2012R0349 — MT — 14.07.2012 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 349/2012

tas-16 ta’ April 2012

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

(ĠU L 110, 24.4.2012, p.3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 626/2012 tas-26 ta’ Ġunju 2012

  L 182

1

13.7.2012




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 349/2012

tas-16 ta’ April 2012

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ( 1 ) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(2), 11(5) u 11(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:Il-PROĊEDURA L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri eżistenti

(1)

Bir-Regolament (KE) Nru 130/2006 ( 2 ) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv ta’ bejn 0 % u 34,9 %, fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku (“AT”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”). Ta' min ifakkar li r-rata tad-dazju tal-anti-dumping definittiv impost fuq l-AT prodott mill-produttur esportatur Ċiniż Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co., Ltd. (“Hangzhou Bioking”) kienet ta’ 0 % filwaqt li varjat bejn l-4,7 % u l-34,9 % għal produtturi esportaturi Ċiniżi oħra.

(2)

Fit-22 ta’ Frar 2008, wara reviżjoni mibdija abbażi tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 150/2008 ( 3 ), emenda l-miżuri msemmija fuq.

(3)

Fis-16 ta’ April 2012, wara reviżjoni tal-miżuri eżistenti fuq Hangzhou Bioking mibdija abbażi tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1515/2001, fid-dawl tar-rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO bit-titlu “Mexico – Definitive Anti-Dumping Measures on Beef and Rice” ( 4 ), li fil-paragrafi 305 u 306 qatagħha li produttur esportatur li ma jinstabx li jkun ħati ta’ dumping f'investigazzjoni oriġinali għandu jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri definittivi imposti bħala riżultat ta’ din l-investigazzjoni u ma jistax ikun soġġett għal reviżjoni amministrattiva u ta’ tibdil fiċ-ċirkostanzi, permezz tar-Regolament (UE) Nru 332/2012 ( 5 ), il-Kunsill emenda l-miżuri rigward Hangzhou Bioking.

(4)

L-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri imposti mir-Regolament oriġinali minn hawn 'il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

Talba għal reviżjoni tal-iskadenza

(5)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti ( 6 ) tal-miżuri tal-anti-dumping fis-seħħ, fis-27 ta’ Ottubru 2009 l-Kummissjoni rċeviet talba li tinbeda reviżjoni tal-iskadenza ta’ dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba ntbagħtet mill-produtturi li jidhru hawn taħt (“l-applikanti”): Distillerie Bonollo SpA, Industria Chimica Valenzana SpA, Distillerie Mazzari SpA, Caviro Distillerie S.r.l. u Comercial Química Sarasa SL li jirrappreżentaw parti sostanzjali, f'dan il-każ iktar minn 50 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-AT.

(6)

It-talba kienet ibbażata fuq li l-iskadenza tal-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet ta’ AT li joriġinaw miċ-Ċina x'aktarx li tirriżulta f'issoktar ta’ dumping u ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

Tnedija ta’ reviżjoni tal-iskadenza

(7)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm evidenza biżżejjed biex tinbeda reviżjoni tal-iskadenza, fis-26 ta’ Jannar 2011 il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ta’ ftuħ ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ( 7 ), il-ftuħ ta’ reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“avviż ta’ ftuħ”).

Każi Paralleli

(8)

Fid-29 ta’ Lulju 2011 il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-ftuħ ta’ proċediment anti-dumping ( 8 ) skont l-Artikolu 5 fuq importazzjonijiet tal-AT li joriġinaw miċ-Ċina, limitat għal produttur esportatur Ċiniż waħdieni, il-Hangzhou Bioking.

(9)

f'dak l-istess jum, il-Kummissjoni ħabbret il-ftuħ ta’ reviżjoni interim parzjali ( 9 ) skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku dwar il-miżuri tal-dumping applikabbli fuq importazzjonijiet ta’ AT li joriġinaw miċ-Ċina li tkun limitata għal tfitxija ta’ dumping rigward żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi, li huma Changmao Biochemical Engineering Co., Ltd, Changzhou City, u Ningha Organic Chemical Factory, Ninghai.

L-Investigazzjoni Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni u l-perjodu inkwistjoni

(10)

L-investigazzjoni tal-issoktar tad-dumping kopriet il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2010 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “il-PIR”). L-istħarriġ dwar ix-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ ssoktar jew rikorrenza ta’ ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu ta’ analiżi”).

Il-partijiet milquta mill-investigazzjoni

(11)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, lill-produtturi oħra magħrufa tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti fl-Unjoni magħrufa li huma kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat bil-ftuħ tar-reviżjoni tal-iskadenza.

(12)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-avviż tal-ftuħ.

(13)

Minħabba l-għadd apparentament kbir ta’ produtturi esportaturi miċ-Ċina, ta’ importaturi fl-Unjoni mhux relatati u ta’ produtturi tal-Unjoni involuti fl-investigazzjoni, kien previst it-teħid ta’ kampjuni fl-avviż tal-ftuħ, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk hemmx bżonn ta’ teħid ta’ kampjuni u, jekk ikun il-każ, tagħżel kampjun, il-partijiet imsemmijin hawn fuq intalbu, konformi mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, jagħtu d-dettalji tagħhom fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ ftuħ, u jagħtu t-tagħrif mitlub fl-avviż tal-ftuħ, lill-Kummissjoni.

(14)

Minħabba r-risposti li ntbagħtu ġie deċiż li jittieħed kampjun minn fost il-produtturi tal-Unjoni. Ma kienx hemm importaturi mhux relatati fl-Unjoni li kkooperaw fl-investigazzjoni. Rigward il-produtturi esportaturi miċ-Ċina, kien hemm biss żewġ produtturi esportaturi li wrew li kienu lesti li jikkooperaw fl-investigazzjoni. Għalhekk ġie deċiż li, rigward il-produtturi esportaturi, it-teħid ta’ kampjuni ma’ kienx meħtieġ.

(15)

Sitt produtturi tal-Unjoni pprovdew t-tagħrif mitlub fl-avviż tal-ftuħ u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Abbażi tat-tagħrif li wasal mingħand dawn il-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ erba' produtturi tal-Unjoni li tqiesu li huma rappreżentattivi tal-industrija tal-Unjoni f'termini tal-volumi ta’ bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-volum tal-bejgħ tagħhom f'daqqa kien jirrappreżenta 61 % tal-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni.

(16)

Il-kwestjonarji mimlijin intbagħtu mill-erba' produtturi tal-Unjoni li ntgħażlu għall-kampjun, minn żewġ utenti fl-Unjoni, u miż-żewġ produtturi esportaturi fiċ-Ċina. Barra dan, żewġ produtturi tal-Unjoni li kkooperaw, ipprovdew id-dejta ġenerali mitluba għall-analiżi tal-ħsara.

(17)

L-esportazzjonijiet tal-kumpanija Hangzhou Bioking, li l-marġni ta’ dumping individwali tagħha fl-investigazzjoni oriġinali kien ta’ żero, ġew esklużi kemm mill-analiżi tad-dumping kif ukoll minn dik tal-ħsara, u dan jinkludi l-probabbiltà tal-issoktar ta’ dumping u r-riskju tar-rikorrenza ta’ ħsara li tirriżulta minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-analiżi fir-reviżjoni preżenti għalhekk ġiet imsejsa fuq l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina għall-Unjoni matul il-PIR (perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni) minbarra l-esportazzjonijiet tal-produttur Hangzhou Bioking u tissejjaħ “esportazzjonijiet soġġetti għall-miżuri” f'dan ir-Regolament.

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ ssoktar jew rikorrenza ta’ dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a) Produtturi tal-Unjoni:

— Comercial Química Sarasa SL;

— Alcoholera Vinícola Europea S.A.;

— Distillerie Mazzari SpA;

— Distillerie Bonollo SpA;

(b) Produtturi esportaturi fiċ-Ċina:

— Changmao Biochemical Engineering Co Ltd;

— Ninghai Organical Chemical Factory;

(c) L-Utenti

— Danisco A/S;

— Kerry (NL) B.V.;

(d) Produttur fil-pajjiż analogu

— Tarcol S.A., Argentina.

IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(19)

Il-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni huwa l-istess wieħed li hu ddefinit fir-Regolament (KE) Nru 150/2008, li emenda l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri stabbiliti fir-Regolament oriġinali kif inhu spjegat hawn fuq. Jiġifieri, il-prodott ikkonċernat huwa l-aċidu tartariku, eskluż l-aċidu tartariku D-(-)- b'rotazzjoni ottika negattiva ta’ mill-anqas 12,0 gradi, imkejjla f'soluzzjoni ta’ ilma skont il-metodu deskritt fil-Farmakopea Ewropea, li joriġina miċ-Ċina, li huwa kklassifikat bil-kodiċi NM ex291812 00 (kodiċi TARIC 2918120090) (“il-prodott ikkonċernat”).

(20)

L-investigazzjoni ta’ reviżjoni kkonfermat li, kif instab fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat importat fis-suq tal-Unjoni u l-prodotti mmanifatturati u mibjugħa mill-produtturi esportaturi fis-swieq domestiċi, kif ukoll dawk immanifatturati u mibjugħa fl-Unjoni mill-Industrija tal-Unjoni (“il-prodott simili”), għandhom l-istess karatteristiki fiżiċi u kimiċi u l-istess użijiet. Għaldaqstant, dawn il-prodotti jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

Il-PROBABBILTÀ TAL-ISSOKTAR TAD-DUMPING Kummenti preliminari

(21)

B'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri eżistenti twassal gћal issoktar jew gћal rikorrenza tad-dumping.

(22)

Kif jissemma fil-Premessa 13, minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi esportaturi involuti f'din ir-reviżjoni, it-teħid ta’ kampjun kien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ. Minn fost l-20 produttur esportatur magħrufa, iż-żewġ kumpaniji biss, it-tnejn li huma li jibbenefikaw mit-trattament tal-ekonomija tas-suq, ippreżentaw irwieħhom u aċċettaw li jikkooperaw. Dawn iż-żewġ kumpaniji jkopru il-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina lejn l-Unjoni waqt il-PIR, minbarra l-esportazzjonijiet li għamlet il-kumpanija Hangzhou Bioking, li l-marġni individwali ta’ dumping tagħha fl-investigazzjoni oriġinali kien ta’ żero.

Id-dumping ta’ importazzjonijiet matul il-PIR Il-pajjiż analogu

(23)

Minħabba li ċ-Ċina hija ekonomija fi tranżizzjoni u b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għal produtturi esportaturi li ma ngħatawx trattament ta’ ekonomija tas-suq (“TES”) irid jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-prezzijiet jew il-valur kostruwit f'pajjiż terz xieraq b'ekonomija tas-suq (“il-pajjiż analogu”).

(24)

Bħal ma seħħ fl-investigazzjoni oriġinali, fl-avviż ta’ bidu kienet proposta l-Arġentina bħala pajjiż analogu għall-għan li jiġi stabbilit il-valur normali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta’ din l-għażla.

(25)

Konsumatur industrijali wieħed tal-aċidu tartariku ġibed l-attenzjoni għal għadd ta’ diffikultajiet marbuta mal-għażla tal-Arġentina bħala suq analogu bl-argument li dan ma għandux ikun l-uniku parametru referenzjarju għad-determinazzjoni tal-valur normali. Il-parti kkonċernata indikat b'mod partikolari differenzi allegati fil-proċessi tal-produzzjoni bejn iċ-Ċina u l-Arġentina, l-ammont limitat ta’ produzzjoni annwali mqabbla mal-produzzjoni globali u l-varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju. Iżda ebda wieħed minn dawn l-argumenti ma ġie sostanzjat b'evidenza dokumentata.

(26)

Fi kwalunkwe każ, il-proċessi ta’ produzzjoni differenti fl-Arġentina u fiċ-Ċina, u l-impatt li dawn id-differenzi għandhom fuq l-ispejjeż u l-valutazzjoni tal-prodott ikkonċernat kienu diġà ġew studjati bir-reqqa fl-investigazzjoni oriġinali u ġie konkluż li dan ma biddilx il-komparabbiltà tal-prodotti li kien instab li huma simili għal xulxin. Billi l-allegazzjoni tal-konsumatur industrijali ma ġabet l-ebda element ġdid u l-asserzjonijiet tiegħu ma ġewx sostanzjati, l-argument ġie rrifjutat. Is-sejbiet tar-reviżjoni ta’ skadenza preżenti għaldaqstant jikkonfermaw is-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri li d-differenzi fil-proċessi tal-produzzjoni ma kellhomx impatt fuq kemm jistgħu jitqabblu l-prodotti.

(27)

Id-daqs limitat tal-produzzjoni annwali fl-Arġentina mqabbel mas-suq dinji tal-AT mhuwiex argument rilevanti għall-istima dwar jekk suq speċifiku huwiex addattat għall-istabbiliment tal-valur normali f'suq analogu. Tabilħaqq, l-investigazzjoni kkonfermat li l-Arġentina hija suq miftuħ u kompetittiv fejn hemm mill-inqas żewġ operaturi. Fuq din il-bażi, l-argument ġie rrifjutat.

(28)

L-argument li hemm tibdil sinifikanti fil-kambju bejn ir-reġjuni ma ġiex sostanzjat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni fuq il-post ma sabet l-ebda element li juri distorzjoni ta’ rati tal-kambju bejn ir-reġjuni. Fuq din il-bażi wkoll, l-argument ġie rrifjutat.

(29)

Għalhekk, kif ġara fl-investigazzjoni oriġinali, ġie konkluż li l-Arġentina hija pajjiż analogu xieraq li minnu se jiġi ddeterminat il-valur normali.

(30)

Żewġ kumpaniji Arġentini magħrufin ġew ikkuntattati iżda waħda minnhom biss aċċettat li tikkoopera, li twieġeb għall-kwestjonarju u li taċċetta żjara ta’ verifika. Iċ-ċifri ta’ din intużaw fid-determinazzjoni tal-valur normali.

Il-valur normali

(31)

Għaż-żewġ kumpaniji li ngħataw it-TES fl-investigazzjoni oriġinali, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tad-dejta rispettiva tagħhom. B'konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni studjat kienx rappreżentattiv il-bejgħ domestiku tal-aċidu tartariku lil klijenti indipendenti matul il-PIR, jiġifieri, jekk il-volum tal-bejgħ tal-prodott maħsub għall-konsum domestiku jirrappreżentax il-5 % jew aktar tal-esportazzjonijiet tagħhom tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(32)

Għal kumpanija li ngħatat it-TES, il-valur normali kellu jiġi kostrutt billi l-bejgħ domestiku tagħha ma kienx biżżejjed li jiġi meqjus bħala rappreżentattiv, kif inhu spjegat fil-Premessa 31. Għalhekk, il-valur normali li ġie stabbilit kien ikkalkulat skont l-ispejjeż tal-manifattura għall-kumpanija u l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“BĠ&A”) u l-profitt miksub mill-bejgħ domestiku fil-kummerċ normali.

(33)

Għall-kumpanija l-oħra li ngħatat it-TES, billi l-bejgħ domestiku kien rappreżentattiv u sar fil-kummerċ normali, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet li tħallsu mill-klijenti indipendenti fil-pajjiż ta’ esportazzjoni.

(34)

Safejn jikkonċerna il-kumpaniji li ma ngħatawx it-TES fl-investigazzjoni oriġinali, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni li nġabret mingħand il-produttur li kkoopera fil-pajjiż analogu.

(35)

Għalhekk, il-bejgħ domestiku lill-klijenti indipendenti fil-pajjiż analogu ġie vvalutat skont il-kriterju ddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kellha l-mezzi li tivverifika li dan il-bejgħ sar fi kwantitajiet biżżejjed u fil-kummerċ normali, u b'hekk seta' jintuża biex jiġi ddeterminat il-valur normali għall-kumpaniji li ma ngħatawx it-TES.

