<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑8/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0008</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:731">EU:C:2015:731</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20151029">29.10.2015</DATE> — KAWŻA C‑8/14</P><P>BBVA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 93/13/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ self ipotekarju</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli inġusti</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ sekwestru</KEYWORD><KEYWORD>Kwistjoni ta’ oppożizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Termini ta’ dekadenza</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑8/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de Martorell (tribunal tal-ewwel istanzi Nru 4 ta’ Martorell, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20131028">28 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20140110">10 ta’ Jannar 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">BBVA SA</HT>, li kienet Unnim Banc SA,</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Pedro Peñalva López,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Clara López Durán,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Diego Fernández Gabarro,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, F. Biltgen, A. Borg Barthet, E. Levits (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150211">11ta’ Frar 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal BBVA SA, li kienet Unnim Banc SA, minn J. Rodríguez Cárcamo u B. García Gómez, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal P. Peñalva López, C. López Durán, kif ukoll għal D. Fernández Gabarro, minn M. Alemany Canals, A. Martínez Hiruela, T. Moreno u A. Davalos, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn M. J. García-Valdecasas Dorrego, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Baquero Cruz u M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>billi semgħet l-Avukat Ġenerali fil-konklużjonijiet tiegħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE></VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn BBVA SA, li kienet Unnim Banc SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>BBVA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), u D. Fernández Gabarro u P. Penalva López, kif ukoll C. López Durán, dwar l-oppożizzjoni tagħhom għal sekwestru ipotekarju li jirrigwarda spazju ta’ pparkjar u skont.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li klawżoli inġusti użati f’kuntratt konkluż ma konsumatur minn bejjiegħ jew fornitur għandhom, kif previst fil-liġi nazzjonali tagħhom, ma jkunux jorbtu lill-konsumatur u li l-kuntratt għandu jkompli jorbot lill-partijiet fuq dawn il-klawżoli jekk dan ikun kapaċi jkompli jeżisti mingħajr il-klawżoli inġusti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi u l-kompetituri, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-Liġi 1/2013 dwar miżuri intiżi li jsaħħu l-protezzjoni tad-debituri ipotekarji, ir-ristrutturazzjoni tad-dejn u l-kiri soċjali (Ley 1/2013 de medidas para reforzar la protección a los deudores hipotecarios, reestructuración de deuda y alquiler social) tal-<DATE ISO="20130514">14 ta’ Mejju 2013</DATE> (BOE Nru 116, tal-<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>, p. 36373), emendat il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Ley de enjuiciamiento civil), tas-<DATE ISO="20000107">7 ta’ Jannar 2000</DATE> (BOE Nru 7, tat-<DATE ISO="20000108">8 ta’ Jannar 2000</DATE>, p. 575, huwa stess emendat bid-Digriet-Liġi 7/2013, li jistabbilixxi miżuri fiskali u baġitarji urġenti u jippromwovi r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (Decreto-ley 7/2013, de medidas urgentes de naturaleza tributaria, presupuestarias y de fomento de la investigación, el desarrollo y la innovación), tat-<DATE ISO="20130628">28 ta’ Ġunju 2013</DATE> (BOE Nru 155, tad-<DATE ISO="20130629">29 ta’ Ġunju 2013</DATE>, p. 48767, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-raba’ dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>dispożizzjoni tranżitorja inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) tirrigwarda l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni miftuħa qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013 u li għadhom pendenti. Din id-dispożizzjoni hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.P><TXT>L-emendi tal-[Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili] introdotti b’din il-liġi japplikaw għall-proċeduri ta’ eżekuzzjoni miftuħa fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha, biss fir-rigward ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni li għad iridu jittieħdu.