KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
CAMPOS SÁNCHEZ-BORDONA
ippreżentati fit‑30 ta’ April 2020 ( 1 )
Kawża C‑287/19
DenizBank AG
vs
Verein für Konsumenteninformation
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Superjuri, l-Awstrija))
“Proċedura għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-konsumaturi — Servizzi ta’ pagament fis-suq intern — Klawżoli inġusti — Bidla fil-kundizzjonijiet ta’ kuntratt qafas — Kontroll tat-trasparenza — Validità tal-klawżoli li fihom kunsens taċitu u li permezz tagħhom ir-riskju tar-responsabbiltà għal pagamenti mhux awtorizzati jiġi ttrasferit lill-utent tas-servizz ta’ pagament — Deroga għall-istrumenti ta’ pagament relatati ma’ ammonti ta’ valur baxx — Karta tal-pagamenti ppersonalizzata bil-funzjoni Near-Field Communication (NFC) — Strumenti ta’ pagament anonimi — Strumenti ta’ pagament mingħajr possibbiltà ta’ mblokkar”
|
1. |
L-innovazzjoni teknoloġika qiegħed ikollha impatt enormi fuq is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern. Dan huwa muri mill-adozzjoni tad-Direttiva 2007/64/KE ( 2 ) u s-sostituzzjoni tagħha, ftit snin wara, bid-Direttiva (UE) 2015/2366 ( 3 ). Dan l-aġġornament kien essenzjali minħabba s-sistemi ġodda ta’ pagament, il-volum li qiegħed jikber ta’ pagamenti elettroniċi u ż-żieda fir-riskji ta’ sigurtà marbuta ma’ xulxin. |
|
2. |
Waħda minn dawn l-innovazzjonijiet, li malajr saret popolari, hija l-hekk imsejħa funzjoni Near-Field Communication (iktar ’il quddiem “NFC”), li hija inkorporata f’ċerti karti ta’ pagament ( 4 ). Permezz ta’ din il-funzjoni jistgħu jitwettqu ħlasijiet ta’ ammonti baxxi, anonimament u mingħajr il-ħtieġa ta’ awtentikazzjoni qawwija. |
|
3. |
L-entitajiet bankarji li joħorġu l-karti bil-funzjoni NFC għandhom l-għan li jħeffu l-akkwist fil-massa, billi jiffaċilitaw il-ġestjoni tiegħu, iżda l-kundizzjonijiet imposti għall-użu tagħhom jistgħu jkunu ta’ ħsara għad-drittijiet tal-konsumaturi. Fid-domandi tal-qorti tar-rinviju tidher it-tensjoni sottostanti bejn dawn iż-żewġ għanijiet. |
I. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-dritt tal-Unjoni Ewropea. Id-Direttiva 2015/2366
|
4. |
Fost il-premessi tagħha tipprovdi dawn li ġejjin:
[…]
[…]
[…]
|
|
5. |
L-Artikolu 4(14), jiddefinixxi “strument ta’ pagament” bħala “apparat(i) personalizzat(i) u/jew sett ta’ proċeduri miftiehma bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u li jintuża sabiex tinbeda ordni ta’ pagament”. |
|
6. |
It-Titolu III huwa ddedikat għat-“Trasparenza tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni għas-servizzi ta’ pagament”. Fit-tielet kapitolu tiegħu, li jirregola l-“Kuntratti qafas”, jinsabu l-Artikoli 52 u 54. |
|
7. |
L-Artikolu 52 (“Informazzjoni u kundizzjonijiet”) jistipula: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni u l-kundizzjonijiet li ġejjin jingħataw lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament: […]
[…]”. |
|
8. |
L-Artikolu 54 (“Bidliet fil-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas”) jipprevedi: “1. Kwalunkwe bidla fil-kuntratt qafas jew fl-informazzjoni u l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 52 għandhom ikunu proposti mill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bl-istess mod kif previst fl-Artikolu 51(1) u mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data ta’ applikazzjoni proposta tagħhom. L-utent ta’ servizzi ta’ pagament jista’ jaċċetta jew jirrifjuta l-bidliet qabel id-data proposta għad-dħul fis-seħħ tagħhom. Fejn applikabbli skont il-punt (6)(a) tal-Artikolu 52, il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li huwa ser jitqies li aċċetta dawk il-bidliet jekk ma jgħarrafx lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament qabel id-data proposta tad-dħul fis-seħħ tagħhom li mhumiex aċċettati. Il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għandu wkoll jinforma lill-utent ta’ servizzi ta’ pagament li, fl-eventwalità li l-utent ta’ servizzi ta’ pagament jirrifjuta dawk il-bidliet, l-utent ta’ servizzi ta’ pagament ikollu d-dritt jittermina l-kuntratt qafas mingħajr ħlas u b’effett fi kwalunkwe mument sad-data li fiha l-bidla kienet tapplika. […]” |
|
9. |
Fil-kapitolu 1 (“Dispożizzjonijiet komuni”) tat-Titolu IV (“Drittijiet u obbligi fir-rigward tal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ pagament”), l-Artikolu 63 (“Deroga għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi”) jipprovdi: “1. Fil-każ ta’ strumenti ta’ pagament li skont il-kuntratt qafas, jikkonċernaw biss tranżazzjonjiet ta’ pagament individwali li ma jeċċedux EUR 30 jew li għandhom limitu ta’ nfiq ta’ EUR 150, jew li jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jeċċedu EUR 150, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament jistgħu jiftiehmu mal-utenti ta’ servizzi ta’ pagament tagħhom li:
[…]”. |
B. Id-dritt nazzjonali. Zahlungsdienstegesetz 2018 ( 5 )
|
10. |
L-Artikolu 4(14), jiddefinixxi “strument ta’ pagament” bl-istess mod bħalma jiddefinixxih l-artikolu omonimu tad-Direttiva 2015/2366. |
|
11. |
Fir-rigward tal-emenda tal-kuntratti qafas, l-Artikolu 48(1)(6), jerġa’ jieħu l-kontenut tal-Artikolu 52(6) tad-Direttiva 2015/2366. |
|
12. |
Fir-rigward tal-emenda tal-kundizzjonijiet tal-kuntratti qafas, l-Artikolu 50(1), huwa espress f’termini simili għal dawk tal-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2015/2366. |
|
13. |
L-istess iseħħ bl-Artikolu 57(1) taż-ZaDiG u l-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2015/2366, fir-rigward tad-deroga għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx u flus elettroniċi. |
II. Il-kawża u d-domandi preliminari
|
14. |
Verein für Konsumenteninformation (iktar ’il quddiem, “VKI”), hija assoċjazzjoni li għandha dritt għal azzjoni legali, skont id-dritt Awstrijak, sabiex tiddefendi l-interessi tal-konsumaturi. |
|
15. |
DenizBank AG hija entità bankarja li topera fl-Awstrija. Fl-attività tagħha mal-klijenti, tapplika kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ u ta’ formoli ta’ kuntratt, bejn servizzi oħra, għall-użu ta’ karti ta’ pagament li għandhom il-funzjoni NFC. Din il-funzjoni tiġi attivata awtomatikament mal-ewwel darba li l-klijent juża l-karta. |
|
16. |
Billi dawn il-karti jitressqu lejn it-terminal tal-bejgħ, fl-istabbilimenti li għandhom tagħmir imħejji għall-konnessjoni mingħajr fili, jistgħu jsiru pagamenti sa EUR 25 mingħajr ma jiddaħħal numru ta’ identifikazzjoni personali (iktar ’il quddiem, il-“kodiċi PIN”). Għal ammonti ogħla tkun meħtieġa l-identifikazzjoni permezz tal-kodiċi PIN. |
|
17. |
