<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-476/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017TJ0476</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:618">EU:T:2019:618</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>23</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-19.9.19 – Kawża T‑476/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Arysta LifeScience Netherlands vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190919">19 ta’ Settembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti</KEYWORD><KEYWORD>Sustanza attiva diflubenzuron</KEYWORD><KEYWORD>Reviżjoni tal-approvazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Eċċess ta’ poter</KEYWORD><KEYWORD>Żball manifest ta’ evalwazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1107/2009</KEYWORD><KEYWORD>Impożizzjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni, ta’ restrizzjonijiet supplimentari li jillimitaw l-użu tas-sustanza attiva inkwistjoni mingħajr stennija tal-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑476/17,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Arysta LifeScience Netherlands BV</HT>, stabbilita f’Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi), irrappreżentata minn C. Mereu u M. Grunchard, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Lewis, I. Naglis u G. Koleva, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/855 tat‑<DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE> li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="128" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 128, p. 10</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, L. Calvo‑Sotelo Ibáñez‑Martín u I. Reine (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: P. Cullen, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20190212">12 ta’ Frar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 91/414/KEE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal‑<DATE ISO="19910715">15 ta’ Lulju 1991</DATE> li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332 u r-rettifiki) tistabbilixxi s-sistema tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti. Hija tinkludi dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għas-sustanzi attivi li jinsabu f’dawn il-prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414 li jirregola l-konċessjoni, ir-reviżjoni u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandu jissodisfa ċerti kriterji sabiex jiġi approvat. B’mod partikolari, tali prodott huwa awtorizzat jekk is-sustanzi attivi tiegħu jkunu jinsabu fl-Anness I ta’ din id-direttiva u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi anness jiġu ssodisfatti. L-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 91/414 jistabbilixxu l-modalitajiet tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 91/414 ġiet imħassra permezz tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="111" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 111, p. 1</REF.DOC.OJ>), b’effett mill‑<DATE ISO="20110614">14 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-miżuri tranżitorji previsti fl-Artikolu 80(1)(a) tar-Regolament Nru 1107/2009, id-Direttiva 91/414 kompliet tapplika, fir-rigward tal-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, għas-sustanzi attivi li għalihom kienet ġiet adottata deċiżjoni konformement mal-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva qabel l‑<DATE ISO="20110614">14 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1490/2002</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/2002 tal‑<DATE ISO="20020814">14 ta’ Awwissu 2002</DATE> li jwaqqaf regoli oħra għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ xogħol li jissemma fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 451/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 524), jirrigwarda l-evalwazzjoni kontinwa tas-sustanzi attivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikoli 10 sa 13 tar-Regolament Nru 1490/2002 jiddefinixxu l-proċedura ta’ evalwazzjoni tas-sustanzi attivi. F’dan ir-rigward, Stat Membru relatur maħtur għal kull sustanza għandu jwettaq evalwazzjoni u jirrediġi rapport li fih jirrakkomanda lill-Kummissjoni Ewropea jew li tinkludi s-sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414, jew inkella sabiex ma tinkludihiex. Dan l-Istat Membru għandu jibgħat abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA). Wara li tkun irċeviet l-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni li jkun ġie trażmess lilha mill-Istat Membru relatur, l-EFSA għandha tittrażmettih lill-Istati Membri. L-EFSA għandha tevalwa dan l-abbozz u tittrażmetti lill-Kummissjoni opinjoni dwar il-konformità tas-sustanza attiva mar-rekwiżiti ta’ sigurtà tad-Direttiva 91/414. Wara li tirċievi din l-opinjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali stabbilit permezz tal-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20020128">28 ta’ Jannar 2002</DATE> li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 11b tar-Regolament Nru 1490/2002 jipprevedi l-proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sustanzi attivi li manifestament ma għandhomx effetti dannużi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1107/2009</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-premessa 3 tiegħu, ir-Regolament Nru 1107/2009 ħassar u ssostitwixxa d-Direttiva 91/414 b’effett mill-<DATE ISO="20110614">14 ta’ Ġunju 2011</DATE>, fid-dawl tal-esperjenza miksuba f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva u l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi reċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 1(3) tiegħu, l-għan tar-Regolament Nru 1107/2009 huwa li li jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tas-saħħa tal-annimali u tal-ambjent u li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern permezz tal-armonizzazzjoni tar-regoli dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li tittejjeb il-produzzjoni agrikola.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament jipprevedi kriterji għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1107/2009, l-ewwel approvazzjoni hija valida għal perijodu li ma jeċċedix għaxar snin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikoli 7 sa 13 tar-Regolament Nru 1107/2009 jiddefinixxu l-proċedura ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi. Qabel kollox, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni jew għal emenda tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva titressaq mill-produttur tas-sustanza attiva quddiem Stat Membru msejjaħ l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Istat Membru relatur<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>. Għandu jintwera li s-sustanza attiva kienet tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 (Artikolu 7). Sussegwentement, l-Istat Membru relatur għandu jistabbilixxi u jissottometti lill-Kummissjoni, filwaqt li jgħaddi kopja lill-EFSA, rapport imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni [evalwazzjoni]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, li jevalwa jekk is-sustanza attiva hijiex tali li tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 (Artikolu 11). Wara li tkun irċeviet l-abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni trażmess lilha mill-Istat Membru relatur, l-EFSA għandha tikkomunikah lill-applikant u lill-Istati Membri l-oħra. Mid-data tal-iskadenza tal-perijodu ta’ tressiq ta’ osservazzjonijiet bil-miktub, l-EFSA għandha tadotta, fid-dawl tal-istat attwali tal-għarfien xjentifiku u tekniku, billi tuża d-dokumenti ta’ gwida disponibbli meta ssir l-applikazzjoni, konklużjonijiet li fihom hija tippreċiża jekk is-sustanza attiva tissodisfax il-kriterji ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4. Hija tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha lill-applikant, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni u tqegħedhom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku (Artikolu 12). Fl-aħħar nett, wara li tirċievi l-konklużjonijiet tal-EFSA, il-Kummissjoni tippreżenta rapport, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>rapport ta’ reviżjoni [eżami]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, u abbozz ta’ regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni stabbilit mill-Istat Membru relatur u tal-konklużjonijet adottati mill-EFSA. Lill-applikant tingħatalu l-possibbiltà li jressaq osservazzjonijiet dwar ir-rapport ta’ eżami (Artikolu 13).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikoli 14 sa 20 tar-Regolament Nru 1107/2009 jirrigwardaw it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanzi attivi. L-approvazzjoni ta’ sustanza attiva tiġġedded fuq applikazzjoni mressqa minn produttur tas-sustanza attiva quddiem Stat Membru sa mhux iktar tard minn tliet snin qabel l-iskadenza tal-approvazzjoni, jekk jiġi stabbilit li jkunu ġew issodisfatti l-kriterji ta’ approvazzjoni ddikjarati fl-Artikolu 4 tal-istess regolament (Artikolu 14(1) u Artikolu 15(1)). Meta jitlob it-tiġdid tal-approvazzjoni, l-applikant jispeċifika liema data ġdida huwa għandu l-intenzjoni li jressaq u għandu juri li din hija neċessarja fid-dawl ta’ rekwiżiti fil-qasam tad-data jew ta’ kriterji li ma jkunux japplikaw fil-mument tal-aħħar approvazzjoni tas-sustanza attiva jew minħabba l-fatt li t-talba tiegħu tirrigwarda emenda tal-approvazzjoni (Artikolu 15(2)). L-applikant għandu jipprovdi simultanjament programm tal-istudji kollha ġodda u dawk li jkunu għaddejjin (Artikolu 15(2)). Regolament, adottat konformement<?PAGE NO="4"?> mal-proċedura ta’ leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 79(3) tar-Regolament Nru 1107/2009, jipprevedi li l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva tiġġedded u, jekk ikun hemm lok, suġġett għal kundizzjonijiet u restrizzjonijiet, jew l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva ma tiġix imġedda (Artikolu 20(1)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1107/2009 jirrigwarda r-reviżjoni tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva. Bis-saħħa ta’ dan l-artikolu, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva fi kwalunkwe ħin. Hija għandha tieħu inkunsiderazzjoni t-talba ta’ Stat Membru intiża li tirrevedi, fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku ġdid u tad-data ta’ monitoraġġ, l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva. Fejn, fid-dawl ta’ tagħrif xjentifiku u tekniku ġdid, il-Kummissjoni tqis li hemm indikazzjonijiet li s-sustanza ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4, jew fejn ma tkunx ġiet ikkomunikata informazzjoni supplimentari, hija għandha tinforma lill-Istati Membri, lill-EFSA u lill-produttur tas-sustanza attiva u għandha tiffissa perijodu għal dan tal-aħħar sabiex ikun jista’ jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu. F’din il-proċedura ta’ reviżjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob l-opinjoni tal-Istati Membri u tal-EFSA, filwaqt li din tal-aħħar għandha l-obbligu li tagħtiha l-opinjoni tagħha jew ir-riżultat tax-xogħlijiet tagħha. Meta l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li sustanza attiva ma għadhiex tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4, għandu jiġi adottat regolament li jirtira jew li jemenda l-approvazzjoni konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 79(3) tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Arysta LifeScience Netherlands BV, hija kumpannija li tiżviluppa, tipproduċi u tbigħ prodotti kimiċi fil-qasam tal-agrokimika u tal-kimika fina. Hija nnotifikat, bis-saħħa tad-Direttiva 91/414, is-sustanza attiva diflubenzuron, insettiċida użata għat-trattament ta’ koltivazzjonijiet ta’ frott biż-żerriegħa, ċitru, qoton, faqqiegħ u pjanti ornamentali, kif ukoll fis-silvikultura u fil-programmi ta’ ġlieda kontra l-larvi tan-nemus u l-popolazzjonijiet ta’ <HT TYPE="ITALIC">Bombyx disparate</HT>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Proċedura ta’ approvazzjoni tad-diflubenzuron</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-Direttiva 2008/69/KE tal‑<DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE> li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clofentezine, dicamba, difenoconazole, diflubenzuron, imazaquin, lenacil, oxadiazon, picloram u pyriproxyfen bħala sustanzi attivi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="172" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 172, p. 9</REF.DOC.OJ>), il-Kummissjoni inkludiet is-sustanza attiva diflubenzuron fl-Anness I tad-Direttiva 91/414, konformement mal-proċedura ta’ evalwazzjoni prevista fl-Artikolu 11b tar-Regolament Nru 1490/2002. Skont l-Anness tad-Direttiva 2008/69, l-approvazzjoni tad-diflubenzuron kienet valida sal‑<DATE ISO="20181231">31 ta’ Diċembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-premessa 5 tad-Direttiva 2008/69:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Minn eżamijiet varji li saru deher li prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva [91/414], b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li jkunu inklużi fl-Anness I għal dik id-Direttiva s-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva, sabiex tiżgura li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet [tad-Direttiva 91/414].