt Ġermaniż jirrikonoxxi legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> abbażi ta’ testment redatt skont id-dritt ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Meta tirreferi għall-Artikolu 1(2) (l) tal-istess regolament, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk il-liġi applikabbli għar-reġistri ta’ drittijiet fuq immobbli jew mobbli tistax taffettwa l-konsegwenzi tas-suċċessjoni tal-legat. F’dan ir-rigward, hija tispeċifika li jekk tiġi aċċettata klassifikazzjoni tas-suċċessjoni tal-effetti reali tal-legat, il-liġi tal-Istat Membru li fin jinżamm tali reġistru tirregola biss il-mod ta’ prova tal-effetti tal-akkwist tas-suċċessjoni u ma tistax taffettwa l-akkwist innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Din l-qorti tosserva wkoll li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012 tiddependi wkoll fuq sa fejn l-Istat Membru li fih jinsab il-beni jistax jew le jikkontesta l-effett reali ta’ dan il-legat li jirriżulta mil-liġi tas-suċċessjoni li ntgħażlet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Sąd Okręgowy w Gorzowie Wielkopolskim (qorti reġjonali ta’ Gorzów Wielkopolski) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domanda segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>L-Artikoli 1(2)(k) u (l) jew 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 […] għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jippermettu r-rifjut tar rikonoxximent tal-effetti reali ta’ legat <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="2019" ID="QE0040"/> (legatum per vindicationem) previst mil-liġi tas-suċċessjoni, meta dan il-legat jirrigwarda d-dritt għall-proprjetà ta’ immobbli li jinsab fi Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tirrikonoxxix l-istabbiliment tal-legat b’effett reali dirett?<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż u dak Ungeriż jikkontestaw l-ammissibbiltà tad-domanda preliminari għaliex hija ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, il-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE hija strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali, li tagħti lil dawn l-aħħar ir-responsabbiltà li jiddeterminaw, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ kull kawża, kemm il-ħtieġa għal deċiżjoni preliminari sabiex ikunu jistgħu jaqtgħu s-sentenza kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li jagħmlu lill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Weber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pérez Retamero</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-97/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:158">EU:C:2017:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>B’hekk, ir-rifjut li tiddeċiedi fuq domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jkun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dritt tal-Unjoni ma għandhiex rabta mar-realtà jew mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex elementi ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi magħmula lilha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Weber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170302">2 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pérez Retamero</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-97/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:158">EU:C:2017:158</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż iqis li ma jirriżultax b’mod ċar mid-deċiżjoni tal-tal-qorti tar-rinviju għaliex il-fatt li jiġi redatt testment notarili, li għalih intgħażel id-dritt Pollakk, li jipprevedi legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fuq immobbli li jinsab fil-Ġermanja, ikun illegali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif tesponi d-deċiżjoni tar-rinviju, l-Artikolu 81 tal-kodiċi notarili jipprevedi li n-nutar huwa legalment obbligat li jirrifjuta li jwettaq att notarili illegali. Barra minn hekk, kif tfakkar waqt is-seduta, il-qrati Pollakki kienu kkunsidraw bħala illegali dispożizzjonijiet ta’ legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> li, minħabba l-istruttura legali tagħhom, kienu ineffikaċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, fil-kawża prinċipali, it-testatur, li għażel, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 650/2012, il-liġi tas-suċċessjoni Pollakka, irid jistitwixxi fit-testment tiegħu legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fuq immobbli li jinsab fil-Ġermanja, Stat Membru li fih l-effetti reali tal-imsemmi legat ma humiex rikonoxxuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’hekk, mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta b’mod ċar li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1(2)(k) u (l) kif ukoll tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012 ma hijiex neċessarja għar-riżoluzzjoni tal-proċedura fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-fondatezza tar-rifjut tan-nutar li jirrediġi l-att notarili mitlub mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, għar-raġuni li jkun kuntrarju għal-leġiżlazzjoni Ġermaniża, fid-dawl ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Sabiex isostni min-naħa tiegħu, l-inammissibbiltà tad-domanda preliminari, il-Gvern Ungeriż isostni li l-kwistjoni hija relatata ma’ tilwima li għadha ma bdietx, peress li t-testatur ma kienx miet u l-awtorità Ġermaniża responsabbli sabiex iżżomm ir-reġistru tal-artijiet ma kinitx adita bis-suġġett tal-imsemmi immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, kif jirriżulta mill-premessa 7 tar-Regolament Nru 650/2012, dan tal-aħħar jippermetti l-organizzazzjoni minn qabel taċ-ċittadini tas-suċċessjoni tagħhom. Is-sempliċi fatt li, fil-proċeduri fil-kawża prinċipali, is-suċċessjoni għadha ma hijiex miftuħa, ma jistax għaldaqstant jagħmel ipotetika d-domanda magħmula.