Fost il-kundizzjonijiet ġenerali li japplika Denizbank fil-kuntratti tiegħu hemm dawn li ġejjin: “Klawżola 14: Emenda tal-linji gwida tal-klijenti: L-emendi ta’ dawn il-linji gwida tal-klijenti għandhom jiġu proposti lill-klijent mhux iktar tard minn xahrejn qabel id-data prevista għad-dħul fis-seħħ tagħhom. Il-klijent ser jitqies li aċċetta l-emendi u li kien hemm qbil dwarhom bejn il-partijiet jekk il-klijent ma jikkomunikax oppożizzjoni għalihom lil DenizBank AG qabel id-data prevista għad-dħul fis-seħħ tal-emendi. Il-proposta ta’ emenda msemmija għandha tiġi kkomunikata lill-klijent bil-miktub jew, meta din tkun ġiet aċċettata, f’format ieħor durabbli. Fil-proposta ta’ emenda tiegħu, DenizBank AG għandu javża u jinforma lill-klijent li n-nuqqas ta’ risposta tiegħu fis-sens indikat iktar ’il fuq ser jinftiehem bħala aċċettazzjoni tal-emenda. Min-naħa l-oħra, fil-paġna tal-internet tiegħu, DenizBank AG għandu jippubblika tqabbil bejn il-verżjoni l-antika u l-emenda tad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-klijenti affettwati, tqabbil li għandu jibgħat ukoll lill-klijent. Fil-każ tal-impriżi, ser ikun biżżejjed li l-emenda tiġi pprovduta lill-klijenti għall-konsultazzjoni b’mod maqbul mal-impriża. Meta tkun prevista emenda ta’ dan it-tip tal-linji gwida tal-klijenti, il-klijent-konsumatur għandu jkollu d-dritt li jittermina l-kuntratti qafas tas-servizzi ta’ pagament tiegħu (b’mod partikolari, il-kuntratt tal-kont kurrenti) mingħajr ħlas u immedjatament qabel id-dħul fis-seħħ tal-emendi. Fil-proposta ta’ emenda tiegħu, DenizBank AG għandu jinforma lill-klijent ukoll dwar din il-possibbiltà. Klawżola 15: Nuqqas ta’ ħtieġa għall-verifika tal-awtorizzazzjoni: Peress li l-għan tal-pagamenti ta’ valur baxx mingħajr ma jiddaħħal kodiċi personali jikkonsisti fis-simplifikazzjoni tal-proċess ta’ pagament mingħajr il-ħtieġa ta’ awtorizzazzjoni, DenizBank AG mhux se jkun obbligat li jivverifika li l-pagament ġie awtorizzat, irreġistrat u meqjus b’mod xieraq, u li ma ġiex affettwat minn problemi tekniċi jew inċidenzi oħra. Klawżola 16: Nuqqas ta’ responsabbiltà fil-każ ta’ pagamenti mhux awtorizzati: Peress li mal-użu tal-karta ta’ referenza għal pagamenti ta’ valur baxx mingħajr ma jiddaħħal kodiċi personali, DenizBank AG ma jistax jivverifika li l-pagament ġie awtorizzat mill-proprjetarju tal-karta, f’każ ta’ pagament mhux awtorizzat DenizBank AG ma huwiex obbligat li jħallas lura l-ammont tat-tranżazzjoni mhux awtorizzata u lanqas ma huwa obbligat li jreġġa’ lura l-kont korrispondenti għal li kien qabel, daqslikieku ma sarx il-pagament mhux awtorizzat. Bl-istess mod, huwa eskluż kull ilment ieħor fir-rigward ta’ DenizBank AG, dejjem sakemm ikun hemm negliġenza ħafifa minn DenizBank AG. Klawżola 17: Twissija: Il-proprjetarju tal-kont jassumi r-riskju ta’ użu mhux xieraq tal-karta ta’ referenza għal pagamenti ta’ valur baxx mingħajr ma jiddaħħal kodiċi personali. Klawżola 18: Impossibbiltà ta’ mblukkar tal-karta ta’ referenza għal pagamenti ta’ valur baxx f’każ ta’ telf: Teknikament ma huwiex possibbli li tiġi mblukkata l-karta ta’ referenza għal pagamenti ta’ valur baxx. F’każ ta’ telf (telf, serq) tal-karta ta’ referenza u minkejja li l-imblukkar isir skont il-punt 2.7, ikun possibbli li jibqgħu jsiru pagamenti ta’ valur baxx mingħajr ma jiddaħħal kodiċi personali, sa ammont ta’ EUR 75.00. Dawn l-ammonti mhux ser jitħallsu lura. Fil-każ ta’ pagamenti ta’ valur baxx fis-sens tal-Artikolu 33 taż-ZaDiG, fejn ikunu possibbli biss pagamenti b’ammont sa EUR 25 u mingħajr il-possibbiltà li tiġi mblukkata l-karta ta’ referenza għal pagamenti ta’ valur baxx mingħajr ma jiddaħħal kodiċi personali, mhux ser japplika l-Artikolu 44(3) taż-ZaDiG. Klawżola 19: Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor fil-punt 3 fir-rigward tal-pagamenti ta’ valur baxx, id-dispożizzjonijiet tal-punt 2 (servizz ta’ karta) ser japplikaw għalihom ukoll”. |
|
18. |
Fid‑9 ta’ Awwissu 2016, VKI ppreżentat azzjoni ta’ inibizzjoni kontra DenizBank quddiem il-Handelsgericht Wien (il-Qorti Kummerċjali ta’ Vjenna, l-Awstrija). |
|
19. |
Fis-sentenza tat‑28 ta’ April 2017, din il-qorti laqgħet it-talba fir-rigward tal-Klawżoli 14 sa 19. Fl-opinjoni tagħha, il-Klawżola 14 kienet manifestament inġusta u ma ġewx issodisfatti r-rekwiżiti sabiex tiġi applikata d-deroga tal-istrumenti ta’ pagament ta’ valur baxx, peress li l-karta ta’ referenza setgħet tintuża wkoll għal pagamenti oħra. Il-funzjoni addizzjonali tal-pagament mingħajr kuntatt u mingħajr awtentikazzjoni lanqas ma setgħet tiġi kklassifikata bħala strument ta’ pagament. |
|
20. |
Ladarba din is-sentenza ġiet appellata quddiem l-Oberlandesgericht (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Vjenna, l-Awstrija), din il-qorti, fis-sentenza tal-20 ta’ Novembru 2017, ikkonfermat parzjalment l-interpretazzjoni tal-qorti tal-ewwel istanza. |
|
21. |
Fl-opinjoni tal-qorti tal-appell, jekk tiġi indirizzata biss il-funzjoni ta’ pagament mingħajr kuntatt, ma jintużax strument ta’ pagament u, iktar milli hekk, din tkun tranżazzjoni b’karta tal-kreditu mwettqa bil-posta jew bit-telefown. Dan huwa muri permezz tal-fatt li l-funzjoni NFC, li ma teħtieġx li jiddaħħal PIN, tiġi attivata awtomatikament għal xiri ta’ valur baxx għall-kuntrarju ta’ dak li jseħħ b’“kartiera elettronika”. Barra minn hekk, il-karta ta’ pagament użata fi tranżazzjonijiet NFC ma hijiex anonima, iżda hija ppersonalizzata u protetta b’kodiċi personali. |
|
22. |
VKI u DenizBank appellaw mis-sentenza tal-20 ta’ Novembru 2017 permezz ta’ rikorsi separati quddiem l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), li tagħmel dawn id-domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
23. |
Għalkemm ir-regola applikabbli ratione temporis għall-fatti hija d-Direttiva 2007/64, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) spjegat, fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja, li għas-soluzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ inibizzjoni relatata mal-validità tal-klawżoli kuntrattwali (“Klauselprozess”), għandha tapplika wkoll id-Direttiva 2015/2366, li kienet fis-seħħ meta ngħatat is-sentenza. Peress li l-kontenut tad-dispożizzjonijiet taż-żewġ Direttivi, sa fejn hija kkonċernata din il-kawża, huwa prattikament identiku ( 7 ), ser nagħmel riferiment għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2015/2366 għad-domandi tal-qorti tar-rinviju. |
|
24. |
VKI, DenizBank, il-Kummissjoni u l-Gvern tal-Portugall u dak tar-Repubblika Ċeka ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Fit‑13 ta’ Frar 2020 inżammet seduta fejn fiha dehru VKI, DenizBank u l-Kummissjoni. |
III. Evalwazzjoni
|
25. |
L-erba’ domandi tal-qorti tar-rinviju jistgħu jiġu analizzati billi l-ordni tagħhom tiġi mibdula u jinġabru flimkien uħud minnhom. Għalhekk:
|
|
26. |
Għalkemm DenizBank iddefenda l-konvenjenza li l-effetti ta’ eventwali sentenza mhux favorevoli għall-affermazzjoni tiegħu jiġu limitati ratione temporis, nemmen li ma huwiex xieraq li tiġi adottata din il-miżura, li lanqas ma hija mitluba mill-qorti tar-rinviju jew mill-bqija tal-intervenjenti. Barra minn hekk, DenizBank jillimita lilu nnifsu li jinvoka biss argumenti ġenerali dwar l-impatt finanzjarju possibbli tas-sentenza, iżda ma jipprovdix elementi konkreti biex din it-talba eċċezzjonali tkun ibbażata fuq il-bona fide tal-persuni kkonċernati u fuq ir-riskju ta’ diffikultajiet serji, bħalma teħtieġ il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 8 ). |
