<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑650/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0650</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:648">EU:C:2015:648</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20151006">6.10.2015</DATE> – KAWŻA C‑650/13</P><P>DELVIGNE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 39 u 49</KEYWORD><KEYWORD>Il-Parlament Ewropew</KEYWORD><KEYWORD>Elezzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Dritt tal-vot</KEYWORD><KEYWORD>Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Retroattività tal-liġi kriminali l-inqas severa</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-projbizzjoni tad-dritt tal-vot fil-każ ta’ kundanna kriminali mogħtija fl-aħħar istanza qabel l-<DATE ISO="19940301">1 ta’ Marzu 1994</DATE></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑650/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-tribunal d’instance de Bordeaux (Franza), b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20131209">9 ta’ Diċembru 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Thierry Delvigne</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Commune de Lesparre‑Médoc,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Préfet de la Gironde,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, K. Lenaerts, Viċi President, A. Tizzano, R. Silva de Lapuerta, M. Ilešič, C. Vajda, S. Rodin u K. Jürimäe (Relatur), Presidenti ta’ Awla, A. Rosas, E. Juhász, A. Borg Barthet, J. Malenovský u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20150120">20 ta’ Jannar 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal T. Delvigne, minn J. Fouchet, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-commune de Lesparre‑Médoc, minn M.-C. Baltazar u A. Pagnoux, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues, D. Colas u F.- X. Bréchot, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn L. Banciella Rodríguez-Miñón, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn M. Holt, bħala aġent, assistit minn J. Coppel, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Parlament Ewropew, minn D. Moore u P. Schonard, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Van Nuffel u H. Krämer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 39 u 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, T. Delvigne u min-naħa l-oħra, il-commune de Lesparre‑Médoc (Komun ta’ Lesparre-Médoc) (Franza) u l-préfet de la Gironde (prefett ta’ Gironde) dwar it-tneħħija ta’ T. Delvigne mir-reġistru elettorali ta’ dan il-komun.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri għall-Parlament Ewropew b’vot dirett universali, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom, tal-<DATE ISO="19760920">20 ta’ Settembru 1976</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="278" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1976">ĠU L 278, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/772/KE, Euratom, tal-<DATE ISO="20020625">25 ta’ Ġunju 2002</DATE> u tat-<DATE ISO="20020923">23 ta’ Settembru 2002</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="283" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2002">ĠU L 283, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Att tal-1976<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’kull Stat Membru, membri tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu eletti fuq il-bażi ta’ rapreżentanza proporzjonali, bl-użu tas-sistema ta’ lista jew tal-vot wieħed trasferibbli.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-elezzjonijiet għandhom ikunu b’vot dirett universali u għandhom ikunu ħielsa u sigrieti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-Att tal-1976 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Suġġett għad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, il-proċedura elettorali għandha tkun irregolata f’kull Stat Membru bid-disposizzjonijiet nazzjonali tiegħu.</ALINEA><ALINEA>Dawn id-disposizzjonijiet nazzjonali, li jistgħu, jekk xieraq, jieħdu akkont tas-sitwazzjoni speċifika fl-Istati Membri, m’għandhomx jaffettwaw in-natura proporzjonali essenzjali tas-sistema tal-votazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 tal-Kodiċi Kriminali, stabbilit mil-Liġi tat-<DATE ISO="18100212">12 ta’ Frar 1810</DATE>, fil-verżjoni applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kodiċi Kriminali preċedenti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), kien jipprovdi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-kundanna ta’ piena kriminali timplika telf tad-drittijiet ċiviċi.