12004V407

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI - Sezzjoni 3 - Implimentazzjoni tal-budget u kwittanza - Artikolu III-407

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0177 - 0177


Artikolu III-407

Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-budget f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri, skond il-liġi Ewropea prevista fl-Artikolu III-412, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti ta' l-approprjazzjonijiet allokati, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja soda. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-Kummissjoni sabiex jassiguraw li l-approprjazzjonijiet jintużaw skond dawk il-prinċipji.

Il-liġi Ewropea prevista fl-Artikolu III-318 għandha tistabbilixxi l-obbligi ta' kontroll u ta' verifika ta' l-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-budget u r-responsabbiltajiet li jirriżultaw minnhom. Hi għandha tistabbilixxi r-responsabbilitajiet u r-regoli dettaljati għal kull istituzzjoni dwar il-parti li tolqot il-ħruġ tagħha.

Fi ħdan il-budget, il-kummissjoni tista', bla ħsara għal-limiti u l-kondizzjonijiet previsti fil-liġjiet ewropej imsemmija fl-artikolu III-412, tagħmel trasferimenti ta' approprjazzjonijiet minn kapitolu għal ieħor jew minn suddiviżjoni għal oħra.

--------------------------------------------------