A. Il-funzjoni NFC tal-karti ta’ pagament ippersonalizzati bħala strument ta’ pagament (punt a) tat-tieni domanda preliminari)
|
27. |
Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk “il-funzjoni NFC ta’ karta bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali […] tikkostitwixxi strument ta’ pagament”, skont l-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366. |
|
28. |
Skont din id-dispożizzjoni, strument ta’ pagament huwa “apparat(i) personalizzat(i) u/jew sett ta’ proċeduri miftiehma bejn l-utent ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u li jintuża sabiex tinbeda ordni ta’ pagament”. |
|
29. |
Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza T-Mobile Austria ( 9 ), l-istrumenti ta’ pagament jistgħu jkunu:
|
|
30. |
L-eżistenza tal-istrumenti ta’ pagament mhux ippersonalizzati timplika li l-kunċett iddefinit fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366 jista’ jinkludi sett ta’ proċeduri mhux ippersonalizzati, miftiehma bejn il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament u l-utent u użati mill-utent biex dan jibda ordni ta’ pagament ( 10 ). |
|
31. |
F’din l-istess sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat id-dubji li tqajmu minħabba d-diverġenza fl-użu tal-aġġettiv “personalizzati” fost il-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-Artikolu 4(23) tad-Direttiva 2007/64 ( 11 ), li l-kontenut tiegħu prattikament jikkoinċidi ma’ dak tal-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366. |
|
32. |
Id-definizzjoni ta’ strument ta’ pagament li tuża t-terminu “personalizzat” biex tirreferi kemm għal apparat kif ukoll għal sett ta’ proċeduri tinsab biss fil-verżjoni Ġermaniża ( 12 ). Fid-dawl tal-verżjonijiet l-oħra u tal-għanijiet tad-Direttiva 2015/2366 għandu jkun hemm qbil dwar il-fatt li d-definizzjoni ta’ strumenti ta’ pagament tkopri kemm dawk ippersonalizzati kif ukoll dawk mhux ippersonalizzati jew anonimi ( 13 ). |
|
33. |
Bħalma jindika l-Gvern Portugiż, huwa minnu, li l-karti bankarji ma humiex imniżżla b’mod speċifiku bħala strumenti ta’ pagament mid-Direttiva 2015/2366. Madankollu, il-punt 3(b) tal-Anness I tagħha jqis l-“esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard ta’ pagament jew strument ta’ pagament simili jew apparat simili” bħala servizz ta’ pagament. |
|
34. |
Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2015/751 ( 14 ), fl-Artikolu 2(15) tiegħu jiddefinixxi “kard ta’ pagament” bħala “kategorija ta’ strument ta’ pagament li jippermetti lil pagatur jagħti bidu għal transazzjoni b’kard ta’ debitu jew ta’ kreditu”. |
|
35. |
Dan l-istess regolament, fl-Artikolu 2(7) tiegħu jikklassifika “transazzjoni ta’ pagament permezz ta’ kard” bħala “servizz ibbażat fuq l-infrastruttura u r-regoli tan-negozju ta’ skema ta’ kards ta’ pagament biex issir transazzjoni ta’ pagament permezz ta’ kwalunkwe kard, telekomunikazzjoni, apparat jew software diġitali jew tal-IT jekk dan jirriżulta fi transazzjoni b’kard ta’ debitu jew ta’ kreditu. It-transazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard jeskludu transazzjonijiet ibbażati fuq tipi oħra ta’ servizzi ta’ pagament”. |
|
36. |
Minn dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2015/2366 u tar-Regolament 2015/751 (regoli relatati mill-qrib) huwa dedott li l-karti ta’ pagament huma strumenti ta’ pagament skont it-termini ta’ din id-direttiva. Għaldaqstant, karta bankarja multifunzjonali bħal dik maħruġa minn DenizBank tista’ titqies bħala strument ta’ pagament suġġett għad-Direttiva 2015/2366. |
|
37. |
Dan it-tip ta’ karti għandhom natura jew funzjonalità doppja:
|
|
38. |
Il-funzjoni NFC ta’ karta bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali taqa’ fil-kategorija ta’ strument ta’ pagament anonimu, peress li tikkostitwixxi sett ta’ proċeduri mhux ippersonalizzati, miftiehma bejn il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament u l-utent, li jintużaw mill-utent biex jibda ordni ta’ pagament, skont it-tifsira tal-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366. |
|
39. |
It-twettiq tal-pagament jeħtieġ biss, bħalma diġà osservajt, li persuna jkollha karta b’funzjoni NFC. Għaldaqstant, kwalunkwe terz, inkluż jekk dan ma jkunx awtorizzat, jista’ jwettaq il-pagament. Dan ir-riskju sinjifikattiv huwa spjegat mill-fatt li l-funzjoni NFC inkorporata fil-karta hija valida biss għal ħlasijiet ta’ valur żgħir u b’limitu massimu ta’ valur imnaqqas (f’dan il-każ ta’ EUR 25). |
|
40. |
Bħalma għadni kif esprimejt, l-istrumenti ta’ pagament anonimu jipproduċu sett ta’ proċeduri mhux ippersonalizzati “miftiehem” bejn il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament u l-utent. Il-qorti tar-rinviju għandha tivverifika jekk, f’din il-kawża kienx hemm dan il-ftehim, peress li skont VKI, DenizBank jattiva awtomatikament il-funzjoni NFC tal-karta bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali, inkluż mingħajr il-kunsens tal-utent ( 16 ). |
|
41. |
L-ikkatalogar tal-funzjoni NFC ta’ karta bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali bħala strument ta’ pagament anonimu huwa l-iktar soluzzjoni koerenti ta’ interpretazzjoni finali ( 17 ) tal-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366 u hija f’konformità mal-għanijiet tagħha, kif inhuma deskritti fil-premessi 5 u 6 tal-istess direttiva. |
|
42. |
Fil-fatt, il-protezzjoni għolja tal-konsumaturi (l-utenti ta’ karti b’funzjoni NFC) u l-promozzjoni tal-kompetizzjoni ġusta u trasparenti bejn l-entitajiet finanzjarji li joħorġuhom, jippromwovu l-klassifikazzjoni ta’ dawn il-karti bħala strumenti ta’ pagament suġġetti għad-Direttiva 2015/2366. B’hekk ser jibbenefikaw mill-garanziji inklużi f’din id-direttiva biex jiżdied il-livell ta’ fiduċja tal-konsumaturi f’suq ta’ pagamenti armonizzat. |
|
43. |
Din l-istess evalwazzjoni hija dedotta wkoll mill-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/389 ( 18 ), li jirregola l-“pagamenti mingħajr kuntatt fil-punt tal-bejgħ”, bħala mezz li jiffaċilita t-twettiq tas-servizzi ta’ pagament faċli għall-utent u b’riskju baxx ( 19 ). |
|
44. |
Skont din id-dispożizzjoni, il-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament għandu jkollhom il-possibbiltà li ma japplikawx l-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur ( 20 ) meta l-pagatur jibda tranżazzjoni ta’ pagament elettroniku
|
|
45. |
Minħabba n-natura tagħhom stess, il-ħlasijiet li jsiru bl-użu ta’ strumenti ta’ pagament anonimi (bħal karta ta’ pagament b’funzjoni NFC) ma humiex suġġetti għall-obbligu ta’ awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur ( 21 ), u bl-istess mod, huma eżentati ( 22 ) minnha strumenti oħrajn ( 23 ). |
|
46. |