Il-prezz tal-esportazzjoni

(36)

Il-bejgħ kollu għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw sar dirett mal-klijenti indipendenti stabbiliti fl-Unjoni. B'konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitħallsu.

(37)

Għall-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi l-oħrajn kollha stabbiliti fiċ-Ċina, ittieħed it-tagħrif mill-istatistiki tal-importazzjonijiet li tpoġġew għad-disponibbiltà fil-bażi ta’ dejta tal-Artikolu 14(6).

Tqabbil

(38)

It-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni sar fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika.

(39)

Għall-finijiet li jkun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, u skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, saret konċessjoni dovuta fil-forma ta’ aġġustamenti fir-rigward ta’ ċerti differenzi fit-trasport, l-assigurazzjoni, it-taxxi u l-ispejjeż tal-kreditu li affettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet.

(40)

Biex jiġi mqabbel b'mod ġust il-valur normali ta’ kif joħroġ mill-fabbrika fil-pajjiż analogu u l-prezz tal-esportazzjoni kif imsemmi fil-Premessa (36), il-prezzijiet tal-esportazzjoni CIF (l-ispejjeż tal-assigurazzjoni u tat-trasport) ġew aġġustati għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika permezz ta’ dejta miġbura waqt iż-żjarat ta’ verifika.

Il-marġni tad-dumping

(41)

Kif stipulat fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping kien stabbilit fuq bażi ta’ tqabbil bejn il-valur medju normali peżat u l-prezz medju tal-esportazzjoni peżat.

(42)

Fil-każ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw li kienu ngħataw it-TES fl-investigazzjoni oriġinali, dan it-tqabbil wera li dawn il-kumpaniji baqgħu jiddumpjaw, iżda f'livell kemmxejn iżjed baxx.

(43)

Id-dazju reżidwu li ġie kkalkulat wera livell ta’ dumping sinifikanti, ogħla minn dak li kien instab fl-investigazzjoni oriġinali.

Il-probabbiltà ta’ ssoktar tad-dumping

(44)

B'żieda mal-analiżi tal-eżistenza tad-dumping matul il-PIR, il-probabbiltà tal-issoktar tad-dumping ġiet investigata wkoll.

(45)

f'dan ir-rigward, l-elementi li ġejjin ġew analizzati: il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina li kienu l-oġġett ta’ dumping, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fiċ-Ċina, il-ġibda tas-suq tal-Unjoni u swieq terzi oħrajn.

Il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina

(46)

Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi f'Jannar 2006, l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina baqgħu jiżdiedu, minn 3 034 tunnellati metriċi (“TM”) fl-2007 għal 3 649 TM waqt il-PIR, jiġifieri żieda ta’ madwar 20 %. Fl-istess ħin, is-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina li huma l-oġġett ta’ dumping zdiedu b'1,0 punti perċentwali matul il-perjodu meqjus, minn 12,6 % fl-2007 għal 13,5 % waqt il-PIR.

(47)

f'dan l-istess perjodu, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina li huma l-oġġett ta’ dumping baqgħu relattivament stabbli, b'żieda ta’ 12,6 % bejn l-2007 u l-2008 segwita minn tnaqqis kontinwu fl-2009 u fil-PIR, u f'dan l-aħħar perjodu msemmi laħaq il-livell miksub fl-2007.

Kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità żejda fiċ-Ċina

(48)

Sa fejn jikkonċerna l-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-AT fiċ-Ċina, sorsi diversi ta’ tagħrif li huma disponibbli għall-pubbliku ( 10 ) juru kapaċità ta’ produzzjoni li hija ħafna ikbar mid-domanda li hemm fis-suq domestiku Ċiniż.

(49)

Il-kapaċità totali tal-produzzjoni fiċ-Ċina ġiet stmata għal madwar 25 000 TM, meta jiġi meqjus it-tagħrif li nġabar fil-post waqt l-investigazzjoni u wara li saru r-riċerki tas-suq ( 11 ). Is-suq Ċiniż huwa żgħir meta mqabbel mal-kapaċità disponibbli fiċ-Ċina, b'konsum stmat ta’ 5 000 TM.

(50)

Barra minn hekk, hemm indikazzjonijiet qawwija li l-kapaċità fiċ-Ċina hija aktar għolja minn 25 000 TM. Tabilħaqq, il-kapaċità totali taż-żewġ esportaturi Ċiniżi li kkooperaw żdiedet b'iżjed minn 200 % meta titqabbel id-dejta tal-PI oriġinali ma’ dik tal-PIR preżenti. Il-kapaċità żejda korrispondenti kienet madwar 20 % tal-kapaċità totali fil-PIR.

(51)

Barra minn hekk, tagħrif miġbur minn estratti tar-rapporti msemmijin hawn fuq fil-Premessa 48 u tagħrif li hu disponibbli għall-pubbliku juru li ġew stabbiliti mill-inqas żewġ produtturi ġodda tal-aċidu tartariku fl-2007.

(52)

Abbażi ta’ dan, huwa ċar li l-kapaċità fiċ-Ċina hija sproporzjonata mal-konsum domestiku, u dan jikkonferma bżonn ċar tal-produtturi Ċiniżi li jkabbru l-pożizzjoni tagħhom fis-swieq tal-esportazzjoni.

Il-ġibda tas-suq tal-Unjoni u swieq terzi oħra

(53)

Mit-tagħrif li nġabar mingħand il-kumpaniji Ċiniżi li kkooperaw, il-livell tal-prezzijiet għal pajjiżi terzi jaqbel mal-livell tal-prezzijiet li jistgħu jiksbu fis-suq tal-Unjoni. Kif intqal hawn fuq, hemm kapaċità żejda tal-produzzjoni importanti fis-suq domestiku Ċiniż, u dan jissuġġerixxi bżonn qawwi u naturali li jinstabu swieq alternattivi biex jassorbu dan l-eċċess ta’ kapaċità ta’ produzzjoni.

(54)

Is-suq tal-Unjoni huwa l-ikbar fid-dinja billi jilħaq l-40 % tal-konsum dinji tal-aċidu tartariku u għadu qed jikber, kif intqal fil-Premessa (59). Jidher ukoll biċ-ċar, abbażi tat-tagħrif miġbur matul l-investigazzjoni, li l-kumpaniji Ċiniżi wrew interess kbir li jiżviluppaw il-preżenza tagħhom fl-akbar suq fid-dinja u jżommu sehem sinifikanti tas-suq fis-suq tal-Unjoni.

Konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-issoktar tad-dumping

(55)

Minħabba s-sejbiet deskritti hawn fuq, wieħed jista' jikkonkludi li hemm volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina li għadhom jiġu ddumpjati u li hemm probabbiltà kbira ta’ issoktar ta’ dumping. Meta wieħed iqis il-kapaċità żejda potenzjali fiċ-Ċina, inklużi l-produtturi l-ġodda li ħarġu fis-suq Ċiniż u l-fatt li s-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq tad-dinja, b'livelli ta’ prezzijiet attraenti, nistgħu nikkonkludu li l-esportaturi Ċiniżi x'aktarx se jkomplu jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni bi prezzijiet ddumpjati jekk il-miżuri tal-anti-dumping jitħallew jieqfu.

ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(56)

Waqt il-PIR, il-prodott simili kien immanifatturat minn disa' produtturi fl-Unjoni. Minn dawn id-disa' produtturi, sitta kkooperaw bis-sħiħ mal-investigazzjoni, ippreżentaw il-formoli tat-teħid tal-kampjun u talbu li jiġu inklużi fil-kampjun. Dawn is-sitt produtturi nstabu li jirrappreżentaw proporzjon ewlieni, f'dan il-każ ta’ aktar minn 73 %, tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Kif imsemmi fil-Premessa (56) aktar “il quddiem, disa” produtturi li pprovdew id-dejta fit-talba għar-reviżjoni, huma minn hawn 'il quddiem imsemmija “l-industrija tal-Unjoni” fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

(57)

Għall-fini tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fiż-żewġ livelli li ġejjin:

— l-elementi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità, l-użu tal-kapaċità, il-produttività, il-volum ta’ bejgħ, is-sehem fis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping u l-irkupru mill-effetti ta’ dumping fl-imgħoddi) ġew eżaminati fil-livell tal-produzzjoni tal-Unjoni kollha kemm hi, u dan abbażi tat-tagħrif miġbur mill-produtturi li kkooperaw fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-ġbir ta’ kampjuni u fuq stima bbażata fuq id-dejta mit-talba għal reviżjoni għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni,

— l-analiżi tal-elementi mikroekonomiċi (prezzijiet medji kull unità, stokkijiet, pagi, profittabbiltà, dħul mill-investimenti, fluss tal-likwidità, possibbiltà li jiżdied il-kapital u l-investimenti) saret abbażi tat-tagħrif li ngħata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(58)

Ta' min jinnota li s-suq tal-Unjoni għall-AT huwa karatterizzat minn għadd relattivament żgħir ta’ produtturi, li huma fil-biċċa l-kbira impriżi żgħar u medji fl-Italja u fi Spanja. Bl-eċċezzjoni ta’ produttur wieħed stabbilit fi Spanja, li jipproduċi biss l-AT, il-produtturi l-oħrajn kollha huma integrati vertikalment, u l-attività ewlenija tagħhom hija l-produzzjoni tal-alkoħol mill-fond tal-inbid, proċess li minnu joħroġ l-AT bħala prodott sekondarju.

IL-QAGĦDA FIS-SUQ TAL-UNJONI Il-konsum fis-suq tal-Unjoni

(59)

Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, il-bażi tad-dejta tal-esportazzjonijiet Ċiniżi u d-dejta dwar il-volumi ta’ importazzjoni tas-suq tal-UE miksuba mingħand l-Eurostat u, fir-rigward tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni, minn stimi bbażati fuq it-talba għal reviżjoni.

(60)

Bejn l-2007 u l-PIR, il-konsum fl-Unjoni tal-AT żdied bi 11 %. B'mod aktar speċifiku, bejn l-2007 u l-2009 d-domanda apparenti niżlet bi 15 %. Iżda matul il-PIR l-konsum tal-Unjoni laħaq id-29 964 tunnellata, li jirrappreżentaw żieda sinifikanti ta’ 26 punt perċentwali mqabbel mas-sena ta’ qabel. Din iż-żieda hija spjegata bl-elastiċità għolja tal-prezzijiet tal-AT. Tabilħaqq, meta l-prezzijiet ikunu baxxi, kif kien il-każ matul il-PIR, l-AT jista' jintuża f'applikazzjonijiet addizzjonali bħala sostitut għal prodotti kimiċi li huma materja prima, bħall-aċidu ċitriku u l-aċidu tat-tuffieħ, b'hekk li hemm żieda tal-konsum totali tal-UE.



Tabella 1

 

2007

2008

2009

PIR

Konsum totali tal-UE (f'tunnellati)

26 931

25 333

22 983

29 964

Indiċi

100

94

85

111

Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarju; il-bażi tad-dejta tal-esportazzjonijiet Ċiniżi, Eurostat

Volum, sehem fis-suq u prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina Il-volum u s-sehem fis-suq

(61)

Il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni miċ-Ċina tal-prodott ikkonċernat żdied b'45 % matul il-perjodu meqjus. Dan laħaq it-8 495 tunnellata fil-PIR, li jikkorrispondi għal sehem fis-suq ta 28,4 %.

(62)

Il-volum tal-importazzjonijiet tal-AT fl-Unjoni mingħand l-esportaturi Ċiniżi li kienu soġġetti għall-miżuri tal-anti-dumping żdied b'20 % u laħaq it-3 649 tunnellata waqt il-PIR, dan huwa ekwivalenti għal sehem fis-suq ta’ 12,2 %, żieda fuq il-11,3 % tal-bidu tal-perjodu meqjus. L-importazzjonijiet l-oħrajn, 4 846 tunnellata, kienu mingħand esportatur Ċiniż li kien soġġett għal 0 % u li wkoll żied is-sehem tiegħu mill-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni waqt il-perjodu meqjus (+ 9 punti perċentwali).



Tabella 2

 

2007

2008

2009

PIR

Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina soġġetti għall-miżuri (f'tunnellati)

3 035

3 042

2 945

3 649

Indiċi = 100

100

100

97

120

Sehem fis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina soġġetti għall-miżuri

11,3 %

12,0 %

12,8 %

12,2 %

Indiċi = 100

100

106

113

107

Il-prezzijiet u t-tqaċċit tal-prezzijiet

(63)

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-iżvilupp tal-prezzijiet medji CIF mal-fruntiera tal-UE għall-importazzjonijiet miċ-Ċina soġġetti għall-miżuri u l-prezzijiet medji tal-bejgħ għall-industrija tal-Unjoni.



Tabella 3

 

2007

2008

2009

PIR

Prezz tal-Importazzjonijiet Ċiniżi (EUR/tunnellata) soġġetti għall-miżuri

1 834

2 060

1 966

1 819

Indiċi = 100

100

112

107

99

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, Bażi ta Dejta tal-Artikolu 14(6)

(64)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ kull unità tal-esportazzjonijiet Ċiniżi soġġetti għall-miżuri fil-livell tas-CIF waqt il-PIR laħaq l-EUR 1 819/TM, li jikkorrispondi, matul il-perjodu meqjus, għal żieda ta’ 20 %.

(65)

Rigward il-prezz tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-AT waqt il-PIR, sar tqabbil bejn il-prezzijiet tal-AT mmanifatturat u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni u dawk tal-importazzjonijiet miċ-Ċina soġġetti għall-miżuri. Il-prezzijiet tal-bejgħ rilevanti tal-industrija tal-Unjoni kienu dawk lil konsumaturi indipendenti, aġġustati fejn meħtieġ għal livell tal-ħruġ mill-fabbrika, jiġifieri esklużi l-ispejjeż tal-merkanzija fl-Unjoni u wara li jitnaqqsu l-iskonti u r-ribassi. Dawn il-prezzijiet tqabblu mal-prezzijiet tal-bejgћ mitluba mill-produtturi esportaturi Ċiniżi msemmijin qabel, bl-iskontijiet imnaqqsa u aġġustati fejn meћtieġ gћall-prezzijiet CIF fil-fruntieri tal-Unjoni, b'aġġustament xieraq gћall-ispejjeż tar-rilaxx mid-dwana u gћall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. Il-prezz medju ppeżat tal-bejgħ tal-Unjoni waqt il-PIR kien ta’ EUR 2 496/TM.

(66)

Il-paragun tip b'tip wera li, matul il-PIR, l-importazzjonijiet miċ-Ċina tal-prodott ikkonċernat soġġetti għall-miżuri nbigħu fl-Unjoni bi prezzijiet sinifikattivament irħas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, meta mfissra bħala perċentwal ta’ dawn, bi 32,6 %.

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(67)

It-tabella li ġejja turi l-iżvilupp tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra waqt il-perjodu meqjus f'termini ta’ volum u sehem fis-suq, kif ukoll il-prezz medju ta’ dawn l-importazzjonijiet.



Tabella 4

 

2007

2008

2009

PIR

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (f'tunnellati)

590

135

156

845

Indiċi = 100

100

23

26

143

Sehem fis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

2,2 %

0,5 %

0,7 %

2,8 %

Indiċi = 100

100

24

31

129

Prezz tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

2 503

2 874

2 300

2 413

Sors: Eurostat, Bażi ta Dejta tal-Artikolu 14(6)

(68)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra tal-AT fl-UE żied bi 43 % fil-perjodu meqjus u laħaq it-845 tunnellata waqt il-PIR. Il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet huma relattivament għolja u iżjed għoljin mill-prezzijiet rispettivi miċ-Ċina b'mod sinifikattiv, u ftit li xejn inqas mil-livell medju tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Iżda wieħed jista' jqis li l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra kienu negliġibbli minħabba li waqt il-PIR kienu jirrappreżentaw biss sehem fis-suq ta’ 2,8 % minkejja ż-żieda f'daqqa f'termini ta’ perċentwali fit-tmiem tal-perjodu meqjus.

Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(69)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-fatturi ekonomiċi u l-indiċijiet kollha rilevanti li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu meqjus ġew eżaminati.

Kummenti preliminari

(70)

Minħabba l-fatt li ntuża t-teħid ta’ kampjun tal-industrija tal-Unjoni, għall-finijiet tal-analiżi tal-ħsara, l-indikaturi tal-ħsara ġew stabbiliti fuq żewġ livelli, kif jissemma' fil-Premessa (56) ta’ hawn fuq.

Elementi makroekonomiċiIl-produzzjoni

(71)

Il-produzzjoni tal-Unjoni żdiedet b'5 % bejn l-2007 u l-PIR. Speċifikament, żdiedet b'19-il punt perċentwali bejn l-2009 u l-PIR sa madwar 30,5 eluf ta’ TM, wara tnaqqis f'daqqa ta’ 14 % bejn l-2007 u l-2009. Il-livelli ta’ produzzjoni miżjuda ppermettew li l-industrija tal-Unjoni tikkontrolla ż-żidiet fl-ispejjeż tal-produzzjoni u kellhom impatt pożittiv fuq il-profitabbiltà ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.



Tabella 5

 

2007

2008

2009

PIR

Il-volum tal-produzzjoni (f'tunnellati)

29 000

27 500

25 000

30 588

Indiċi = 100

100

95

86

105

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u Talba għal reviżjoni

Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(72)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni naqset bi 2 % tul il-perjodu meqjus.

(73)

L-użu tal-kapaċità kien ta’ 63 % fl-2007 u niżel għal 56 % fl-2009, imbagħad wasal għal 68 % waqt il-PIR. Ir-rata aktar baxxa tal-użu fl-2009 tirrifletti l-effetti negattivi tal-kriżi. L-użu totali tal-kapaċità żdied bi 8 % tul il-perjodu meqjus, u dan ikkontribwixxa għal dilwizzjoni akbar tal-ispejjeż fissi.



Tabella 6

 

2007

2008

2009

PIR

Kapaċità ta’ produzzjoni (f'tunnellati)

46 000

46 000

45 000

45 000

Indiċi = 100

100

100

98

98

Utilizzazzjoni tal-Kapaċità

63 %

60 %

56 %

68 %

Indiċi = 100

100

95

88

108

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u Talba għal reviżjoni

Il-volum tal-bejgħ

(74)

Il-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni żdied modestament fil-PIR b'1 %. L-ewwel naqas bi 11 % bejn l-2007 u l-2008, imbagħad kien hemm tnaqqis ieħor b'9 % fl-2009, sakemm wasal għal kważi l-istess livell fit-tmiem tal-perjodu meqjus bħal dak tal-bidu tal-perjodu meqjus, li juri varjazzjonijiet kbar, primarjament minħabba l-kriżi ekonomika tal-2008 u l-2009.



Tabella 7

 

2007

2008

2009

PIR

Bejgħ lil partijiet mhux relatati fl-Unjoni (f'tunnellati)

20 489

18 165

16 709

20 623

Indiċi = 100

100

89

82

101

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u Talba għal reviżjoni

Is-sehem fis-suq

(75)

Matul il-perjodu meqjus, il-produtturi tal-Unjoni tilfu 7,3 punti perċentwali mis-sehem fis-suq, li naqas minn 76,1 % fl-2007 għal 68,8 % fil-PIR. Dan it-telf tas-sehem fis-suq jirrifletti l-fatt li, minkejja żieda sostanzjali fil-konsum, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma setax jimxi “l quddiem bl-istess pass waqt il-perjodu meqjus iżda baqa” pjuttost stabbli.



Tabella 8

 

2007

2008

2009

PIR

Sehem fis-suq tal-produtturi tal-Unjoni

76,1 %

71,7 %

72,7 %

68,8 %

Indiċi = 100

100

94

95

90

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju, Talba għal reviżjoni u Eurostat

It-tkabbir

(76)

Bejn l-2007 u l-PIR, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 %, il-volum ta’ bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-UE baqa' stabbli u s-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'10 %. Għaldaqstant, qed jiġi konkluż li l-produtturi tal-Unjoni ma setgħux jibbenefikaw minn ebda tkabbir tas-suq.

L-impjiegi

(77)

Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni juri tnaqqis ta’ 28 % bejn l-2007 u l-PIR. Biex inkunu aktar speċifiċi, l-għadd ta’ nies impjegati naqas b'mod sinifikanti minn 320 fl-2007 u fl-2008 għal 280 fl-2009 u 230 waqt il-PIR. It-tnaqqis fl-2009 huwa rifless tal-isforzi ta’ ristrutturar minn għadd ta’ produtturi tal-UE.



Tabella 9

 

2007

2008

2009

PIR

Impjiegi (persuni)

320

320

280

230

Indiċi = 100

100

100

88

72

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u Talba għal reviżjoni

Il-produttività

(78)

Il-produttività tal-ħaddiema tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (f'tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, żdiedet b'47 % fil-perjodu meqjus. Dan jirrifletti li l-produzzjoni żdiedet b'5 %, filwaqt li l-livelli tal-impjieg naqsu bi 28 %, u huwa indikazzjoni tal-effiċjenza miżjuda tal-industrija tal-Unjoni. Dan hu partikolarment evidenti fil-PIR, meta l-produzzjoni żdiedet filwaqt li l-livell tal-impjiegi baqa' jonqos u l-produttività kienet 48 punt perċentwali ogħla milli kienet fl-2009.



Tabella 10

 

2007

2008

2009

PIR

Il-produttività (tunnellati għal kull impjegat)

90

85

89

132

Indiċi = 100

100

94

99

147

Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarju u Talba għal reviżjoni

Dejta relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjunFatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-bejgħ

(79)

Il-prezzijiet tal-bejgħ annwali medji tal-produtturi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni lil-konsumaturi mhux relatati żied bi 8 % bejn l-2007 u l-2009, iżda dawn naqsu b'6 % waqt il-perjodu meqjus minħabba li waqt il-PIR il-prezz tal-bejgħ medju annwali laħaq l-EUR 2 496/tunnellata minn EUR 2 667/tunnellata fl-2007. Id-disponibbiltà tat-tartrat tal-kalċju, li huwa mmanifatturat mill-fond tal-inbid u li jirrappreżenta 66 % tal-ispejjeż totali tal-manifattura tal-AT, ivarja skont il-kwalità tal-ħsad tal-għeneb għall-inbid. Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet tal-klima tajbin jew ħżiena għandhom effett fuq il-forniment ġenerali tat-tartrat tal-kalċju, li mbagħad ikollu effett fuq il-prezzijiet tal-bejgħ medji annwali. Ta' min jinnota li l-2007 u l-2008 ma kinux sentejn favorevoli fejn jirrigwarda l-ħsad tal-għeneb għall-inbid, u mbagħad dan wassal għal żieda fl-ispejjeż tal-materji primi u żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ wara l-perjodu tal-produzzjoni (minħabba li dan huwa prodott tal-istaġun, l-effetti joħorġu biss għadd ta’ xhur wara l-perjodu tal-ħsad). Bil-maqlub, billi l-2009 kienet sena tajba għall-ħsad tal-għeneb għall-inbid, l-prezzijiet tal-bejgħ medji annwali fil-PIR kienu 14 % inqas minn tas-sena ta’ qabel.