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jitqies li d-domanda preliminari magħmula hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 1(2)(k) u (l) kif ukoll l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu r-rifjut tar-rikonoxximent, minn awtorità ta’ Stat Membru, tal-effetti reali ta’ legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, rikonoxxut mid-dritt applikabbli għas-suċċessjoni, li bih testatur għażel skont l-Artikolu 22(1) ta’ dan l-istess regolament, meta dan ir-rifjut huwa bbażat fuq ir-raġuni biss li dan il-legat jirrigwarda d-dritt għall-proprjetà ta’ immobbli li jinsab f’dan l-Istat Membru, li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tirrikonoxxix l-istituzzjoni tal-legat b’effett reali dirett fid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, qabel kollox, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 650/2012, dan tal-aħħar japplika għas-suċċessjonijiet causa mortis. L-Artikolu 3(1)(a) ta’ dan ir-regolament jispeċifika li dawn is-suċċessjonijiet ikopru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>l-forom kollha ta’ trasferiment ta’ assi, drittijiet u obbligi minħabba mewt, kemm jekk dan ikun trasferiment volontarju skont trasferiment causa mortis, jew trasferiment permezz ta’ suċċessjoni ab intestato<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Huwa kkonstatat li l-fatti fil-kawża prinċipali jikkonċernaw suċċessjoni testamentarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 22(1) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li t-testatur jista’ jagħżel bħala l-liġi li tirregola s-suċċessjoni fl-intier tagħha l-liġi tal-Istat li tiegħu għandu n-nazzjonalità. Għandu jkun speċifikat ukoll li r-Regolament Nru 650/2012 jistabbilixxi, fl-Artikolu 23(1) tiegħu, il-prinċipju tal-unità tal-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni b’hekk ippreċiża, kif jirriżulta wkoll mill-premessa 37 tal-imsemmi regolament li, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suċċessjoni, din il-liġi għandha tirregola s-suċċessjoni fl-intier tagħha, jiġifieri l-proprjetà fl-intier tagħha li tifforma parti mill-patrimonju li tifforma s-suċċessjoni, irrispettivament min-natura tal-beni u minkejja jekk il-beni jkunux jinsabu fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz. B’hekk, din il-liġi tirregola, skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 650/2012, b’mod partikolari t-trasferiment tal-beni li jiffurmaw is-suċċessjoni lill-eredi jew, skont il-każ, lill-legatarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 650/2012 jelenka serje ta’ suġġetti esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament li fosthom jinsabu, fil-punt k) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>in-natura tad-drittijiet in rem<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> u fil-punt l), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>kwalunkwe reġistrar f’reġistru ta’ drittijiet fi proprjetà immobbli jew mobbli, inklużi r-rekwiżiti legali għal tali reġistrar, u l-effetti ta’ reġistrar jew in-nuqqas ta’ reġistrar ta’ dawn id-drittijiet f’reġistru<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, jekk l-Artikolu 1(2)(k) tar-Regolament Nru 650/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-rifjut tar-rikonoxximent, fil-Ġermanja, tal-effetti reali tal-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> previst mid-dritt Pollakk, għandu jiġi osservat qabel kollox li din id-dispożizzjoni teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>in-natura tad-drittijiet in rem<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni tkopri, kif jirriżulta mill-ispjegazzjoni tal-motivi tal-proposta ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kompetenza, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni [COM (2009) 154 finali, p. 5], il-klassifikazzjoni ta’ beni u drittijiet u d-determinazzjoni ta’ prerogattivi ta’ detenturi ta’ tali drittijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-eżistenza u n-numru ta’ drittijiet in rem fl-ordinament ġuridiku tal-Istati Membri (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>numerus clausus<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>) taqa’ wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, il-premessa 15 tar-Regolament Nru 650/2012 tispeċifika f’dan ir-rigward li dan ir-regolament ma jippreġudikax in-numru limitat (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>numerus