Il-Gvern Ċek, madankollu, isostni li l-istrument ta’ pagament huwa fil-fatt il-karta ta’ pagament ippersonalizzata u multifunzjonali nnifisha u jemmen li l-funzjoni NFC hija biss waħda mill-possibbiltajiet ta’ użu ta’ din il-karta. Din tal-aħħar ma hijiex strument ta’ pagament anonimu iżda sempliċement tista’ tintuża għal pagamenti ta’ valur baxx b’mod inqas żgur, bl-użu tal-awtentikazzjoni permezz tat-teknoloġija NFC (jiġifieri, mingħajr il-ħtieġa li l-proprjetarju tal-karta juża element ta’ sigurtà bħall-firma tiegħu jew kodiċi PIN). |
|
47. |
Ma naqbilx ma’ dan l-argument. Fil-fehma tiegħi, bħalma diġà spjegajt, it-tip ta’ karti li joħroġ DenizBank fihom żewġ strumenti ta’ pagament differenti, jiġifieri:
|
|
48. |
Il-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika, li jispira diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2015/2366 u li tagħmel riferiment għalih il-premessa 21 ( 24 ) tagħha, donnu jissuġġerixxi li dawn iż-żewġ funzjonalitajiet tal-istess karta bankarja huma żewġ strumenti ta’ pagament differenti. |
|
49. |
Dan huwa minnu, peress li l-istrument tradizzjonali (il-karta ta’ pagament ippersonalizzata klassika) ( 25 ) reċentement żdiedlu strument ieħor, il-funzjonalità NFC, li tikkostitwixxi strument ta’ pagament differenti u b’sistema legali ddifferenzjata. Il-mezz fiżiku huwa identiku (il-karta maħruġa mill-entità bankarja), iżda dan il-mezz issa fih żewġ strumenti ta’ pagament eteroġenji. |
|
50. |
Nirrepeti, din l-interpretazzjoni hija l-iktar waħda li tikkonforma mal-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika tad-Direttiva 2015/2366, li d-dispożizzjonijiet tagħha ma għandhomx jimpedixxu l-iżvilupp ta’ strumenti u servizzi ta’ pagament ġodda, bill-pass li l-iżviluppi teknoloġiċi jippermettu dan. Xejn ma għandu jostakola li, fil-futur, jiżdiedu strumenti ta’ pagament oħrajn mal-karta apparti l-funzjonalità ppersonalizzata u l-funzjoni NFC li diġà jista’ jkollha. |
|
51. |
Fil-qosor, il-funzjoni NFC ta’ karta ta’ pagament ippersonalizzata u multifunzjonali għandha tiġi kklassifikata bħala strument ta’ pagament skont l-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2015/2366. |
B. L-użu tal-karti b’funzjoni NFC bħala strumenti ta’ pagament anonimu u mingħajr il-possibbiltà ta’ mblukkar (punt b) tat-tieni domanda u t-tielet domandi preliminari)
|
52. |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, meta jitwettaq pagament ta’ valur baxx mingħajr kuntatt permezz tal-karta bil-funzjoni NFC “l-istrument ta’ pagament jintuża[x] b’mod anonimu” skont l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 63(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366. |
|
53. |
Fit-tielet domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk l-Artikolu 63(1)(a) ta’ din id-direttiva, li jinkludi eċċezzjoni oħra simili (mhux identika) għal dik imsemmija iktar ’il fuq, huwiex applikabbli għal dawn il-każijiet meta “l-istrument ta’ pagament ma jippermettix l-imblokkar tiegħu jew il-prevenzjoni tal-użu ulterjuri tiegħu”. |
|
54. |
L-Artikolu 63 tad-Direttiva 2015/2366 jistabbilixxi sensiela ta’ eċċezzjonijiet għal strumenti ta’ pagament ta’ valur baxx (u għal flus elettroniċi, iżda dan bħalissa ma huwiex rilevanti), li fir-rigward tagħhom ma jiġu applikati ebda “drittijiet u obbligi fir-rigward tal-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ pagament”, previsti fit-Titolu IV tagħha. |
|
55. |
L-Artikolu 63(1) jiffoka fuq strumenti ta’ pagament speċifiċi ħafna: dawk “li skont il-kuntratt qafas, jikkonċernaw biss tranżazzjonjiet ta’ pagament individwali li ma jeċċedux EUR 30 jew li għandhom limitu ta’ nfiq ta’ EUR 150, jew li jaħżnu fondi li fl-ebda ħin ma jeċċedu EUR 150”. |
|
56. |
F’każijiet bħal dawn, il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament jistgħu jilħqu qbil mal-utenti tagħhom dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti drittijiet jew ta’ ċerti obbligi li jissemmew f’dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva 2015/2366:
|
1. L-obbligi tal-entità li toħroġ il-karti meta dawn tal-aħħar la jistgħu jiġu mblukkati u lanqas ma jista’ jiġi pprevenut l-użu ulterjuri tagħhom
|
57. |
Permezz tal-ewwel eċċezzjoni (inċiż (a) tal-Artikolu 63(1)) hija stabbilita sistema ta’ responsabbiltà “mnaqqsa” tal-entità bankarja li toħroġ il-karta ta’ pagament. |
|
58. |
Jekk din il-karta ma tistax tiġi mblukkata u lanqas ma jista’ jiġi pprevenut l-“użu ulterjuri” tagħha (pereżempju, f’każijiet ta’ użu anomalu minħabba telf, serq, miżapproprjazzjoni jew użu mhux awtorizzat), l-entità bankarja tista’ tilħaq qbil mal-konsumaturi tagħha li mhux se tkun suġġetta għall-obbligi ġenerali, inklużi fid-Direttiva, sabiex tiffaċilita l-imblukkar tal-karta u l-użu ulterjuri tagħha f’każ ta’ użu anomalu. |
|
59. |
Bħalma tindika korrettament il-qorti tar-rinviju, l-entità bankarja li toħroġ karta b’funzjoni NFC tista’ tapprofitta ruħha minn din l-eċċezzjoni biss jekk turi li ma huwiex teknikament fattibbli li din il-karta tiġi mblukkata jew jiġi pprevenut l-użu ulterjuri tagħha fil-każijiet imsemmija iktar ’il fuq. Hija għaldaqstant ir-responsabbiltà tagħha li tipproduċi prova ta’ din l-impossibbiltà peress li l-eċċezzjoni għandha tkun interpretata b’mod strett. |
|
60. |
Bl-istess mod, il-qorti tar-rinviju żżid li li kieku l-entità bankarja ma jkolliex għalfejn tipproduċi prova tal-impossibbiltà tal-imblukkar tal-karta, ikun biżżejjed li tikkummerċjalizza karta teknikament medjokri (mingħajr imblukkar tal-ebda tip) sabiex issir ħsara lill-interessi tal-konsumaturi, billi jintefa’ fuqhom ir-riskju li jirriżulta mill-pagamenti mhux awtorizzati. |
|
61. |
Naqbel ma’ dawn l-evalwazzjonijiet peress li, li kieku jkun mod ieħor, l-eżenzjoni mir-responsabbiltà tkun tmur kontra l-premessa 91 ( 32 ) u kontra l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2015/2366 li jimponu fuq il-fornitur tas-servizzi ta’ pagament l-obbligu li jiggarantixxi s-sigurtà tal-pagamenti u li jkun responsabbli (għalkemm b’xi limitazzjoni żgħira) għat-tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati. |
|
62. |
Il-qorti tar-rinviju hija responsabbli li tivverifika dan, iżda kollox jindika li l-istat tat-teknika jiffavorixxi l-fatt li entità bankarja tista’ timblokka karta ta’ pagament ippersonalizzata u multifunzjonali ( 33 ). Uħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (l-Artikoli 69, 70 u 74, inter alia) jikkunsidraw din il-possibbiltà bħala ħaġa ċerta. Għaldaqstant, ma jidhirx li l-inkorporazzjoni f’dawn il-karti tal-funzjonalità NFC tipprevjeni l-imblukkar tagħhom. |
|
63. |
Jekk dan huwa minnu, il-klawżola ta’ kuntratt qafas, bħal dik ifformulata minn qabel minn DenizBank (Klawżola 18), li tiddikjara li “teknikament ma huwiex possibbli li tiġi mblukkata l-karta ta’ referenza għal pagamenti ta’ valur baxx” (u li tiċħad ir-rimbors ta’ ċerti ammonti mħallsa indebitament, f’każ ta’ telf jew serq ta’ din il-karta), tmur kontra l-Artikolu 63(1)(a) tad-Direttiva 2015/2366. |