<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20100622">22 ta’ Ġunju 2010</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Direttiva 2010/39/UE li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tad-dispożizzjonijiet speċifiċi marbutin mas-sustanzi attivi l-clofentezine, id-diflubenzuron, il-lenacil, l-oxadiazon, il-picloram u l-pyriproxyfen (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="156" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 156, p. 7</REF.DOC.OJ>). Minn din id-direttiva jirriżulta li, fis‑<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, l-EFSA ressqet quddiem il-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tal-esperti relatati mad-diflubenzuron, konformement<?PAGE NO="5"?> mal-Artikolu 12a tar-Regolament Nru 1490/2002. Dawn il-konklużjonijiet ġew riveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fil‑<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE> taħt format ta’ rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni fuq, b’mod partikolari, id-diflubenzuron. Skont dawn il-konklużjonijiet, il-prodotti li jinkludu d-diflubenzuron kienu jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-premessa 5 tad-Direttiva 2010/39, kien meħtieġ li tinkiseb informazzjoni kumplimentari dwar ċerti punti speċifiċi b’mod partikolari li jirrigwardaw id-diflubenzuron. Skont il-premessa 6 ta’ din id-direttiva, kien hemm lok li jkun rikjest li l-awtriċi tan-notifika, jiġifieri r-rikorrenti, tippreżenta data msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ta’ konferma<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> li tirrigwarda r-rilevanza tossikoloġika potenzjali tal-impuritajiet u tal-metabolit 4‑chloroaniline (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>PCA<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssottomettiet din id-data f’Ġunju 2011. L-imsemmija data ġiet evalwata mill-Istat Membru relatur, f’dan il-każ, ir-Renju tal-Isvezja, fil-forma ta’ abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni. Fl‑<DATE ISO="20111220">20 ta’ Diċembru 2011</DATE>, l-Istat Membru relatur ikkomunika dan l-abbozz lir-rikorrenti, lill-Istati Membri l-oħra u lill-EFSA sabiex dawn jagħmlu l-osservazzjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara l-analiżi tal-osservazzjonijiet irċevuti, il-Kummissjoni kkonsultat lill-EFSA fejn talbitha tagħti l-konklużjonijiet tagħha dwar ir-riskju li kienet tippreżenta, għall-konsumaturi, għar-residenti jew għall-persuni li jgħaddu mill-inħawi u għall-ħaddiema, espożizzjoni għall-metabolit waqt l-inġestjoni ta’ diflubenzuron jew waqt espożizzjoni għalih. Fid-dawl tal-proprjetajiet ġenotossiċi tal-PCA identifikati fuq il-bażi tal-informazzjoni konfermattiva u fid-dawl tal-proprjetajiet kanċeroġeni tal-PCA kif ukoll l-assenza ta’ limitu ta’ espożizzjoni aċċettabbli, l-EFSA identifikat, għall-ewwel darba, preokkupazzjoni dwar l-espożizzjoni potenzjali għall-PCA bħala residwu. Dawn il-konklużjonijiet ġew ippubblikati fl-<HT TYPE="ITALIC">EFSA Journal</HT> ((2012); 10 (9): 2870) fis‑<DATE ISO="20120907">7 ta’ Settembru 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130716">16 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali pproduċa rapport ta’ reviżjoni rivedut tad-diflubenzuron.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Kummissjoni informat formalment lir-rikorrenti li l-approvazzjoni tad-diflubenzuron kienet suġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1107/2009. Il-Kummissjoni qieset li, fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku ġdid, kien hemm elementi li jindikaw li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron ma kinitx għadha tissodisfa l-kriterji ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1107/2009 fir-rigward tal-effett dannuż potenzjali tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem, permezz tal-espożizzjoni għall-PCA bħala residwu. Hija stiednet lir-rikorrenti tittrażmettilha l-informazzjoni fir-rigward tal-espożizzjoni potenzjali għall-PCA bħala residwu u, jekk l-espożizzjoni kellha tiġi kkonfermata, l-eżami tar-rilevanza tossikoloġika potenzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20140114">14 ta’ Jannar 2014</DATE>, ir-rikorrenti kkomunikat din l-informazzjoni lill-Istat Membru relatur għad-diflubenzuron, jiġifieri r-Renju tal-Isvezja. Fit‑<DATE ISO="20140723">23 ta’ Lulju 2014</DATE>, l-Istat Membru relatur ressaq abbozz ta’ rapport li jevalwa d-data aġġornata, li fih ikkonkluda li l-espożizzjoni potenzjali tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u tal-persuni li jgħaddu mill-inħawi jew tar-residenti għall-PCA fil-kuntest tal-użu rappreżentattiv tad-diflubenzuron fil-frott biż-żerriegħa ma kien jippreżenta ebda riskju (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>abbozz ta’ rapport tax-xahar ta’ Lulju 2014<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>). Madankollu, l-Istat Membru relatur qies li kien xieraq li tiġi mtejba s-sensittività tal-metodi analitiċi fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali, b’mod iktar partikolari fil-ħalib u fil-prodotti derivati minn bovini, sabiex jiġu analizzati r-residwi tal-PCA li jkollhom konċentrazzjoni dgħajfa. Fit‑<DATE ISO="20140723">23 ta’ Lulju 2014</DATE> l-Istat Membru relatur<?PAGE NO="6"?> ittrażmetta r-riżultati tal-evalwazzjoni tiegħu lill-Istati Membri l-oħra, lill-Kummissjoni u lill-EFSA taħt forma ta’ addendum għall-abbozz ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti kellha wkoll l-opportunità li tressaq osservazzjonijiet dwar l-abbozz ta’ rapport tax-xahar ta’ Lulju 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Wara l-perijodu mogħti biex iressaq osservazzjonijiet, l-Istat Membru relatur ikkompleta l-abbozz ta’ rapport tax-xahar ta’ Lulju 2014 permezz ta’ żewġ addenda. Fl-ewwel addendum, maħruġ f’Novembru 2014 (iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>addendum ta’ Novembru 2014<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), l-Istat Membru relatur qies, essenzjalment, li l-espożizzjoni potenzjali tal-ħaddiema u tal-persuni li jgħaddu mill-inħawi jew tar-residenti għall-PCA fil-kuntest tal-użu rappreżentattiv tad-diflubenzuron fil-frott biż-żerriegħa ma kien jippreżenta ebda riskju. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-konsumaturi, l-Istat Membru relatur ikkonkluda li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ma kienx f’pożizzjoni li jevalwa suffiċjentement ir-riskju<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, b’mod partikolari peress li ma kienx jeżisti metodu validu sabiex jiġu mkejla r-residwi tal-PCA fost l-annimali li jixtarru, jiġifieri l-mogħoż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Wara li ġew eżaminati l-osservazzjonijiet irċevuti matul il-perijodu mogħti għat-tressiq tal-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni kkonsultat lill-EFSA dwar id-data kkomunikata mir-rikorrenti kif ukoll l-evalwazzjoni tal-imsemmija data mill-Istat Membru relatur dwar l-espożizzjoni potenzjali għall-PCA (4-chloroaniline, impuritajiet u metabolit tad-diflubenzuron) bħala residwu u l-eżami tar-rilevanza tossikoloġika potenzjali. Il-Kummissjoni talbet lill-EFSA tipprovdi l-konklużjonijiet tagħha sa data finali ffissata għat‑<DATE ISO="20150828">28 ta’ Awwissu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit-tieni addendum, maħruġ f’Lulju 2015, wara żewġ laqgħat tax-xhur ta’ Mejju u ta’ Ġunju 2015 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>addendum ta’ Lulju 2015<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), l-Istat Membru relatur ikkonkluda li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ma [kienx] possibbli li jiġi konkluż li l-espożizzjoni stmata għall-PCA ma [kinitx] wisq inkwetanti għall-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Dan l-Istat Membru qies li, qabel ma jinsiltu konklużjonijiet dwar is-sigurtà tal-konsumaturi, kien neċessarju li jiġu eżaminati r-residwi ta’ PCA fost l-annimali li jixtarru permezz ta’ mudell ta’ studju xieraq, konformement mal-linji gwida fis-seħħ. Skont il-konklużjoni finali tal-Istat Membru relatur, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>espożizzjoni għall-PCA kellha titqies bħala preokkupanti, fid-dawl tal-impossibbiltà li jiġi ddefinit limitu ta’ sustanza kanċeroġena ġenotossika<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20150819">19 ta’ Awwissu 2015</DATE>, ir-rikorrenti pproduċiet dokumentazzjoni xjentifika lill-EFSA. Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20150824">24 ta’ Awwissu 2015</DATE>, l-EFSA indikat li ma kienx previst li n-notifikanti, jiġifieri f’dan il-każ ir-rikorrenti, tifformula osservazzjonijiet supplimentari matul il-proċedura inkwistjoni quddiemha. Barra minn hekk, fl-istess ittra, l-EFSA ġibdet l-attenzjoni tar-rikorrenti dwar il-fatt li l-Kummissjoni kienet ser tistedinha tifformula osservazzjonijiet dwar l-opinjoni tal-EFSA fi stadju ulterjuri tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-konklużjonijiet tagħha tas‑<DATE ISO="20150827">27 ta’ Awwissu 2015</DATE> li saru pubbliċi fil‑<DATE ISO="20151211">11 ta’ Diċembru 2015</DATE>, l-EFSA qieset li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>l-espożizzjoni potenzjali għall-PCA fil-forma ta’ residwi (jiġifieri kemm għall-konsumaturi, kemm għall-ħaddiema u l-persuni li jgħaddu mill-inħawi jew ir-residenti) [kellu] jitqies bħala preokkupanti fid-dawl tal-impossibbiltà li jiġi ddefinit livell ipotetiku ta’ sustanza kanċeroġena ġenotossika<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>konklużjonijiet tal-EFSA tal‑2015<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>). Fl-istess dokument, kien ukoll imsemmi dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[K]wistjoni għandha wkoll titqies bħala qasam ta’ tħassib kritiku meta l-evalwazzjoni f’livell ogħla ma tkunx setgħet tiġi ffinalizzata minħabba nuqqas ta’ informazzjoni u meta l-evalwazzjoni mwettqa fil-livell l-iktar baxx ma tkunx tippermetti li jiġi konkluż li għal mill-inqas wieħed mill-użi rappreżentattivi jista’ jkun mistenni li prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun jinkludi s-sustanza attiva ma jkollu ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew xi influwenza inaċċettabbli fuq l-ambjent.