2008D0899 — MT — 09.09.2012 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-2 ta’ Diċembru 2008 li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 323, 3.12.2008, p.62) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 244 |
27 |
8.9.2012 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Diċembru 2008
li taċċetta l-impenji offruti b’rabta mal-proċediment tal-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2008/899/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ( 1 ) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:PROĊEDURA|
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 488/2008 ( 2 ), il-Kummissjoni imponiet dazji tal-anti-dumping provviżorji fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' aċidu ċitriku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ). |
|
(2) |
Wara l-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping provviżorji, il-Kummissjoni kompliet l-istħarriġ dwar id-dumping, il-ħsara, u l-interess Komunitarju. Is-sejbiet u l-konklużjonijiet definittivi tal-istħarriġ huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 ( 3 ) li jimponi dazju tal-anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina fir-RPĊ. |
|
(3) |
L-istħarriġ ikkonferma s-sejbiet provviżorji ta' dumping li jagħmel ħsara rigward l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-RPĊ. |
|
(4) |
Wara l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping provviżorji, sitt produtturi esportaturi li kooperaw fir-RPĊ, jiġifieri Anhui BBCA Biochemical, RZBC, TTCA, Yixing Union Biochemical, Laiwu Taihe Biochemistry u Weifang Ensign Industry offrew impenji fir-rigward tal-prezzijiet skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn l-impenji, il-produtturi esportaturi offrew li jbiegħu l-prodott ikkonċernat fil-livelli ta' prezz li jeliminaw l-effetti ta’ ħsara tad-dumping jew ogħla. Kull produttur esportatur offra prezz wieħed minimu tal-importazzjoni għat-tipi differenti kollha tal-prodott biex jillimita r-riskju ta’ evażjoni. |
|
(5) |
Barra minn hekk, l-offerti jipprovdu għall-indiċjar tal-prezzijiet minimi billi l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat kienu jvarjaw b’mod sinifikanti, b’mod partikolari l-prezzijiet żdiedu b’mod konsiderevoli wara l-perjodu ta’ stħarriġ. L-indiċjar isir skont il-kwotazzjonijiet pubbliċi internazzjonali tal-qamħirrum, il-materja prima ewlenija wżata mill-produtturi esportaturi. Madankollu, il-produtturi esportaturi offrew li jiffissaw il-prezzijiet minimi għall-inqas fil-livell tal-prezz mingħajr ħsara anki jekk l-indiċjar ikun iwassal għal livell tal-prezz aktar baxx. |
|
(6) |
Laiwu Taihe Biochemistry, li ngħata trattament ta’ ekonomija tas-suq, offra li jikkalkola l-prezz minimu tiegħu msejjes fuq il-valur normali stabbilit matul l-istħarriġ. |
|
(7) |
Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi, biex inaqqsu r-riskju ta’ vjolazzjoni tal-prezz permezz ta’ kumpens trasversali tal-prezzijiet, l-ewwel nett offrew li jirrapportaw il-bejgħ kollu mhux tal-UE lil dawk il-konsumaturi li l-organizzazzjoni jew l-istruttura tagħhom testendi lil hinn mill-UE, f'każ li l-produttur esportatur ibiegħ lil dan il-konsumatur fl-UE. It-tieni, il-produtturi esportaturi qablu li jirrispettaw sistema partikolari ta' prezzijiet b'rabta ma' dak il-bejgħ mhux tal-UE. |
|
(8) |
Il-produtturi esportaturi se jipprovdu wkoll tagħrif regolari u dettaljat lill-Kummissjoni dwar l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità, li jfisser li l-impenji jistgħu jiġu ssorveljati b'mod effettiv mill-Kummissjoni. |
|
(9) |
Hu nnotat ukoll li l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina tal-Importaturi u l-Esportaturi ta' Metalli, Minerali u Kimika (“CCCMC”) qed tingħaqad mas-sitt kumpaniji msemmija fil-premessa 3, u li għalhekk is-CCCMC se jkollha rwol attiv fil-monitoraġġ tal-impenji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li r-riskju ta’ evażjoni tal-impenji miftiehma huwa limitat. |
|
(10) |
Wara l-iżvelar tal-offerti ta’ impenn, l-industrija Komunitarja oġġezzjonat għal dawn l-offerti ta’ impenn. L-industrija Komunitarja argumentat li indiċjar imsejjes fuq il-qamħirrum mhuwiex xieraq billi hemm elementi oħra ewlenin li jikkostitwixxu komponenti prinċipali varjanti tal-prezzijiet u ssuġġeriet minflok indiċjar imsejjes kemm fuq il-prezz tal-materja prima kif ukoll fuq dak tal-enerġija. Fir-rigward tal-kummenti tal-industrija Komunitarja li jissuġġerixxu indiċjar imsejjes ukoll fuq l-enerġija, huwa nnotat li l-enerġija mhijiex fattur importanti fil-prezz. Barra minn hekk, ma jkun hemm l-ebda sors ċar ta’ indiċjar billi l-enerġija meħtieġa tista’ tiġi prodotta minn sorsi differenti bħal faħam, gass naturali jew elettriku. |
