5.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

176


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Settembru 2006

li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/723/KE u 2005/873/KE tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-programmi għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ ċerti Enċefalopatiji spongiformi li jittieħdu (TSEs) fl-Istati Membri għas-sena 2006

(innotifikata taħt dokument numru C(2006) 4150)

(2006/645/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(5) u (6) l-Artikolu 32 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistipola regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (2), jinkludi regoli ta’ monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSEs) fl-annimali bovini, ovini u kaprini. Dan ir-Regolament, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1041/2006 jipprevedi estensjoni tal-monitoraġġ tan-nagħaġ.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/723/KE ta’ l-14 ta’ Ottubru 2005 dwar programmi għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard ta’ l-annimali, ta’ ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonożi, li jikkwalifikaw għal kontribuzjoni finanzjarja tal-Komunità fl-2006 (3) tistabbilixxi l-lista ta’ tali programmi, kif ukoll ir-rata u l-ammont proposti tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal kull programm.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/873/KE tat-30 ta’ Novembru 2005 li tapprova programmi għal qerda u l-monitoraġġ tal-mard ta’ l-annimali, ta’ ċerti TSEs, u għall-prevenzjoni taż-żoonożi ppreżentata mill-Istati Membri għas-sena 2006 (4) tistabbilxxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi mill-Istati Membri għall-monitoraġġ ta' enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu.

(4)

Fit-8 ta’ Marzu ta’ l-2006, bord ta’ l-esperti dwar it-TSEs fl-annimali żgħar li jixtarru, ippresedut mil-laboratorju Komunitarju ta' referenza għat-TSEs, ikkonferma li l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) f'dawn l-annimali ma tistax tiġi eskluża wara r-riżultati tat-tieni stadju ta' ttestjar diskriminatorju tal-kampjuni ta’ l-imħuħ minn żewġ nagħġiet minn Franza u nagħġa waħda minn Ċipru. Ittestjar ulterjuri huwa meħtieġ sabiex tiġi eskluża l-preżenza tal-BSE f’tali annimali.

(5)

Fid-dawl ta’ l-importanza ta’ implimentazzjoni effettiva ta’ aktar monitoraġġ għall-verifika tal-prevalenza tal-BSE f’annimali ovini, huwa xieraq li jiżdied l-ammont għal kull test sabiex jingħata bħala rimbors lill-Istati Membri mill-Komunità sa ammont massimu ta’ EUR 30 għal kull test rapidu mwettaq fl-annimali ovini, skond l-ispiża għal kull test rapidu mwettaq fl-annimali kaprini.

(6)

Wara s-sejba ta’ l-ewwel każ tal-BSE fl-Iżvezja, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 kif emendat mir-regolament tal-Kummissjoni (KE) 688/2006/KE żied il-livelli ta’ ttestjar fl-annimali bovini f’dan l-Istat Membru. Għalhekk huwa xieraq li jiżdied il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programmi għall-monitoraġġ tat-TSEs fl-Iżvezja, kif previst fid-Deċiżjonijiet 2005/723/KE u 2005/873/KE.

(7)

Id-Deċiżjonijiet 2005/723/KE u 2005/873/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI

Artikolu 1

L-Anness III għad-Deċiżjoni 2005/723/KE jinbidel permezz tat-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2005/873/KE hija emendata kif ġej: Il-Kapitolu XI, l-Artikolu 11(2) u (3) jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli li jġarrab kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi u ma għandhomx jaqbżu:

(a)

EUR 3 375 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 1 640 000 għar-Repubblika Ċeka;

(ċ)

EUR 2 380 000 għad-Danimarka;

(d)

EUR 15 155 000 għall-Ġermanja;

(e)

EUR 285 000 għall-Estonja;

(f)

EUR 1 625 000 għall-Greċja;

(g)

EUR 9 945 000 għal Spanja;

(h)

EUR 25 760 000 għal Franza;

(i)

EUR 6 695 000 għall-Irlanda;

(j)

EUR 9 045 000 għall-Italja;

(k)

EUR 565 000 għal Ċipru;

(l)

EUR 355 000 għal-Latvja;

(m)

EUR 770 000 għal-Litwanja;

(n)

EUR 140 000 għal-Lussemburgu;

(o)

EUR 1 415 000 għall-Ungerija;

(p)

EUR 35 000 għal Malta;

(q)

EUR 5 515 000 għall-Olanda;

(r)

EUR 2 230 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 3 800 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 2 205 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 410 000 għas-Slovenja;

(v)

EUR 845 000 għas-Slovakkja;

(w)

EUR 1 020 000 għall-Finlandja;

(x)

EUR 1 440 000 għall-Iżvezja;

(y)

EUR 7 700 000 għar-Renju Unit.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità tal-programmi msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tkun għat-testijiet imwettqa u l-ammont massimu ma għandux jaqbeż:

(a)

EUR 7 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fl-annimali bovini msemmija fl-Annex III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

EUR 30 għal kull test, għat-testijiet imwettqa fl-annimali ovini msemmija fl-Annex III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ċ)

EUR 145 għal kull test, għal testijiet primarji molekolari diskriminatorji f’annimali ovini u kaprini mwettqa kif imsemmi fl-Annex X, il-Kapitolu C, il-punt 3.2(c)(i) għar-regolament (KE) Nru 999/2001;”

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar l-20 ta’ Settembru 2006.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2006/53/KE (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37).

(2)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 688/2006 (ĠU L 120, 5.5.2006, p. 10).

(3)   ĠU L 272, 18.10.2005, p. 18.

(4)   ĠU L 322, 9.12.2005, p. 21.


ANNESS

“ANNESS III

LISTA TA' PROGRAMMI GĦALL-MONITORAĠĠ TAT-TSES (ARTIKOLU 3(1))

Rata u ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-komunità

Il-Marda

L-Istat Membru

It-testijiet rapidi tar-rata u t-testijiet diskriminatorji mwettqa

(%)

L-ammont massimu

(EUR)

TSEs

Il-Belġju

100

3 375 000

Ir-Repubblika Ċeka

100

1 640 000

Id-Danimarka

100

2 380 000

Il-Ġermanja

100

15 155 000

L-Estonja

100

285 000

Il-Greċja

100

1 625 000

Spanja

100

9 945 000

Franza

100

25 760 000

L-Irlanda

100

6 695 000

L-Italja

100

9 045 000

Ċipru

100

565 000

Il-Latvija

100

355 000

Il-Litwanja

100

770 000

Il-Lussemburgu

100

140 000

L-Ungerija

100

1 415 000

Malta

100

35 000

L-Olanda

100

5 515 000

L-Awstrija

100

2 230 000

Il-Polonja

100

3 800 000

Il-Portugall

100

2 205 000

Is-Slovenja

100

410 000

Is-Slovakkja

100

845 000

Il-Finlandja

100

1 020 000

L-Iżvezja

100

1 440 000

Ir-Renju Unit

100

7 700 000

It-Total

104 350 000 ”