30.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 116/56


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/348/PESK

tad-29 ta’ April 2008

dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (1). Dik il-Pożizzjoni Komuni ġeddet ċerti miżuri restrittivi li kienu imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2005/792/PESK (2) b’reazzjoni għal użu eċċessiv, sproporzjonat u indiskriminatorju ta’ forza mill-forzi tas-sigurtà Uzbeki matul l-avvenimenti f’Andijan f’Mejju 2005. Madankollu, bil-ħsieb li l-awtoritajiet Uzbeki jiġu inkoraġġiti jieħdu passi pożittivi biex itejbu s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u b’kont meħud ta’ l-impenji ta’ l-awtoritajiet Uzbeki, ir-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni kienu sospiżi għal perijodu ta’ sitt xhur.

(2)

Konsegwentement għal reviżjoni tas-sitwazzjoni fl-Uzbekistan, il-Kunsill jikkunsidra kunsiljabbli li jestendi s-sospensjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni b’perijodu ulterjuri ta’ sitt xhur,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-applikazzjoni tal-miżuri msemmijin fl-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK għandha tkun sospiża sat-13 ta’ Novembru 2008.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 29 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)   ĠU L 295, 14.11.2007, p. 34.

(2)   ĠU L 299, 16.11.2005, p. 72. il-Pożizzjoni Komuni kif emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2007/338/PESK (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 50.)