|
(11) |
L-industrija Komunitarja argumentat ukoll li, billi l-produtturi esportaturi jbiegħu l-prodott kopert mill-impenn lil kumpaniji multinazzjonali, hemm riskju għoli ta’ kumpens trasversali tal-prezzijiet jiġifieri l-prodott kopert mill-impenn jista’ jinbiegħ lill-istess konsumatur bi prezzijiet artifiċjalment baxxi barra mill-KE biex jikkumpensaw il-prezzijiet minimi fil-KE. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-biċċa l-kbira tal-bejgħ ta’ esportazzjoni tal-kumpaniji lill-KE jsir lill-kummerċjanti u mhux lill-kumpaniji multinazzjonali. Minkejja dan, u biex jitnaqqas aktar ir-riskju li jifdal ta' kumpens trasversali minn xi kumpaniji speċifiċi, l-offerti jinkludu klawżoli speċjali ta' kumpens trasversali fir-rigward ta' bejgħ mill-kumpaniji kkonċernati lil dawk il-konsumaturi fil-KE li l-organizzazzjoni jew l-istruttura tagħhom testendi lil hinn mill-UE. Dawn il-klawżoli jnaqqsu b’mod sinfikanti r-riskju ta’ kumpens trasversali. |
|
(12) |
Fid-dawl ta’ dan, l-impenji offruti mill-produtturi esportaturi huma aċċettabbli. |
|
(13) |
Biex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja b’mod effettiv il-konformità tal-kumpaniji mal-impenji, meta t-talba għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa titressaq quddiem l-awtorità tad-dwana rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju tal-anti-dumping se tiddependi fuq (i) il-preżentazzjoni ta’ fattura tal-impenn li jkun fiha għall-inqas l-elementi elenkati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1193/2008; (ii) il-fatt li l-prodotti importati jiġu manifatturati, mibgħuta u fatturati direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità; u (iii) il-fatt li l-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jaqblu preċiżament mad-deskrizzjoni tal-fattura tal-impenn. Meta ma titressaq l-ebda fattura bħal din, jew meta din ma taqbilx mal-prodott ippreżentat lid-dwana, minflok għandha titħallas ir-rata ta’ dazju tal-anti-dumping xierqa. |
|
(14) |
Biex jiġi żgurat iżjed ir-rispett effettiv tal-impenji, l-importaturi ġew mgħarrfa mir-Regolament tal-Kunsill imsemmi hawn fuq, li jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet previsti minn dan ir-Regolament jew il-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenji, dan jista’ jwassal biex jinħoloq dejn doganali għat-tranżazzjonijiet rilevanti. |
|
(15) |
Fil-każ ta’ vjolazzjoni jew irtirar tal-impenn jew fil-każ ta’ rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, id-dazju tal-anti-dumping impost skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku għandu japplika awtomatikament permezz tal-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-impenji offruti mill-produtturi esportaturi msemmija hawn taħt flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina tal-Importaturi u l-Esportaturi ta’ Metalli, Minerali u Kimika, b'rabta mal-proċediment ta’ anti-dumping dwar importazzjonijiet ta’ aċidu ċitriku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, qegħdin b’dan jiġu aċċettati.
|
Pajjiż |
Kumpaniji |
Kodiċi Taric addizzjonali |
|
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
COFCO Biochemical (Anhui) Co., Ltd – No 73 Daquing Road, Bengbu City 233010, Anhui Province |
A874 |
|
Immanifatturati minn RZBC Co., Ltd – No 9 Xinghai West Road, Rizhao, Shandong Province u mibjugħa mill-kumpanija tal-bejgħ relatata RZBC Imp. & Exp. Co., Ltd – No 66, Lvzhou South Road, Rizhao (Liangyou Grand View Hotel, 22nd Floor, Building A), Shandong Province |
A926 |
|
|
Immanifatturati minn RZBC (Juxian) Co., Ltd – West Wing, Chengyang North Road, Ju County, Rizhao, Shandong Province u mibjugħa mill-kumpanija tal-bejgħ relatata RZBC Imp. & Exp. Co., Ltd – No 66, Lvzhou South Road, Rizhao (Liangyou Grand View Hotel, 22nd Floor, Building A), Shandong Province |
A927 |
|
|
TTCA Co., Ltd. – West, Wenhe Bridge North, Anqui City, Shandong Province |
A878 |
|
|
Yixing Union Biochemincal Co., Ltd. – Economic Development Zone Yixing City 214203, Jiangsu Province |
A879 |
|
|
Weifang Ensign Industry Co. Ltd., Changsheng Street No 1567, Changle, Weifang, Shandong Province |
A882 |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
( 1 ) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.
( 2 ) ĠU L 143, 3.6.2008, p. 13.
( 3 ) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.