2. Ir-responsabbiltà tal-entità li toħroġ il-karti meta l-istrument ta’ pagament jintuża b’mod anonimu.
|
64. |
Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk l-użu tal-funzjoni NFC ta’ karta ta’ pagament ippersonalizzata u multifunzjonali jistax jaqa’ taħt it-termini “użu b’mod anonimu”, li jikkorrispondu għall-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 61(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366. |
|
65. |
Infakkar li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà mnaqqsa tal-fornitur tas-servizz meta l-istrument ta’ pagament jintuża anonimament jew meta “l-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ma jkunx f’pożizzjoni għal raġunijiet oħrajn li huma intrinsiċi għall-istrument ta’ pagament biex jagħti prova li tranżazzjoni ta’ pagament kienet awtorizzata”. |
|
66. |
Bħalma jindikaw il-qorti tar-rinviju u l-Kummissjoni, il-karatteristika komuni taż-żewġ każijiet hija l-impossibbiltà li juru min fil-fatt awtorizza t-tranżazzjoni ta’ pagament. Din iċ-ċirkustanza possibbilment tispjega għalfejn il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza T‑Mobile Austria, indirizzat l-eċċezzjoni tal-Artikolu 53(1)(b) tad-Direttiva 2007/64 b’mod ġeneriku u mingħajr distinzjoni bejn iż-żewġ ċirkustanzi msemmija iktar ’il fuq ( 34 ). |
|
67. |
L-argumenti li esponejt iktar ’il fuq ( 35 ) wassluni sabiex niddefendi l-fatt li l-funzjoni NFC ta’ karta bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali taqa’ taħt il-kategorija ta’ strument ta’ pagament anonimu. Magħhom ser inżid li hemm il-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn l-identifikazzjoni tal-proprjetarju tal-karta (dan dejjem huwa possibbli peress li hija ppersonalizzata) u l-awtorizzazzjoni tal-pagament li tingħata mill-possessur tal-karta (li jista’ ma jkunx il-proprjetarju proprju, f’każijiet ta’ telf, serq, piraterija jew miżapproprjazzjoni). |
|
68. |
L-awtorizzazzjonijiet ta’ pagamenti bil-funzjoni NFC ta’ karta ta’ pagament ippersonalizzata jeħtieġu biss awtentikazzjoni sempliċi (dik li tivverifika biss il-pussess tagħha) u mhux awtentikazzjoni qawwija (bħal meta jkun meħtieġ li jiddaħħal il-kodiċi PIN jew tkun meħtieġa l-firma). Għaldaqstant, dawn l-awtorizzazzjonijiet ta’ pagament għandhom jitqiesu bħala anonimi peress li l-entità li toħroġ il-karti ma tistax turi jekk il-pagament ġiex fil-fatt awtorizzat mill-proprjetarju tal-karta minflok minn terz li seraq, iħħekja jew uża indebitament il-karta. |
|
69. |
L-anonimità tal-funzjoni NFC ta’ karta ta’ pagament ippersonalizzata għandha vantaġġi u żvantaġġi:
|
|
70. |
F’dawn il-marġini, is-soluzzjoni ta’ bilanċ adottata mid-Direttiva 2015/2366 tikkonsisti fil-fatt li, jekk il-proprjetarju ta’ karta ta’ pagament ippersonalizzata jaċċetta li din ikollha l-funzjoni NFC, għandha tapplika l-eċċezzjoni tal-Artikolu 63(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366. B’konsegwenza ta’ dan, il-kundizzjonijiet kuntrattwali li jinkludu din l-eċċezzjoni jkunu kompatibbli ma’ din id-direttiva, bħalma jidher li jiġri bil-Klawżoli 15, 16 u 17 tal-kuntratt qafas ta’ DenizBank. |
|
71. |
Finalment, il-pagament mingħajr kuntatt ta’ ammont żgħir permezz tal-funzjoni NFC jista’ jiġi kklassifikat bħala użu “anonimu” ta’ karta ta’ pagament ippersonalizzata u multifunzjonali, fis-sens tal-Artikolu 63(1)(b) tad-Direttiva 2015/2366. |
C. L-ewwel domanda preliminari: emenda taċita tal-klawżoli ta’ kuntratt qafas
|
72. |
Il-qorti tar-rinviju tixtieq tistaqsi jekk mill-Artikolu 52(6)(a), moqri flimkien mal-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2015/2366, jistax jiġi dedott li l-utent jagħti l-kunsens tiegħu għall-emenda tal-obbligi kuntrattwali proposta mill-fornitur tas-servizz ta’ pagament meta l-utent, sempliċement, ma jiċħadhiex. |
|
73. |
Il-qorti tar-rinviju żżid li jekk tiġi aċċettata din l-interpretazzjoni, “dan il-kunsens taċitu jista’ jinftiehem ukoll mal-konsumatur għal kwalunkwe kundizzjonijiet kuntrattwali konċepibbli mingħajr restrizzjoni” min-naħa tal-entità bankarja. |
|
74. |
Skont l-Artikolu 52(6)(a) tad-Direttiva 2015/2366, “jekk ikun hemm qbil, […] l-utent ta’ servizzi ta’ pagament għandu jitqies li jkun aċċetta bidliet fil-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 54 sakemm […] ma jinnotifikax lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament qabel id-data proposta tad-dħul tagħhom fis-seħħ li mhumiex aċċettati” ( 37 ). |
|
75. |
L-obbligu li l-konsumaturi jiġu pprovduti bl-informazzjoni prekuntrattwali huwa element ewlieni tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumaturi. F’kuntest ta’ għadd kbir ta’ konklużjonijiet ta’ kuntratti, b’asimmetrija evidenti bejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament u l-konsumaturi, l-informazzjoni prekuntrattwali tgħin lil dawn tal-aħħar jieħdu deċiżjonijiet fondati. Din tipproteġi wkoll l-awtonomija kuntrattwali tagħhom u l-possibbiltà li jevalwaw l-offerti eżistenti fis-suq barra milli tiffavorixxi t-trasparenza fil-konklużjoni tal-kuntratti ( 38 ). |
|
76. |
Id-Direttiva 2015/2366 tirrifletti din id-direzzjoni kemm fil-premessi tagħha (b’mod partikolari, il-premessa 59) ( 39 ) kif ukoll fl-Artikoli 51 sa 54 ( 40 ). |
|
77. |
L-Artikolu 51 jirregola l-mod u l-proċedura għall-provvista tal-informazzjoni prekuntrattwali lill-utent tas-servizz ta’ pagament. L-Artikolu 52 jindika l-kontenut ta’ din l-informazzjoni, iddettaljata u preċiża, li l-fornitur għandu joffri lill-utent ( 41 ). |
|
78. |
Komponent wieħed ta’ din l-informazzjoni huwa dak li jikkonċerna l-emendi tal-kuntratt qafas, previsti fl-Artikolu 52(6)(a) tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq. Il-fornitur u l-utent tas-servizz ta’ pagament jistgħu jiftiehmu, bħala eċċezzjoni, dwar il-kunsens taċitu għall-emenda tal-kundizzjonijiet kuntrattwali (“jekk ikun hemm qbil”). |
|
79. |
Il-Klawżola 14 tal-kuntratt qafas ta’ DenizBank mal-klijenti tiegħu tiġbor fiha din il-possibbiltà. Hija tikkunsidra l-aċċettazzjoni taċita tal-emendi proposti (u nnotifikati) mill-entità, bl-avviż li jekk l-utent ma jurix oġġezzjoni ser jitqies li aċċetta dawn l-emendi ( 42 ). |
|
80. |
Skont DenizBank, l-aċċettazzjoni taċita, permessa mill-Artikolu 52(6)(a) tad-Direttiva 2015/2366 hija estiża għal kull tip ta’ emenda kuntrattwali. Fil-fehma tiegħu, dan ma jidhirx realistiku u huwa diffiċli ħafna li l-utenti tas-servizzi ta’ pagament jaċċettaw b’mod espress l-emendi ta’ kuntratt bħal dak li jirregola s-sistema legali tal-karta bankarja ppersonalizzata u multifunzjonali. |
|
81. |
