02016D1138 — MT — 01.11.2017 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1138

tal-11 ta' Lulju 2016

li temenda l-formati bbażati fuq l-istandard tal-UN/CEFACT għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd

(notifikata bid-dokument C(2016) 4226)

(ĠU L 188 13.7.2016, p. 26)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/197 notifikata bid-dokument C(2017 tat-2 ta' Frar 2017

  L 31

27

4.2.2017

►M2

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2266 notifikata bid-dokument C(2017 tas-6 ta' Diċembru 2017

  L 324

55

8.12.2017




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1138

tal-11 ta' Lulju 2016

li temenda l-formati bbażati fuq l-istandard tal-UN/CEFACT għall-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sajd

(notifikata bid-dokument C(2016) 4226)



▼M1

Artikolu 1

1.  Mill-1 ta' Frar 2017, il-format li għandu jintuża biex tiġi rrappurtata d-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 146f tar-Regolament (UE) Nru 404/2011 u d-dokumenti rispettivi ta' implimentazzjoni huma emendati kif stabbilit fil-format UN/Cefact P 1000-7: L-ispeċifikazzjonijiet tad-dominju tal-Pożizzjoni tal-Bastiment ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

2.  Mill-1 ta' Lulju 2018, is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jwieġbu għal talbiet għad-dejta tas-sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti kif imsemmi fl-Artikolu 146f(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 billi jużaw il-format emendat skont il-Paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

▼B

Artikolu 2

Skambju tad-dejta dwar l-attività tas-sajd

1.  Mill-1 ta' Novembru 2017, il-format li għandu jintuża għall-iskambju tad-dejta dwar l-attività tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 146 g tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 u d-dokumenti rispettivi ta' implimentazzjoni huma emendati kif stabbilit fi FLUX-P1000/P1000-03: L-ispeċifikazzjonijiet tad-dominju tal-Attività tas-Sajd ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

2.  Is-sistemi tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu kapaċi jibgħatu messaġġi dwar l-attività tas-sajd kif ukoll jirrispondu għat-talbiet għal dejta dwar l-attività tas-sajd kif imsemmi fl-Artikolu 146 g(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 fil-format UN/CEFACT P1000-3 għal vjaġġi tas-sajd li jibdew mill-1 ta' Novembru 2017.

▼M2

3.  Matul perjodu ta' tranżizzjoni li jintemm mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2018, kull skambju ta' dejta dwar l-attività tas-sajd bejn żewġ Stati Membri għandu jkompli jsir bl-użu tal-format stabbilit qabel l-1 ta' Novembru 2017 ħlief jekk kemm l-Istat Membru li jkun qed jibgħat kif ukoll dak li jkun qed jirċievi jkunu kapaċi jiskambjaw dejta dwar l-attività tas-sajd bl-użu tal-format standard ġdid tal-UN/Cefact.

4.  L-iskambji tad-dejta dwar l-attività tas-sajd fil-qafas ta' ftehim ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli għandhom ikomplu jsiru bl-użu tal-format stabbilit qabel l-1 ta' Novembru 2017 sad-data miftiehma mal-pajjiż terz ikkonċernat.

▼B

Artikolu 3

Skambju ta' dejta relatata mal-bejgħ

1.  Mill-1 ta' Novembru 2017, il-format li għandu jintuża għall-iskambju tad-dejta relatata mal-bejgħ kif imsemmi fl-Artikolu 146h tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 u d-dokumenti rispettivi ta' implimentazzjoni huma emendati kif stabbilit fi FLUX-P1000/P1000-05: L-ispeċifikazzjonijiet tad-dominju tal-bejgħ ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

▼M2

Waqt perjodu ta' tranżizzjoni li jintemm mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju 2018, kull skambju ta' dejta li tikkonċerna n-noti tal-bejgħ jew id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment bejn żewġ Stati Membri għandu jkompli jsir bl-użu tal-format stabbilit qabel l-1 ta' Novembru 2017 ħlief jekk kemm l-Istat Membru li jibgħat kif ukoll dak li jirċievi d-dejta jkunu kapaċi jiskambjaw dejta tan-noti tal-bejgħ jew id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment bl-użu tal-format standard ġdid UN/Cefact.

▼M2

2.  Sa mill-1 ta' Novembru 2018, is-sistemi tal-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jibgħatu u jwieġbu għat-talbiet għal dejta li tikkonċerna n-noti tal-bejgħ jew id-dikjarazzjonijiet tat-trasferiment kif imsemmi fl-Artikolu 146(h)(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 fil-format UN/Cefact P1000-5 għall-operazzjonijiet li jseħħu minn dik id-data.

▼B

Artikolu 4

Trażmissjoni tad-dejta aggregata dwar il-qbid.

Mill-15 ta' Frar 2017, il-format li għandu jintuża għat-trażmissjoni tad-dejta aggregata dwar il-qbid kif imsemmi fl-Artikolu 146i tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 404/2011 u d-dokumenti rispettivi ta' implimentazzjoni huma emendati kif stabbilit fi FLUX-P1000/P1000-12: L-ispeċifikazzjonijiet tad-dominju tar-Rapport tad-Dejta Aggregata dwar il-Qbid ippubblikati fil-paġna tar-Reġistru tad-Dejta Ewlenija fuq is-sit web dwar is-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.