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20150909">9 ta’ Settembru 2015</DATE>, il-Kummissjoni stiednet lir-rikorrenti sabiex tressaq l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-konklużjonijiet tal-EFSA tal‑2015 qabel is‑<DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>. Ir-rikorrenti wieġbet f’dan it-terminu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20151009">9 ta’ Ottubru 2015</DATE> ir-rikorrenti talbet lill-Kummissjoni sabiex tistieden lill-EFSA teżamina l-osservazzjonijiet u d-data tagħha kkomunikati fl‑20 ta’ Awwissu u s‑<DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE> u sabiex tikkonfermalha li l-konklużjoni tal-EFSA ma ssirx definittiva sakemm l-imsemmija osservazzjonijiet ma jkunux ġew eżaminati. Il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba fil‑<DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE> billi indikat li r-rikorrenti ngħatat suffiċjentement il-possibbiltà li tifformula osservazzjonijiet, li kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-eżami mwettaq mill-EFSA kif ukoll mill-Kummissjoni u l-Istati Membri. Il-Kummissjoni indikat ukoll li, skont il-proċedura ordinarja dwar it-tressiq tal-osservazzjonijiet fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva, ir-rikorrenti setgħet tressaq kummenti biss dwar l-evalwazzjoni mwettqa mill-Istat Membru relatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20160920">20 ta’ Settembru 2016</DATE>, il-Kummissjoni kkomunikat l-abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni lir-rikorrenti u stednitha tressaq l-osservazzjonijiet tagħha, li hija għamlet permezz tal-ittra elettronika tagħha tad‑<DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>. Fl-abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni pproponiet li żżomm fis-seħħ l-approvazzjoni tad-diflubenzuron, iżda li tillimita l-użu tiegħu biss għall-koltivazzjonijiet mhux kommestibbli (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). Ir-rikorrenti esprimiet in-nuqqas ta’ qbil tagħha ma’ din il-limitazzjoni u rrakkomandat stennija jew żamma tal-approvazzjoni fis-seħħ sa meta tiġi ffinalizzata r-rievalwazzjoni kompleta tad-diflubenzuron fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid li hija ressqet f’data mhux speċifikata qabel Diċembru 2015. Hija informat ukoll lill-Kummissjoni li studju ġdid li jispjega l-ġenotossiċità tal-PCA kien ser ikun disponibbli iktar ’il quddiem u li dan kellu jiġi kkomunikat lill-Istat Membru relatur tal-proċedura ta’ tiġdid tad-diflubenzuron.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20161111">11 ta’ Novembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet ittra elettronika lill-Kummissjoni li kkritikat l-approċċ tagħha tal-evalwazzjoni tal-ġenotossiċità u tal-kanċeroġeniċità adottata mill-EFSA. Ir-rikorrenti esponiet il-problemi identifikati mill-European Crop Protection Association (ECPA) fir-rigward tal-imsemmija evalwazzjoni u rreferiet għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħti mandat ġdid lill-EFSA sabiex din tirrievalwa l-approċċ tagħha ta’ evalwazzjoni tal-ġenotossiċità u tal-kanċeroġeniċità tas-sustanzi attivi, tal-impuritajiet u tal-metaboliti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>, il-Kummissjoni wieġbet l-ittri elettroniċi tar-rikorrenti tad‑29 ta’ Settembru u tal‑<DATE ISO="20161111">11 ta’ Novembru 2016</DATE>. Hija informat lir-rikorrenti b’mod partikolari li l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni kienu ġew ikkomunikati lill-Istati Membri kollha u li d-dipartimenti tagħha kienu analizzaw dawn l-osservazzjonijiet fid-dettall. Sussegwentement il-Kummissjoni wieġbet il-mistoqsijiet prinċipali mqajma mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet ittra elettronika lill-Kummissjoni sabiex tinformaha li ntemm l-istudju tat-tossiċità tal‑PCA fuq rodituri transġeniċi, bl-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Test ta’ mutazzjoni <HT TYPE="ITALIC">in vivo</HT> fil-<HT TYPE="ITALIC">locus</HT> cII fuq firien transġeniċi F344 Big Blue® u analiżi mikronukleika tad-demm periferiku<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, tat‑<DATE ISO="20170228">28 ta’ Frar 2017</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>istudju RTG<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) u l-komunikazzjoni tiegħu lill-Istat Membru relatur fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid tad-diflubenzuron, billi inkludiet sunt ta’ dan l-istudju fl-anness ta’ din l-ittra elettronika. Ir-rikorrenti indikat b’mod partikolari li r-riżultati tal-istudju RTG kienu kkonfermaw li l-PCA ma kienx jaġixxi permezz tal-metodu ta’ azzjoni ġenotossiku, liema fatt ikollu bħala konsegwenza li l-konklużjoni tal-EFSA fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni ma tkunx xjentifikament iġġustifikata. Fl-istess ittra elettronika, fil-konjizzjoni tal-fatt li ma kienx possibbli li jiġi eżaminat l-istudju RTG fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni minħabba l-istadju avvanzat tiegħu, ir-rikorrenti talbet lill-Kummissjoni tistenna r-riżultat tal-eżami tad-data kollha mwettaq mill-Istat Membru relatur fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid qabel ma tasal għal deċiżjoni dwar id-diflubenzuron.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni wieġbet permezz ta’ ittra elettronika tal‑<DATE ISO="20170310">10 ta’ Marzu 2017</DATE> fejn indikat lir-rikorrenti li s-sunt tal-istudju RTG kellu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri kollha. Hija qieset b’mod partikolari li l-komunikazzjoni tad-data pprovduta mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid ma kellhiex iddewwem il-proċess deċiżjonali fil-kuntest tar-reviżjoni taħt l-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20170320">20 ta’ Marzu 2017</DATE>, ir-rikorrenti tenniet it-talba tagħha li tressaq id-diskussjoni dwar id-diflubenzuron sal-konklużjoni tal-eżami fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid. Il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba fit‑<DATE ISO="20170503">3 ta’ Mejju 2017</DATE>. B’mod iktar partikolari, il-Kummissjoni indikat li kien fl-interess tas-sigurtà tal-konsumaturi li hija kienet għalhekk iddeċidiet li tieħu azzjoni u li ma tistenniex deċiżjoni dwar l-eżami tal-istudju RTG fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170323">23 ta’ Marzu 2017</DATE>, il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf ta lok għal opinjoni favorevoli għall-abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni għad-diflubenzuron.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE>, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/855 tat‑<DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE> li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="128" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 128, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Regolament ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>). F’dan ir-regolament, hija kkonkludiet li l-espożizzjoni tal-konsumaturi għall-PCA tista’ tiġi eskluża biss sabiex jiġu imposti limitazzjonijiet ġodda u li l-anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal‑<DATE ISO="20110525">25 ta’ Mejju 2011</DATE> li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 153, p. 1</REF.DOC.OJ>, u r-rettifiki) kellu jiġi konsegwentement emendat sabiex jillimita l-użu tad-diflubenzuron għall-koltivazzjonijiet mhux kommestibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Proċedura ta’ tiġdid tad-diflubenzuron</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’data mhux speċifikata qabel Diċembru 2015 ir-rikorrenti ressqet talba ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron qabel l-iskadenza ta’ Diċembru 2015 konformement mal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-Istat Membru relatur maħtur sabiex jeżamina t-tiġdid tad-diflubenzuron kien il-Greċja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20160729">29 ta’ Lulju 2016</DATE>, il-Greċja ddikjarat ammissibbli l-fajl tad-diflubenzuron, konformement mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat‑<DATE ISO="20120918">18 ta’ Settembru 2012</DATE> li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament Nru 1107/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="252" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 252, p. 26</REF.DOC.OJ>). Dan il-fajl jinkludi l-istudju RTG. Il-konklużjoni ta’ dan l-istudju hija s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Ir-riżultati tal-istudju [RTG] eżaminati f’dan id-dokument jipproduċu l-prova affidabbli u solida li l-PCA ma huwiex kanċeroġenu ġenotossiku u li t-tumoriġeniċità tirriżulta minn ematotossiċità kronika bi KMENO [konċentrazzjoni mingħajr effett negattiv osservat] ċar (0.5 mg/kg ta’ massa korporea/jum). Id-data relatata mal-frekwenza ta’ mutanti fir-rigward tal-Big Blue® pprovduta f’dan ir-rapport ixxejjen ukoll preokkupazzjonijiet eventwali dwar ir-riżultati pożittivi preċedentement issenjalati fit-testijiet ta’ mutazzjoni ta’ ċelloli ta’ salmonella u ta’ mammiferi u juru li l-mutazzjonijiet sekwenzjali ma għandhomx rwol fil-kanċeroġenità tal-PCA jew tal-anilina.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Mill-minuti tal-laqgħa tad‑<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE> bejn ir-rikorrenti u l-awtoritajiet Griegi jirriżulta li dawn tal-aħħar ikkonfermaw li l-konklużjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni tat-tiġdid kienet prevista għal Ottubru 2017. Ulterjorment, f’data mhux speċifikata, l-awtoritajiet Griegi ħabbru lill-Kummissjoni li r-rapport imsemmi kellu jkun lest f’Jannar 2018. Fl-istadju tar-redazzjoni tar-risposta tagħha, il-Kummissjoni qieset li l-perijodu ta’ approvazzjoni tad-diflubenzuron fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid kellu jiġi estiż b’mill-inqas sitt xhur, jiġifieri sat‑<DATE ISO="20190630">30 ta’ Ġunju 2019</DATE>. Madankollu, fit-tweġiba tagħha għal mistoqsija magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni indikat li l-imsemmi abbozz ta’ rapport kien ġie ppreżentat mill-Greċja biss fl‑<DATE ISO="20180320">20 ta’ Marzu 2018</DATE>, b’tali mod li l-approvazzjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron ġiet estiża sal‑<DATE ISO="20191231">31 ta’ Diċembru 2019</DATE> għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tar-rikorrenti, konformement<?PAGE NO="9"?> mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1796 tal‑<DATE ISO="20181120">20 ta’ Novembru 2018</DATE> li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perijodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi ammidosulfuron, bifenoks, klorpirifos, klorpirifos‑metil, klofenteżina, dikamba, difenokonażol, diflubenzuron, diflufenikan, dimossistrobin, fenoksaprop-p, fenpropidina, lenasil, mankożeb, mekoprop-p, metiram, nikosulfuron, oksamil, pikloram, piraklostrobin, piriprossifen u tritosulfuron (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="294" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 294, p. 15</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz ta’ talba ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20170727">27 ta’ Lulju 2017</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20170904">4 ta’ Settembru 2017</DATE>, ir-rikorrenti ressqet talba għal miżuri provviżorji intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180622">22 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Arysta LifeScience Netherlands vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑476/17 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:407">EU:T:2018:407</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-President tal-Qorti Ġenerali ċaħad it-talba għal miżuri provviżorji u rriżerva l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef relatur, il-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali u, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, għamlet numru ta’ mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet. Il-partijiet wieġbu dawn il-mistoqsijiet fit-terminu mogħti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u r-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tat-<DATE ISO="20190212">12 ta’ Frar 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla r-Regolament ikkontestat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż tal-istanza.