L-aċċettazzjoni taċita tal-emendi, skont DenizBank tirrappreżenta mekkaniżmu indispensabbli tal-mudell tan-negozjar bankarju. Il-funzjonament tiegħu ma għandux ikun ta’ ħsara għall-interessi tal-konsumaturi peress li jippremettilhom jaċċessaw iktar faċilment u iktar malajr it-titjib tal-istrumenti ta’ pagament tagħhom jew igawdu minn żviluppi teknoloġiċi ġodda bħalma ġara bil-funzjoni NFC inkorporata fil-karti. |
|
82. |
Fil-fehma tiegħi, il-possibbiltà li tiġi aċċettata b’mod taċitu l-emenda tal-kundizzjonijiet kuntrattwali, prevista mill-Artikolu 52(6)(a) tad-Direttiva 2015/2366, jekk kien hemm qbil dwarha bejn l-utent u l-fornitur tas-servizz ta’ pagament, għandha tiġi interpretata b’mod strett meta l-kontenut ta’ dawn il-kundizzjonijiet ma jiffavorixxix lill-konsumatur. |
|
83. |
Din il-possibbiltà tibqa’ eċċezzjoni għall-prinċipju ġenerali li, bl-istess mod bħall-kundizzjonijiet oriġinali, l-emendi tal-kuntratt qafas jeħtieġu l-aċċettazzjoni espressa tal-utent. |
|
84. |
Din l-interpretazzjoni stretta hija vverifikata mill-għanijiet tad-Direttiva 2015/2366 (li fosthom hija enfasizzata l-protezzjoni tal-konsumaturi) u l-pożizzjonament sistematiku tal-Artikolu 52(6)(a) tagħha fost ir-regoli dwar l-informazzjoni prekuntrattwali li l-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu jipprovdi lill-utent f’kull każ biex jikkumpensa s-sitwazzjoni ta’ żvantaġġ li jinsab fiha l-utent. L-asimmetrija informattiva, li għamilt riferiment għaliha diġà, isseħħ meta għandu jiġi ppreżentat kemm il-kunsens inizjali għall-konklużjoni tal-kuntratt qafas kif ukoll l-aċċettazzjoni tal-emendi sussegwenti tiegħu. |
|
85. |
Naqbel mal-qorti tar-rinviju u mal-Kummissjoni li l-aċċettazzjoni taċita eventwali ma tistax tiġi estiża għall-kundizzjonijiet kollha tal-kuntratt qafas. Fil-prattika, dan ikun jimplika li l-fornitur tas-servizzi ta’ pagament jingħata s-setgħa kważi assoluta u, de facto, unilaterali biex jemenda dan il-kuntratt: l-esperjenza turi li l-maġġoranza tal-konsumaturi ma twettaq l-ebda analiżi kritika tal-proposti tat-tibdil tal-kundizzjonijiet tal-kuntratti tagħha, b’mod partikolari, jekk ikollhom xi kumplessità teknika jew ġuridika. |
|
86. |
Fis-seduta, DenizBank irrikonoxxa li l-prassi bankarja tiegħu teskludi l-użu tal-aċċettazzjoni taċita għal emendi sostanzjali tal-kundizzjonijiet kuntrattwali. Madankollu, huwa ma spjegax b’mod konvinċenti għaliex ma jadattax il-klawżola 14 tal-kuntratt qafas għal din il-prassi, billi jillimita l-applikabbiltà tagħha għat-tibdiliet inqas sinjifikattivi tar-relazzjoni kuntrattwali. |
|
87. |
Il-possibbiltà ta’ aċċettazzjoni taċita tal-emendi tista’ tkun valida biss, fil-fehma tiegħi, għat-tibdiliet mhux essenzjali tal-klawżoli ta’ kuntratt qafas, sakemm dawn jirrispettaw is-salvagwardji stabbiliti mid-Direttiva 2015/2366 ( 43 ). |
|
88. |
Bħalma diġà spjegajt, l-inklużjoni f’karta ta’ pagament ippersonalizzata u multifunzjonali tal-funzjoni NFC għal pagamenti mingħajr kuntatt ta’ valur baxx iżżid ma’ dik il-karta strument ta’ pagament ġdid. Għaldaqstant, bl-istess mod, dan huwa kemm servizz ġdid, li għandu jkun is-suġġett ta’ kuntratt ġdid miżjud, kif ukoll emenda essenzjali tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt qafas ( 44 ) preċedenti (li kien jirregola r-relazzjonijiet bejn l-entità li toħroġ il-karta u l-konsumatur). |
|
89. |
Fiż-żewġ każijiet (kuntratt ġdid jew novazzjoni oġġettiva ta’ element essenzjali tal-kuntratt preċedenti), il-konsumatur, ladarba jiġi nnotifikat bil-vantaġġi jew bir-riskji li tinvolvi l-funzjonalità NFC tal-karta tiegħu, għandu jipprovdi l-kunsens tiegħu b’mod espliċitu u ċar għal dan l-istrument ta’ pagament, li ma jikkonformax mal-aċċettazzjoni taċita. |
IV. Konklużjoni
|
90. |
Fid-dawl tal-osservazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi lill-Oberster Gerichsthof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija) b’dan il-mod:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: l-Ispanjol.
( 2 ) Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU 2007, L 319, p. 1, Rettifika fil-ĠU L 187, p. 5).
( 3 ) Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑25 ta’ Novembru 20015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU 2015, L 337, p. 35, Rettifika fil-ĠU L 102 p. 97). Id-deroga tad-Direttiva 2007/64 ilha fis-seħħ mit‑13 ta’ Frar 2018.
( 4 ) L-inkorporazzjoni tat-teknoloġija NFC fil-karti mingħajr kuntatt (contactless) tippermetti li, kif tressaqhom lejn terminal kompatibbli, tiġi stabbilita konnessjoni mingħajr fili bejniethom, mingħajr il-ħtieġa ta’ xi operazzjoni oħra. Il-funzjoni NFC hija teknoloġija ta’ komunikazzjoni mingħajr fili, b’medda qasira u frekwenza għolja, li tiffaċilita t-trażmissjoni kważi immedjata ta’ data bejn it-tagħmir. Hija tintuża f’diversi applikazzjonijiet, inklużi l-karti tal-kreditu jew tad-debitu u, dejjem iktar ta’ spiss, fil-mowbajls. L-istandards tal-funzjoni NFC ikopru protokolli ta’ komunikazzjoni u formati ta’ skambju tad-data, prinċipalment abbażi tal-istandard ISO 14443, ġestit konġuntament kemm mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) kif ukoll mill-Kummissjoni Elettroteknika Internazzjonali (IEC).
( 5 ) Liġi dwar is-servizzi ta’ pagament tal‑2018 (iktar ’il quddiem, iż-“ZaDiG”), li ttrasponiet id-Direttiva 2015/2366 fid-dritt Awstrijak.
( 6 ) Il-qorti tar-rinviju rrettifikat ulterjorament din id-domanda, fis-sens li tagħmel riferiment għall-punt a), u mhux għall-punt b) tal-Artikolu 63(1) tad-Direttiva 2015/2366.
( 7 ) Fis-seduta, il-Kummissjoni enfasizzat li d-Direttiva 2015/2366 għamlet iktar enfasi fuq il-protezzjoni tal-konsumaturi tas-servizzi ta’ pagament milli d-Direttiva 2007/64.
( 8 ) Skont ġurisprudenza stabbilita, huwa biss f’każ eċċezzjonali li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali taċ-ċertezza legali inerenti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, tillimita l-possibbiltà għal kwalunkwe parti interessata li tinvoka dispożizzjoni li hija tkun interpretat bil-għan li tqiegħed f’dubju relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti in bona fide. Sabiex tali limitazzjoni tkun tista’ tingħata, huwa neċessarju li jiġu ssodisfatti żewġ kriterji essenzjali, jiġifieri l-bona fide tal-persuni kkonċernati u r-riskju ta’ diffikultajiet serji (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tas‑27 ta’ Frar 2014, Transportes Jordi Besora, C‑82/12, EU:C:2014:108, punt 41; tad‑19 ta’ April 2018, Oftalma Hospital, C‑65/17, EU:C:2018:263, punt 57; u tat‑3 ta’ Ottubru 2019, Schuch-Ghannadan, C‑274/18, EU:C:2019:828, punti 60 sa 62).