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi Kriminali preċedenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>It-telf tad-drittijiet ċiviċi jinkludi:</P><P>[…]</P><P>2 Iċ-ċaħda mid-dritt tal-vot, mill-kandidatura, mill-eliġibbiltà u, b’mod ġenerali, mid-drittijiet ċiviċi u politiċi kollha [...]</P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kodiċi Kriminali preċedenti ġie abrogat b’effett mill-<DATE ISO="19940301">1 ta’ Marzu 1994</DATE> bil-Liġi Nru 92-1336, tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE>, dwar id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Kriminali l-ġdid u l-emenda ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt kriminali u tal-proċedura kriminali li kienet saret neċessarja b’dan id-dħul fis-seħħ (JORF tat-<DATE ISO="19921223">23 ta’ Diċembru 1992</DATE>, p. 17568). L-Artikolu 131-26 ta’ dan il-Kodiċi Kriminali l-ġdid jipprovdi li qorti tista’ tiddeċiedi li persuna għandha tiċċaħħad mid-drittijiet ċiviċi tagħha, <HT TYPE="ITALIC">in toto</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">in parte</HT>, għal perijodu ta’ mhux iktar minn għaxar snin fil-każ ta’ kundanna għal reat u ta’ ħames snin fil-każ ta’ kundanna għal delitt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 92-1336, tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE>, kif emendata bil-Liġi Nru 94-89, tal-<DATE ISO="19940201">1 ta’ Frar 1994</DATE>, tistabbilixxi piena mandatorja u li tikkonċerna l-Kodiċi Kriminali l-ġdid u ċerti dispożizzjonijiet tal-proċedura kriminali (JORF tat-<DATE ISO="19940202">2 ta’ Frar 1994</DATE>, p. 1803), tipprovdi, fl-Artikolu 370 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 702-1 tal-code de procédure pénale (Kodiċi tal-Proċedura Kriminali), iċ-ċaħda tad-drittijiet ċiviċi, ċivili u tal-familja jew l-esklużjoni mill-ġuri, li jirriżultaw <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> minn kundanna kriminali mogħtija fl-aħħar istanza qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-liġi jibqgħu applikabbli.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 702-1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, kif emendat bil-Liġi Nru 2009-1436, tal-<DATE ISO="20091124">24 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar il-priġunerija (JORF tal-<DATE ISO="20001125">25 ta’ Novembru 2000</DATE>, p. 20192), jipprovdi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kull persuna li tkun suġġetta għal ċaħda, projbizzjoni jew inkapaċità legali jew għal kwalunkwe notifika ppubblika li tirriżulta <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> minn kundanna kriminali jew li tkun imposta mis-sentenza ta’ kundanna bħala piena addizzjonali titlob lill-qorti li tkun tat is-sentenza, jew fil-każ ta’ pluralità ta’ kundanni, lill-aħħar qorti li tkun iddeċidiet, li tneħħi din iċ-ċaħda, il-projbizzjoni jew l-inkapaċità legali. Jekk is-sentenza tkun ingħatat minn cour d’assises, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba hija l-kamra istruttorja li fiha l-cour d’assises għandha s-sede tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 77-729 tas-<DATE ISO="19770707">7 ta’ Lulju 1977</DATE> dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew (JORF tat-<DATE ISO="19770708">8 ta’ Lulju 1977</DATE>, p. 3579), kif emendata, tirregola l-proċedura elettorali applikabbli għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew prevista mill-Att anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej, tal-<DATE ISO="19760920">20 ta’ Settembru 1976</DATE>, applikabbli skont il-Liġi Nru 77-680, tat-<DATE ISO="19770630">30 ta’ Ġunju 1977</DATE>, hija rregolata mit-Titolu I tal-Ktieb I tal-code électoral (Kodiċi Elettorali) u mid-dispożizzjonijiet tal-kapitoli segwenti [...]:<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 1 tat-Titolu I tal-Ktieb I tal-Kodiċi Elettorali jiġbor flimkien id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eleġibbiltà fl-elezzjonijiet. Dan il-kapitolu jinkludi l-Artikolu L 2 li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>iċ-ċittadini Franċiżi li għalqu t-18-il sena u li jgawdu mid-drittijiet ċivili u politiċi tagħhom u li ma huma suġġett għal ebda inkapaċità legali pprovduta mil-liġi, huma eleġibbli li jivvutaw<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu L 5 tal-Kodiċi Elettorali, fil-verżjoni oriġinali tiegħu, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Is-segwenti ma għandhomx jitniżżlu fir-reġistru elettorali:</P><P>1 *L-individwi li ġew ikkundannati għal reat li wettqu;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L 6 ta’ dan il-kodiċi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Il-persuni li ġew imċaħħda mill-qorti mid-dritt tal-vot u mid-dritt li jikkontestaw l-elezzjoni, ma għandhomx jitniżżlu fir-reġistru elettorali matul il-perijodu stabbilit fis-sentenza.