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni li kienu pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi li fihom it-terminu ta’ oppożizzjoni ta’ għaxart ijiem previst fl-Artikolu 556(1) tal-[Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili] ikun skada, il-konvenuti għall-eżekuzzjoni għandhom terminu ta’ dekadenza ta’ xahar biex iressqu oppożizzjoni b’mod inċidentali u straordinarju fuq il-bażi tal-motivi ta’ oppożizzjoni l-ġodda previsti fil-punt 7 tal-Artikolu 557(1) u l-punt 4 tal-Artikolu 695(1) tal-[Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili].</TXT></NP></ITEM></LIST><P>It-terminu ta’ dekadenza ta’ xahar huwa kkalkolat mill-jum ta’ wara dak tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, u t-tressiq tal-oppożizzjoni b’mod inċidentali mill-partijiet għandu l-effett li jissospendi l-proċedura sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni, konformement mal-Artikoli 558 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> u 695 tal-[Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili].</P><P>Din id-dispożizzjoni tranżitorja tapplika għal kull proċedura ta’ eżekuzzjoni li ma tkunx wasslet għat-teħid tal-pussess tal-proprjetà immobbli mix-xerrej konformement mal-Artikolu 675 tal-[Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili].</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni pendenti u li fihom, fid-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, it-terminu ta’ oppożizzjoni ta’ għaxart ijiem previst fl-Artikolu 556(1) tal-[Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili] jkun diġà beda jiddekorri, il-konvenuti għall-eżekuzzjoni għandu jkollhom l-istess terminu ta’ dekadenza ta’ xahar previst fil-paragrafu preċedenti biex iressqu oppożizzjoni fuq il-bażi ta’ kwalunkwe wieħed mill-motivi ta’ oppożizzjoni previsti fl-Artikoli 557 u 695 tal-[Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili].</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-pubblikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tgħodd bħala komunikazzjoni kompluta u valida għall-finijiet tan-notifika tal-kalkolu u tat-termini previsti fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-artikolu, peress li fl-ebda każ ma hija neċessarja l-adozzjoni ta’ deċiżjoni espressa għal dan l-iskop.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 556(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għalkemm it-titolu eżekuttiv huwa deċiżjoni proċedurali jew ta’ arbitraġġ ta’ kundanna jew ftehim ta’ medjazzjoni, il-konvenut għall-eżekuzzjoni jista’, fiż-żmien għaxart ijiem wara n-notifika tad-digriet ta’ eżekuzzjoni, jopponi għal dan bil-miktub billi jinvoka l-ħlas jew l-osservanza tad-dispożittiv tas-sentenza, tas-sentenza ta’ arbitraġġ jew tal-ftehim, li tiegħu għandu jipproduċi l-prova dokumentarja.</ALINEA><ALINEA>Huwa possibbli wkoll li tiġi opposta d-dekadenza tal-azzjoni f’eżekuzzjoni kif ukoll il-ftehimiet u t-tranżazzjonijiet li kienu ġew konklużi sabiex tiġi evitata l-eżekuzzjoni, bil-kundizzjoni li dawn il-ftehimiet u tranżazzjonijiet jidhru f’att notarili.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 557 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili dwar il-proċedura ta’ oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni bbażata fuq titoli mhux ġudizzjarji jew ta’ arbitraġġ:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="557.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-eżekuzzjoni tkun ordnata għat-titoli msemmija fil-punti 4, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 517(2), kif ukoll għal dokumenti oħrajn li għandhom is-saħħa eżekuttiva msemmija fil-punt 9 tal-Artikolu 517(2), il-konvenut għall-eżekuzzjoni jista’ jopponiha biss, fit-termini u l-forom previsti fl-artikolu preċedenti, jekk jinvoka wieħed mill-motivi li ġejjin:</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>7°</NO.P><TXT>It-titolu jinkludi klawżoli inġusti.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="557.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk l-oppożizzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti tiġi ppreżentata, ir-Reġistru tal-qorti jissospendi l-eżekuzzjoni permezz ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-punt 4 tal-Artikolu 695(1) u (2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="695.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-proċeduri msemmija f’dan il-kapitolu, l-oppożizzjoni tal-konvenut għall-eżekuzzjoni għandha tintlaqa’ biss meta tkun ibbażata fuq il-motivi li ġejjin:</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li tikkostitwixxi l-bażi tal-eżekuzzjoni jew li ppermettiet li jiġi stabbilit l-ammont dovut.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="695.