( 9 ) Is-sentenza tad‑9 ta’ April 2014 (C‑616/11, EU:C:2014:242; iktar ’il quddiem, is-sentenza “T-Mobile Austria”) punti 33 u 34.
( 10 ) Ibidem, punt 35.
( 11 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li fil-verżjonijiet lingwistiċi kollha, il-kelma “personalizzat” tikkaratterizza l-frażi “kwalunkwe mekkaniżmu”. Madankollu, fil-verżjoni Franċiża (“tout dispositif personnalisé et/ou ensemble de procédures”), li tikkoinċidi b’mod partikolari mal-verżjoni Spanjola, mal-verżjoni Taljana, mal-verżjoni Ungeriża, mal-verżjoni Portugiża u ma’ dik Rumena, l-aġġettiv “personalizzat” ma jikkaratterizzax il-frażi “sett ta’ proċeduri”. Għall-kuntrarju, fil-verżjoni Ġermaniża (“jedes personalisierte Instrument und/oder jeden personalisierten Verfahrensablauf”), it-terminu “personalizzat” jikkaratterizza l-frażi “sett ta’ proċeduri”. Il-verżjoni Ingliża [“any personalised device(s) and/or set of procedures”] li tikkoinċidi b’mod partikolari mal-verżjoni Daniża, mal-verżjoni Griega, mal-verżjoni Olandiża, mal-verżjoni Finlandiża u ma dik Svediża, tikkonforma maż-żewġ interpretazzjonijiet (is-sentenza T-Mobile Austria, punt 31, kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet, ippreżentati fl-istess kawża, tad‑19 ta’ April 2014, EU:C:2013:691, punt 36).
( 12 ) Jista’ jkun li l-polemika dottrinali fl-Awstrija dwar din il-kwistjoni tirriżulta, fil-parti l-kbira tagħha, minħabba l-formulazzjoni letterali tal-verżjoni bil-Ġermaniż tal-Artikolu 4(23) tad-Direttiva 2007/64 (“jedes personalisierte Instrument und/oder jeden personalisierten Verfahrensablauf”).
( 13 ) Is-sentenza T-Mobile Austria, punt 35 in fine: “[…] [il]-kunċett ta’ strument ta’ ħlas iddefinit fil-punt 23 tal-Artikolu 4 tal-istess direttiva jista’ jkopri l-proċeduri mhux personalizzati kollha, miftiehma bejn l-utent u l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas, u li għalih l-utent juża biex jibda ordni tal-ħlas”.
( 14 ) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad‑29 ta’ April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard (ĠU 2015, L 123, p. 1).
( 15 ) Fir-rigward tal-użu ta’ strumenti ta’ pagament mingħajr kuntatt, nagħmel riferiment għall-analiżi tal-Bank Ċentrali Ewropew, Card payments in Europe — current landscape and future prospects: a Eurosystem perspective, 2019, li hija disponibbli fuq https://www.ecb.europa.eu/pub/pubbydate/2019/html/ecb.cardpaymentsineu_currentlandscapeandfutureprospects201904~30d4de2fc4.en.html#toc1, kif ukoll tal-European Cards Stakeholders Group, Feasibility Study on the development of open specifications for a card and mobile contactless payment application, 2017, https://www.ecb.europa.eu/paym/groups/erpb/shared/pdf/7th-ERPB-meeting/Annex_to_Stat_past_ERPB_Recommendations_ECSG_Interim_Report_contatless_feasibility_study_and_progress_indicators.pdf?115946678f056d5ccc9eba5f72cb4a88.
( 16 ) Fis-seduta, DenizBank ma ċaħadx kompletament din l-affermazzjoni ta’ VKI. Huwa kkonferma li, f’xi każijiet, l-utent li jirċievi l-karta bil-posta (kif sostna, din hija s-sistema normali ta’ kunsinna tiegħu) jista’ ma jkunx konxju dwar il-fatt li din il-karta għandha l-funzjoni NFC attivata.
( 17 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja użat il-kriterju teoloġiku fl-interpretazzjoni ta’ kunċetti oħra tad-Direttiva 2007/64 li hija l-predeċessur tad-Direttiva 2015/2366. Ara s-sentenzi tal‑25 ta’ Jannar 2017, BAWAG (C‑375/15, EU:C:2017:38), punti 40 sa 45, dwar il-kunċett ta’ “mezz dejjiemi”, fis-sens tal-Artikolu 4(25) tad-Direttiva 2007/64; tat‑22 ta’ Marzu 2018, Rasool (C‑568/16, EU:C:2018:211, punti 30 sa 39, dwar il-kunċett ta’ “servizz ta’ ħlas” fis-sens tal-Artikolu 4(3); u tal‑4 ta’ Ottubru 2018, ING-DiBa Direktbank Austria (C‑191/17, EU:C:2018:809), dwar il-kunċett ta’ “kont tal-ħlas” fis-sens tal-Artikolu 4(14).
( 18 ) Regolament Delegat tal-Kummissjoni tas‑27 ta’ Novembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/2366 fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji għall-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur u standards miftuħin ta’ komunikazzjoni li jkunu komuni u sikuri (ĠU 2018, L 69, p. 23).
( 19 ) Il-premessa 11 tar-Regolament Delegat 2018/389.
( 20 ) Skont l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2015/2366, l-“awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur” hija “awtentikazzjoni bbażata fuq l-użu ta’ żewġ elementi jew iktar ikkategorizzati bħala għarfien (xi ħaġa li jaf biss l-utent), pussess (xi ħaġa li għandu biss l-utent) u inerenza (xi ħaġa li huwa l-utent) li huma indipendenti, fis-sens li l-ksur ta’ wieħed ma jikkompromettix l-affidabbiltà tal-oħrajn u hi mfassla b’tali mod li tipproteġi l-kunfidenzjalità tad-data tal-awtentikazzjoni”. Din l-awtentikazzjoni qawwija, li hija stabbilita sabiex jinkisbu servizzi ta’ pagament elettroniku iktar żguri għall-konsumaturi u li jirrispettaw iktar id-data personali tagħhom, tittraduċi ruħha, fl-aħħar mill-aħħar, fl-użu ta’ mill-inqas tnejn minn dawn l-elementi ta’ sigurtà: Xi ħaġa li jaf biss l-utent, bħal password jew kodiċi numeriku; xi ħaġa tal-utent, bħall-mowbajl tiegħu; xi ħaġa inerenti għall-utent, bħal leħnu jew il-marki tas-swaba’ tiegħu.
( 21 ) Il-premessa 8 tar-Regolament Delegat 2018/389.
( 22 ) L-“eżenzjonijiet” għall-prinċipju tal-awtentikazzjoni qawwija tal-konsumaturi huma stabbiliti mir-Regolament Delegat 2018/389, fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2015/2366, dwar il-bażi tal-livell ta’ riskju, l-ammont, ir-rikorrenza u l-mezz ta’ pagament użat għall-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni ta’ pagament.
( 23 ) L-Artikoli 10 sa 18 tar-Regolament Delegat 2018/389 jinkludu eżenzjonijiet oħra għall-awtentikazzjoni qawwija, fil-każijiet ta’ informazzjoni ta’ kontijiet ta’ pagament, terminali mhux ikkontrollati b’nollijiet tat-trasport jew tariffi tal-ipparkjar, benefiċjarji ta’ fiduċja, tranżazzjonijiet rikorrenti, trasferimenti tal-kreditu bejn kontijiet miżmuma mill-istess persuna fiżika jew ġuridika, tranżazzjonijiet ta’ valur baxx, kif ukoll proċessi u protokolli ta’ pagament korporattivi siguri.