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>T. Delvigne ġie kkundannat għal reat serju u ngħata piena li tnaqqas il-libertà għal tnax-il sena permezz ta’ sentenza tal-aħħar istanza mogħtija fit-<DATE ISO="19880330">30 ta’ Marzu 1988</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mill-osservazzjonijiet li ġew sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 28 u 34 tal-Kodiċi Kriminali preċedenti, din il-kundanna kienet timplika <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> t-telf tad-drittijiet ċiviċi ta’ T. Delvigne, li, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, kienu jinkludu ċ-ċaħda tad-dritt tal-vot tiegħu u tad-dritt tiegħu li jikkontesta l-elezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Liġi tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE> abrogat, fil-Kodiċi Kriminali l-ġdid, li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19940301">1 ta’ Marzu 1994</DATE>, il-piena addizzjonali tat-telf tad-drittijiet ċiviċi li jirriżulta <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> minn kundanna ta’ reat kriminali. Il-Kodiċi Kriminali l-ġdid issa jipprovdi li ċ-ċaħda tad-drittijiet ċiviċi, <HT TYPE="ITALIC">in toto</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">in parte</HT>, għandha tiġi deċiża minn qorti u għal perijodu ta’ mhux iktar minn għaxar snin fil-każ ta’ kundanna ta’ reat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, skont l-Artikolu 370 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE>, kif emendata, it-telf tad-drittijiet ċiviċi ta’ T. Delvigne baqa’ jissokta wara l-<DATE ISO="19940301">1 ta’ Marzu 1994</DATE> peress li kien jirriżulta minn kundanna kriminali li kienet saret definittiva qabel id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Kriminali l-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-2012, ittieħdet deċiżjoni fir-rigward ta’ T. Delvigne mill-kummissjoni amministrattiva kompetenti fuq il-bażi tal-Artikolu L 6 tal-Kodiċi Elettorali, li ordnat it-tneħħija tiegħu mir-reġistru elettorali tal-komun ta’ Lesparre‑Médoc, fejn jirrisjedi. T. Delvigne ppreżenta rikors quddiem il-qorti tar-rinviju sabiex jikkontesta din it-tneħħija.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>T. Delvigne talab lill-qorti tar-rinviju tagħmel talba għal rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, billi tinvoka l-inugwaljanza fit-trattament li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Liġi tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE>, kif emendata. B’mod partikolari, huwa ssostni li l-Artikolu 370 ta’ din il-liġi jqajjem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>problema ta’ inkompatibbiltà<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, sa fejn jikser, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, diversi dispożizzjonijiet tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tribunal d’instance de Bordeaux iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat bħala li jipprekludi li artikolu tal-liġi nazzjonali jżomm fis-seħħ projbizzjoni, li barra minn hekk hija indefinita u sproporzjonata, li persuni kkundannati qabel id-dħul fis-seħħ tal-liġi kriminali inqas ħarxa Nru 94-89 tal-<DATE ISO="19940201">1 ta’ Frar 1994</DATE> jibbenefikaw minn piena inqas severa?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 39 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għandu jiġi interpretat bħala li jimponi fuq l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea l-obbligu li ma jipprevedux projbizzjoni ġenerali, indefinita u awtomatika mill-eżerċizzju tad-drittijiet ċivili u politiċi, bil-għan li ma tinħoloqx inugwaljanza fit-trattament bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali tikkonċerna l-legalità tad-deċiżjoni tat-tneħħija ta’ T. Delvigne mir-reġistru elettorali, li ttieħdet fuq il-bażi tal-Artikolu L 6 tal-Kodiċi Elettorali wara t-telf tad-dritt tal-vot <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> marbut mal-kundanna kriminali li ngħatat fil-konfront tiegħu fl-1988.