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ladarba tiġi magħmula l-oppożizzjoni msemmija fil-paragrafu preċedenti, ir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali għandu jissospendi l-eżekuzzjoni u jsejjaħ lill-partijiet sabiex jidhru quddiem il-qorti li ħarġet l-ordni ta’ sekwestru. Iċ-ċitazzjoni għandha ssir mill-inqas ħmistax-il ġurnata qabel is-seduta inkwistjoni. F’din is-seduta, il-qorti għandha tisma’ lill-partijiet, teżamina d-dokumenti ppreżentati u tadotta d-deċiżjoni li hija tqis xierqa, permezz ta’ digriet, fit-tieni jum.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, fil-<DATE ISO="20130515">15 ta’ Mejju 2013</DATE>, BBVA bdiet proċedura ta’ sekwestru ipotekarju kontra D. Fernández Gabarro u P. Peñalva López kif ukoll C. López Durán. F’din id-data, din il-proċedura kienet għadha pendenti. Mill-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan is-sekwestru jirrigwarda spazju ta’ pparkjar u skont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130617">17 ta’ Ġunju 2013</DATE>, wara l-iskadenza tat-terminu ta’ xahar għall-introduzzjoni, b’mod inċidentali u straordinarju, ta’ oppożizzjoni għas-sekwestru ipotekarju, previst mid-dispożizzjoni tranżitorja inkwistjoni, il-konvenuti fil-kawża prinċipali argumentaw quddiem il-qorti nazzjonali li t-terminu ta’ dekadenza stabbilit minn din id-dispożizzjoni kien imur kontra d-Direttiva 93/13.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, it-terminu ta’ dekadenza ta’ xahar biex jinvokaw in-natura inġusta tal-klawżoli inklużi fit-titolu eżekuttiv kien insuffiċjenti għat-tribunali, imsejħa biex jikkontrollaw <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-kontenut tal-kuntratti ta’ self jew ta’ kreditu akkumpanjati minn garanzija ipotekarja matul l-eżekuzzjoni, u <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> għall-konsumaturi, imsejħa biex jargumentaw l-eventwali natura inġusta tal-klawżoli inklużi f’dawn il-kuntratti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-konvenuti fil-kawża prinċipali jiddikjaraw li, sa fejn, skont il-paragrafu 4 tad-dispożizzjoni tranżitorja inkwistjoni, it-terminu ta’ dekadenza ta’ xahar kien jibda jiddekorri min-notifika magħmula permezz tal-pubblikazzjoni tal-liġi f’Ġurnal Uffiċjali u mhux b’mod individwalizzat, l-aċċess tal-konsumaturi għall-ġustizzja kien diffiċli ferm, anki jekk kienu jibbenefikaw minn assistenza ġudizzjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li huwa meħtieġ, sabiex tkun tista’ tieħu deċiżjoni dwar il-kawża pendenti quddiemha, li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-kwistjoni li jiġi kkonċiljat il-prinċipju ta’ dekadenza tat-termini proċedurali, marbut mill-qrib mal-prinċipju ta’ ċertezza legali, mal-protezzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tal-konsumatur, li ma jistax jiġi preskritt, permezz tal-konstatazzjoni tan-nullità totali tal-klawżola inġusta u tan-nuqqas ta’ integrazzjoni tagħha fil-kuntratt, kif tipprovdi d-Direttiva 93/13, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza reċenti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Juzgado de Primera Instancia n<HT TYPE="SUP">o</HT> 4 de Martorell (tribunal tal-ewwel istanza Nru 4 ta’ Martorell) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>It-terminu ta’ xahar previst mir-raba’ dispożizzjoni tranżitorja għandu jiġi interpretat fis-sens li jmur kontra l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali tranżitorja, bħad-dispożizzjoni tranżitorja inkwistjoni, li tissuġġetta lill-konsumaturi, li fir-rigward tagħhom infetħet proċedura ta’ sekwestru ipotekarju qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġi li taħtha din id-dispożizzjoni taqa’ u mhux magħluqa f’din id-data, għal terminu ta’ dekadenza ta’ xahar, li jibda mill-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni ta’ din il-liġi, sabiex titressaq oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni obbligatorja, b’mod partikolari bbażata fuq in-natura allegatament inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar minnufih li, skont ġurisprudenza stabbilita, is-sistema ta’ protezzjoni implementata mid-Direttiva 93/13 hija bbażata fuq l-idea li l-konsumatur jinsab f’sitwazzjoni ta’ inferjorità fil-konfront tal-bejjiegħ jew tal-fornitur kemm fir-rigward tas-setgħa ta’ negozjati kif ukoll fir-rigward tal-livell ta’ informazzjoni (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll Sánchez Morcillo u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Abril García</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑169/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2099">EU:C:2014:2099</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din is-sitwazzjoni ta’ inferjorità, l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 jipprovdi li l-klawżoli