European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2663

30.12.2025

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2663

tat-23 ta’ Diċembru 2025

dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja

(notifikata bid-dokument C(2025) 9239)

(It-test bil-Kroat biss huwa awtentiku)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja u tikkawża disturb fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. F’każ ta’ tifqigħa tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta għandha tinkludi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza.

(3)

Il-Kroazja infurmat lill-Kummissjoni bis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fit-territorju tagħha, wara tifqigħa ta’ dik il-marda fl-annimali kaprini u ovini fil-muniċipalità ta’ Prgomet, fil-kontea ta’ Splitsko-Dalmatinska, li ġiet ikkonfermata fit-13 ta’ Diċembru 2025, u, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, stabbiliet żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, fejn jiġu applikati l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat.

(4)

Sabiex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-marda, biex jiġi evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, jeħtieġ li fil-livell tal-Unjoni, tiġi identifikata malajr iż-żona ristretta, stabbilita mill-Kroazja, għall-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza.

(5)

Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fl-Annessi X u XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn dik il-marda, u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-Istat Membru kkonċernat kif ukoll il-livell tar-riskju ta’ aktar tixrid ta’ dik il-marda f’dak l-Istat Membru u fl-Unjoni. Barra minn hekk, id-durata tal-miżuri previsti b’din id-Deċiżjoni ġiet iddeterminata bi qbil mal-istandards internazzjonali stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health) (4).

(6)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar u l-ħtieġa li l-marda ma tinxteridx mill-istabbiliment affettwat fil-Kroazja lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, jixraq li l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun.

(7)

Għaldaqstant, iż-żona ristretta identifikata bħala żona ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Kroazja jenħtieġ li tiġi stabbilita u elenkata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u li tiġi stabbilita d-durata ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kroazja għandha tiżgura li:

(a)

l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tistabbilixxi minnufih żona ristretta, li tkun tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih;

(b)

iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza msemmija fil-punt (a) ikunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(c)

il-miżuri li jeħtieġ jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kummissjoni

Olivér VÁRHELYI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).

(4)   https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/.


ANNESS

“ANNESS

Ż ONI STABBILITI FIL-LIVELL TAL-UNJONI BĦALA ŻONI RISTRETTI, LI JINKLUDU ŻONI TA’ PROTEZZJONI U TA’ SORVELJANZA FIL-KROAZJA

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli

HR-PPR-2025-00001

Iż-żona ta’ protezzjoni tinkludi ż-żoni ta’:

a)

Splitsko dalmatinska županija

—

općina Prgomet, naselja Bogdanovići i Trolokve

—

općina Lećevica, naselja Divojevići, Kladnjice, Lećevica i Radošić

3.1.2026

HR-PPR-2025-00001

Iż-żona ta’ sorveljanza tinkludi ż-żoni ta’:

a)

Splitsko dalmatinska županija

—

Grad Kaštela, naselja Kaštel Gomilica, Kaštel Kambelovac, Kaštel Lukšić, Kaštel Novi, Kaštel Stari, Kaštel Sućurac i Kaštel Štafilić

—

općina Klis, naselja Brštanovo, Dugobabe, Konjsko, Korušce, Nisko, Prugovo, Veliki Bročanac i Vučevica

—

općina Marina, naselja Blizna Donja, Blizna Gornja, Dograde, Gustirna, Mitlo, Najevi, Poljica, Pozorac, Rastovac, Vinovac i Vrsine

—

općina Muć, naselja Bračević, Crivac, Donje Ogorje, Donje Postinje, Donji Muć, Gizdavac, Gornje Ogorje, Gornje Postinje, Gornji Muć, Mala Milešina, Pribude, Radunić, Ramljane i Velika Milešina

—

općina Okrug, naselja Okrug Gornji i Okrug Donji

—

općina Prgomet, naselja Labin, Prgomet i Sitno

—

općina Primorski Dolac, naselje Primorski Dolac

—

općina Seget, naselja Bristivica, Ljubitovica, Prapatnica, Seget Donji, Seget Gornji i Seget Vranjica

—

Grad Solin, naselja Blaca i Solin

—

Grad Split, naselje Slatine

—

Grad Trogir, naselja Arbanija, Divulje, Mastrinka, Plano, Trogir i Žedno

b)

Šibensko kninska županija

—

Grad Drniš, naselja Kričke i Sedramić

—

općina Primošten, naselja Kruševo i Široke

—

općina Ružić, naselja Baljci, Čavoglave, Gradac, Kljake, Mirlović Polje, Moseć, Ružić i Umljanović

—

Grad Šibenik, naselja Boraja, Danilo, Danilo Kraljice, Lepenica, Mravnica, Perković, Podine, Sitno Donje, Slivno, Vrpolje i Vrsno

—

općina Unešić, naselja Cera, Čvrljevo, Donje Planjane, Donje Utore, Donje Vinovo, Gornje Planjane, Gornje Vinovo, Gornje Utore, Koprno, Ljubostinje, Mirlović Zagora, Nevest, Ostrogašica, Podumci, Unešić i Visoka

15.1.2026

,HR-PPR-2025-00001

Iż-żona ta’ sorveljanza tinkludi ż-żoni ta’:

a)

Splitsko dalmatinska županija

—

općina Prgomet, naselja Bogdanovići i Trolokve

—

općina Lećevica, naselja Divojevići, Kladnjice, Lećevica i Radošić

4.1.2026–15.1.2026.

”

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2663/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)