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif ippreċiża l-Gvern Franċiż fl-osservazzjonijiet bil-miktub u orali tiegħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, is-sistema kriminali tal-piena addizzjonali ġiet abrogata bir-riforma tal-Kodiċi Kriminali fl-1994. Madankollu, din l-emenda tad-dritt kriminali ma affettwatx is-sitwazzjoni ta’ T. Delvigne fir-rigward tad-dritt tal-vot tiegħu, peress li dan tal-aħħar kien għadu suġġett għal projbizzjoni li jivvota skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L 2 u L 6 tal-Kodiċi Elettorali u tal-Artikolu 370 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE>, kif emendata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, bid-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tixtieq tikseb interpretazzjoni tal-Artikolu 39 u tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta, għall-finijiet tal-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tal-projbizzjoni tad-dritt tal-vot fir-rigward ta’ T. Delvigne, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L 2 u L 6 tal-Kodiċi Elettorali u tal-Artikolu 370 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE>, kif emendata, li implikat it-tneħħija tiegħu mir-reġistri elettorali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Gvernijiet ta’ Franza, ta’ Spanja u tar-Renju Unit jinvokaw in-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi għat-talba għal deċiżjoni preliminari, peress li, skont dawn il-Gvernijiet, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma taqax fil-kamp tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Huma jsostnu, b’mod partikolari, li l-qorti nazzjonali ma tinvoka ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li tista’ tistabbilixxi rabta bejn din il-leġiżlazzjoni u d-dritt tal-Unjoni u li, għaldaqstant, l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tikkostitwixxix implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta, fir-rigward tal-azzjoni tal-Istati Membri, huwa ddefinit fl-Artikolu 51(1) ta’ din tal-aħħar, li jistabbilixxi li d-dispożizzjonijiet tal-Karta japplikaw għall-Istati Membri biss meta dawn ikunu qegħdin jimplementaw id-dritt tal-Unjoni (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 51(1) tal-Karta jikkonferma l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sens li d-drittijiet fundamentali ggarantiti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni għandhom japplikaw fis-sitwazzjonijiet kollha rregolati mid-dritt tal-Unjoni, iżda mhux lil hinn minn tali sitwazzjonijiet (ara sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Torralbo Marcos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑265/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:187">EU:C:2014:187</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta sitwazzjoni legali ma tkunx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tagħha u d-dispożizzjonijiet eventwalment invokati tal-Karta ma jistgħux, fihom infushom, jistabbilixxu dik il-ġurisdizzjoni (ara sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Åkerberg Fransson</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑617/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:105">EU:C:2013:105</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Torralbo Marcos,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑265/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:187">EU:C:2014:187</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi ddeterminat jekk is-sitwazzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni li, bħal T. Delvigne, huwa kkonfrontat b’deċiżjoni ta’ tneħħija mir-reġistri elettorali meħuda mill-awtoritajiet ta Stat Membru, u li timplika t-telf tad-dritt tiegħu għal vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 8 tal-Att tal-1976 jipprovdi li, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet inklużi f’dan l-att, il-proċedura elettorali hija rregolata, f’kull Stat Membru, mid-dispożizzjonijiet nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, T. Delvigne tneħħa mir-reġistri elettorali, peress li, minħabba l-kundanna ta’ reat serju li ngħatat fil-konfront tiegħu fl-1988, huwa kien jagħmel parti mill-persuni li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Elettorali u tal-Artikolu 370 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE>, kif emendata, li ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex jivvotaw f’elezzjonijiet nazzjonali. Kif sostna l-Parlament fl-osservazzjonijiet tiegħu, l-Artikolu 2 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19770707">7 ta’ Lulju 1977</DATE>, dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew, prevista fl-Att tal-1976, jirreferi għal dawn il-kundizzjonijiet fir-rigward b’mod speċifiku tad-dritt tal-vot f’din l-aħħar elezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Huwa minnu li, fir-rigward tal-benefiċjarji tad-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fis-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spanja vs Ir-Renju Unit</NAME.CASE> ((<NO.CASE>C‑145/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:543">EU:C:2006:543</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Eman u Sevinger</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑300/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:545">EU:C:2006:545</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) li