inġusti ma jorbtux lill-konsumatur. Din hija dispożizzjoni obbligatorja li hija intiża li tissostitwixxi l-bilanċ formali stabbilit mill-kuntratt bejn id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet kontraenti b’bilanċ reali ta’ natura li jistabbilixxi mill-ġdid l-ugwaljanza bejniethom (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tal-fatt li n-natura u l-importanza tal-interess pubbliku li jikkostitwixxi l-protezzjoni tal-konsumaturi li jinsab f’tali sitwazzjoni ta’ inferjorità, l-Artikolu 7(1) tal-imsemmija direttiva jimponi fuq l-Istati Membri li jipprovdu mezzi adegwati u effettivi sabiex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Banco Español de Crédito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑618/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:349">EU:C:2012:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kásler u Káslerné Rábai</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑26/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:282">EU:C:2014:282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Unicaja Banco u Caixabank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/13, C‑484/13, C‑485/13 u C‑487/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:21">EU:C:2015:21</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tenfasizza li l-proċeduri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni, bħall-proċeduri ta’ sekwestru ipotekarju, huma suġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti mill-ġurisprudenza stabbilita intiżi għall-protezzjoni effettiva tal-konsumaturi (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sánchez Morcillo u Abril García</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑169/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2099">EU:C:2014:2099</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni din il-ġurisprudenza, u b’mod partikolari wara l-għoti tas-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Liġi 1/2013 emendat b’mod partikolari l-artikoli tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili dwar il-proċedura ta’ sekwestru tal-beni ipotekati. B’hekk, għall-proċeduri miftuħin wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, l-oppożizzjoni tal-konvenut għall-eżekuzzjoni, ibbażata fuq in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali u mressqa fit-terminu ordinarju ta’ għaxart ijiem li jibdew mid-data tan-notifika tal-att li jordna l-eżekuzzjoni, tippermetti barra minn hekk is-sospensjoni tal-proċedura tas-sekwestru ipotekarju sar-riżoluzzjoni tal-inċident ta’ oppożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din ir-riforma leġiżlattiva, id-dispożizzjoni tranżitorja inkwistjoni intiża li tieħu inkunsiderazzjoni proċeduri ta’ eżekuzzjoni pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, li fihom it-terminu ta’ oppożizzjoni ta’ għaxart ijiem diġà beda jiddekorri jew skada. Kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 34 tal-konklużjonijiet tiegħu, minkejja l-fatt li s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja jużaw l-effett tagħhom <HT TYPE="ITALIC">ex tunc</HT>, u, għaldaqstant, mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjoni interpretata, il-leġiżlatur Spanjol iġġudika neċessarju l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ terminu tranżitorju sabiex jippermetti wkoll lill-konsumaturi, intiżi minn proċedura ta’ eżekuzzjoni pendenti, li jressqu, f’livell proċedurali, f’terminu li għandu jiġi stabbilit mil-leġiżlatur Spanjol, oppożizzjoni permezz ta’ inċident straordinarju billi jibbażaw lilhom nnifishom, b’mod partikolari, fuq l-eżistenza ta’ klawżoli inġusti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għandu jiġi evalwat jekk, u, jekk ikun il-każ, sa fejn, id-Direttiva 93/13, kif interpretata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, żviluppata b’mod partikolari mis-sentenza tagħha <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), topponi għall-mekkaniżmu ta’ terminu tranżitorju, miżmum mil-leġiżlatur Spanjol u introdott mil-Liġi 1/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, ċertament, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni tal-mekkaniżmi nazzjonali dwar l-eżekuzzjoni ġudizzjarja, il-modalitajiet tal-iffissar tat-terminu ta’ oppożizzjoni, ammessi fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sekwestru ipotekarju, jaqgħu taħt l-ordinament ġuridiku intern tal-Istati Membri skont il-prinċipju ta’ awtonomija proċedurali ta’ dawn tal-aħħar. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-imsemmija modalitajiet għandhom jissodisfaw kundizzjoni doppja, li ma jkunux inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw sitwazzjonijiet simili suġġetti għad-dritt intern (prinċipju ta’ ekwivalenza) u li ma jagħmlux prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lill-konsumaturi mid-dritt tal-Unjoni (prinċipju ta’ effettività) (sentenzi, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aziz,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Barclays Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑280/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:279">EU:C:2014:279</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward, minn naħa, tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, għandu jiġi osservat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha ebda element ta’ natura li jqajjem dubju dwar il-konformità tad-dispożizzjoni tranżitorja inkwistjoni ma’ dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ effettività, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ġġudikat li f’kull każ li fih tqum il-kwistjoni dwar jekk dispożizzjoni proċedurali nazzjonali tirrendix impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, din għandha tiġi analizzata billi jittieħed inkunsiderazzjoni r-rwol ta’ din id-dispożizzjoni fil-proċedura kollha, l-iżvolġiment tagħha u l-karatteristiċi partikolari tagħha quddiem id-diversi qrati nazzjonali. F’din il-perspettiva, hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni, il-prinċipji li fuqhom hija bbażata s-sistema legali nazzjonali, bħalma huma l-ħarsien tad-drittijiet tad-difiża, il-prinċipju taċ-ċertezza legali u l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20080221">21 ta’ Frar 2008</DATE>, Tele2 Telecommunication, C‑426/05, Ġabra p. I-685, punt 55 (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sánchez Morcillo u Abril García</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑169/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2099">EU:C:2014:2099</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Dawn l-aspetti, invokati mill-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni matul l-analiżi tal-karatteristiċi tat-terminu inkwistjoni fil-kawża prinċipali. B’hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 45 tal-konklużjonijiet tiegħu, din l-analiżi għandha tirrigwarda żewġ sezzjonijiet, jiġifieri t-tul tat-terminu ta’ dekadenza stabbilit mil-leġiżlatur u l-modalità miżmuma biex twassal għall-ftuħ tal-imsemmi terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, l-ewwel nett, it-tul tat-terminu, għandu jiġi rrilevat li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-iffissar ta’ termini raġonevoli ta’ rikorsi taħt piena ta’ dekadenza, fl-interess taċ-ċertezza legali huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, termini bħal dawn ma humiex ta’ natura li jrendu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asturcom Telecomunicaciones</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑40/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:615">EU:C:2009:615</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat ukoll li t-terminu stabbilit ikun materjalment suffiċjenti biex jippermetti lill-persuni kkonċernati li jippreparaw u jippreżentaw rikors effettiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Samba Diouf</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:524">EU:C:2011:524</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li t-terminu ta’ xahar huwa stabbilit, b’mod eċċezzjonali, minn dispożizzjoni tranżitorja intiża li tiżgura lill-konsumaturi, konvenuti f’proċedura ta’ eżekuzzjoni pendenti li fiha t-terminu ta’ oppożizzjoni ordinarja ta’ għaxart ijiem diġà beda jiddekorri jew skada, il-possibbiltà li wieħed jargumenta, fil-kuntest tal-istess proċedura, motiv ta’ oppożizzjoni ġdid li ma kienx previst fil-mument tal-preżentata tal-azzjoni ġudizzjarja inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minħabba f’hekk, għandu jitqies li, fid-dawl tal-post tad-dispożizzjoni tranżitorja inkwistjoni fil-proċedura kollha tas-sekwestru ipotekarju, it-terminu tad-dekadenza ta’ xahar biex jitressaq inċident straordinarju ta’ oppożizzjoni ma jidhirx, fil-prinċipju, materjalment insuffiċjenti għall-preparazzjoni u l-preżentata ta’ rikors effettiv, u jirriżulta b’hekk bħala raġonevoli u proporzjonat fir-rigward tad-drittijiet u tal-interessi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-dispożizzjoni tranżitorja inkwistjoni ma tistax, fid-dawl tat-tul tat-terminu ta’ oppożizzjoni mogħti lill-konsumatur fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sekwestru ipotekarju pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, titqies li tippreġudika l-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, it-tieni nett, l-analiżi tat-tieni sezzjoni tal-karatteristiċi tat-terminu inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrigwarda l-modalità magħżula mil-leġiżlatur għall-ftuħ tal-imsemmi