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, erba’ motivi, ibbażati, l-ewwel wieħed, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, it-tieni wieħed, fuq eċċess ta’ poter, it-tielet wieħed, fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u, ir-raba’ wieħed, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegati motivi ġodda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, il-Kummissjoni indikat li kien jidher li r-rikorrenti kienet qajmet żewġ motivi ġodda waqt is-seduta, l-ewwel wieħed, ibbażat fuq in-natura insuffiċjenti tal-bażi xjentifika sabiex tinbeda l-proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron konformement mal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1107/2009, u, it-tieni wieħed, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Skont il-Kummissjoni, dawn il-motivi għandhom jiġu ddikjarati inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Mistiedna twieġeb dawn l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni, minn naħa, ir-rikorrenti indikat li ma kkontestatx ir-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni tibda l-proċedura ta’ reviżjoni inkwistjoni, iżda l-mod kif din il-proċedura tmexxiet. Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, hija invokatu biex tirribatti r-risposta tal-Kummissjoni mingħajr ma qajmet motiv separat dwar il-ksur ta’ dan il-prinċipju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Jeħtieġ ukoll li jiġi kkonstatat, hekk kif tixhed il-preżentazzjoni orali tar-rappreżentant tar-rikorrenti waqt is-seduta, li l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti dwar il-bażi xjentifika sabiex tkun tista’ tinbeda l-proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron konformement mal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1107/2009 ngħataw bi tweġiba għall-istedina tal-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li tesprimi lilha nnifisha, fis-seduta, dwar ir-rilevanza, f’dan il-każ, tar-raġunament li jinsab fil-punti 88 sa 90 tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>BASF Agro <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑584/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:279">EU:T:2018:279</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-osservazzjonijiet tar-rikorrenti dwar il-prinċipju ta’ prekawzjoni, għandu jiġi kkonstatat li r-rappreżentant tar-rikorrenti fformulahom waqt is-seduta bi tweġiba għal żewġ mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Mill-punti preċedenti jirriżulta li l-argumenti mqajma mir-rikorrenti waqt is-seduta huma argumenti insostenn tal-motivi eżistenti u għaldaqstant huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Qabel kollox jeħtieġ li jiġi eżaminat it-tielet motiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tesponi utilment u effikaċjement il-fehma tagħha matul il-proċedura ta’ reviżjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tindika li hija kellha l-okkażjoni li tressaq osservazzjonijiet dwar l-abbozz ta’ rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Lulju 2014, li fih l-Istat Membru relatur fir-rigward tar-reviżjoni tad-diflubenzuron (l-Isvezja) kien ikkonkluda li l-PCA ma kien jippreżenta ebda riskju. Min-naħa l-oħra, hija ma kellhiex l-okkażjoni li tifformula osservazzjonijiet wara li dan l-Istat Membru emenda l-konklużjonijiet tiegħu fl-addenda ta’ Novembru 2014 u ta’ Lulju 2015, ġaladarba ma kienx possibbli li jiġi evalwat suffiċjentement ir-riskju għall-konsumaturi (addendum ta’ Novembru 2014) u għaldaqstant li jiġi konkluż li l-istima tal-espożizzjoni għall-PCA ma kinitx preokkupanti ħafna għall-konsumaturi (addendum ta’ Lulju 2015). Skont ir-rikorrenti, il-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-addenda ta’ Novembru 2014 u ta’ Lulju 2015 kienu jirrigwardaw il-perijodu deċiżjonali kruċjali tal-proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron u jkun iktar diffiċli li dawn jiġu emendati fi proċedura ulterjuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar li r-rispett tad-drittijiet tad-difiża, f’kull proċedura mibdija kontra persuna u li tista’ twassal għal att li jikkawża preġudizzju, jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi żgurat anki fl-assenza ta’ kull regolamentazzjoni li tirrigwarda l-proċedura. Dan il-prinċipju jirrikjedi li d-destinatarji tad-deċiżjonijiet li jaffettwaw l-interess tagħhom b’mod<?PAGE NO="11"?> sinjifikattiv jitqiegħdu f’pożizzjoni li jesprimu effettivament l-opinjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060615">15 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Dokter <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑28/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:408">EU:C:2006:408</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Konformement mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 1107/2009, il-Kummissjoni għandha, matul ir-reviżjoni tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva, tagħti terminu lill-produttur tas-sustanza sabiex ikun jista’ jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-każ, waqt il-proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron, ir-rikorrenti setgħet tressaq l-osservazzjonijiet tagħha erba’ darbiet: l-ewwel nett, dwar l-ittra tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE> li kienet tinformaha dwar ir-reviżjoni tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron bis-saħħa tal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1107/2009 (ara l-punti 23 u 24 iktar ’il fuq); it-tieni nett, dwar l-abbozz ta’ Lulju 2014 tal-Istat Membru relatur (ara l-punt 24 iktar ’il fuq); it-tielet nett, dwar il-konklużjonijiet tal-EFSA tal‑2015 (ara l-punt 30 iktar ’il fuq); u, ir-raba’ nett, dwar l-abbozz tar-rapport ta’ reviżjoni (ara l-punt 32 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, meta tiġi evalwata l-proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron fil-globalità tagħha, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli ma qegħditx lir-rikorrenti f’pożizzjoni li tesprimi b’mod effettiv l-opinjoni tagħha matul din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrenti tilmenta li l-Kummissjoni ma stednithiex tressaq l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-addenda ta’ Novembru 2014 u ta’ Lulju 2015 li kienu sostanzjalment differenti meta mqabbla mal-abbozz ta’ rapport ta’ Lulju 2014 tal-Istat Membru relatur. Fil-fatt, fl-abbozz ta’ rapport tax-xahar ta’ Lulju 2014, l-Istat Membru relatur kien ikkonkluda li l-espożizzjoni potenzjali tal-konsumaturi, tal-ħaddiema u tal-persuni li jgħaddu mill-inħawi jew tar-residenti għall-PCA fil-kuntest tal-użu rappreżentattiv tad-diflubenzuron fil-frott biż-żerriegħa ma kinitx tippreżenta riskju (ara l-punt 24 iktar ’il fuq). Min-naħa l-oħra, fl-addenda ta’ Novembru 2014 u ta’ Lulju 2015, l-Istat Membru relatur qies li ma kienx possibbli li jiġi evalwat suffiċjentement ir-riskju għall-konsumaturi (ara l-punt 25 iktar ’il fuq) u għaldaqsant li jiġi konkluż li din l-espożizzjoni ma tantx kienet toħloq preokkupazzjoni għal dawn tal-aħħar fid-dawl tal-impossibbiltà li jiġi ddefinit limitu ta’ sustanza kanċeroġena ġenotossika (ara l-punt 27 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-konklużjonijiet misluta kemm mill-abbozz ta’ rapport ta’ Lulju 2014 kif ukoll mill-addenda ta’ Novembru 2014 u ta’ Lulju 2015 kienu jagħmlu biss parti minn stadju tal-proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron, jiġifieri l-evalwazzjoni mill-Istat Membru relatur tal-informazzjoni kkomunikata mir-rikorrenti dwar l-espożizzjoni potenzjali tal-konsumaturi għall-PCA bħala residwi (ara l-punti 24, 25 u 27 iktar ’il fuq). F’dan il-każ, hekk kif ġie indikat fil-punt 62 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti nstemgħet kemm qabel kif ukoll wara dan l-istadju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrenti tqis li t-tressiq tal-osservazzjonijiet tagħha fi stadju ulterjuri tal-proċedura, jiġifieri wara l-evalwazzjoni mill-Istat Membru relatur, huwa tard wisq biex jiġu mxejna l-preokkupazzjonijiet imqajma fl-imsemmija dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li r-rikorrenti ma tipproduċi ebda element tanġibbli insostenn tal-affermazzjonijiet tagħha li ma huwiex possibbli li jiġu emendati l-konklużjonijiet li jirriżultaw mill-addendum ta’ Lulju 2015 waqt fażi ulterjuri tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, jeħtieġ li jiġi osservat li minkejja n-natura sostanzjalment differenti tagħhom meta mqabbel mal-abbozz ta’ rapport ta’ Lulju 2014 dwar il-kwistjoni tal-espożizzjoni potenzjali tal-konsumaturi għall-PCA, il-konklużjonijiet misluta mill-Istat Membru relatur fl-addenda ta’ Novembru 2014 u ta’ Lulju 2015 (ara l-punti 25 u 27 iktar ’il fuq) ma jistgħux jitqiesu li jqajmu preokkupazzjoni ġdida li dwarha r-rikorrenti ma kellhiex għarfien qabel u li fir-rigward tagħha din tal-aħħar għaldaqstant kellha tinstema’ darba oħra wara l-adozzjoni ta’ dawn l-addenda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-addenda ta’ Novembru 2014 u ta’ Lulju 2015, l-eżistenza tal-preokkupazzjonijiet dwar l-espożizzjoni tal-konsumaturi għall-PCA bbażat lilha nnifisha fuq il-ġenotossiċità tal-PCA u fuq l-impossibbiltà li jiġi evalwat suffiċjentement ir-riskju għall-konsumaturi ta’ espożizzjoni għall-imsemmija sustanza. Issa, mill-proċess jirriżulta li l-preokkupazzjonijiet dwar il-proprjetajiet ġenotossiċi tal-PCA kienu magħrufa sew mir-rikorrenti għal numru ta’ snin. Pereżempju, wara li l-EFSA kienet esprimiet preokkupazzjonijiet dwar l-espożizzjoni potenzjali għall-PCA bħala residwu fl‑2012 (ara l-punt 21 iktar ’il fuq), ir-rikorrenti ġiet mistiedna fl‑2013, konformement mal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1107/2009, tipprovdi informazzjoni rilevanti sa mhux iktar tard mix-xahar ta’ Jannar 2014 (ara l-punt 23 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tagħmel distinzjoni bejn, minn naħa, l-identifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>preokkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fl‑2012 (ara l-punt 21 iktar ’il fuq) u, min-naħa l-oħra, il-konstatazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>riskju<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fl‑2014 (ara l-punt 25 iktar ’il fuq). Meta ġiet mistiedna waqt is-seduta sabiex tispjega dan l-argument, ir-rikorrenti kkonfermat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>preokkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> kienet teżisti fil-mument li l-Kummissjoni kienet nediet il-proċedura ta’ reviżjoni tal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1107/2009, jiġifieri fl‑2013 (ara l-punt 23 iktar ’il fuq). Skont ir-rikorrenti, tali preokkupazzjoni madankollu ma kinitx biżżejjed fl‑2015 sabiex din il-proċedura titkompla u tiġi ffinalizzata. Għalhekk, f’dan il-każ, din il-preokkupazzjoni saret <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>riskju<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> wara l-adozzjoni mill-Istat Membru relatur tal-addendum ta’ Novembru 2014 (ara l-punt 25 iktar ’il fuq), b’tali mod li, f’dak il-mument, ir-rikorrenti jmissha kienet tista’ teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti bbażat fuq id-differenza f’dan il-każ bejn żewġ preokkupazzjonijiet, l-ewwel waħda, identifikata fl‑2012 mill-EFSA (ara l-punt 21 iktar ’il fuq) u, it-tieni waħda, ikkonstatata fl‑2014 