l-Artikoli 1(3) u 8 tal-Att tal-1976 ma jiddefinixxux b’mod espress u preċiż il-benefiċjarji ta’ dan id-dritt u li, konsegwentement, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, id-determinazzjoni tad-detenturi tal-imsemmi dritt taqa’ fil-kompetenza ta’ kull Stat Membru konformement mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, kif sostnew il-Gvern tal-Ġermanja, il-Parlament u l-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet tagħhom, l-Istati Membri huma marbuta, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, bl-obbligu stabbilit fl-Artikolu 1(3) tal-Att tal-1976, moqri flimkien mal-Artikolu 14(3) TUE, jiżguraw li l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew issir b’vot dirett universali u b’mod ħieles u sigriet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Konsegwentement, Stat Membru li, fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-obbligu tiegħu, skont l-Artikoli 14(3) TUE u 1(3) tal-Att tal-1976 jipprovdi, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-esklużjoni ta’ numru ta’ ċittadini tal-Unjoni mid-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li, bħal T. Delvigne, ġew ikkundannati b’reat li l-kundanna tiegħu saret definittiva qabel l-<DATE ISO="19940301">1 ta’ Marzu 1994</DATE>, għandu jitqies li qiegħed jimplementa d-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Gvern ta’ Franza jinvoka l-inammissibbiltà tad-domandi magħmula, minn naħa, peress li r-risposti tal-Qorti tal-Ġustizzja ma humiex neċessarji għall-qorti tar-rinviju sabiex taqta’ l-kawża prinċipali u, min-naħa l-oħra, peress li din il-qorti ma ddefinitx suffiċjentement il-kuntest fattwali u leġiżlattiv ta’ dawn id-domandi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn din tal-aħħar u l-qrati nazzjonali stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali li hija adita bil-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja sussegwenti, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari għall-finijiet tal-għoti tas-sentenza tagħha kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja. Għaldaqstant, peress li d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, fil-prinċipju, tagħti deċiżjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kamberaj</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑571/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:233">EU:C:2012:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Gauweiler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑62/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:400">EU:C:2015:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, talba mressqa minn qorti nazzjonali tista’ biss tiġi rrifjutata meta jidher manifestament li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali jew meta l-problema hija ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kamberaj</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑571/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:233">EU:C:2012:233</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Gauweiler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-62/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:400">EU:C:2015:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, mill-punti ta’ fatt u ta’ liġi li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, u li ġew riprodotti wkoll fil-punti 22 sa 24 tas-sentenza preżenti, jista’ jiġi dedott kjarament li l-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdiha bl-interpretazzjoni tal-Artikoli 39 u 49 tal-Karta sabiex tevalwa jekk id-dritt nazzjonali li fuq il-bażi tiegħu T. Delvigne tneħħa minn fuq il-listi elettorali huwiex kompatibbli ma’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-domandi preliminari għandhom rabta diretta mas-suġġett tal-kawża prinċipali u għaldaqstant, huma ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Artikolu 52(2) tal-Karta jipprovdi li d-drittijiet rikonoxxuti minnha li fir-rigward tagħhom hemm dispożizzjonijiet fit-Trattati għandhom jiġu eżerċitati taħt il-kundizzjonijiet u fil-limiti ddefiniti mit-Trattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li, skont l-ispjegazzjonijiet dwar il-Karta li, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE u l-Artikolu 52(7) tal-Karta, għandhom jingħataw kunsiderazzjoni debita fl-interpretazzjoni tal-Karta, l-Artikolu 39(1) jikkorrispondi għad-dritt iggarantit fl-Artikolu 20(2)(b) TFUE. L-Artikolu 39(2) tal-Karta jikkorrispondi għall-Artikolu 14(3) TUE. Barra minn hekk, dawn l-ispjegazzjonijiet jippreċiżaw li l-Artikolu 39(2) jirriproduċi l-prinċipji bażiċi tas-sistema elettorali fi Stat demokratiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 20(2)(b) TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li din id-dispożizzjoni hija limitata li tapplika l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, billi tipprevedi li kull ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fi Stat Membru li ma huwiex ċittadin tiegħu għandu dritt tal-vot fl-elezzjonijiet fl-Istat Membru fejn jirrisjedi taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dan l-Istat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Spanja vs Ir-Renju Unit</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑145/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:543">EU:C:2006:543</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 66).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, l-Artikolu 39(1) tal-Karta ma huwiex applikabbli għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li l-Karta tikkonċerna, kif jidher mill-informazzjoni fil-faxxikolu tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt tal-vot ta’ ċittadin fl-Istat Membru li huwa ċittadin tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 39(2) tal-Karta, dan jikkonsisti, kif jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet fil-punt 41 ta’ din is-sentenza, l-espressjoni fil-Karta tad-dritt tal-vot taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 14(3) TUE u l-Artikolu 1(3) tal-Att tal-1976.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Huwa manifest li l-projbizzjoni tad-dritt tal-vot, li huwa suġġett għaliha T. Delvigne skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tillimita l-eżerċizzju tad-dritt iggarantit fl-Artikolu 39(2) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 52(1) tal-Karta jaċċetta li jiġu imposti ċerti limitazzjonijiet fuq l-eżerċizzju ta’ drittijiet bħal dawk stabbiliti fl-Artikolu 39(2) tagħha, sa fejn dawn il-limitazzjonijiet ikunu previsti mil-liġi, josservaw il-kontenut essenzjali tal-imsemmija drittijiet u libertajiet u sa fejn, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ikunu neċessarji u jissodisfaw effettivament l-għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-bżonn li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Volker und Markus Schecke u Eifert</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑92/09 u C‑93/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:662">EU:C:2010:662</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Lanigan,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑237/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:474">EU:C:2015:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, peress li l-projbizzjoni tad-dritt tal-vot inkwistjoni tirriżulta mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Elettorali u tal-Kodiċi Kriminali, għandu jitqies li din hija prevista mil-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, din il-limitazzjoni tosserva l-kontenut essenzjali tad-dritt tal-vot li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 39(2) tal-Karta. Fil-fatt, l-imsemmija limitazzjoni ma tikkonfutax dan id-dritt fih innifsu, peress li għandha l-effett li teskludi, taħt kundizzjonijiet speċifiċi u minħabba l-imġiba tagħhom, lil ċerti persuni mill-grupp ta’ benefiċjarji tad-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, sa fejn tali kundizzjonijiet jiġu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, limitazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali hija proporzjonata peress li tieħu inkunsiderazzjoni n-natura u l-gravità tar-reat kriminali mwettaq kif ukoll it-tul tal-piena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Gvern ta’ Franza fl-osservazzjonijiet sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja, il-projbizzjoni tad-dritt tal-vot li kien suġġett għaliha T. Delvigne minħabba l-kundanna tiegħu għal piena ta’ tnax-il sena priġunerija għal reat serju ma kinitx applikabbli għall-persuni kkundannati minħabba reat sanzjonat b’piena li tnaqqas il-libertà bejn ħames snin u priġunerija għal għomor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern ta’ Franza jsostni li d-dritt nazzjonali, b’mod partikolari l-Artikolu 702-1 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, kif emendat, joffri l-possibbiltà lil persuna li tkun tinsab fis-sitwazzjoni ta’ T. Delvigne li titlob, u tikseb, ir-revoka tal-piena addizzjonali ċivika li wasslet għaċ-ċaħda tad-dritt tal-vot tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-Artikolu 39(2) tal-Karta ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT>, minn fost il-benefiċjarji tad-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-persuni li bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, b’mod definittiv ġew ikkundannati kriminalment għal reat serju qabel l-<DATE ISO="19940301">1 ta’ Marzu 1994</DATE>, għandu jitqies li qiegħed jimplementa d-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regola ta’ retroattività tal-liġi kriminali l-inqas severa, li tinsab fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta, din ir-regola tipprovdi li jekk, wara li jkun twettaq reat, il-liġi tkun tipprovdi piena inqas ħarxa, għandha tapplika din il-piena.