Tabella 11

 

2007

2008

2009

PIR

Prezz kull unità fis-suq tal-UE (EUR/tunnellata)

2 667

2 946

2 881

2 496

Indiċi = 100

100

110

108

94

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju u Talba għal reviżjoni

Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-imgħoddi

(80)

Minħabba l-livell ta’ dumping li nstab minn din l-investigazzjoni, ma seta' jiġi stabbilit ebda rkupru mid-dumping tal-imgħoddi u huwa meqjus li l-industrija tal-Unjoni għadha vulnerabbli għall-effett dannuż ta’ kwalunkwe importazzjonijiet iddumpjati fis-suq tal-Unjoni. Ta' min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali nstabu marġnijiet ta’ dumping ta’ 4,7 % u 10,1 % rispettivament għaż-żewġ produtturi Ċiniżi li kkooperaw li ngħataw it-TES. Il-marġni tad-dumping tal-kumpaniji l-oħrajn kollha huwa ta’ 34,9 %. Barra minn hekk, kif issemma fil-Premessa (7) ta’ hawn fuq, inbdiet proċedura tal-anti-dumping limitata għal produttur esportatur Ċiniż wieħed, il-Hangzhou Bioking, li mhuwiex suġġett għall-miżuri, u ma jistax jiġi eskluż li dan il-produttur esportatur jista' jinsab li qed jagħmel id-dumping. Barra dan, kif imsemmi fil-Premessi 3.2 sa (53) hawn fuq, il-probabbiltà tal-issoktar tad-dumping ġiet stabbilita prinċiparjament abbażi tal-kapaċità ta’ produzzjoni eċċessiva disponibbli fiċ-Ċina u fis-suq domestiku pjuttost żgħir Ċiniż. Fejn jikkonċerna l-irkupru minn importazzjonijiet iddumpjati tal-imgħoddi, huwa importanti li wieħed jiftakar li wara l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi f'Jannar 2006, l-importazzjonijiet miċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri għadhom qed jiżdiedu, kif intqal fil-Premessa 46 iżjed “il fuq. Għalhekk, ma seta” jiġi stabbilit ebda rkupru attwali mid-dumping tal-imgħoddi u huwa meqjus li l-industrija tal-Unjoni tibqa' vulnerabbli għall-effett ta’ dannu ta’ kwalunkwe importazzjonijiet iddampjati fis-suq tal-Unjoni.

Stokks

(81)

Il-volum tal-istokk baqa' stabbli waqt il-perjodu meqjus, b'żieda żgħira ta’ 2 %. B'mod aktar speċifiku, żied f'daqqa b'65 % fl-2008 bħala riżultat dirett tal-evoluzzjoni tal-bejgħ kif jingħad fil-Premessa (c) hawn fuq. Bejn l-2008 u l-PIR, naqas il-volum tal-istokk hekk kif il-bejgħ lil partijiet mhux relatati żdied waqt dan l-istess perjodu.



Tabella 12

 

2007

2008

2009

PIR

Ħażna ta’ għeluq (f'tunnellati)

863

1 428

933

879

Indiċi = 100

100

165

108

102

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

Il-pagi

(82)

L-ispiża medja tax-xogħol żdiedet bi 19 % matul il-perjodu meqjus minkejja l-isforzi tal-produtturi fil-kampjun li jnaqqsu l-ispejjeż tax-xogħol, partikolarment rigward il-ħaddiema mhux imħarrġa f'ħiliet, kif huwa rifless fit-tnaqqis tal-forza tax-xogħol ġenerali msemmi fil-Premessa 77 hawn fuq.



Tabella 13

 

2007

2008

2009

PIR

Paga Medja (EUR)

28 686

31 871

31 574

34 245

Indiċi = 100

100

111

110

119

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

Il-profittabbiltà u r-redditu mill-investimenti

(83)

Matul il-perjodu meqjus, il-profitabbiltà tal-bejgħ tal-prodott simili tal-produtturi inklużi fil-kampjun fis-suq tal-UE lil konsumaturi mhux relatati, imfissra bħala perċentwal tal-bejgħ nett, żdiedet b'iżjed minn sitt punti perċentwali. B'mod aktar speċifiku, il-profittabbiltà tal-produtturi fil-kampjun naqset bi 3,7 punti perċentwali bejn l-2007 u l-2008 għal-livell ta’ 7,7 %, li ġie meqjus li kien taħt il-profitt fil-mira, u fl-2009 u waqt il-PIR żdied sakemm laħaq is-17,6 %.

(84)

Ir-redditu fuq l-investimenti (“ROI”), espress bħala l-profitt f'perċentwali tal-valur nett deprezzat tal-investimenti, segwa b'mod wiesa' x-xejra ta’ profittabbiltà. Naqas minn livell ta’ 36,4 % fl-2007 għal 21,9 % fl-2008. Huwa żdied għal 44,4 % fl-2009 u reġa' żdied fil-PIR għal 142,9 %. B'mod ġenerali, ir-redditu fuq l-investimenti baqa' pożittiv ħafna matul il-perjodu meqjus.



Tabella 14

 

2007

2008

2009

PIR

Profittabbiltà tal-UE (% ta’ bejgħ nett)

11,4 %

7,7 %

12,5 %

17,6 %

Indiċi = 100

100

67

109

153

ROI (il-profitt f'% tal-valur nett tal-ktieb tal-investimenti)

36,4 %

21,9 %

44,4 %

142,9 %

Indiċi = 100

100

60

122

393

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

Il-likwidità u l-abbiltà li jinkiseb il-kapital

(85)

Il-likwidità netta minn attivitajiet operattivi kienet pożittiva, fil-livell ta’ EUR 4,6 miljun fl-2007. Waqa' għal EUR 1,8 miljun fl-2008 u tjieb b'mod sinifikanti sal-aħħar tal-perjodu meqjus biex laħaq livell ta’ EUR 6,8 miljun waqt il-PIR. Ġeneralment, il-likwidità kienet pożittiva b'mod kostanti waqt il-perjodu meqjus.

(86)

Ma kienx hemm indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni sabet diffikultajiet biex tikseb il-kapital, l-aktar, kif inhu msemmi fil-Premessa 58 hawn fuq, minħabba li l-maġġoranza tal-produtturi fil-kampjun huma inkorporati f'kumpaniji akbar.



Tabella 15

 

2007

2008

2009

PIR

Il-likwidità (EUR)

4 691 458

1 841 705

4 706 092

6 802 164

Indiċi = 100

100

39

100

145

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

L-investimenti

(87)

L-investimenti annwali tal-produtturi fil-kampjun fil-produzzjoni tal-prodott simili naqsu bi 23 % bejn l-2007 u l-PIR. B'mod aktar speċifiku, żdiedu b'5 % bejn l-2007 u l-2008, imbagħad reġgħu żdiedu bi 32 punt perċentwali fl-2009. It-tnaqqis f'daqqa fl-investimenti li ġie nnutat bejn l-2009 u l-PIR (60 punt perċentwali) jista' jiġi spjegat mill-fatt li l-kumpaniji li ġew investigati kienu, matul il-perjodu meqjus, diġà kisbu l-investimenti ewlenin ippjanati meħtieġa.



Tabella 16

 

2007

2008

2009

PIR

L-investimenti nett (EUR)

2 518 189

2 632 013

3 461 990

1 943 290

Indiċi = 100

100

105

137

77

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

Konklużjoni dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni

(88)

L-analiżi tad-dejta makroekonomika turi li tul il-perjodu meqjus l-industrija tal-Unjoni naqqset il-produzzjoni u l-bejgħ. Għalkemm it-tnaqqis innutat ma kienx sinifikanti, dan irid jitqies fil-kuntest taż-żieda fid-domanda bejn l-2007 u l-PIR, li wasslet għal tnaqqis tas-sehem fis-suq tal-produtturi tal-Unjoni b'7,3 punti perċentwali għal 68,8 %.

(89)

Fl-istess ħin, l-indikaturi mikroekonomiċi rilevanti juru titjib ċar tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Il-profitabbiltà u r-redditu fuq l-investiment baqgħu pożittivi u l-likwidità wkoll baqgħet pożittiva tul il-PIR.

(90)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali fit-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. Iżda n-nuqqas ġenerali ta’ ħsara materjali waqt il-PIR għandu jiġi meqjus fid-dawl ta’ indikaturi importanti oħrajn ta’ ħsara, li żviluppaw b'mod negattiv matul il-perjodu meqjus, b'mod partikolari il-prezzijiet tal-bejgħ, it-tnaqqis tas-sehem fis-suq u l-impjiegi. Għaldaqstant, il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni hija meqjusa li għadha vulnerabbli, u f'ċerti aspetti, għadha 'l bogħod mil-livelli li wieħed jistenna kieku rkuprat bis-sħiħ mill-ħsara li nstabet fl-investigazzjoni oriġinali.

IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA L-impatt tal-volum tal-importazzjonijiet u l-effetti fuq il-prezzijiet ipproġettati fil-każ ta’ tħassir tal-miżuri

(91)

Kif ġie konkluż fil-Premessi 48 sa 52 ta’ hawn fuq, il-produtturi esportaturi fiċ-Ċina għandhom kapaċitajiet żejda konsiderevoli, u potenzjal ċar biex iżidu b'mod sinifikanti l-volumi tal-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni, anki billi jaqilbu l-esportazzjonijiet tagħhom minn swieq oħrajn għal dak tal-Unjoni.

(92)

Il-prezzijiet tas-CIF tal-esportazzjonijiet tal-AT lejn l-Unjoni li huma mitlubin mill-esportaturi Ċiniżi li fil-preżent huma soġġetti għall-miżuri kienu iżjed baxxi b'mod sinifikanti mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni waqt il-PIR, u meta jitqabblu tip b'tip huma irħas bi 32,6 %.

(93)

Analiżi tal-esportazzjonijiet Ċiniżi ( 12 ) tal-AT lejn il-bqija tad-dinja wara l-PIR turi li l-volum tagħhom kien qed jonqos b'mod sinifikanti, minn 10 862 TM waqt il-PIR għal 8 118 TM fl-aħħar ta’ Lulju 2011 (– 25 %). Dan it-tnaqqis fil-volum ta’ 2 744 tunnellata ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi lejn swieq oħra jista' joħloq fluss addizzjonali ta’ esportazzjonijiet Ċiniżi lejn is-suq tal-Unjoni.

(94)

Meta wieħed iqis il-kapaċitajiet żejda attwali għall-AT fiċ-Ċina, ikkumbinati mal-ġibda tas-suq tal-Unjoni, kif jingħad hawn fuq, l-esportaturi fiċ-Ċina x'aktarx li jippruvaw iżidu s-sehem tagħhom fis-suq tal-Unjoni, u b'hekk jikkawżaw ħsara materjali għall-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, fin-nuqqas ta’ dazji anti-dumping fuq importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina, kwalunkwe volum miżjud ta’ importazzjonijiet li x'aktarx ikunu l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina jeżerċitaw pressjoni tal-prezzijiet saħansitra aktar b'saħħitha fuq l-industrija tal-Unjoni u jikkawżaw ħsara.

(95)

Kif hemm imsemmi fil-Premessa 79, il-kundizzjonijiet marbutin mal-klima u mal-ħsad għandhom rwol parzjali fil-qagħda finanzjarja ġenerali tal-industrija tal-Unjoni. Ta' min ifakkar li l-AT, li jintuża wkoll mill-produtturi tal-inbid, jista' jinkiseb jew mill-prodotti sekondarji tal-manifattura tal-inbid, inkella, kif inhu l-każ tal-esportaturi Ċiniżi, permezz ta’ sinteżi kimika, minn komposti petrokimiċi jew relatati mal-faħam, bħalma hi l-benzina.

(96)

B'konsegwenza ta’ dan, ta’ min jinnota wkoll li ma hemmx obbligi sinifikanti għall-volumi ta’ produzzjoni għall-produtturi Ċiniżi minħabba l-metodi ta’ produzzjoni sintetiċi, mhux bħall-każ tal-produtturi tal-industrija tal-Unjoni li jużaw materja prima naturali – il-fond tal-inbid.

(97)

Minħabba li l-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni hija parzjalment dipendenti fuq kundizzjonijiet klimatiċi, jidher li l-profitabbiltà tajba miksuba waqt il-PIR ma jistax jitqies li se ddum fit-tul. Tabilħaqq, anki fil-perjodu meqjus, l-industrija tal-Unjoni mhux dejjem irnexxielha tilħaq il-profitt ta’ 8 % fil-mira. Barra minn hekk, fil-perjodu ta’ sitt xhur wara t-tmiem tal-PIR, il-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni diġà kienet waqgħet b'mod sinifikanti għal madwar 3 % u l-industrija kienet reġgħet sabet ruħha f'qagħda vulnerabbli.

Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara

(98)

Abbażi ta’ dan ġie konkluż li r-revoka tal-miżuri għandha probabbiltà kbira li tirriżulta f'żieda ta’ esportazzjonijiet iddumpjati li joriġinaw miċ-Ċina, u dan ikun jirriżulta f'pressjoni 'l isfel fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u tiħżin tal-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, ġie konkluż li r-revoka tal-miżuri kontra ċ-Ċina x'aktarx li tirriżulta fir-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

L-INTERESSI TAL-UNJONI Introduzzjoni

(99)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri eżistenti anti-dumping kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interessi tal-Unjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-interessi varji kollha involuti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li juru l-fehmiet tagħhom b'konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(100)

Għandu jiġi mfakkar ukoll li, fl-investigazzjoni oriġinali, kien meqjus li l-adozzjoni tal-miżuri ma tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li b'hekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri tal-anti-dumping diġà kienu fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux xieraq fuq il-partijiet ikkonċernati mill-miżuri tal-anti-dumping eżistenti.

(101)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping bi ħsara, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li mhux fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri kontra l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina.

L-interessi tal-industrija tal-Unjoni u ta’ produtturi oħra tal-Unjoni

(102)

L-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija ġeneralment vijabbli. Dan ġie kkonfermat bl-iżvilupp pożittiv tal-qagħda ekonomika li ġiet innotata waqt il-perjodu meqjus, parzjalment minħabba l-isforzi tagħha biex tirristruttura u minħabba l-miżuri fis-seħħ. B'mod partikolari, l-industrija tal-Unjoni tejbet il-qagħda strutturali tal-ispejjeż u tal-profitti u l-volum tal-produzzjoni matul il-perjodu meqjus.

(103)

Jista' raġonevolment ikun mistenni li l-industrija tal-Unjoni se tkompli tibbenefika mill-miżuri li se jinżammu. Jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet li joriġinaw miċ-Ċina ma jinżammux, huwa wisq probabbli li l-industrija tal-Unjoni terġa' ġġarrab ħsara materjali mill-volumi sostanzjali ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina li huma l-oġġett ta’ dumping, u dan ikun jikkawża deterjorament serju tal-qagħda finanzjarja tagħha. Tabilħaqq, hemm probabbiltà ċara li jkun hemm dumping li jkun ta’ ħsara f'volumi sostanzjali li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tiflaħ għalihom. Għaldaqstant, l-industrija tal-Unjoni tkompli tibbenefika miż-żamma tal-miżuri anti-dumping attwali.

(104)

Għalhekk ġie konkluż li huwa ċar li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping kontra ċ-Ċina tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

L-interessi tal-importaturi

(105)

Ta' min ifakkar li fl-investigazzjonijiet oriġinali nstab illi l-impatt tal-impożizzjoni tal-miżuri ma kellux ikun sinifikanti. L-ebda negozjant/importatur ma kkoopera fl-investigazzjoni attwali. Meta wieħed iqis li ma hemm ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ affettwaw lill-importaturi b'mod konsiderevoli, ġie konkluż li l-issoktar tal-miżuri mhix se taffettwa b'ebda mod sinifikanti lill-importaturi tal-Unjoni.

L-interessi tal-utenti

(106)

L-AT jintuża l-iżjed fl-industriji tal-inbid u tal-ikel bħala addittiv mal-ikel u max-xarbiet, u fl-industrija tal-bini bħala ritardant fil-manifattura tal-ġipsum.

(107)

L-utenti kollha magħrufa ġew ikkuntattati f'din l-investigazzjoni.

(108)

Ma kien hemm ebda kooperazzjoni mingħand l-utenti fl-industrija tal-bini. Kif kien ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, l-AT jirrappreżenta inqas minn 2 % tal-ispejjeż tal-prodotti tal-ġipsum li jintuża fihom. Għalhekk ġie konkluż li l-issoktar tal-miżuri jkollha biss influwenza negliġibbli fuq l-ispejjeż u fuq il-qagħda kompetittiva tal-industrija tal-bini.