( 24 )
( 25 ) Karta ta’ pagament jista’ jkun fiha wkoll żewġ funzjonalitajiet differenti meta tista’ tintuża bħala karta tal-kreditu u bħala karta tad-debitu, b’mod li l-istess karta bankarja fiha żewġ strumenti ta’ pagament ippersonalizzati.
( 26 ) L-obbligu tal-utent li jgħarraf lill-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament bit-telf, is-serq jew il-miżapproprjazzjoni tal-istrument ta’ pagament jew l-użu mhux awtorizzat tiegħu.
( 27 ) L-obbligu tal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament li jipprovdi lill-utent b’mezzi biex ikun jista’ jitlob l-iżblokkar tal-istrument ta’ pagament.
( 28 ) In-nuqqas ta’ responsabbiltà ekonomika tal-pagatur wara li jiġu nnotifikati t-telf, is-serq jew il-miżapproprjazzjoni tal-istrument ta’ pagament.
( 29 ) L-obbligu tal-fornitur tas-servizzi ta’ pagament li jagħti evidenza tal-awtentiċità u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti.
( 30 ) Responsabbiltà tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament għal tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati.
( 31 ) Responsabbiltà tal-pagatur sa massimu ta’ EUR 50 għat-telf li jirriżulta mit-tranżazzjonijiet ta’ pagament mhux awtorizzati f’każ ta’ telf, serq jew miżapproprjazzjoni tal-istrument ta’ pagament, ħlief meta l-pagatur jaġixxi b’mod frawdolenti jew ma ġewx issodisfatti l-obbligi tal-użu xieraq tal-istrument u ta’ protezzjoni tal-kredenzjali ta’ sigurtà (punt 1); u n-nuqqas ta’ responsabbiltà ekonomika tal-pagatur wara n-notifika dwar it-telf, is-serq jew il-miżapproprjazzjoni tal-istrument ta’ pagament (punt 3).
( 32 )
( 33 ) Dan irrikonixxih DenizBank fis-seduta, waqt li kien qiegħed jirrispondi għall-osservazzjonijiet ta’ VKI. Huwa kien qiegħed jikkonferma li “kważi l-banek Awstrijaċi kollha, ħlief il-konvenut, fil-kundizzjonijiet ġenerali ta’ bejgħ tagħhom jipprevedu li wara notifika ta’ mblukkar, il-funzjoni NFC tal-karta għandha tkun u hija […] imblukkata” (osservazzjonijiet bil-miktub ta’ VKI, punt 5).
( 34 ) Is-sentenza T-Mobile Austria, punt 34.
( 35 ) Punti 36 sa 51 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 36 ) Ara l-premessi 15, 21 u 96 tad-Direttiva 2015/2366. Is-sentenza tal‑21 ta’ Marzu 2019, Tecnoservice Int.C‑245/18, EU:C:2019:242, punt 28), kienet ibbażata fuq l-għanijiet ta’ pproċessar awtomatiku u ta’ ħeffa tal-ħlas tal-premessi 40 u 43 tad-Direttiva 2007/64 għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 74(2) tagħha, b’mod li “tillimita r-responsabilità kemm tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas ta’ min iħallas kif ukoll tal-fornitur ta’ servizzi ta’ ħlas tal-benefiċjarju, u dan għalhekk jeżenta lil dawn il-fornituri mill-obbligu li jivverifikaw jekk l-identifikatur uniku pprovdut mill-utent ta’ servizzi ta’ ħlas jikkorrispondix tabilħaqq għall-persuna msemmija bħala benefiċjarju”.
( 37 ) F’dan il-każ, l-utent tas-servizzi ta’ pagament għandu d-dritt jittermina l-kuntratt qafas mingħajr ebda ħlas u b’effett minn kwalunkwe mument qabel id-data meta tibda tapplika l-emenda.
( 38 ) Fil-letteratura speċjalizzata hemm xi dubji dwar kemm huwa realment utli li jiġi pprovdut dan it-tip ta’ informazzjoni fir-rigward tas-settur finanzjarju. Hemm min jappoġġja r-regolament ex ante tal-kundizzjonijiet kuntrattwali bħala soluzzjoni ideali, iktar milli t-tkattir tal-informazzjoni preċedenti nnifisha. Ara, pereżempju, Alfaro, J.: “Il-provvista ta’ informazzjoni lill-konsumaturi inqas issofistikati, jiġifieri lil dawk b’livell ta’ edukazzjoni iktar baxx, ma tibbenefikahomx peress li l-ispejjeż tal-fehim u l-ipproċessar tal-konsegwenzi tal-informazzjoni pprovduta lilhom huma għoljin b’tali mod li l-ħin li jinvestu u l-isforzi tagħhom biex jippruvaw jifhmuha, minkejja li din l-informazzjoni tkun ipprovduta b’mod spontanju mill-banek, ma humiex razzjonali, b’tali mod li din l-informazzjoni ma twassalx sabiex dawn il-konsumaturi inqas issofistikati jagħmlu ‘għażliet aħjar’”. Blog https://derechomercantilespana.blogspot.com, entrata tal‑25 ta’ Novembru 2018, Mhux dawk kollha li jissellfu huma ugwali: lezzjonijiet għal-leġiżlatur.
( 39 ) “[G]ħandha tipprovdi għad-dritt tal-konsumaturi li jirċievu informazzjoni rilevanti mingħajr pagament qabel ma jkun marbut bi kwalunkwe kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament. Il-konsumaturi għandu wkoll ikunu jistgħu jitolbu informazzjoni minn qabel flimkien mal-kuntratt qafas bil-miktub, mingħajr pagament fi kwalunkwe ħin waqt ir-relazzjoni kuntrattwali, sabiex ikunu jistgħu kemm iqabblu s-servizzi u l-kundizzjonijiet offruti mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u f’każ ta’ kwalunkwe tilwima biex jivverifikaw id-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali tagħhom, biex b’hekk jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumatur”.
( 40 ) L-istess seħħ bid-Direttiva 2007/64, bħalma ġie enfasizzat fis-sentenza tal‑25 ta’ Jannar 2017, BAWAG (C‑375/15, EU:C:2017:38), punt 45.
( 41 ) L-informazzjoni tikkonċerna, fost estremitajiet oħra, l-użu tas-servizz ta’ pagament; l-ispejjeż, it-tip ta’ interessi u r-rati tal-kambju; il-komunikazzjoni bejn il-partijiet; il-miżuri ta’ salvagwardja u korrettivi; is-soluzzjoni ta’ tilwimiet; kif ukoll l-emendi u t-terminazzjoni tal-kuntratt.
( 42 ) Din il-klawżola tispeċifika l-kundizzjonijiet ta’ komunikazzjoni tal-proposta, f’forma stampata jew forma durabbli oħra, l-antiċipazzjoni tagħha fir-rigward tad-data tad-dħul fis-seħħ, il-perijodu għal kunsens taċitu u l-possibbiltà li l-utent jopponi l-emenda u jittermina l-kuntratt qafas.
( 43 ) Fid-digriet tar-rinviju (paġna 12), il-qorti tar-rinviju tiġbor il-ġurisprudenza tagħha, riflessa f’diversi sentenzi (1Ob 210/12g; 2Ob 131/12x; 8Ob 58/14h; 9Ob 26/15m; 10Ob 60/17x), dwar il-limiti tal-aċċettazzjoni taċita tal-kundizzjonijiet kuntrattwali. Fis-seduta, VKI għamlet riferiment ukoll għas-sentenza tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Suprema, il-Ġermanja) tal‑11 ta’ Ottubru 2007 (III ZR 63/07), li l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) kienet, min-naħa tagħha, invokat fil-punt 2.20 tas-sentenza tagħha tal‑11 ta’ April 2013 (ECLI:OGH002:2013:0010OB00210.12G.0411.000) sabiex tikkonferma li l-“aċċettazzjoni taċita” ma tistax tkopri emendi kuntrattwali sinjifikattivi.
( 44 ) Skont l-Artikolu 4(21) tad-Direttiva 2015/2366, kuntratt qafas ifisser “kuntratt ta’ servizzi ta’ pagament li jirregola l-esekuzzjoni futura ta’ tranżazzjonjiet ta’ pagament individwali u suċċessivi u li jista’ jkollhom l-obbligu u l-kundizzjonijiet biex jiġi stabbilit kont ta’ pagament”.