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, kif ġie rrilevat fil-punti 16 u 22 ta’ din is-sentenza, meta ġie emendat il-Kodiċi Kriminali preċedenti fl-1994, iċ-ċaħda tad-dritt tal-vot, bħala piena addizzjonali li tirriżulta <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> minn kundanna kriminali, ġiet abrogata u ssostitwita b’piena addizzjonali li għandha tiġi imposta minn qorti skont l-Artikolu 131/26 tal-Kodiċi Kriminali l-ġdid u għal tul ta’ mhux iktar minn għaxar snin fil-każ ta’ reat u ta’ ħames snin fil-każ ta’ delitt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, din l-emenda ma affettwatx is-sitwazzjoni ta’ T. Delvigne, peress li, minħabba l-kundanna ta’ reat serju li ngħatat fil-konfront tiegħu qabel l-<DATE ISO="19940301">1 ta’ Marzu 1994</DATE>, huwa jibqa’ suġġett <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> għal projbizzjoni li jivvota għal tul indefinit, skont id-dispożizzjonijiet tal-kodiċi elettorali u tal-Artikolu 370 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE>, kif emendata. Waqt is-seduta, il-Gvern ta’ Franza ppreċiża li ż-żamma tal-effett tal-kundanni li saru definittivi qabel l-<DATE ISO="19940301">1 ta’ Marzu 1994</DATE> kienet immotivata mill-fatt li l-leġiżlatur nazzjonali ried jevita li l-projbizzjoni tad-dritt tal-vot li tirriżulta minn kundanna ta’ reat ma tiqafx awtomatikament u immedjatament mad-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Kriminali l-ġdid, filwaqt li dan l-aħħar kodiċi jżomm il-projbizzjoni tad-dritt tal-vot bħala piena addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li r-regola ta’ retroattività tal-liġi kriminali l-inqas severa, li tinsab fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta, ma hijiex ta’ natura li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li, kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 370 tal-Liġi tas-<DATE ISO="19921216">16 ta’ Diċembru 1992</DATE>, kif emendata, din il-leġiżlazzjoni hija limitata li żżomm il-projbizzjoni tad-dritt tal-vot li tirriżulta <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> minn kundanna kriminali biss għall-kundanni definittivi, li jingħataw fl-aħħar istanza skont il-Kodiċi Kriminali preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, kif tfakkar fil-punt 51 ta’ din is-sentenza, din il-leġiżlazzjoni toffri espressament il-possibbiltà lill-persuni suġġetti għal tali projbizzjoni, li jitolbu u li jiksbu r-revoka ta’ din tal-aħħar. Kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 702-1 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, kif emendat, din il-possibbiltà tingħata lil kull persuna li hija suġġetta għal projbizzjoni ta’ dritt tal-vot, li tirriżulta <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> minn kundanna kriminali skont il-Kodiċi Kriminali preċedenti jew tkun ġiet mogħtija minn qorti bħala piena addizzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali l-ġdid. F’dan il-kuntest, il-fatt li tiġi adita qorti nazzjonali kompetenti skont din id-dispożizzjoni, minn persuna li tinsab fis-sitwazzjoni ta’ T. Delvigne u li tixtieq tikseb revoka tal-projbizzjoni li tirriżulta <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT> minn kundanna kriminali skont id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Kriminali preċedenti, jagħti lok sabiex is-sitwazzjoni individwali ta’ tali persuna tiġi evalwata mill-ġdid, inkluż it-tul ta’ tali projbizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 39(2) u l-aħħar sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT>, minn fost il-benefiċjarji tad-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-persuni li bħal T. Delvigne, b’mod definittiv ġew ikkundannati kriminalment għal reat serju qabel l-<DATE ISO="19940301">1 ta’ Marzu 1994</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 39(2) u l-aħħar sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi <HT TYPE="ITALIC">ipso iure</HT>, minn fost il-benefiċjarji tad-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-persuni li bħal T. Delvigne, b’mod definittiv ġew ikkundannati kriminalment għal reat serju qabel l-<DATE ISO="19940301">1 ta’ Marzu 1994</DATE>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>