(109)

Żewġ importaturi/utenti kbar fis-settur tal-ikel ikkooperaw bis-sħiħ fil-proċedura. Ġie determinat li ż-żewġ kumpaniji t-tnejn li huma jrendu l-profitti, inklużi l-linji ta’ produzzjoni tagħhom li jużaw il-prodott ikkonċernat bħala waħda mill-materji primi tagħhom. Barra minn hekk, il-bejgħ tal-prodotti mmanifatturati bl-użu tal-prodott ikkonċernat jirrappreżentaw biss perċentwal żgħir tad-dħul tagħhom. Għaldaqstant wieħed jista' jikkonkludi li l-issoktar tal-miżuri ma għandhiex taffettwa b'ebda mod sinifikanti lill-utenti fl-industrija tal-ikel. Barra minn hekk, għal dawn l-utenti, l-eżistenza ta’ sorsi diversi tal-forniment tal-prodott ikkonċernat hija pjuttost importanti.

Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(110)

Wara li ġew ikkunsidrati l-fatturi kollha deskritti hawn fuq, ġie konkluż li ma hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri tal-anti-dumping attwali.

IL-MIŻURI TAL-ANTI-DUMPING

(111)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien previst li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw miċ-Ċina. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar.

(112)

Utent fis-settur tal-bini saħaq li l-estensjoni tal-miżuri fis-seħħ tikkawża nuqqas tal-prodott ikkonċernat, tista' żżid l-ispejjeż tal-produzzjoni u b'hekk tirriżulta fi prezzijiet aktar għoljin tal-prodott aħħari. Ma tressqet ebda prova li ssostni dan l-argument. Għalhekk, minħabba li dan l-argument ma ġiex sostnut kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-utenti fis-settur tal-bini, ma kienx possibbli li wieħed jivverifika dan l-argument.

(113)

Iż-żewġ utenti fis-settur tal-ikel li kkooperaw fl-investigazzjoni ddikjaraw li l-impatt tal-issoktar tal-miżuri fuq l-industrija tal-ikel ma kienx ġie studjat biżżejjed, u wieħed minnhom talab seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta.

(114)

Waqt is-seduta dan l-utent ma qalx li ma qabilx mal-konklużjoni li l-issoktar tal-miżuri ma għandhiex b'mod ġenerali taffettwa l-profitabbiltà tal-kumpanija in ġenerali, iżda saħaq li fil-fehma tiegħu jkun sinifikanti l-impatt fuq il-profitabbiltà tal-linja tal-produzzjoni speċifika li tuża l-prodott ikkonċernat, u li tirrappreżenta biss perċentwal żgħir tad-dħul totali. Saħaq ukoll li l-prezzijiet tal-aċidu tartariku fis-suq domestiku kienu żdiedu konsiderevolment wara l-perjodu tal-investigazzjoni għar-reviżjoni, u li dawn il-livelli tal-prezzijiet kienu se jerġgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti l-profitabbiltà tal-prodott tagħhom. B'danakollu dan l-utent ma nnegax li ż-żieda fil-prezz kienet riżultat ta’ nuqqas tal-materja prima, li d-disponibbiltà tagħha fis-suq tal-Unjoni tvarja regolarment skont il-ħsad tal-għeneb għall-inbid, u għaldaqstant ma tistax tkun meqjusa bħala ħaġa li ddum u lanqas li hija riżultat tal-miżuri tal-anti-dumping li hemm fis-seħħ.

(115)

Waqt is-seduta mat-tim tal-investigazzjoni, l-utent l-ieħor li kkoopera saħaq kontra l-estensjoni tal-miżuri b'argumenti simili. Għalhekk, dawn l-argumenti twarrbu bl-istess mod (ara l-premessa ta’ qabel din).

(116)

Produttur esportatur Ċiniż li kkoopera saħaq li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibqa' meqjusa vulnerabbli, li dak li kien qed jinfluwenza essenzjalment il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni kien marbut mill-qrib mal-kundizzjonijiet klimatiċi u li, b'konsegwenza ta’ dan, hu kien kontra l-issoktar tal-miżuri. Dan l-argument ma ġiex sostnut bil-provi u għaldaqstant ma setax jiġi aċċettat. Barra minn hekk, ma kienx argument li seta' jbiddel is-sejbiet dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni.

(117)

Flaħħar nett, filwaqt li kkunsidrat iċ-ċifri ta’ profitabbiltà tagħha matul il-perjodu meqjus, l-industrija tal-Unjoni ġġustifikat li l-egħluq, f'nofs l-2008, tal-produttur waħdieni Franċiż kien, fuq medda ta’ żmien qasir, naqqas il-kwantità tal-prodott ikkonċernat disponibbli fis-suq domestiku, b'hekk żdiedu l-prezzijiet tal-bejgħ temporanjament u, sussegwentement, il-profitabbiltà tagħha. L-industrija tal-Unjoni saħqet li minħabba dawn iċ-ċirkostanzi, dawn it-tibdiliet ma setgħu f'ebda każ jitqiesu bħala ħaġa dewwiema. Għalhekk, is-sejbiet rigward il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni baqgħu l-istess.

(118)

Fil-qosor, wara li tqiesu l-osservazzjonijiet kollha mressqa wara l-iżvelar lill-partijiet interessati tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni, tqies li l-ebda waħda minnhom ma kienet ta’ natura li tbiddel il-konklużjonijiet li ntlaħqu waqt l-investigazzjoni.

(119)

Isegwi minn dak li ntqal hawn fuq li, hekk kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku li joriġina miċ-Ċina għandhom jinżammu għal perjodu addizzjonali ta’ ħames snin,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Dazju definittiv ta’ anti-dumping huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu tartariku, ħlief fuq l-aċidu tartariku D-(-)- b'rotazzjoni ottika negattiva ta’ mill-anqas 12,0 gradi, imkejla f'soluzzjoni ta’ ilma skont il-metodu deskritt fil-Farmakopea Ewropea, li huwa kklassifikat bil-kodiċi NM ex291812 00 (kodiċi TARIC 2918120090), u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.  Ir-rata ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, għall-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt, għandu jkun kif ġej:

▼M1



Il-kumpanija

Dazju anti-dumping

Kodiċi addizzjonali TARIC

Changmao Biochemical Engineering Co., Ltd, Changzhou

13,1 %

A688

Ninghai Organic Chemical Factory, Ninghai

8,3 %

A689

Il-kumpaniji l-oħra kollha (ħlief Hangzhou Bioking Biochemical Engineering Co. Ltd, Hangzhou — kodiċi addizzjonali TARIC A687)

34,9 %

A999

▼B

3.  L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kondizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata fattura ta’ dan it-tip, gћandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha.

4.  Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

(1) Dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, għandha tidher fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3): L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li ħarġet il-fattura kummerċjali.

(2) Id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiena, li l-firma tiegħi tidher taħt, niċċertifika li (l-volum) ta’ aċidu tartariku mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-entità) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”

Data u firma



( 1 ) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

( 2 ) ĠU L 23, 27.1.2006, p. 1.

( 3 ) ĠU L 48, 22.2.2008, p. 1.

( 4 ) WT/DS295/AB/R, id-29 ta’ Novembru 2005.

( 5 ) ĠU L 108, 20.4.2012, p. 1.

( 6 ) ĠU C 211, 4.8.2010, p. 11.

( 7 ) ĠU C 24, 26.1.2011, p. 14.

( 8 ) ĠU C 223, 29.7.2011, p. 11.

( 9 ) ĠU C 223, 29.7.2011, p. 16.

( 10 ) Bħalma huma il-“Chemical Economic Handbook ‘CEH’, u r-rapporti minn CCM International LTD”.

( 11 ) Bħalma huma il-“Chemical Economic Handbook ‘CEH’, u r-rapporti minn CCM International LTD”.

( 12 )