bl-adozzjoni tal-addendum ta’ Novembru 2014 (ara l-punt 25 iktar ’il fuq), jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-għan taż-żewġ preokkupazzjonijiet huwa l-istess. Fil-fatt, mill-addendum ta’ Novembru 2014 jirriżulta li l-preokkupazzjoni kienet għadha tirrigwarda l-espożizzjoni potenzjali għall-PCA bħala residwu (ara l-punt 25 iktar ’il fuq), preokkupazzjoni diġà identifikata fl‑2012 mill-EFSA (ara l-punt 21 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tad-denominazzjoni formali fid-dokumenti rilevanti bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>preokkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>riskju<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jeħtieġ li jiġi indikat li għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva, hekk kif indikat, essenzjalment, il-Kummissjoni waqt is-seduta, jimporta li jiġi kkonstatat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>jekk jista’ jkun mistenni, fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku attwali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludu s-sustanza attiva jissodisfawx jew le l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ma pprovdietx spjegazzjonijiet iktar iddettaljati li jippermettu li jinftiehem preċiżament fiex iż-żewġ preokkupazzjonijiet, tal-ewwel, identifikati fl‑2012 mill-EFSA u, it-tieni waħda, ikkonstatata fl‑2014 bl-adozzjoni tal-addendum ta’ Novembru 2014, huma differenti u r-raġuni għalfejn huma għandhom jiġu identifikati permezz tad-denominazzjoni tagħhom. Għaldaqstant l-argumenti tagħha bbażati fuq l-eżistenza ta’ distinzjoni bejn dawn il-preokkupazzjonijiet u d-denominazzjoni formali li jinsabu fid-dokumenti rilevanti ma jistgħux jintlaqgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fit-tielet lok, hekk kif indikat il-Kummissjoni, sabiex tiġġustifika d-dritt għal smigħ tagħha speċifikament fuq il-konklużjonijiet ibbażati fuq l-addenda ta’ Novembru 2014 u ta’ Lulju 2015, ir-rikorrenti ma tinvoka ebda informazzjoni xjentifika rilevanti ġdida ta’ natura li tinvalida dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax titqiegħed inkwistjoni bir-riferiment tar-rikorrenti, minn naħa, għall-osservazzjonijiet tagħha tad‑<DATE ISO="20150819">19 ta’ Awwissu 2015</DATE> dwar l-addendum ta’ Lulju 2015 u, min-naħa l-oħra, għall-istudju RTG. Kif indikat ir-rikorrenti waqt is-seduta, l-osservazzjonijiet tagħha tad‑<DATE ISO="20150819">19 ta’ Awwissu 2015</DATE> ma kinux jirrigwardaw il-kwistjoni tal-ġenotossiċità tal-PCA, filwaqt li skont il-konklużjoni li tinsab fl-addendum ta’ Lulju 2015 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>espożizzjoni għall-PCA kellha titqies bħala preokkupanti fid-dawl tal-impossibbiltà li jiġi ddefinit limitu ta’ sustanza kanċeroġena ġenotossika<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><?PAGE NO="13"?> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fir-rigward tal-istudju RTG, huwa ma huwiex rilevanti sabiex tiġi pprovata l-ħtieġa li r-rikorrenti tinstema’ wara l-adozzjoni tal-addendum ta’ Lulju 2015, inkwantu l-ewwel informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ tali studju ġiet ikkomunikata mir-rikorrenti biss f’Settembru 2016 u s-sunt ta’ dan l-istudju tressaq mir-rikorrenti biss fit‑<DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li t-tielet motiv jiġi miċħud u li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali ser tanalizza qabel kollox it-tieni motiv, ibbażat fuq eċċess ta’ poter.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq eċċess ta’ poter</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni adottat ir-Regolament ikkontestat wara eċċess ta’ poter billi pproponiet li tikklassifika l-PCA bħala aġent ġenotossiku <HT TYPE="ITALIC">in</HT> <HT TYPE="ITALIC">vivo</HT> matul il-proċedura ta’ reviżjoni. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tispjega li hija l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) li hija l-awtorità legalment responsabbli mill-klassifikazzjoni jew mill-klassifikazzjoni mill-ġdid tas-sustanzi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="353" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 353, p. 1</REF.DOC.OJ> u r-rettifiki).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tfakkar li, konformement mar-Regolament Nru 1272/2008, il-proċedura ta’ klassifikazzjoni għandha tibda permezz ta’ proposta minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru lill-ECHA u li din il-proċedura tipprevedi l-parteċipazzjoni attiva tal-parti inkwistjoni, li tagħti garanziji proċedurali supplimentari, bħad-dritt li l-parti tiġi kkonsultata u li jkollha l-opportunità li tipprovdi l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kumitat tal-Evalwazzjoni tar-Riskji tal-ECHA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti. Hija ssostni li dan il-motiv huwa ineffettiv u li, fi kwalunkwe każ, l-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat ma tikkostitwixxix eċċess ta’ poter.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi kkonstatat li mir-Regolament ikkontestat ma jirriżultax li l-Kummissjoni jew l-EFSA formalment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>ikklassifikaw<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> il-metabolit PCA bħala aġent ġenotossiku jew li huma formalment ipproponew li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>jikklassifikawh<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> bħala tali fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni tas-sustanza attiva diflubenzuron bis-saħħa tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tindika li l-ġenotossiċità ma tikkostitwixxix klassi ta’ perikolu distinta u li l-informazzjoni dwar il-potenzjal ġenotossiku ta’ sustanza tikkostitwixxi wieħed mill-fatturi li jikkontribwixxu għall-klassifikazzjoni possibbli tal-imsemmija sustanza fil-klassijiet ta’ perikolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>mutaġenċità fuq iċ-ċelloli ġerminali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>kanċeroġeniċità<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Il-Kummissjoni ssostni li l-PCA huwa diġà kklassifikat bħala sustanza kanċeroġena ta’ kategorija 1B u li dan l-aħħar punt ma ġiex ikkontestat mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi osservat li kemm il-konklużjonijiet tal-EFSA tal-2015 kif ukoll ir-Regolament ikkontestat jindikaw sempliċement li l-PCA għandu proprjetajiet ġenotossiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti preċedenti, hemm lok li jiġi miċħud it-tieni motiv, ibbażat fuq eċċess ta’ poter, minħabba li huwa fattwalment ineffettiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, u fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, huwa eżaminat flimkien mar-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Fil-fatt, il-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u dak ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni huma sovrapposti, inkwantu<?PAGE NO="14"?> r-rikorrenti ssostni b’mod partikolari, fil-kuntest ta’ dan l-ewwel motiv, l-eżistenza ta’ żball ibbażat fuq in-natura irraġonevoli u sproporzjonata tal-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat mingħajr l-istennija tal-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari dwar il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza, sabiex tkun tista’ tilħaq l-għanijiet assenjati mir-Regolament Nru 1107/2009, u fid-dawl tal-evalwazzjonijiet tekniċi kumplessi li hija għandha tagħmel, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa diskrezzjonali wiesgħa (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130906">6 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Sepro Europe vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-483/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:407">EU:T:2013:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan japplika, b’mod partikolari, għad-deċiżjonijiet fil-qasam tal-ġestjoni tar-riskju li hija għandha tieħu skont l-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Madankollu, l-eżerċizzju ta’ din is-setgħa diskrezzjonali ma huwiex eskluż mill-istħarriġ ġudizzjarju. F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li fil-kuntest ta’ dan l-istħarriġ il-qorti tal-Unjoni għandha tivverifika l-osservanza tar-regoli proċedurali, l-eżattezza materjali tal-fatti stabbiliti mill-Kummissjoni, l-assenza ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti jew l-assenza ta’ użu ħażin ta’ poter (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19790125">25 ta’ Jannar 1979</DATE>, <NAME.CASE>Racke</NAME.CASE>, <NO.CASE>98/78</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1979:14">EU:C:1979:14</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0005">5</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911022">22 ta’ Ottubru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Nölle</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑16/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:402">EU:C:1991:402</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Bayer CropScience <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑75/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:317">EU:T:2008:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-evalwazzjoni mill-qorti tal-Unjoni dwar l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni, għandu jiġi ppreċiżat li, sabiex jiġi stabbilit jekk il-Kummissjoni wettqitx żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ fatti kumplessi ta’ natura li jiġġustifikaw l-annullament tal-att ikkontestat, il-provi prodotti mir-rikorrenti għandhom ikunu biżżejjed sabiex l-evalwazzjoni tal-fatti sostnuti fl-att inkwistjoni jitqiesu implawżibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961212">12 ta’ Diċembru 1996</DATE>, <NAME.CASE>AIUFFASS u AKT vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:195">EU:T:1996:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Bla ħsara għal dan l-eżami tal-plawżibbiltà, ma hijiex il-Qorti Ġenerali li għandha tissostitwixxi l-evalwazzjoni ta’ fatti kumplessi tagħha b’dik tal-awtur tal-att (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110909">9 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Dow AgroSciences <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑475/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:445">EU:T:2011:445</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0152">152</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091015">15 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Enviro Tech (Europe)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑425/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:635">EU:C:2009:635</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, fil-każijiet fejn istituzzjoni jkollha setgħa diskrezzjonali wiesgħa, l-istħarriġ dwar l-osservanza tal-garanziji mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi huwa ta’ importanza fundamentali. Il-Qorti tal-Ġustizzja kellha l-okkażjoni tispeċifika li, fost dawn il-garanziji, hemm b’mod partikolari l-obbligu għall-istituzzjoni kompetenti li teżamina, b’reqqa u b’imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni u l-obbligu li timmotiva d-deċiżjoni tagħha b’mod suffiċjenti (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Technische Universität München</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920507">7 ta’ Mejju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Pesquerias De Bermeo u Naviera Laida vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/90 u C‑259/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:199">EU:C:1992:199</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081106">6 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Pajjiżi l‑Baxxi vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑405/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:613">EU:C:2008:613</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Għaldaqstant, diġà ġie deċiż li t-twettiq ta’ evalwazzjoni xjentifika tar-riskji li tkun l-iktar eżawrjenti possibbli abbażi ta’ opinjonijiet xjentifiċi bbażati fuq il-prinċipji ta’ eċċellenza, ta’ trasparenza u ta’ indipendenza jikkostitwixxi garanzija proċedurali importanti sabiex tiġi żgurata l-oġġettività xjentifika tal-miżuri u sabiex jiġu evitati miżuri arbitrarji (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020911">11 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Pfizer Animal Health vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑13/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:209">EU:T:2002:209</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0172">172</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tattribwixxi żewġ żbalji prinċipali lill-Kummissjoni, minn naħa, billi adottat ir-Regolament ikkontestat mingħajr ma stenniet l-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron u, min-naħa l-oħra, billi ma eżaminatx b’reqqa u b’imparzjalità l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-iżball ibbażat fuq in-natura irraġonevoli u sproporzjonata tal-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat mingħajr l-istennija tal-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni adottat ir-Regolament ikkontestat b’mod irraġonevoli u sproporzjonat inkwantu hija temmet il-proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron mingħajr ma stenniet l-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni ta’ din is-sustanza, prevista fl-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1107/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, kif tindika r-rikorrenti nnifisha, hija ma tikkritikax il-fatt li l-Kummissjoni mexxiet żewġ proċeduri paralleli li kull waħda minnhom kienet tevalwa l-potenzjal ġenotossiku tal-PCA taħt forma ta’ residwi. Essenzjalment hija tilmenta fil-konfront tal-Kummissjoni l-assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni, tad-data disponibbli u ġdida, u b’mod iktar partikolari tal-istudju RTG li jidher li jikkonferma l-assenza ta’ potenzjal ġenotossiku li jmissu wassal lill-Kummissjoni tissospendi l-proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron sal-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox, hemm lok li jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 1107/2009 ma jipprevedi ebda rabta bejn il-proċeduri ta’ reviżjoni u ta’ tiġdid, irregolati rispettivament mill-Artikoli 21 u 14 sa 20 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Sussegwentement, jeħtieġ li jiġi osservat, mingħajr kontestazzjoni tar-rikorrenti f’dan is-sens, li, fit‑<DATE ISO="20170308">8 ta’ Marzu 2017</DATE>, fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni, din tal-aħħar ikkomunikat lill-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>sunt tad-data<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> tal-istudju RTG, u mhux l-istudju nnifsu. Fit-tweġibiet tagħha għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, il-Kummissjoni indikat li mill-fatt li hija kienet irċeviet biss sunt tal-istudju RTG hija ma kellhiex l-okkażjoni li teżamina dan l-istudju qabel ma tikkonkludi l-proċedura ta’ reviżjoni. Mill-fajl jirriżulta li dan l-istudju inkwantu tali ġie ppreżentat fil-kuntest tal-proċedura fis-seħħ bil-għan ta’ tiġdid eventwali tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron (ara l-punt 42 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kummissjoni qieset li, fi kwalunkwe każ, il-fatt li wieħed jistenna l-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron kien ikun sproporzjonat u mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1107/2009 u mal-għan tiegħu li jikkonsisti f’li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ittra tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20170503">3 ta’ Mejju 2017</DATE>, mibgħuta lir-rikorrenti bi tweġiba għall-ittra tagħha tal‑<DATE ISO="20170320">20 ta’ Marzu 2017</DATE>, jirriżulta li kien fl-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>interess tas-sigurtà tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> li hija ddeċidiet li ma tistenniex l-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron. Fl-istess ittra, il-Kummissjoni indikat ukoll li l-preokkupazzjonijiet tagħha dwar il-PCA kienu jmorru lura sas-sena 2009 meta l-EFSA kienet ikkonstatat id-data nieqsa f’dan ir-rigward u r-rikorrenti kellha l-okkażjoni tressaq id-data rilevanti, minn naħa, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tad-data msejħa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ta’ konferma<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> dwar ir-rilevanza tossikoloġika potenzjali tal-impuritajiet u tal-PCA bħala residwu tal-użu tad-diflubenzuron (konklużjonijiet tal-EFSA tal‑2012) u, min-naħa l-oħra, waqt ir-reviżjoni tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron (konklużjonijiet tal-EFSA tal‑2015).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi osservat li l-argumenti invokati mir-rikorrenti ma jippermettux li titqiegħed inkwistjoni l-għażla tal-Kummissjoni li tingħata prijorità lill-interess tas-sigurtà tal-konsumaturi u li ma tistenniex l-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron, u lanqas ma jippermettu li tintwera n-natura irraġonevoli u sproporzjonata ta’ tali għażla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-għażla tal-Kummissjoni li ma tistenniex l-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron tista’ tagħti lok għar-riskju reali li fuqha, kif ukoll fuq l-impriżi downstream u fuq il-konsumaturi, jiġi impost oneru sproporzjonat. Skont ir-rikorrenti, jekk il-proċedura ta’ tiġdid tad-diflubenzuron tikkonkludi li l-istudju RTG jikkonferma l-assenza ta’ potenzjal ġenotossiku tal-PCA, ir-Regolament ikkontestat ikollu jiġi emendat sabiex jiġu nnewtralizzati l-konsegwenzi ġuridiċi tiegħu. Dan ikun ifisser, minn naħa, li l-impriżi downstream, il-konsumaturi u hija stess ikollhom ibiddlu l-miżuri li adottaw sabiex jikkonformaw lilhom innifishom mar-Regolament ikkontestat li sar obsolet u, min-naħa l-oħra, li l-awtoritajiet ikkonċernati jiddedikaw żmien u sforzi sabiex jirrettifikaw is-sitwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li l-Artikolu 168(1) TFUE jipprovdi li għandu jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika u tal-azzjonijiet tal-Unjoni. Din il-protezzjoni tas-saħħa pubblika għandha importanza predominanti fil-konfront tal-kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, b’tali mod li hija ta’ natura li tiġġustifika l-konsegwenzi ekonomiċi negattivi, anki kunsiderevoli, għal ċerti operaturi (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960712">12 ta’ Lulju 1996</DATE>, <NAME.CASE>Ir-Renju Unit vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/96 R</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:308">EU:C:1996:308</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020911">11 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Pfizer Animal Health vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑13/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2002:209">EU:T:2002:209</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0456">456</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0457">457</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Issa, mir-Regolament ikkontestat jirriżulta li, skont il-Kummissjoni, l-informazzjoni kkomunikata matul il-proċedura ta’ reviżjoni ma ppermettietx li jintwera li r-riskji tal-espożizzjoni potenzjali tal-konsumaturi għall-PCA bħala residwu kienu aċċettabbli. B’mod partikolari, hija kkonstatat li l-preżenza tal-PCA fis-sistema metabolika ġiet ipprovata f’ċerti pjanti u fost ċerti annimali ta’ trobbija u ma setgħetx tiġi eskluża f’oħrajn. Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, l-istudji mwettqa kienu jindikaw trasformazzjoni importanti ta’ residwi ta’ diflubenzuron f’PCA taħt kundizzjonijiet simili jew identiċi għal dawk mill-proċessi ta’ sterilizzazzjoni tal-prodotti tal-ikel u din it-trasformazzjoni ma setgħetx tiġi eskluża għall-prattiki domestiċi ta’ preparazzjoni tal-ikel. Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-espożizzjoni tal-konsumaturi għall-PCA ma tistax tiġi eskluża u li l-użu tad-diflubenzuron kellu jiġi strettament limitat għal koltivazzjonijiet mhux kommestibbli u l-koltivazzjonijiet ittrattati bid-diflubenzuron ma għandhomx jidħlu fil-katina tal-ikel tal-bniedem u tal-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli tat prijorità lill-interess tas-sigurtà tal-konsumaturi fuq l-interessi ekonomiċi jew organizzativi eventwali tar-rikorrenti, tal-impriżi downstream, tal-konsumaturi jew tal-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tallega li t-tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron kien suġġett għal termini stretti, b’tali mod li r-riżultat ta’ din il-proċedura kellu jsir magħruf f’Ottubru 2017, jiġifieri ħames xhur wara l-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat, u li għaldaqstant ma kien hemm ebda raġuni li tiġi konkluża b’ħeffa r-reviżjoni prevista fl-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1107/2009. Barra minn hekk, bi tweġiba għall-previżjonijiet tal-Kummissjoni dwar id-data ta’ għeluq tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron, ikkomunikati matul din il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, jiġifieri d-data tat‑<DATE ISO="20190630">30 ta’ Ġunju 2019</DATE>, ir-rikorrenti tfakkar li l-Artikolu 3 tar-Regolament ikkontestat jipprevedi li kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>perijodu ta’ grazzja<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> mogħti mill-Istati Membri konformement mal-Artikolu 46 tar-Regolament Nru 1107/2009 jiskadi sa mhux iktar tard mit‑<DATE ISO="20180908">8 ta’ Settembru 2018</DATE>. Ir-rikorrenti hija tal-fehma li l-eżistenza ta’ tali perijodu tranżitorju mogħti lil-Istati Membri, b’mod partikolari meta jirtiraw jew jemendaw l-awtorizzazzjoni ta’ sustanza attiva, ifisser li l-adozzjoni tal-iċken miżura disa’ xhur biss wara tmiem dan it-terminu tista’ tirriżulta li hija inutli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minkejja l-fatt, hekk kif tindika l-Kummissjoni, li l-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron għandha tosserva qafas ta’ żmien preċiż u li din għandha tiġi konkluża sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20181231">31 ta’ Diċembru 2018</DATE>, li kienet id-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni inizjali tad-diflubenzuron, għandu jiġi kkonstatat li, konformement mal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1107/2009, jekk, għal raġunijiet indipendenti mir-rieda tal-applikant, jidher li l-approvazzjoni tkun ser tiskadi qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tiġdid, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li testendi l-perijodu ta’ approvazzjoni sa tmiem il-proċedura ta’ tiġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Tali dispożizzjoni jkollha bħala effett li tippermetti l-estensjoni tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva minħabba ċirkustanzi li jseħħu matul il-proċedura nnifisha u li ma jkunux magħrufa minn qabel. B’hekk, qabel l-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat, ma setax ikun ċert li l-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron kienet ser tiġi konkluża qabel il‑<DATE ISO="20181231">31 ta’ Diċembru 2018</DATE> jew ulterjorment qabel it‑<DATE ISO="20190630">30 ta’ Ġunju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument tar-rikorrenti li fix-xahar ta’ Ottubru 2017 kien previst li tiġi konkluża l-proċedura ta’ tiġdid tad-diflubenzuron, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li mill-proċess jirriżulta li f’din id-data seta’ jkun mistenni biss ir-riżultat tal-evalwazzjoni ta’ din is-sustanza mill-Istat Membru relatur, jiġifieri l-Greċja, u mhux ir-riżultat finali tal-proċedura ta’ tiġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-kuntest tal-qafas ta’ żmien inċert tal-iżvolġiment tal-proċedura ta’ tiġdid tad-diflubenzuron, deskritt fil-punt 43 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli tat prijorità lill-interess tas-sigurtà tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti tesprimi dubji dwar l-eżistenza tal-preokkupazzjonijiet reali min-naħa tal-Kummissjoni dwar ir-riskji ta’ espożizzjoni tal-konsumaturi għall-PCA. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tindika li ma ġiet adottata ebda miżura matul is-sentejn u nofs li jippreċedu r-Regolament ikkontestat, filwaqt li l-istess riskju allegat kien ġie identifikat f’Novembru 2014.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li mill-proċess jirriżulta li fix-xahar ta’ Novembru 2014 l-Istat Membru relatur fil-kuntest tar-reviżjoni tad-diflubenzuron, jiġifieri l-Isvezja, ipproduċa biss l-ewwel addendum, li kien ikkompleta l-abbozz ta’ rapport tax-xahar ta’ Lulju 2014 (ara l-punti 24 u 25 iktar ’il fuq). Huwa biss f’Lulju 2015 li dan l-Istat Membru adotta r-rapport ta’ evalwazzjoni finali, li, madwar xahar wara, ġie vvalidat bil-konklużjonijiet tal-EFSA (ara l-punti 27 u 29 iktar ’il fuq). Fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar, mir-Regolament ikkontestat jirriżulta li l-EFSA ressqet il-konklużjonijiet tagħha quddiem il-Kummissjoni biss fil‑<DATE ISO="20151211">11 ta’ Diċembru 2015</DATE>. Konsegwentement, il-Kummissjoni ġustament tippreċiża li ddekorrew biss madwar sena u nofs, u mhux sentejn u nofs, bejn il-mument meta ġew identifikati r-riskji ta’ espożizzjoni tal-konsumaturi għall-PCA bħala residwi u dak tal-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Sussegwentement, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk dan it-terminu ta’ sena u nofs huwiex tali li jqiegħed inkwistjoni l-eżistenza tal-preokkupazzjonijiet reali marbuta mas-sigurtà tal-konsumaturi, invokati mill-Kummissjoni bħala raġuni għalfejn hija ma stennietx l-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni indikat diversi raġunijiet għalfejn ir-reviżjoni tad-diflubenzuron ħadet madwar sena u nofs. Fil-fatt, l-ewwel nett, hija tinvoka numru ta’ laqgħat tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, jiġifieri erba’ laqgħat fl‑2015, għaxar laqgħat fl‑2016 u erba’ laqgħat fl‑2017, li ġew organizzati sabiex jinstabu soluzzjonijiet li jkollhom l-usa’ sostenn fi ħdan dan il-kumitat. It-tieni nett, hija tfakkar l-obbligi internazzjonali tagħha li jimponulha b’mod partikolari li tikkomunika abbozz ta’ rapport lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li tagħti terminu ta’ 60 jum sabiex jiġu fformulati osservazzjonijiet u sussegwentement sabiex tkun tista’ tweġibhom. It-tielet nett, il-Kummissjoni tosserva ġustament li<?PAGE NO="18"?> l-azzjonijiet tar-rikorrenti kkontribwew ukoll għat-tul tar-reviżjoni tad-diflubenzuron wara l-konklużjonijiet tal-EFSA tal‑2015, b’mod iktar partikolari l-kontestazzjoni tagħha tad-deċiżjoni tal-EFSA li tippubblika dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Jeħtieġ li tiġi enfasizzata wkoll il-kumplessità tal-kwistjonijiet eżaminati mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron. B’mod partikolari, in-natura xjentifika ta’ dawn il-kwistjonijiet kif ukoll in-numru ta’ laqgħat li l-Kummissjoni organizzat qabel l-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat, huma xhieda ta’ dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti preċedenti, u sa fejn ir-rikorrenti ma tipproduċi ebda element speċifiku li jqiegħed inkwistjoni, minn naħa, ir-raġunijiet invokati mill-Kummissjoni u mfakkra fil-punt 110 iktar ’il fuq u, min-naħa l-oħra, il-kumplessità tal-kwistjonijiet eżaminati mill-Kummissjoni, it-tul ta’ sena u nofs li ddekorra bejn l-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat u l-identifikazzjoni, mill-Istat Membru relatur tal-EFSA, tar-riskji marbuta mal-espożizzjoni tal-konsumaturi għall-PCA ma jistax jitqies bħala irraġonevoli. Konsegwentement, ir-rikorrenti ma turix l-assenza ta’ preokkupazzjonijiet reali marbuta mas-sigurtà tal-konsumaturi, fejn għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli ma stennietx l-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti tinvoka l-każ ta’ sustanza attiva oħra, jiġifieri l-klorpirifos, li fih il-Kummissjoni kienet iddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta’ reviżjoni bis-saħħa tal-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1107/2009 minħabba li s-sustanza kienet suġġetta għal rievalwazzjoni kompleta bil-għan ta’ tiġdid possibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi kkonstatat, hekk kif tindika l-Kummissjoni, li ċ-ċirkustanzi madwar il-proċeduri relatati mal-klorpirifos u mad-diflubenzuron ma humiex l-istess. Fil-fatt, fl-ewwel lok, mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/60 tad‑<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE> li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwu għall-klorpirifos f’ċerti prodotti jew fuqhom (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="014" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 14, p. 1</REF.DOC.OJ>) jirriżulta li ġew iffissati tali limiti massimi ta’ residwi (LMR) ta’ klorpirifos, filwaqt li, fir-rigward tad-diflubenzuron, hekk kif jirriżulta mill-premessa 14 tar-Regolament ikkontestat, il-Kummissjoni kkonstatat li ma kienx possibbli li jiġu ffissati valuri tossikoloġiċi ta’ referenza għall-PCA u lanqas, konsegwentement, li jiġu ddeterminati livelli ta’ residwi mingħajr perikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mir-Regolament 2016/60 jirriżulta li l-LMR ta’ klorpirifos ġew emendati wara li ġiet irċevuta informazzjoni ġdida vverifikata. Din kienet tirrigwarda, b’mod partikolari, ir-rakkomandazzjoni tal-EFSA li jitnaqqsu dawn il-limiti fir-rigward ta’ ċerti prodotti u, min-naħa l-oħra, il-konklużjoni tal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni li skontha l-progressi tekniċi kienu jimponu li jiġu ffissati limiti ta’ determinazzjoni speċifiċi għal ċerti prodotti tal-ikel jew prodotti. Min-naħa l-oħra, f’dan il-każ, l-istudju RTG, invokat mir-rikorrenti sabiex titlob is-sospensjoni tal-proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron sal-evalwazzjoni ta’ dan l-istudju fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid, kien jinkludi data xjentifika ġdida li qatt ma kienet ġiet evalwata, la waqt il-proċedura ta’ reviżjoni u lanqas fil-kuntest tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron, qabel l-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Il-ħames nett, bi tweġiba għall-argument tal-Kummissjoni li studju, bħall-istudju RTG, intalab fl‑2009 u missu ġie prodott fl‑2011, ir-rikorrenti tallega, minn naħa, li l-istudju RTG ma kienx intalab speċifikament mill-awtoritajiet kompetenti fl‑2009 u, min-naħa l-oħra, fi kwalunkwe każ, hija ma setgħetx titlob dan l-istudju fl‑2009 fid-dawl tad-data li fiha ġew adottati l-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u għall-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) Nru 488 dwar it-testijiet ta’ mutazzjonijiet ġenetiċi taċ-ċelloli somatiċi u ġeminali ta’ rodituri transġeniċi, jiġifieri fit‑<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li fl‑2009, fil-kuntest tal-approvazzjoni inizjali tad-diflubenzuron, il-Kummissjoni talbet lir-rikorrenti tipproduċi d-data <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ta’ konferma<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> dwar ir-rilevanza tossikoloġika potenzjali tal-impuritajiet tal-PCA bħala residwu tad-diflubenzuron. Issa, jeħtieġ li jitfakkar li mill-formulazzjoni u mill-istruttura tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 1107/2009 jirriżulta li bħala prinċipju huwa fuq l-awtur tat-talba ta’ approvazzjoni li għandu jaqa’ l-oneru tal-prova li ġew issodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1107/2009. B’hekk, huwa l-applikant li għandu jipprova li l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni huma ssodisfatti, sabiex jikseb l-approvazzjoni, u ma hijiex il-Kummissjoni li għandha tipprova li ma ġewx issodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni sabiex tkun tista’ tirrifjutaha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>BASF Agro <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑584/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:279">EU:T:2018:279</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan ir-rigward, b’mod iktar speċifiku, mill-premessa 10 tar-Regolament Nru 1107/2009 jirriżulta li sustanzi għandhom jidħlu fil-kompożizzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>fejn ikun intwera<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, b’mod partikolari, li huma ma għandux ikollhom effett dannuż fuq is-saħħa tal-bniedem (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>BASF Agro <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑584/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:279">EU:T:2018:279</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0087">87</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, il-prinċipju huwa li hija l-parti li tinvoka dispożizzjoni legali li għandha tipprova li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħha huma ssodisfatti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180517">17 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>BASF Agro <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑584/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:279">EU:T:2018:279</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Anki jekk, kif issostni r-rikorrenti, l-adozzjoni tal-Linji Gwida tal-OECD Nru 488 dwar it-testijiet ta’ mutazzjonijiet ġenetiċi taċ-ċelloli somatiċi u ġeminali ta’ rodituri transġeniċi, adottati fit‑<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, kienet neċessarja sabiex isir u jiġi prodott l-istudju RTG, jeħtieġ sempliċement li jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tistabbilixxi ebda ċirkustanza li kienet ipprekludietha milli tippreżenta r-riżultati ta’ studji għat-testijiet ta’ prodotti kimiċi mit‑<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mir-Regolament Nru 1107/2009 ma jirriżultax li l-awtoritajiet kompetenti, involuti fil-kuntest tal-proċedura ta’ approvazzjoni ta’ sustanza attiva, għandhom l-obbligu li jidentifikaw l-informazzjoni rilevanti li għandha tiġi pprovduta mill-persuna kkonċernata. Tali obbligu lanqas ma huwa previst fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni konformement mal-Artikolu 21 ta’ dan ir-regolament, b’tali mod li l-argument tar-rikorrenti, imressaq waqt is-seduta, li l-ħtieġa tal-istudju RTG ġiet identifikata għall-ewwel darba biss fil-konklużjonijiet tal-EFSA tal‑2015, adottati fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron, huwa mingħajr rilevanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli ma rrikjedietx il-produzzjoni ta’ studju speċifiku fl‑2009, bħall-istudju RTG, fil-kuntest tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ argumenti oħra li jqiegħdu inkwistjoni l-għażla tal-Kummissjoni li tagħti prijorità lill-interess tas-sigurtà tal-konsumaturi u li twettaq il-proċedura ta’ reviżjoni mingħajr ma tistenna l-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni ma wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkunsidrat, minn naħa, li dan l-interess kien jiġġustifika tali deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, li din kienet proporzjonata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-iżball ibbażat fuq l-assenza ta’ eżami b’reqqa u b’imparzjalità tal-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-eżami tal-Kummissjoni ma twettaqx b’reqqa u b’imparzjalità fir-rigward tal-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni. F’dan il-kuntest, hija tinvoka numru ta’ argumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti tallega li hija ġiet ikkritikata inġustament talli ma pprovdietx biżżejjed informazzjoni fil-fajl komplet tagħha. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tqis li hija ma kellhiex twieġeb għal preokkupazzjoni li ma kinitx ġiet identifikata u li ma kienet tirrikjedi ebda informazzjoni. Fil-fehma tagħha, ir-raġuni ta’ preokkupazzjoni marbuta ma’ residwi tal-PCA ġiet espressa għall-ewwel darba bħala riskju fl-addendum ta’ Lulju 2015. F’dan ir-rigward, hija twettaq distinzjoni bejn l-identifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>preokkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fl‑2012 u l-konstatazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>riskju<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fl‑2014.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jiġi osservat li fil-punti 68 u 71 iktar ’il fuq ġie konkluż li l-konklużjonijiet misluta mill-Istat Membru relatur fl-addenda ta’ Novembru 2014 u ta’ Lulju 2015 (ara l-punti 25 u 27 iktar ’il fuq) ma kellhomx jitqiesu li jagħtu lok għal preokkupazzjoni ġdida li dwarha r-rikorrenti ma kellhiex għarfien għal numru ta’ snin, u dan indipendentement mir-riferiment formali għaliha fid-dokumenti rilevanti bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>preokkupazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>riskju<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>. Fil-fatt, mill-fajl jirriżulta li diġà fl‑2012 l-EFSA kienet ikkonstatat preokkupazzjonijiet dwar l-espożizzjoni potenzjali għall-PCA bħala residwu. Konsegwentement, ir-rikorrenti ma setgħetx, diġà fl‑2012, tinjora t-tħassib espress fir-rigward tal-espożizzjoni għall-PCA taħt forma ta’ residwi, u kellha l-obbligu, diġà fl‑2012, li tipproduċi l-informazzjoni suffiċjenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, hekk kif diġà ġie kkonstatat fil-punt 62 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti setgħet ulterjorment tressaq l-argumenti tagħha wara l-addendum ta’ Lulju 2015 darbtejn, jiġifieri, minn naħa, fis‑<DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE>, dwar il-konklużjonijiet tal-EFSA tal‑2015 (ara l-punt 30 iktar ’il fuq) u, min-naħa l-oħra, fid‑<DATE ISO="20160929">29 ta’ Settembru 2016</DATE>, dwar l-abbozz ta’ rapport ta’ reviżjoni (ara l-punt 32 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jidher li, għall-ewwel darba f’din il-kawża, ir-rikorrenti, waqt is-seduta, ikkritikat lill-Kummissjoni talli ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kummenti tagħha mressqa lill-EFSA fl‑<DATE ISO="20150820">20 ta’ Awwissu 2015</DATE> dwar il-fatt li hija kellha l-possibbiltà li tifformula osservazzjonijiet b’mod suffiċjenti fil-kawża preċedenti (ara l-punt 31 iktar ’il fuq) u li hija setgħet tressaq kummenti darba biss fir-rigward tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Istat Membru relatur (ara l-punt 31 iktar ’il fuq). F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tindika li l-kummenti ma setgħux jiġu pprovduti qabel Lulju 2015 peress li kien biss f’Lulju 2015 li l-kwistjoni tar-residwi tqieset li kienet tikkostitwixxi problema għall-Istat Membru relatur (ara l-punt 27 iktar ’il fuq). Mingħajr ma jkun meħtieġ li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tiegħu, dan l-argument tar-rikorrenti għandu jiġi miċħud bħala infondat fid-dawl tal-konklużjonijiet miksuba fil-punti 74, 75, 124 u 125 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni nnifisha ma kinitx taf kif tevalwa l-ġenotossiċità u li ma jeżisti ebda kunsens bejn l-EFSA u l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) dwar il-proprjetajiet ġenotossiċi u kanċeroġeni tal-PCA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Minn naħa, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ġenotossiċità mill-Kummissjoni, ir-rikorrenti tinvoka talba għal preċiżazzjonijiet u għal teħid inkunsiderazzjoni ta’ numru ta’ aspetti marbuta mal-evalwazzjoni tal-ġenotossiċità, indirizzata mill-Kummissjoni lill-EFSA, li jkunu jixhdu l-eżistenza ta’ diverġenzi ta’ opinjoni qawwija bejn ċerti Stati Membri, l-EFSA u tal-applikanti fir-rigward ta’ din il-problematika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni, mingħajr ma tiġi kkontestata mir-rikorrenti, li t-talba indirizzata lill-EFSA, imfakkra fil-punt 128 iktar ’il fuq, tirrigwarda aspett limitat ħafna u estremament tekniku tal-modalitajiet tal-azzjoni li għandha tittieħed fil-konfront tal-evalwazzjonijiet differenti tal-ġenotossiċità, jiġifieri l-kwistjoni dwar kif ikun l-aħjar li jiġu kkompletati t-testijiet <HT TYPE="ITALIC">in vitro</HT> b’mod li jkun koerenti u iktar standardizzat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-opinjoni tal-EFSA u tal-EMA dwar il-proprjetajiet ġenotossiċi u kanċeroġini tal-PCA, ir-rikorrenti tinvoka r-rapport tal-EMA tat‑<DATE ISO="20150723">23 ta’ Lulju 2015</DATE>, li minnu jirriżulta li jista’ jiġi ffissat limitu tal-espożizzjoni għall-PCA u li għaldaqstant tista’ titwettaq evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Issa, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li mid-dokument <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Comments on the rationale for a non-divergent position between EFSA conclusions on 4-chloroaniline (PCA) and EMA’s CHMP/ICH conclusions<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> (Kummenti li jiġġustifikaw il-pożizzjoni mhux diverġenti bejn il-konklużjonijiet tal-EFSA dwar il-4‑chloroaniline (PCA) u dawk taċ-CHMP/ICH tal-EMA), annessi mal-proċess, jirriżulta li ż-żewġ aġenziji kkonfermaw, minn naħa, li fundamentalment ma kienet teżisti ebda opinjoni xjentifikament diverġenti bejniethom inkwantu ż-żewġ aġenziji kienu jqisu li l-PCA kellu jiġi kkunsidrat bħala<?PAGE NO="21"?> ġenotossiku u kanċeroġeniku fuq il-bażi tad-data attwalment disponibbli u, min-naħa l-oħra, li l-approċċi differenti użati miż-żewġ aġenziji jistgħu jiġu spjegati bil-kuntesti differenti li fihom kellu jiġi eżaminat il-PCA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Ir-rapport tal-EMA invokat mir-rikorrenti sabiex turi li l-pożizzjoni tal-EMA dwar l-espożizzjoni għall-PCA hija differenti minn dik tal-EFSA ma jistax iqiegħed inkwistjoni l-pożizzjonijiet tal-EFSA u tal-EMA ppreżentati fid-dokument imsemmi fil-punt 131 iktar ’il fuq. F’dan ir-rigward, jeħtieġ sempliċement li jiġi kkonstatat li l-imsemmi dokument ħareġ wara r-rapport inkwistjoni tal-EMA li, min-naħa tiegħu, huwa tat‑<DATE ISO="20150723">23 ta’ Lulju 2015</DATE>. Fil-fatt, skont l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li ma ġewx ikkontestati mir-rikorrenti, l-EFSA u l-EMA kienu ftiehmu dwar il-verżjoni finali tad-dokument imsemmi fil-punt 131 iktar ’il fuq fl‑<DATE ISO="20151210">10 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-assenza eventwali ta’ kunsens bejn l-EFSA u l-EMA dwar il-proprjetajiet ġenotossiċi u kanċeroġeni tal-PCA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti tindika li, kuntrarjament għall-evalwazzjoni tad-diflubenzuron bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, l-eżami ta’ din is-sustanza attiva bħala prodott bijoċidali ma kien identifika ebda raġuni ta’ preokkupazzjoni dwar il-livell ta’ metaboliti għall-ħaddiema, għar-residenti u għall-persuni li jgħaddu mill-inħawi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Kif tindika l-Kummissjoni fit-tweġibiet tagħha għad-domandi magħmula fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/6/UE tal‑<DATE ISO="20130220">20 ta’ Frar 2013</DATE> li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex id-diflubenzuron jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="048" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 48, p. 10</REF.DOC.OJ>), liema direttiva tiffissa l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tad-diflubenzuron bħala bijoċida, jirriżulta li l-evalwazzjoni tar-riskji mwettqa fuq livell tal-Unjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni x-xenarji kollha ta’ espożizzjoni u ta’ użi possibbli, bħall-użu f’ambjent estern, l-użu minn persuni li ma jkunux professjonisti u l-espożizzjoni tal-bhejjem. Minn dan jirriżulta li, kuntrarjament għall-evalwazzjoni tad-diflubenzuron bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, l-eżami tad-diflubenzuron bħala bijoċida ma kienx jirrigwarda l-użi li jagħtu lok għall-espożizzjoni tal-konsumaturi permezz tal-prodotti tal-ikel jew tal-ikel għall-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata talli ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’reqqa u b’imparzjalità l-evalwazzjoni tad-diflubenzuron bħala bijoċida fil-kuntest tal-eżami tagħha tad-diflubenzuron bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti waqt il-proċedura ta’ reviżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li l-ewwel u r-raba’ motivi jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-punti preċedenti, ir-rikors għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. F’dan il-każ, peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u tal-proċedura għal miżuri provviżorji, konformement mat-talbiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="22"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Arysta LifeScience Netherlands BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u tal-proċedura għal miżuri provviżorji.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Calvo-Sotelo Ibáñez-Martín</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Reine</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid-<DATE ISO="20190919">19 ta’ Settembru 2019</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="23"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kuntest ġuridiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-Direttiva 91/414/KEE</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Ir-Regolament (KE) Nru 1490/2002</ITEM.CONT><ITEM.REF>2</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Ir-Regolament Nru 1107/2009</ITEM.CONT><ITEM.REF>3</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Proċedura ta’ approvazzjoni tad-diflubenzuron</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Proċedura ta’ reviżjoni tad-diflubenzuron</ITEM.CONT><ITEM.REF>5</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Proċedura ta’ tiġdid tad-diflubenzuron</ITEM.CONT><ITEM.REF>8</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>9</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-allegati motivi ġodda</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq eċċess ta’ poter</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, u fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità</ITEM.CONT><ITEM.REF>13</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Osservazzjonijiet preliminari dwar il-portata tal-istħarriġ ġudizzjarju</ITEM.CONT><ITEM.REF>14</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>1)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-iżball ibbażat fuq in-natura irraġonevoli u sproporzjonata tal-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat mingħajr l-istennija tal-eżitu tal-proċedura ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tad-diflubenzuron</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>2)</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-iżball ibbażat fuq l-assenza ta’ eżami b’reqqa u b’imparzjalità tal-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni</ITEM.CONT><ITEM.REF>19</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>21</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>