terminu, il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin jimponu lilhom innifishom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Huwa stabbilit, qabelxejn, li l-Liġi 1/2013, li minnha tagħmel parti d-dispożizzjoni tranżitorja inkwistjoni, tistabbilixxi kuntest leġiżlattiv li huwa ta’ sinjifikat ġenerali. Din il-liġi daħlet fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-<HT TYPE="ITALIC">Boletín Oficial del Estado</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li għandha bħala suġġett il-protezzjoni mogħtija liċ-ċittadini f’numru wiesa’ ta’ sitwazzjonijiet marbutin mas-self ipotekarju, il-Liġi 1/2003 tinkludi, b’mod espliċitu, dik tal-konsumaturi li tinsab, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi, f’sitwazzjoni ta’ difiża fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni pendenti, intiża għat-tajjeb tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, dawn il-konsumaturi ġew informati, fid-data tal-ftuħ tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni diretta kontrihom, permezz ta’ notifika individwali, li ġiet indirizzata lilhom personalment, tad-dritt tagħhom li jressqu oppożizzjoni fit-terminu ta’ għaxart ijiem b’effett minn din in-notifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, l-imsemmija notifika, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013, ma kienx fiha informazzjoni dwar id-dritt tal-imsemmija konsumaturi li jressqu oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni billi targumenta n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li tikkostitwixxi l-bażi tat-titolu eżekuttiv, peress li din il-possibbiltà ma ġietx introdotta fil-punt 7 tal-Artikolu 557(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, ħlief bil-Liġi 1/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, fid-dawl b’mod partikolari tal-prinċipji tad-drittijiet ta’ difiża, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, il-konsumaturi ma setgħux b’mod raġonevoli jistennew li jibbenefikaw minn possibbiltà ġdida li jressqu inċident ta’ oppożizzjoni fin-nuqqas li jiġu informati b’dan mill-istess rimedju proċedurali minn dak li bih waslet lilhom l-informazzjoni inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi rrilevat li d-dispożizzjoni tranżitorja inkwistjoni, sa fejn tipprovdi li t-terminu tad-dekadenza jibda jiddekorri f’dan il-każ mingħajr ma l-konsumaturi kkonċernati jkunu informati personalment bil-possibbiltà li jargumentaw motiv ġdid ta’ oppożizzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni diġà miftuħa qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmija liġi, ma hijiex ta’ natura li tiggarantixxi l-użu sħiħ ta’ dan it-terminu, u għaldaqstant l-eżerċizzju effettiv tad-dritt rikonoxxut ġdid mill-emenda leġiżlattiva inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tal-iżvilupp, tal-partikolarità u tal-kumplessità tal-proċedura kif ukoll tal-leġiżlazzjoni applikabbli, jeżisti riskju sinjifikattiv li l-imsemmi terminu jiskadi mingħajr ma l-konsumaturi kkonċernati jistgħu jargumentaw effettivament u validatament id-drittijiet tagħhom permezz ta’ rimedju ġudizzjarju, minħabba b’mod partikolari l-fatt li jinjoraw jew ma jipperċepixxux, fir-realtà, il-portata eżatta ta’ dawn id-drittijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Aziz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑415/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li d-dispożizzjoni tranżitorja inkwistjoni tikser il-prinċipju ta’ effettività.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali tranżitorja, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta lill-konsumaturi, li fir-rigward tagħhom infetħet proċedura ta’ sekwestru ipotekarju qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi li taħtha din id-dispożizzjoni taqa’ u mhux magħluqa f’din id-data, għal terminu ta’ dekadenza ta’ xahar, li jibda mill-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni ta’ din il-liġi, sabiex titressaq oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni obbligatorja, ibbażata fuq in-natura allegatament inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE>, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali tranżitorja, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta lill-konsumaturi, li fir-rigward tagħhom infetħet proċedura ta’ sekwestru ipotekarju qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi li taħtha din id-dispożizzjoni taqa’ u mhux magħluqa f’din id-data, għal terminu ta’ dekadenza ta’ xahar, li jibda mill-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni ta’ din il-liġi, sabiex titressaq oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni obbligatorja, ibbażata fuq in-natura allegatament inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>