clausus<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>) ta’ drittijiet in rem li hemm fid-dritt nazzjonali ta’ ċerti Stati Membri, u li Stat Membru ma għandux ikun obbligat li jirrikonoxxi dritt in rem relatat ma’ beni li jinsabu f’dan l-Istat Membru, jekk tali dritt in rem ikkonċernat ma jkunx rikonoxxut fid-dritt tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kemm il-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, previst mid-dritt Pollakk kif ukoll il-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>b’eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> previst mid-dritt Ġermaniż, jikkostitwixxu modalitajiet ta’ trasferiment tal-proprjetà ta’ beni, jiġifieri, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punti 46 u 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, ta’ dritt in rem, rikonoxxut fiż-żewġ sistemi legali kkonċernati. B’hekk, it-trasferiment dirett ta’ dritt ta’ proprjetà permezz ta’ legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> jikkonċerna biss il-modalitajiet tat-trasferiment ta’ dan id-dritt in rem waqt il-mewt tat-testatur, li r-Regolament Nru 650/2012 preċiżament, skont il-premessa 15 tiegħu, jippermetti, skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Issa, tali modalitajiet ta’ trasferiment ma humiex koperti mill-Artikolu 1(2)(k) tar-Regolament Nru 650/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 1(2)(k) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-rifjut tar-rikonoxximent fi Stat Membru, li s-sistema legali tiegħu ma tirrikonoxxix il-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, tal-effetti reali prodotti minn tali legat fid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni, skont il-liġi tas-suċċessjoni magħżula mit-testatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward dwar jekk l-Artikolu 1(2)(l) tar-Regolament Nru 650/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-rifjut tar-rikonoxximent tal-effetti reali tal-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, għandu jiġi rrilevat li, skont din id-dispożizzjoni, kwalunkwe reġistrazzjoni f’reġistru ta’ drittijiet fi proprjetà immobbli jew mobbli, inklużi r-rekwiżiti legali għal tali reġistrazzjoni, kif ukoll l-effetti tar-reġistrazzjoni jew in-nuqqas ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn id-drittijiet f’reġistru, huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-premessa 18 tar-Regolament Nru 650/2012 tispeċifika f’dan ir-rigward li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru (għal proprjetà immobbli, il-lex rei sitaelex rei sitae) li tiddetermina taħt liema kondizzjonijiet legali u kif għandha ssir ir-reġistrazzjoni [ta’ dritt in rem]<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>. Barra minn hekk, skont il-premessa 19 tal-istess regolament, meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>l-akkwist ta’ dritt fi proprjetà immobbli jeħtieġ li jiġi rreġistrat f’reġistru skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru sabiex jiġi żgurat l-effett erga omnes tar-reġistri jew sabiex jiġu protetti t-tranżazzjonijiet legali, il-mument ta’ tali akkwist għandu jiġi rregolat mil-liġi ta’ dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Isegwi minn dan, kif enfasizza l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 60 tal-konklużjonijiet tiegħu, li sa fejn l-Artikolu 1(2)(l) tar-Regolament 650/2012 jkopri biss reġistrazzjoni f’reġistru ta’ drittijiet fi proprjetà immobbli jew mobbli, inklużi r-rekwiżiti legali għal tali reġistrar, u l-effetti ta’ reġistrazzjoni jew in-nuqqas ta’ reġistrar ta’ dawn id-drittijiet f’reġistru, il-kundizzjonijiet li fihom tali drittijiet jkunu akkwistati ma jinsabux fost il-materji esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament skont din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fil-fatt, din ir-riżerva għandha neċessarjament tingħaqad mal-prinċipju tal-unità tal-liġi tas-suċċessjoni, previst fl-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 650/2012, u b’mod partikolari il-paragrafu 2(e) li jipprevedi li din tirregola <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>it-trasferiment lill-eredi u skont il-każ lil-legatarji tal-assi, id-drittijiet u l-obbligi<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni tissodisfa wkoll l-għan segwit mir-Regolament Nru 650/2012, imsemmi fil-premessa 7 tiegħu, li jfittex li jiffaċilita l-funzjonament xieraq tas-suq intern billi jneħħi x-xkiel għall-moviment ħieles ta’ persuni li jixtiequ li jsostnu d-drittijiet tagħhom li jirriżultaw minn suċċessjoni transkonfinali. Skont din l-istess premessa, fiż-żona Ewropea tal-ġustizzja, iċ-ċittadini għandhom ikunu f’pożizzjoni li jorganizzaw is-suċċessjoni tagħhom bil-quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, li jiġi ammess li l-Artikolu 1(2)(l) tar-Regolament Nru 650/2012 jippermetti esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament tal-akkwist ta’ proprjetà ta’ beni b’legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, iwassal għal diviżjoni tas-suċċessjoni, inkompatibbli mal-formulazzjoni tal-Artikolu 23 tal-istess regolament u mal-għanijiet ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 1(2)(l) tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-rifjut tar-rikonoxximent fi Stat Membru, li s-sistema legali tiegħu ma tirrikonoxxix il-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, tal-effetti reali prodotti minn tali legat fid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni, skont il-liġi tas-suċċessjoni magħżula mit-testatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad ukoll li r-Regolament Nru 650/2012 jipprevedi l-ħolqien ta’ ċertifikat Ewropew ta’ suċċessjoni li għandu jippermetti lil kull werriet, legatarju jew benefiċjarju msemmi f’dan iċ-ċertifikat, li jipproduċi l-prova fi Stat Membru ieħor tal-kwalità tiegħu u tad-drittijiet tiegħu, b’mod partikolari l-attribuzzjoni ta’ beni partikolari lil-legatarju imsemmi f’dan iċ-ċertifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 69(1) ta’ dan ir-regolament, iċ-ċertifikat għandu jipproduċi l-effetti tiegħu fl-Istati Membri kollha mingħajr il-ħtieġa ta’ xi proċedura speċjali. Il-persuna msemmija fiċ-Ċertifikat bħala l-legatarju għandha titqies li għandha l-istatus u d-drittijiet imsemmijin fiċ-Ċertifikat bl-ebda kundizzjoni u/jew restrizzjoni marbuta ma’ dawn id-drittijiet ħlief minn dawk iddikjarati fiċ-Ċertifikat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fi-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012, għandu jitfakkar li, skont dan l-artikolu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>[m]eta persuna tinvoka dritt in rem li hija tkun intitolata għalih skont il-liġi applikabbli għas-suċċessjoni, u l-liġi tal-Istat Membru fejn id-dritt huwa invokat ma jirrikonoxxix id-dritt in rem inkwistjoni, dak id-dritt għandu, jekk meħtieġ u safejn possibbli, jiġi adattat għall-eqreb dritt in rem ekwivalenti skont il-liġi ta’ dak l-Istat waqt li jittieħed kont tal-għanijiet u tal-interessi li jfittex id-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu.<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li d-dritt in rem li A. Kubicka tixtieq tittrażmetti permezz ta’ legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> huwa d-dritt ta’ proprjetà fuq is-sehem tagħha fl-immobbli li jinsab fil-Ġermanja. Issa, huwa paċifiku li d-dritt tal-proprjetà li l-legatarju huwa hekk investit fid-dritt Pollakk huwa rikonoxxut ukoll fid-dritt Ġermaniż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012 ma jirrigwardax il-proċedura għat-trasferiment tad-drittijiet in rem, li tapplika b’mod partikolari għal legati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>b’eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, iżda biss fuq ir-rispett tal-kontenut tad-drittijiet in rem kif determinat mil-liġi applikabbli għas-suċċessjoni (lex causae), u r-riċeviment tagħhom fl-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru li fih huma invokati (lex rei sitae).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sa fejn id-dritt in rem trażmess mil-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> huwa d-dritt ta’ proprjetà, li huwa rrikonoxxut fid-dritt Ġermaniż, ma hemmx lok li jsir l-aġġustament previst fl-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-rifjut tar-rikonoxximent fi Stat Membru, li s-sistema legali tiegħu ma tirrikonoxxix il-legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, tal-effetti reali prodotti minn tali legat fid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni, skont il-liġi tas-suċċessjoni magħżula.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-premessi preċedenti, għandha tingħata risposta għad-domanda magħmula li l-Artikoli 1(2)(k) u (l) kif ukoll l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 650/2012 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu r-rifjut tar-rikonoxximent, minn awtorità ta’ Stat Membru, tal-effetti reali ta’ legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, rikonoxxut mid-dritt applikabbli għas-suċċessjoni, li bih testatur għażel skont l-Artikolu 22(1) ta’ dan l-istess regolament, meta dan ir-rifjut huwa bbażat fuq ir-raġuni li dan il-legat jirrigwarda d-dritt ta’ proprjetà ta’ immobbli li jinsab f’dan l-Istat Membru, li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tirrikonoxxix l-istituzzjoni tal-legat b’effett reali dirett fid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 1(2)(k) u (l) kif ukoll l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20120704">4 ta’ Lulju 2012</DATE>, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu r-rifjut tar-rikonoxximent, minn awtorità ta’ Stat Membru, tal-effetti reali ta’ legat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>b’invokazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, rikonoxxut mid-dritt applikabbli għas-suċċessjoni, li bih testatur għażel skont l-Artikolu 22(1) ta’ dan l-istess regolament, meta dan ir-rifjut huwa bbażat fuq ir-raġuni biss li dan il-legat jirrigwarda d-dritt ta’ proprjetà ta’ immobbli li jinsab f’dan l-Istat Membru, li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma tirrikonoxxix l-istituzzjoni tal-legat b’effett reali dirett fid-data tal-ftuħ tas-suċċessjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>